This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R2066-20220828
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/2066 of 19 December 2018 on the monitoring and reporting of greenhouse gas emissions pursuant to Directive 2003/87/EC of the European Parliament and of the Council and amending Commission Regulation (EU) No 601/2012 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2066/2022-08-28
02018R2066 — MT — 28.08.2022 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2066 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334 31.12.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2085 tal-14 ta’ Diċembru 2020 |
L 423 |
37 |
15.12.2020 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/388 tat-8 ta’ Marzu 2022 |
L 79 |
1 |
9.3.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1371 tal-5 ta’ Awwissu 2022 |
L 206 |
15 |
8.8.2022 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2066
tad-19 ta' Diċembru 2018
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TAQSIMA 1
Is-suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' data dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-attivitajiet skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta' negozjar tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' emissjonijiet li jibda fl-1 ta' Jannar 2021 u perjodi sussegwenti ta' negozjar.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra speċifikati b'rabta mal-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u data dwar l-attivitajiet minn installazzjonijiet stazzjonarji, minn attivitajiet tal-avjazzjoni u għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data dwar it-tunnellati-kilometri minn attivitajiet tal-avjazzjoni.
Dan għandu japplika għad-data dwar l-emissjonijiet u l-attivitajiet li jseħħu mill-1 ta' Jannar 2021.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“data dwar l-attivitajiet” tfisser data dwar l-ammont ta' karburanti jew materjali kkonsmati jew prodotti minn proċess rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq kalkolu, espress f'terajoules, il-massa f'tunnellati jew (għall-gassijiet) bħala volum f'metri kubiċi normali, kif xieraq;
“perjodu ta' negozjar” tfisser perjodu kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2003/87/KE;
“tunnellata-kilometru” tfisser tunnellata ta' tagħbija utli li tkun inġarret distanza ta' kilometru;
“fluss mis-sors” tfisser kwalunkwe ħaġa minn dawn li ġejjin:
tip speċifiku ta' karburant, materja prima jew prodott li joħloq emissjonijiet ta' gassijiet serra rilevanti f'sors ta' emissjoni wieħed jew iktar b'riżultat tal-konsum jew il-produzzjoni tiegħu;
tip speċifiku ta' karburant, materja prima jew prodott li jinkludi l-karbonju u inkluż fil-kalkolu tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra bl-użu ta' metodoloġija ta' bilanċ tal-massa;
“sors ta' emissjoni” tfisser parti identifikabbli b'mod separat ta' installazzjoni jew proċess f'installazzjoni, li minnha jiġu rilaxxati gassijiet serra rilevanti jew, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inġenju tal-ajru individwali;
“inċertezza” tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta' kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b'mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta' fatturi sistematiċi kif ukoll ta' fatturi aleatorji, espressi f'perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta' kunfidenza madwar il-valur medju li jinkludi 95 % tal-valuri dedotti b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe asimmetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;
“fatturi ta' kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur ta' emissjoni, fattur preliminari ta' emissjoni, fattur ta' ossidazzjoni, fattur ta' konverżjoni, kontenut ta' karbonju jew frazzjoni ta' bijomassa;
“livell” tfisser rekwiżit stabbilit użat għad-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta' kalkolu, l-emissjonijiet annwali u l-medja fis-siegħa annwali tal-emissjonijiet, u t-tagħbija utli;
“riskju inerenti” tfisser is-suxxettibbiltà ta' parametru fir-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri annwali għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħrajn, qabel ma jiġi kkunsidrat l-effett ta' kwalunkwe attività ta' kontroll relatata;
“riskju ta' kontroll” tfisser is-suxxettibbiltà ta' parametru fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri għal dikjarazzjonijiet skorretti li jistgħu jkunu materjali, individwalment jew meta aggregati ma' dikjarazzjonijiet skorretti oħra, u li ma jiġux evitati jew skoperti u korretti fil-ħin mis-sistema ta' kontroll;
“emissjonijiet ta' kombustjoni” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra li jseħħu waqt ir-reazzjoni eżotermika ta' karburant mal-ossiġenu;
“perjodu ta' rapportar” tfisser sena kalendarja li matulha jkollhom jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet jew, għal data ta' tunnellati-kilometri, is-sena ta' monitoraġġ kif imsemmi fl-Artikoli 3e u 3f tad-Direttiva 2003/87/KE;
“fattur ta' emissjoni” tfisser ir-rata medja ta' emissjoni ta' gass serra relatata mad-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta' ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħrajn kollha;
“fattur tal-ossidazzjoni” tfisser il-proporzjon ta' karbonju ossidat għal CO2 bħala konsegwenza ta' kombustjoni mat-total ta' karbonju li jinsab fil-karburant, espress bħala frazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta' CO2;
“fattur ta' konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta' karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta' emissjoni, espress bħala frazzjoni, b'kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta' CO2;
“preċiżjoni” tfisser kemm ikun qrib il-qbil bejn ir-riżultat ta' kejl u l-valur effettiv tal-kwantità partikolari jew valur ta' referenza ddeterminat b'mod empiriku bl-użu ta' materjali ta' kalibrazzjoni u metodi standard aċċettati f'livell internazzjonali u traċċabbli, billi jiġu kkunsidrati kemm il-fatturi aleatorji kif ukoll dawk sistematiċi;
“kalibrazzjoni” tfisser il-grupp ta' operazzjonijiet, li jistabbilixxi, f'kundizzjonijiet speċifikati, ir-rabtiet bejn valuri indikati minn strument tal-kejl jew sistema tal-kejl, jew valuri rrappreżentati minn kejl materjali jew materjal ta' referenza u l-valuri korrispondenti ta' kwantità realizzata permezz ta' standard ta' referenza;
“titjira” tfisser titjira kif definita fil-punt 1(1) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;
“passiġġieri” tfisser persuni abbord l-inġenju tal-ajru waqt titjira esklużi l-membri tal-ekwipaġġ waqt il-ħin tax-xogħol;
“konservattiv” tfisser li jiġi ddefinit grupp ta' suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda sottostima ta' emissjonijiet annwali jew sovrastima ta' tunnellati -kilometri;
“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali, mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart, inkluż l-iskart industrijali u muniċipali ta’ oriġini bijoloġika;
“karburanti tal-bijomassa” tfisser karburanti gassużi u solidi prodotti mill-bijomassa;
“bijogass” tfisser karburanti gassużi prodotti mill-bijomassa;
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE bl-esklużjoni ta’ sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni;
“residwu” tfisser sustanza li mhijiex il-prodott(i) finali li proċess ta’ produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; din mhijiex għan primarju tal-proċess ta’ produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;
“residwi mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija u li ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat;
“bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal finijiet enerġetiċi minbarra għat-trasport, inkluż l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott minn bijomassa;
“bijokarburanti” tfisser karburanti likwidi għat-trasport prodotti mill-bijomassa;
“kontroll metroloġiku legali” tfisser il-kontroll tal-kompiti tal-kejl maħsuba għall-kamp tal-applikazzjoni ta' strument tal-kejl, għal raġunijiet ta' interess pubbliku, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika, l-ordni pubbliku, il-protezzjoni tal-ambjent, il-ġbir tat-taxxi u tad-dazji, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-kummerċ ġust;
“żball massimu permissibbli” tfisser l-iżball ta' kejl permess kif speċifikat fl-Anness I u l-annessi speċifiċi għall-istrumenti tad-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), jew regoli nazzjonali dwar il-kontroll metroloġiku legali, kif xieraq;
“attivitajiet ta' fluss ta' data-” tfisser attivitajiet relatati mal-akkwist, l-ipproċessar u l-immaniġġjar ta' data meħtieġa għat-tfassil ta' rapport dwar l-emissjonijiet minn data ta' sorsi primarji;
“tunnellati ta' CO2(e)” tfisser tunnellati metriċi ta' CO2 jew CO2(e);
“CO2(e)” tfisser kwalunkwe gass serra, minbarra CO2, elenkat fl-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE b'potenzjal ekwivalenti ta' tisħin globali bħal CO2;
“sistema ta' kejl” tfisser grupp komplut ta' strumenti tal-kejl u tagħmir ieħor, bħal tagħmir għat-teħid ta' kampjuni u l-ipproċessar ta' data, użati għad-determinazzjoni ta' fatturi varjabbli bħad-data tal-attivitajiet, il-kontenut ta' karbonju, il-valur kalorifiku jew il-fattur ta' emissjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont speċifiku ta' enerġija rilaxxata bħala sħana meta karburant jew materjal jiġi sottopost għal kombustjoni kompluta bl-ossiġenu f'kundizzjonijiet standard, bit-tnaqqis tas-sħana tal-vaporizzazzjoni ta' kwalunkwe ilma li jifforma;
“emissjonijiet ta' proċess” tfisser emissjonijiet ta' gassijiet serra minbarra l-emissjonijiet ta' kombustjoni li jinħolqu bħala riżultat ta' reazzjonijiet intenzjonati u mhux intenzjonati bejn sustanzi jew it-trasformazzjoni tagħhom, inkluż ir-riduzzjoni kimika jew elettrolitika ta' minerali metalliċi, id-dekompożizzjoni termali ta' sustanzi, u l-formazzjoni ta' sustanzi għall-użu bħala prodott jew materja prima;
“karburant standard kummerċjali” tfisser il-karburanti kummerċjali standardizzati f'livell internazzjonali li juru intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 % għall-valur kalorifiku speċifikat tagħhom, inkluż iż-żejt tal-gass, iż-żejt ta' karburanti ħfief, il-gażolina, iż-żejt tal-lampi, il-pitrolju, l-etan, il-propan u l-butan, il-pitrolju tal-ġettijiet (ġett A1 jew ġett A), il-gażolina tal-ġettijiet (ġett B) u l-gażolina tal-avjazzjoni (AvGas);
“lott” tfisser ammont ta' karburant jew materjal meħud bħala kampjun b'mod rappreżentattiv u kkaratterizzat u ttrasferit bħala vjeġġ wieħed jew kontinwament matul perjodu ta' żmien speċifiku;
“karburant imħallat” tfisser karburant li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;
“materjal imħallat” tfisser materjal li jinkludi kemm karbonju tal-bijomassa kif ukoll karbonju fossili;
“fattur ta' emissjoni preliminari” tfisser il-fattur ta' emissjoni totali preżunt ta' karburant jew materjal ibbażat fuq il-kontenut ta' karbonju tal-frazzjoni ta' bijomassa tiegħu flimkien mal-frazzjoni ta' fossili tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta' fossili sabiex jipproduċi l-fattur ta' emissjoni;
“frazzjoni fossili” tfisser il-proporzjon ta' karbonju fossili mal-kontenut totali ta' karbonju ta' karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;
“frazzjoni ta' bijomassa” tfisser il-proporzjon ta' karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta' karbonju ta' karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;
“metodu tal-bilanċ tal-enerġija” tfisser metodu għall-istima tal-ammont ta' enerġija użata bħala karburant f'bojler, ikkalkulat bħala s-somma ta' sħana li tista' tintuża u t-telf rilevanti kollu ta' enerġija permezz ta' radjazzjoni, trażmissjoni u permezz tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija;
“kejl kontinwu tal-emissjonijiet” tfisser grupp ta' operazzjonijiet li jkollhom l-għan li jiddeterminaw il-valur ta' kwantità permezz ta' kejl perjodiku, bl-applikazzjoni ta' kejl in situ fiċ-ċumnija jew ta' proċeduri estrattivi bi strument tal-kejl imqiegħed qrib iċ-ċumnija, waqt li jiġu esklużi metodoloġiji ta' kejl ibbażati fuq il-ġbir ta' kampjuni individwali miċ-ċumnija;
“CO2 inerenti” tfisser CO2 li huwa parti minn fluss ta' sors;
“karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku jew organiku li ma jkunx bijomassa;
“punt tal-kejl” tfisser is-sors ta' emissjoni li għalih jintużaw sistemi ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS) għall-kejl ta' emissjonijiet, jew it-taqsima trasversali ta' sistema ta' pajpijiet li għaliha l-fluss ta' CO2 jiġi ddeterminat bl-użu ta' sistemi ta' kejl kontinwu;
“dokumentazzjoni ta' massa u bilanċ” tfisser id-dokumentazzjoni kif speċifikata fl-implimentazzjoni internazzjonali jew nazzjonali tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs), kif stabbilit fl-Anness 6 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 u kif speċifikat fit-Taqsima 3 tas-Sottoparti C tal-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 ( 2 ), jew regoli internazzjonali applikabbli ekwivalenti;
“distanza” tfisser id-distanza ortodromika bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla, flimkien ma' fattur fiss ta' 95 km;
“ajrudrom tat-tluq” tfisser l-ajrudrom li fih tibda titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;
“ajrudrom tal-wasla” tfisser l-ajrudrom li fih tispiċċa titjira li tikkostitwixxi attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;
“tagħbija utli” tfisser il-massa totali ta' merkanzija, posta, passiġġieri u bagalji li jinġarru abbord inġenju tal-ajru waqt titjira;
“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser emissjonijiet irregolari jew ta' bla ħsieb minn sorsi li ma jkunux lokalizzati, jew li jvarjaw wisq jew żgħar wisq sabiex jiġu mmonitorjati individwalment;
“ajrudrom” tfisser ajrudrom kif definit fil-punt 1(2) tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/450/KE;
“par ajrudromi” tfisser par magħmul mill-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla;
“kundizzjonijiet standard” tfisser temperatura ta' 273,15 K u kundizzjonijiet ta' pressjoni ta' 101 325 Pa li jiddefinixxu metri kubiċi normali (Nm3);
“sit tal-ħżin” tfisser sit tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2009/31/KE;
“il-qbid ta' CO2” tfisser l-attività tal-qbid ta' CO2 minn flussi tal-gass, li inkella jiġi rilaxxat, bil-għan li jinġarr u jinħażen b'mod ġeoloġiku f'sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
“trasport ta' CO2” tfisser it-trasport ta' CO2 permezz ta' pajpijiet għall-ħżin ġeoloġiku f'sit ta' ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
“ħżin ġeoloġiku ta' CO2” tfisser il-ħżin ġeoloġiku ta' CO2 kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/31/KE;
“emissjonijiet ivventjati” tfisser emissjonijiet rilaxxati deliberatament minn installazzjoni permezz ta' punt definit ta' emissjoni;
“irkupru mtejjeb ta' idrokarburi” tfisser l-irkupru ta' idrokarburi minbarra dawk estratti bl-injezzjoni ta' ilma jew mezzi oħrajn;
“data proxy” tfisser valuri annwali li jiġu sostanzjati b'mod empiriku jew jiġu dderivati minn sorsi aċċettati u li operatur juża sabiex jissostitwixxi d-data tal-attivitajiet jew il-fatturi ta' kalkolu għall-fini li jiġi żgurat rapportar komplut meta ma jkunx possibbli li tiġi ġġenerata d-data tal-attivitajiet kollha meħtieġa jew il-fatturi ta' kalkolu fil-metodoloġija ta' monitoraġġ applikabbli;
“kolonna tal-ilma” tfisser kolonna tal-ilma kif definita fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/31/KE;
“tnixxija” tfisser tnixxija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/31/KE;
“kumpless tal-ħżin” tfisser il-kumpless tal-ħżin kif definit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2009/31/KE;
“netwerk tat-trasport” tfisser netwerk tat-trasport kif definit fl-Artikolu 3(22) tad-Direttiva 2009/31/KE.
TAQSIMA 2
Prinċipji ġenerali
Artikolu 4
Obbligu ġenerali
L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra taħt id-Direttiva 2003/87/KE skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9.
Artikolu 5
Kompletezza
Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u jkopru l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni mis-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet rilevanti oħrajn inklużi skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva, u tal-gassijiet serra kollha speċifikati b'rabta ma' dawk l-attivitajiet waqt li jiġi evitat l-għadd doppju.
L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-data fi żmien il-perjodu ta' rapportar.
Artikolu 6
Konsistenza, komparabbiltà u trasparenza
Artikolu 7
Akkuratezza
L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta' emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b'mod sistematiku u lanqas b'mod konxju.
Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kemm jista' jkun possibbli kwalunkwe sors ta' ineżattezza.
Huma għandhom jeżerċitaw diliġenza xierqa sabiex jiżguraw li l-kalkolu u l-kejl tal-emissjonijiet juru l-ogħla preċiżjoni li tista' tintlaħaq.
Artikolu 8
Integrità tal-metodoloġija u tar-rapport dwar l-emissjonijiet
L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jippermettu li tiġi rrappurtata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data tal-emissjonijiet. Huma għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet bl-użu tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ xierqa stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Id-data dwar l-emissjonijiet irrappurtata u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 ( 3 ), għandhom jevitaw il-preġudizzju fl-għażla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet ta' installazzjoni jew operatur ta' inġenji tal-ajru.
Fl-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet għandu jkollhom il-mira li jilħqu l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.
Artikolu 9
Titjib kontinwu
L-operaturi u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika maħruġa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE fil-monitoraġġ u r-rapportar konsegwenti.
Artikolu 10
Koordinazzjoni
Fejn Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jikkoordina l-ħidma mwettqa minn dawk l-awtoritajiet skont dan ir-Regolament.
KAPITOLU II
PJAN TA' MONITORAĠĠ
TAQSIMA 1
Regoli ġenerali
Artikolu 11
Obbligu ġenerali
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jiġi ssupplimentat permezz ta' proċeduri bil-miktub li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm għal attivitajiet skont il-pjan ta' monitoraġġ, skont kif ikun xieraq.
Artikolu 12
Il-kontenut u s-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni dettaljata, kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ta' installazzjoni speċifika jew ta' operatur ta' inġenji tal-ajru speċifiku u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi stabbiliti fl-Anness I.
Flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jissottometti d-dokumenti ta' appoġġ li ġejjin:
għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, u għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;
ir-riżultati ta' valutazzjoni tar-riskji li jipprovdu evidenza li l-attivitajiet ta' kontroll u l-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll proposti jkunu proporzjonati mar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati.
L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jagħmel sommarju tal-proċeduri fil-pjan ta' monitoraġġ li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
it-titlu tal-proċedura;
referenza traċċabbli u verifikabbli għall-identifikazzjoni tal-proċedura;
identifikazzjoni tal-kariga jew tad-dipartiment responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proċedura u għad-data ġġenerata minn jew immaniġġjata mill-proċedura;
deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura, li tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru, lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur jifhmu l-parametri essenzjali u l-operazzjonijiet imwettqa;
il-post tar-reġistri u tal-informazzjoni rilevanti;
isem is-sistema kompjuterizzata użata, fejn applikabbli;
lista tal-istandards EN jew standards oħrajn applikati, jekk rilevanti.
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jagħmel disponibbli kwalunkwe dokumentazzjoni bil-miktub tal-proċeduri lill-awtorità kompetenti fuq talba. L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandhom jagħmluhom disponibbli wkoll għall-finijiet tal-verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
▼M1 —————
Artikolu 13
Pjanijiet ta' monitoraġġ standardizzati u simplifikati
Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw mudelli għal dawk il-pjanijiet ta' monitoraġġ, inkluż id-deskrizzjoni ta' fluss ta' data u proċeduri ta' kontroll imsemmija fl-Artikoli 58 u 59, abbażi tal-mudelli u l-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni.
L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru jwettaq il-valutazzjoni tar-riskji skont is-subparagrafu ta' qabel stess, fejn ikun xieraq.
Artikolu 14
Modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ
L-operatur jew l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jimmodifika l-pjan ta' monitoraġġ, mill-inqas, fi kwalunkwe sitwazzjoni bħal dawn li gejjin:
iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba attivitajiet ġodda li jkunu qegħdin jitwettqu jew minħabba l-użu ta' karburanti jew materjali ġodda li jkunu għadhom mhumiex inklużi fil-pjan ta' monitoraġġ;
tinbidel id-disponibbiltà tad-data, minħabba l-użu ta' tipi ġodda ta' strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta' kampjuni jew ta' metodi ta' analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet;
id-data li tirriżulta mill-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata preċedentement tkun instabet li mhix korretta;
it-tibdil tal-pjan ta' monitoraġġ itejjeb il-preċiżjoni tad-data rrapportata, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jista' jimplika kostijiet irraġonevoli;
il-pjan ta' monitoraġġ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-awtorità kompetenti titlob lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru sabiex jibdluh;
ikun meħtieġ li ssir tweġiba għas-suġġerimenti għat-titjib tal-pjan ta' monitoraġġ inkluż f'rapport ta' verifika.
Artikolu 15
Approvazzjoni ta' modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ
Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jinnotifika modifiki tal-pjan ta' monitoraġġ li mhumiex sinifikanti skont it-tifsira tal-paragrafi 3 u 4 sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Fejn l-awtorità kompetenti tikkunsidra li modifika ma tkunx sinifikanti, għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur tal-inġenji tal-ajru dwar dan mingħajr dewmien żejjed.
Modifiki sinifikanti għall-pjan ta' monitoraġġ ta' installazzjoni jinkludu:
bidliet fil-kategorija tal-installazzjoni fejn dawn il-bidliet jeħtieġu bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ jew iwasslu għal bidla fil-livell ta' materjalità applikabbli skont l-Artikolu 23 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067;
minkejja l-Artikolu 47(8), tibdil dwar jekk l-installazzjoni hijiex ikkunsidrata bħala “installazzjoni b'emissjonijiet baxxi”;
tibdil fis-sorsi tal-emissjonijiet;
bidla minn metodoloġiji bbażati fuq il-kalkoli għal dawk ibbażati fuq il-kejl, jew vice versa, jew minn metodoloġija ta' riżerva għal metodoloġija bbażata fuq il-livelli sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet jew vice versa;
bidla fil-livell applikat;
l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;
bidla fil-kategorizzazzjoni ta' flussi minn sorsi – bejn flussi minn sors kbar, minuri jew de-minimis fejn tali bidla teħtieġ bidla fil-metodoloġija ta' monitoraġġ;
bidla fil-valur predefinit għal fattur ta' kalkolu, fejn il-valur għandu jiġi stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ;
l-introduzzjoni ta' metodi ġodda jew bidliet għal metodi eżistenti relatati mat-teħid ta' kampjuni, analiżi jew kalibrazzjoni, fejn dan għandu impatt dirett fuq l-akkuratezza tad-data tal-emissjonijiet;
l-implimentazzjoni jew l-adattament ta' metodoloġija ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet minn tnixxija fil-postijiet tal-ħżin.
Tibdil sinifikanti fil-pjanijiet ta' monitoraġġ ta' operatur ta' inġenju tal-ajru jinkludi:
fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet:
bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;
bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;
l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;
bidliet fl-istatus tal-operatur tal-inġenji tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) jew fir-rigward ta' wieħed mil-limiti previsti fl-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;
fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tad-data dwar it-tunnellati-kilometri:
bidla minn stat mhux kummerċjali għal wieħed kummerċjali tas-servizz ta' trasport bl-ajru pprovdut;
bidla fl-oġġett tas-servizz tat-trasport bl-ajru, fejn l-oġġett huwa passiġġieri, merkanzija jew posta.
Artikolu 16
Implimentazzjoni u ż-żamma tar-reġistri tal-modifiki
F’każ ta’ dubju, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu juża b’mod parallel kemm il-pjan ta’ monitoraġġ modifikat kif ukoll dak oriġinali biex iwettaq il-monitoraġġ u r-rapportar kollu skont iż-żewġ pjanijiet, u għandu jżomm rekords taż-żewġ riżultati tal-monitoraġġ.
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jżomm reġistri tal-modifiki kollha tal-pjan ta' monitoraġġ. Kull reġistrazzjoni għandu jkun fiha:
deskrizzjoni trasparenti tal-modifika;
ġustifikazzjoni għall-modifika;
id-data tan-notifika tal-modifika lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15(1);
id-data li fiha l-awtorità kompetenti rrikonoxxiet il-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 15(1), fejn disponibbli, u d-data tal-approvazzjoni jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(2);
id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ modifikat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
TAQSIMA 2
Vijabbiltà teknika u kostijiet irraġonevoli
Artikolu 17
Fattibbiltà teknika
Fejn operatur jew operatur ta' inġenji tal-ajru jsostni li l-applikazzjoni ta' metodoloġija speċifika ta' monitoraġġ mhijiex fattibbli teknikament, l-awtorità kompetenti għanda tivvaluta l-fattibbiltà teknika billi tikkunsidra l-ġustifikazzjoni tal-operatur jew tal-operatur tal-inġenji tal-ajru. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatt li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu r-riżorsi tekniċi li jkunu kapaċi jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' sistema jew rekwiżit proposti li jkunu jistgħu jiġu implimentati fil-ħin meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi tekniċi għandhom jinkludu d-disponibbiltà tat-tekniki u t-teknoloġija meħtieġa.
Artikolu 18
Kostijiet irraġonevoli
L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-kostijiet irraġonevoli fejn l-istima tal-kostijiet taqbeż il-benefiċċju. Għal dak il-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta' fattur ta' titjib bi prezz ta' referenza ta' EUR 20 għal kull kwota u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta' deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir.
Fin-nuqqas ta' tali data tal-emissjonijiet annwali medji maħluqa minn dak il-fluss minn sors matul it-tliet snin l-iżjed riċenti, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi stima konservattiva tal-emissjonijiet annwali medji, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit. Għall-istrumenti tal-kejl taħt il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali, l-inċertezza li tintlaħaq attwalment tista' tiġi ssostitwita bl-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim li jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5), sakemm l-informazzjoni rilevanti dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa użati għall-kombustjoni tkun disponibbli għall-operatur.
Meta tkun qiegħda tivvaluta n-natura irraġonevoli tal-kostijiet rigward il-miżuri li jżidu l-kwalità tal-emissjonijiet irrapportati iżda mingħajr impatt dirett fuq il-preċiżjoni tad-data tal-attivitajiet, l-awtorità kompetenti għandha tuża fattur tat-titjib ta' 1 % tal-emissjonijiet annwali medji tal-flussi minn sorsi rispettivi fit-tliet perjodi ta' rapportar l-iżjed riċenti. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:
bidla minn valuri predefiniti għal analiżijiet sabiex jiġu ddeterminati l-fatturi tal-kalkolu;
żieda fl-għadd ta' analiżijiet għal kull fluss minn sors;
fejn il-kompitu speċifiku tal-kejl ma jaqax taħt kontroll metroloġiku legali nazzjonali, is-sostituzzjoni ta' strumenti tal-kejl bi strumenti li jikkonformaw ma' rekwiżiti rilevanti ta' kontroll metroloġiku legali tal-Istat Membru f'applikazzjonijiet simili, jew għal strumenti tal-kejl li jilħqu r-regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jew id-Direttiva 2014/32/UE;
it-tqassir tal-intervalli ta' kalibrazzjoni u manutenzjoni tal-istrumenti tal-kejl;
it-titjib ta' attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll li jnaqqsu r-riskju inerenti jew ta' kontroll b'mod sinifikanti.
KAPITOLU III
MONITORAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET TA' INSTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI
TAQSIMA 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 19
Kategorizzazzjoni ta' installazzjonijiet, flussi minn sorsi u sorsi ta' emissjoni
L-operatur għandu jikklassifika kull installazzjoni f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:
installazzjoni tal-kategorija A, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq mill-bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu daqs jew inqas minn 50 000 tunnellata ta' CO2(e);
installazzjoni tal-kategorija B, fejn l-emissjonijiet medji annwali vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 50 000 tunnellata ta' CO2(e) u daqs jew inqas minn 500 000 tunnellata ta' CO2(e);
installazzjoni tal-kategorija C, fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati tal-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li jinħoloq minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu iżjed minn 500 000 tunnellata ta' CO2(e).
B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni tal-installazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.
L-operatur għandu jikklassifika kull fluss minn sors f'waħda mill-kategoriji li ġejjin, billi jqabblu mas-somma tal-valuri kollha assoluti ta' CO2 fossili u CO2(e) korrispondenti mal-flussi tas-sors kollha inklużi f'metodoloġiji bbażati fuq kalkolu u tal-emissjonijiet kollha ta' sorsi ta' emissjonijiet immonitorjati bl-użu ta' metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit:
flussi minn sors minuri, fejn il-flussi minn sorsi magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 5 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew għal inqas minn 10 %, sa kontribut massimu totali ta' 100 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;
flussi minn sorside-minimis fejn il-flussi mis-sors magħżula mill-operatur flimkien jikkorrispondu għal inqas minn 1 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena jew inqas minn 2 %, sa massimu totali ta' 20 000 tunnellata ta' CO2 fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;
flussi minn sorsi maġġuri, fejn il-flussi minn sors ma jaqgħux taħt il-kategoriji msemmija fil-punti (a) u (b).
B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ meta, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' fluss minn sors bħala fluss minn sors minuri jew fluss minn sors de-minimis imsemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.
L-operatur għandu jikklassifika kull sors ta' emissjoni li għalih tiġi applikata metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:
flussi minn sors minuri, fejn is-sors ta' emissjoni jirrilaxxa inqas minn 5 000 tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena jew inqas minn 10 % tal-emissjonijiet tal-fossili totali tal-installazzjoni, sa kontribut massimu totali ta' 100 000 tunnellata ta' CO2(e) fossili fis-sena, skont liema minnhom ikun l-ogħla f'termini ta' valur assolut;
sorsi maġġuri ta' emissjonijiet, fejn is-sors ta' emissjoni ma jikklassifikax bħala sors minuri ta' emissjoni.
B'deroga mill-Artikolu 14(2), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lill-operatur ma jimmodifikax il-pjan ta' monitoraġġ fejn, abbażi ta' emissjonijiet ivverifikati, jinqabeż il-limitu għall-klassifikazzjoni ta' sors ta' emissjoni bħala sors ta' emissjoni minuri msemmi fl-ewwel subparagrafu, iżda l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li dan il-limitu ma jkunx diġà inqabeż matul l-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jerġax jinqabeż f'perjodi ta' rapportar sussegwenti.
Artikolu 20
Il-konfini tal-monitoraġġ
Fi ħdan dawk il-konfini, l-operatur għandu jinkludi l-emissjonijiet rilevanti kollha ta' gassijiet serra mis-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li jagħmlu parti minn attivitajiet imwettqa fl-installazzjoni u elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, u minn attivitajiet u gassijiet serra inklużi mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-installazzjoni, skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva.
L-operatur għandu jinkludi wkoll l-emissjonijiet minn operazzjonijiet regolari u avvenimenti anormali, inklużi sitwazzjonijiet ta' bidu, għeluq u ta' emerġenza, matul il-perjodu ta' rapportar, bl-eċċezzjoni ta' emissjonijiet minn makkinarju mobbli għal finijiet ta' trasport.
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-esklużjoni ta' sors ta' emissjoni ta' tnixxija mill-proċess ta' monitoraġġ u rapportar, ladarba jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux jistgħu jiġu individwati iżjed emissjonijiet jew rilaxxi fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.
Artikolu 21
Għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ
Metodoloġija bbażata fuq kalkolu għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni ta' emissjonijiet minn flussi minn sorsi bbażati fuq data tal-attivitajiet miksuba permezz ta' sistemi ta' kejl u parametri addizzjonali minn analiżi fil-laboratorju jew valuri predefiniti. Il-metodoloġija bbażata fuq kalkolu tista' tiġi implimentata skont il-metodoloġija standard stabbilita fl-Artikolu 24 jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa stabbilita fl-Artikolu 25.
Metodoloġija bbażata fuq il-kejl għandha tikkonsisti fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet minn sorsi ta' emissjonijiet permezz tal-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra rilevanti fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija u tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, inkluż il-monitoraġġ tat-trasferimenti ta' CO2 bejn installazzjonijiet fejn jitkejlu l-konċentrazzjoni ta' CO2 u l-fluss tal-gass ittrasferit.
Fejn tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, l-operatur għandu jiddetermina għal kull fluss minn sors, fil-pjan ta' monitoraġġ, jekk tkunx qiegħda tintuża l-metodoloġija standard jew il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, inkluż il-livelli rilevanti skont l-Anness II.
Artikolu 22
Metodoloġija ta' monitoraġġ mhux ibbażata fuq livelli
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 21(1), l-operatur jista' juża metodoloġija ta' monitoraġġ li ma tkunx ibbażata fuq livelli (iktar 'il quddiem “il-metodoloġija sekondarja”) għal flussi minn sorsi jew sorsi ta' emissjonijiet magħżula, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-applikazzjoni ta' mill-inqas livell 1 skont il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu għal fluss minn sors maġġuri jew fluss minn sors minuri wieħed jew iktar u metodoloġija bbażata fuq il-kejl għal tal-inqas sors ta' emissjoni wieħed relatat mal-istess flussi minn sorsi ma tkunx teknikament vijabbli jew timplika spejjeż mhux raġonevoli;
l-operatur jivvaluta u jikkwantifika kull sena l-inċertezzi tal-parametri kollha użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont il-Gwida tal-ISO għall-espressjoni ta' inċertezza fil-kejl (JCGM 100:2008), jew standard ekwivalenti ieħor aċċettat fil-livell internazzjonali, u jinkludi r-riżultati fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet;
l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li bl-applikazzjoni ta' metodoloġija ta' monitoraġġ sekondarja bħal din, il-livelli limitu ġenerali ta' inċertezza għal-livell annwali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-installazzjoni kollha ma jaqbżux is-7,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija A, il-5,0 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija B u t-2,5 % għall-installazzjonijiet tal-kategorija C.
Artikolu 23
Tibdil temporanju fil-metodoloġija ta' monitoraġġ
L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippermetti t-tkomplija fil-pront tal-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti.
L-operatur ikkonċernat għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar il-bidla temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għall-metodoloġija ta' monitoraġġ mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti, u jispeċifika:
ir-raġunijiet għad-devjazzjoni mill-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;
id-dettalji tal-metodoloġija ta' monitoraġġ interim li qiegħed juża l-operatur sabiex jiddetermina l-emissjonijiet sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti jkunu ġew irrestawrati;
il-miżuri li l-operatur ikun qed jieħu sabiex jirrestawra l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti;
il-mument mistenni meta l-applikazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ kif approvat mill-awtorità kompetenti tkun se tiġi rrestawrata.
TAQSIMA 2
Metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu
Artikolu 24
Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija standard
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti l-użu ta' fatturi ta' emissjoni għall-karburanti, espressi bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3. F'każijiet bħal dawn, l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' kombustjoni billi jimmultiplika d-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta' karburant maħruq, espress bħala tunnellati jew metri kubiċi normali, mal-fattur korrispondenti ta' emissjonijiet u l-fattur korrispondenti ta' ossidazzjoni.
Artikolu 25
Kalkolu ta' emissjonijiet skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa
Artikolu 26
Livelli applikabbli
Meta jkun qed jiddefinixxi l-livelli rilevanti għal flussi minn sors maġġuri u minuri skont l-Artikolu 21(1), sabiex jiddetermina d-data tal-attivitajiet u kull fattur ta' kalkolu, kull operatur għandu japplika dan li ġej:
mill-inqas il-livelli elenkati fl-Anness V, f'każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, jew fejn ikun meħtieġ fattur ta' kalkolu għal fluss minn sors li jkun karburant standard kummerċjali;
f'każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punt (a), l-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II.
Madankollu, għal flussi minn sorsi maġġuri, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.
L-awtorità kompetenti tista', għal perjodu tranżizzjonali miftiehem mal-operatur, tippermetti lill-operatur japplika livelli għal flussi minn sorsi maġġuri iżjed baxxi minn dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu, b'minimu ta' livell 1, bil-kundizzjoni li:
l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli; u
l-operatur jipprovdi pjan ta' titjib li jindika kif u sa meta jkun se jintlaħaq mill-inqas il-livell meħtieġ skont it-tieni subparagrafu.
Artikolu 27
Determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet
L-operatur għandu jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet ta' fluss minn sors f'wieħed mill-modi li ġejjin:
fuq il-bażi ta' kejl kontinwu b'miter fil-proċess li joħloq l-emissjonijiet;
fuq il-bażi tal-aggregazzjoni ta' kejl b'miter ta' kwantitajiet imwassla b'mod separat b'kunsiderazzjoni tat-tibdil rilevanti tal-ħażniet.
Fejn id-determinazzjoni tal-kwantitajiet li jkun hemm fil-ħażna permezz ta' kejl dirett ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħmel stima ta' dawk il-kwantitajiet fuq bażi ta' waħda minn dawn li ġejjin:
data minn snin ta' qabel korrelatata mal-produzzjoni għall-perjodu ta' rapportar;
proċeduri ddokumentati u d-data rispettiva f'dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati għall-perjodu ta' rapportar.
Fejn id-determinazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet għas-sena kalendarja sħiħa ma tkunx teknikament fattibbli jew tista' timplika kostijiet irraġonevoli, l-operatur jista' jagħżel il-jum l-iżjed xieraq li jkun imiss sabiex jissepara sena ta' rapportar mis-sena ta' wara, u jirrikonċilja skont kif ikun xieraq mas-sena kalendarja meħtieġa. Id-devjazzjonijiet involuti għal fluss minn sors wieħed jew aktar għandhom jiġu rreġistrati b'mod ċar, jifformaw il-bażi ta' valur rappreżentattiv għas-sena kalendarja, u jiġu kkunsidrati b'mod konsistenti b'rabta mas-sena li jkun imiss.
Artikolu 28
Sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tal-operatur
Sabiex jiddetermina d-data dwar l-attivitajiet skont l-Artikolu 27, l-operatur għandu juża riżultati tal-kejl bil-miter ibbażati fuq sistemi ta' kejl taħt il-kontroll tiegħu stess fl-installazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-operatur għandu jwettaq valutazzjoni ta' inċertezza u jiżgura li l-livell limitu ta' inċertezza tal-livell rilevanti jintlaħaq;
l-operatur għandu jiżgura mill-inqas darba fis-sena, u wara kull kalibrazzjoni tal-istrument tal-kejl, li r-riżultati tal-kalibrazzjoni mmultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv jitqabblu mal-limiti rilevanti ta' inċertezza. Il-fattur ta' aġġustament konservattiv ibbażat fuq serje ta' perjodi ta' ħin xierqa ta' kalibrazzjonijiet ta' qabel ta' dak l-istrument tal-kejl jew strumenti oħrajn simili sabiex jiġi kkunsidrat l-effett ta' inċertezza fis-servizz.
Fejn il-livelli limitu tal-livelli approvati skont l-Artikolu 12 jinqabżu jew jinstab li t-tagħmir ma jkunx konformi ma' rekwiżiti oħrajn, l-operatur għandu jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed u jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dan.
Il-valutazzjoni għandha tkopri l-inċertezza speċifikata tal-istrumenti tal-kejl applikati, l-inċertezza assoċjata mal-kalibrazzjoni, u kwalunkwe inċertezza addizzjonali konnessa ma' kif l-istrumenti tal-kejl jintużaw fil-prattika. Il-valutazzjoni tal-inċertezza għandha tkopri inċertezza relatata ma' tibdil fil-ħażniet fejn il-faċilitajiet ta' ħżin ikunu kapaċi jżommu mill-inqas 5 % tal-kwantità annwali użata tal-karburant jew tal-materjal ikkunsidrat. Meta jkun qed iwettaq il-valutazzjoni, l-operatur għandu jikkunsidra l-fatt li l-valuri ddikjarati użati sabiex jiġu ddefiniti l-livelli limitu ta' inċertezza tal-livell fl-Anness II jirreferu għall-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar.
L-operatur jista' jissimplifika l-valutazzjoni ta' inċertezza billi jassumi li l-iżbalji massimi permissibbli speċifikati għall-istrument tal-kejl waqt it-tħaddim, jew jekk f'livell iżjed baxx, l-inċertezza miksuba bil-kalibrazzjoni, immultiplikati b'fattur ta' aġġustament konservattiv sabiex jiġi kkunsidrat l-effett tal-inċertezza waqt it-tħaddim, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l-inċertezza matul il-perjodu kollu ta' rapportar kif meħtieġ bid-definizzjonijiet tal-livelli fl-Anness II, bil-kundizzjoni li l-istrumenti tal-kejl jiġu installati f'ambjent xieraq għall-ispeċifikazzjonijiet tal-użu tagħhom.
Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kontroll metroloġiku legali għall-kompitu ta' kejl rilevanti jista' jintuża bħala l-valur ta' inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.
Artikolu 29
Sistemi ta' kejl li ma jkunux fil-kontroll tal-operatur stess
Għal dak il-għan, l-operatur jista' jirrikorri għal wieħed mis-sorsi ta' data li ġejjin:
ammonti minn fatturi maħruġa minn sieħeb fin-negozju, bil-kundizzjoni li sseħħ tranżazzjoni kummerċjali bejn żewġt isħab indipendenti fin-negozju;
qari dirett mis-sistemi ta' kejl.
Għal dak il-għan, l-iżball massimu permissibbli waqt it-tħaddim permess mil-leġiżlazzjoni rilevanti għall-kontroll metroloġiku legali nazzjonali għat-tranżazzjoni kummerċjali rilevanti jista' jintuża bħala inċertezza mingħajr ma tiġi pprovduta iżjed evidenza.
Fejn ir-rekwiżiti applikabbli skont il-kontroll metroloġiku legali nazzjonali jkunu inqas stretti mil-livell applikabbli skont l-Artikolu 26, l-operatur għandu jikseb evidenza dwar l-inċertezza applikabbli mis-sieħeb fin-negozju responsabbli għas-sistema ta' kejl.
Artikolu 30
Determinazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu
Fejn approċċ bħal dan ikun jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn tkun tista' tinkiseb preċiżjoni ogħla, l-operatur jista' jirrapporta b'mod konsistenti d-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu b'referenza għall-istat li fih jitwettqu l-analiżijiet fil-laboratorju.
L-operatur għandu jkun meħtieġ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa biss għal karburanti jew materjali mħalltin. Għal fjuwils jew materjali oħrajn għandu jintuża l-valur predefinit ta' 0 % għall-frazzjoni tal-bijomassa ta' karburanti fossili jew materjali, u valur predefinit ta' 100 % frazzjoni tal-bijomassa għal karburanti tal-bijomassa jew materjali li jikkonsistu esklussivament minn bijomassa.
Artikolu 31
Valuri predefiniti għall-fatturi ta' kalkolu
Fejn l-operatur jiddetermina l-fatturi ta' kalkolu bħala valuri predefiniti, huwa għandu juża wieħed mill-valuri li ġejjin, skont ir-rekwiżit tal-livell applikabbli, kif stabbilit fl-Annessi II u VI:
fatturi standard u fatturi stojkjometriċi elenkati fl-Anness VI;
fatturi standard użati mill-Istat Membru għas-sottomissjoni tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;
valuri tal-letteratura miftiehma mal-awtorità kompetenti, inkluż fatturi standard ippubblikati mill-awtorità kompetenti, li jkunu kompatibbli ma' fatturi msemmija fil-punt (b), iżda rappreżentattivi ta' flussi minn sorsi ta' karburanti iżjed diżaggregati;
valuri speċifikati u ggarantiti mill-fornitur ta' karburant jew materjal fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li l-kontenut tal-karbonju juri intervall ta' kunfidenza ta' 95 % ta' mhux iżjed minn 1 %;
valuri bbażati fuq analiżi imwettqa fl-imgħoddi, fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon għall-awtorità kompetenti li dawk il-valuri huma rappreżentattivi għal lottijiet tal-ġejjieni tal-istess karburant jew materjal.
Fejn il-valuri predefiniti jinbidlu fuq bażi annwali, l-operatur għandu jispeċifika s-sors awtoritarju applikabbli ta' dak il-valur fil-pjan ta' monitoraġġ.
Artikolu 32
Fatturi ta' kalkolu bbażati fuq analiżijiet
Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistu l-ebda standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħrajn ippruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.
Meta jiġi stabbilit parametru speċifiku, l-operatur għandu juża r-riżultati tal-analiżi kollha magħmula fir-rigward ta' dak il-parametru.
Artikolu 33
Pjan ta' kampjunar
L-operatur għandu jiżgura li l-kampjuni derivati jkunu rappreżentattivi għal-lott jew il-perjodu ta' konsenja rilevanti u jkunu ħielsa minn preġudizzji. Għandu jkun hemm qbil mal-laboratorju li jkun qed iwettaq l-analiżi għall-karburant jew il-materjal rispettiv dwar l-elementi rilevanti tal-pjan ta' kampjunar, u evidenza ta' dak il-qbil għandha tiġi inkluża fil-pjan. L-operatur għandu jagħmel il-pjan disponibbli għall-finijiet ta' verifika skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
Artikolu 34
Użu ta' laboratorji
Fir-rigward tal-immaniġġjar tal-kwalità, l-operatur għandu jipproduċi ċertifikazzjoni akkreditata tal-laboratorju f'konformità mal-EN ISO/IEC 9001, jew sistemi oħra ta' ġestjoni tal-kwalità ċċertifikati li jkopru l-laboratorju. Fin-nuqqas ta' sistemi ċċertifikati ta' mmaniġġjar tal-kwalità bħal dawn, l-operatur għandu jipprovdi evidenza xierqa oħra li l-laboratorju huwa kapaċi jimmaniġġja l-persunal, il-proċeduri, id-dokumenti u l-kompiti tiegħu b'mod affidabbli.
Fir-rigward tal-kompetenza teknika, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li turi li l-laboratorju huwa kompetenti u kapaċi jiġġenera riżultati teknikament validi bl-użu tal-proċeduri analitiċi rilevanti. Evidenza bħal din għandha tkopri mill-inqas l-elementi li ġejjin:
l-immaniġġjar tal-kompetenza tal-persunal għall-kompiti speċifiċi mogħtija;
l-adattabilità tal-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet ambjentali;
l-għażla ta' metodi analitiċi u standards rilevanti;
fejn applikabbli, l-immaniġġjar tal-kampjunar u l-preparazzjoni tal-kampjuni, inkluż il-kontroll tal-integrità tal-kampjuni;
fejn applikabbli, l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' metodi analitiċi ġodda jew l-applikazzjoni ta' metodi mhux koperti bi standards internazzjonali jew nazzjonali;
stima tal-inċertezzi;
l-immaniġġjar ta' tagħmir, inklużi proċeduri għall-kalibrazzjoni, l-aġġustament, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' tagħmir, u ż-żamma tar-reġistri tagħhom;
l-immaniġġjar u l-kontroll ta' data, dokumenti u softwer;
l-immaniġġjar ta' oġġetti tal-kalibrazzjoni u materjali ta' referenza;
il-garanzija tal-kwalità għar-riżultati tal-kalibrazzjoni u t-testijiet, inkluż parteċipazzjoni regolari fi skemi ta' ttestjar tal-profiċjenza, bl-applikazzjoni ta' metodi analitiċi għal materjali ta' referenza ċċertifikati, jew paragun reċiproku ma' laboratorju akkreditat;
l-immaniġġjar ta' proċessi esternalizzati;
l-immaniġġjar ta' inkarigi, ilmenti tal-klijenti, u l-iżgurar li tittieħed azzjoni korrettiva fil-ħin.
Artikolu 35
Frekwenzi għall-analiżijiet
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża frekwenza li hija differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn ma jkunux disponibbli frekwenzi minimi jew fejn l-operatur juri wieħed minn dawn li ġejjin:
abbażi ta' data storika, inklużi valuri analitiċi għall-karburanti u l-materjali rispettivi fil-perjodu ta' rapportar immedjatament qabel il-perjodu ta' rapportar attwali, kwalunkwe varjazzjoni fil-valuri analitiċi għall-karburant jew il-materjal rispettiv li ma taqbiżx 1/3 tal-valur ta' inċertezza li miegħu l-operatur irid jaderixxi rigward id-determinazzjoni tad-data tal-attivitajiet tal-karburant jew tal-materjal rilevanti;
l-użu tal-frekwenza meħtieġa jista' jimplika kostijiet irraġonevoli.
Fejn installazzjoni topera għal parti mis-sena biss, jew fejn il-karburanti jew il-materjali huma kkonsenjati f'lottijiet li huma kkonsmati matul iktar minn sena kalendarja waħda, l-awtorità kompetenti tista' tiftiehem mal-operatur rigward skeda iktar xierqa għal analiżijiet, sakemm tkun tirriżulta f'inċertezza komparabbli bħal fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 36
Fatturi ta' emissjoni għal CO2
L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-operatur juża fattur ta' emissjoni għal karburant espress bħala t CO2/t jew t CO2/Nm3 għall-emissjonijiet ta' kombustjoni, fejn l-użu ta' fattur ta' emissjoni espress bħala t CO2/TJ jimplika kostijiet irraġonevoli jew fejn mill-inqas tkun tista' tintlaħaq preċiżjoni ekwivalenti għall-emissjonijiet ikkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni bħal dan.
Artikolu 37
Fatturi ta' ossidazzjoni u ta' konverżjoni
Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' teħtieġ li l-operaturi jużaw dejjem il-livell 1.
Fejn jintużaw ħafna karburanti f'installazzjoni u jkollu jintuża l-livell 3 għall-fattur speċifiku ta' ossidazzjoni, l-operatur jista' jitlob l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għal wieħed minn dawn li ġejjin jew għatt-tnejn li huma:
id-determinazzjoni ta' fattur wieħed ta' ossidazzjoni aggregat għall-proċess kollu ta' kombustjoni u jiġi applikat għall-karburanti kollha;
l-attribuzzjoni tal-ossidazzjoni mhux kompluta lil fluss wieħed minn sors maġġuri u l-użu ta' valur ta' 1 għall-fattur tal-ossidazzjoni tal-flussi mis-sorsi l-oħrajn.
Jekk jintużaw il-bijomassa jew il-karburanti mħallta, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma twassalx għal sotto valutazzjoni tal-emissjonijiet.
Artikolu 38
Flussi minn sorsi ta' bijomassa
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5).
Il-fattur ta' emissjoni ta' kull karburant jew materjal għandu jiġi kkalkulat u rrapportat bħala l-fattur ta' emissjoni preliminari ddeterminat skont l-Artikolu 30, immultiplikat bil-frazzjoni fossili tal-karburant jew tal-materjal.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5).
Madankollu, il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa prodotti mill-iskart u mir-residwi, minbarra r-residwi agrikoli, tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-forestrija huma meħtieġa jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Dan is-subparagrafu għandu japplika wkoll għal skart u residwi li l-ewwel jiġu pproċessati fi prodott qabel ikomplu jiġu proċessati f’bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti tal-bijomassa.
L-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ prodotti mill-iskart solidu muniċipali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom japplikaw irrispettivament mill-oriġini ġeografika tal-bijomassa.
L-Artikolu 29(10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandu japplika għal installazzjoni kif definita fl-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE.
Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva.
Meta l-bijomassa li tintuża għall-kombustjoni ma tikkonformax ma’ dan il-paragrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħha għandu jitqies bħala karbonju fossili.
Artikolu 39
Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa u tal-frazzjoni fossili
Fejn, suġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur għandu jwettaq analiżijiet sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, iżda jekk l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu mhix teknikament fattibbli jew ikollha kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jissottometti metodu alternattiv ta' stima sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. Għall-karburanti jew il-materjali li joriġinaw minn proċess ta' produzzjoni bi flussi ta' input iddefiniti u traċċabbli, l-operatur jista' jibbaża l-istima fuq bilanċ tal-massa ta' karbonju fossili u tal-bijomassa li jkun dieħel u ħiereġ mill-proċess.
Il-Kummissjoni tista' tipprovdi linji gwida dwar metodi oħrajn ta' stima applikabbli.
L-operatur jista’ jiddetermina li ċerta kwantità ta’ gass naturali mill-grilja tal-gass tkun bijogass billi juża l-metodoloġija stipulata fil-paragrafu 4.
L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni ta’ bijomassa billi juża r-rekords tax-xiri ta’ bijogass b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, sakemm l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
ma jkun hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ bijogass, b’mod partikolari li l-bijogass mixtri ma jkunx iddikjarat li jintuża minn xi ħadd ieħor, inkluż permezz ta’ divulgazzjoni tal-garanzija tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
l-operatur u l-produttur tal-bijogass ikunu konnessi mal-istess grilja tal-gass.
Għall-fini li tintwera l-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-operatur jista’ juża d-data rreġistrata f’bażi tad-data stabbilita minn Stat Membru wieħed jew aktar li tippermetti t-traċċar tat-trasferimenti tal-bijogass.
TAQSIMA 3
Metodoloġija bbażata fuq il-kejl
Artikolu 40
Użu tal-metodoloġija ta' monitoraġġ ibbażata fuq il-kejl
L-operatur għandu juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għall-emissjonijiet kollha tal-ossidu nitruż (N2O) kif stabbilit fl-Anness IV, u sabiex jikkwantifika CO2 ittrasferit skont l-Artikolu 49.
Barra dan, l-operatur jista' juża metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għas-sorsi ta' emissjoni ta' CO2, jekk ikun jista' jipprovdi evidenza li għal kull sors ta' emissjoni jkun hemm konformità mal-livelli meħtieġa skont l-Artikolu 41.
Artikolu 41
Rekwiżiti tal-livelli
Għal kull sors maġġuri ta' emissjoni, l-operatur għandu japplika dan li ġej:
fil-każ ta' installazzjoni tal-kategorija A, mill-inqas il-livelli elenkati fit-taqsima 2 tal-Anness VIII;
f'każijiet oħrajn, l-ogħla livell elenkat fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII.
Madankollu, l-operatur jista' japplika livell li jkun livell wieħed iżjed baxx minn dak meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu għall-installazzjonijiet tal-kategorija C u sa żewġ livelli iżjed baxxi għall-installazzjonijiet tal-kategoriji A u B, b'minimu ta' livell 1, fejn jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell meħtieġ skont l-ewwel subparagrafu mhuwiex teknikament fattibbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.
Artikolu 42
Standards u laboratorji ta' kejl
Il-kejl kollu għandu jsir bl-applikazzjoni ta' metodi bbażati fuq:
EN 14181 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Assigurazzjoni ta' kwalità ta' sistemi ta' kejl awtomatizzati);
EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta' emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta' kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl);
standards EN rilevanti oħrajn, b'mod partikolari EN ISO 16911-2 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju — Determinazzjoni manwali u awtomatika tar-rata tal-fluss tal-veloċità u tal-volum fit-tubi).
Fejn standards bħal dawn ma jkunux disponibbli, il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq standards ISO adattati, standards ippubblikati mill-Kummissjoni jew standards nazzjonali. Fejn ma jeżistux standards applikabbli ppubblikati, għandhom jintużaw abbozzi ta' standards adattati, linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija jew metodoloġiji oħra ppruvati xjentifikament, u għandu jiġi limitat il-preġudizzju fil-kampjunar u l-kejl.
L-operatur għandu jikkunsidra l-aspetti kollha rilevanti tas-sistema tal-kejl kontinwu, inkluż il-post tat-tagħmir, il-kalibrazzjoni, il-kejl, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità.
Fejn il-laboratorju ma jkollux akkreditazzjoni bħal din, l-operatur għandu jiżgura li r-rekwiżiti ekwivalenti tal-Artikolu 34(2) u (3) jiġu ssodisfati.
Artikolu 43
Determinazzjoni tal-emissjonijiet
Fil-każ ta' emissjonijiet ta' CO2, l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni 1 fl-Anness VIII. Is-CO rilaxxat fl-atmosfera għandu jiġi ttrattat bħall-ammont molari ekwivalenti ta' CO2.
Fil-każ tal-ossidu nitruż (N2O), l-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali fuq il-bażi tal-ekwazzjoni fis-subtaqsima B.1 tat-taqsima 16 tal-Anness IV.
L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjoni tal-gassijiet serra fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija permezz ta' kejl kontinwu f'punt rappreżentattiv permezz ta' wieħed minn dawn li ġejjin:
kejl dirett;
fil-każ ta' konċentrazzjoni għolja fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija, il-kalkolu tal-konċentrazzjoni bl-użu ta' kejl indirett tal-konċentrazzjoni bl-applikazzjoni tal-ekwazzjoni 3 fl-Anness VIII u billi jikkunsidra l-valuri mkejla ta' konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħra kollha tal-fluss ta' gassijiet kif stabbilit fil-pjan ta' monitoraġġ tal-operatur.
Fejn rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina b'mod separat kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u jnaqqsu mit-total tal-emissjonijiet imkejla ta' CO2. Għal dan il-għan l-operatur jista' juża:
approċċ ibbażat fuq il-kalkolu, inkluż approċċi bl-użu ta' analiżijiet u kampjunar ibbażat fuq EN ISO 13833 (Emissjonijiet tas-sors stazzjonarji — Determinazzjoni tal-proporzjon tad-dijossidu tal-karbonju derivat mill-bijomassa (bijoġeniku) u mill-fossili — Kampjunar u determinazzjoni tar-radjukarbonju);
metodu ieħor ibbażat fuq standard rilevanti, inkluż ISO 18466 (Emissjonijiet ta' sors stazzjonarju - Determinazzjoni tal-frazzjoni bijoġenika f'CO2 f'gass taċ-ċumnija bl-użu tal-metodu tal-bilanċ);
metodu ta' stima ppubblikat mill-Kummissjoni.
Fejn il-metodu propost mill-operatur jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta' emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta' kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl) għandu jiġi applikat.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5).
L-operatur għandu jiddetermina l-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-kalkolu skont il-paragrafu 1 permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
kalkolu permezz ta' bilanċ tal-massa adattat, b'kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta' CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta' input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, kif ukoll fuq in-naħa tal-produzzjoni mill-inqas il-produzzjoni tal-prodott, u l-konċentrazzjoni ta' ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx);
id-determinazzjoni permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f'punt rappreżentattiv.
Artikolu 44
Aggregazzjoni tad-data
Fejn operatur jista' jiġġenera data għal perjodi iqsar ta' referenza mingħajr kostijiet addizzjonali, l-operatur għandu juża dawk il-perjodi għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1).
L-Artikolu 45(2) sa (4) għandu japplika fejn inqas minn 80 % tal-għadd massimu ta' punti ta' data għal parametru jkunu disponibbli.
Artikolu 45
Data nieqsa
Fejn il-perjodu ta' rapportar ma jkunx applikabbli għad-determinazzjoni ta' valuri ta' sostituzzjoni bħal dawn minħabba tibdil tekniku sinifikanti fl-installazjoni, l-operatur għandu jiftiehem mal-awtorità kompetenti dwar perjodu ta' żmien rappreżentattiv għad-determinazzjoni tal-medja u d-devjazzjoni standard, fejn possibbli b'dewmien ta' sena.
Artikolu 46
Korroborazzjoni mal-kalkolu tal-emissjonijiet
L-operatur għandu jikkorrobora emissjonijiet iddeterminati minn metodoloġija bbażata fuq il-kejl, bl-eċċezzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku u l-gassijiet serra ttrasferiti f'netwerk ta' trasport jew post tal-ħżin, billi jikkalkula l-emissjonijiet annwali ta' kull gass serra kkunsidrat għall-istess sorsi ta' emissjoni u flussi minn sorsi.
L-użu ta' metodoloġiji ta' livelli ma għandux ikun meħtieġ.
TAQSIMA 4
Dispożizzjonijet speċjali
Artikolu 47
Installazzjonijiet b'emissjonijiet baxxi
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet li għalihom huwa inkluż l-N2O skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, installazzjoni għandha tiġi kkunsidrata installazzjoni b'emissjonijiet baxxi fejn tintlaħaq mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-emissjonijiet annwali medji ta' dik l-installazzjoni rrapportati fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet waqt il-perjodu ta' negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta' negozjar attwali, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2(e) kull sena;
l-emissjonijiet annwali medji msemmija fil-punt (a) ma jkunux disponibbli jew ma jkunux għadhom applikabbli minħabba tibdil fil-konfini tal-installazzjoni jew tibdil fil-kundizzjonijiet tal-operat tal-installazzjoni, iżda l-emissjonijiet annwali ta' dik l-installazzjoni għall-ħames snin li jkun imiss, bl-esklużjoni ta' CO2 li joriġina minn bijomassa u qabel it-tnaqqis ta' CO2 ittrasferit, ikunu, abbażi ta' metodu konservattiv ta' stima, inqas minn 25 000 tunnellata ta' CO2(e) kull sena.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5).
L-operatur għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (b) tal-Artikolu 15(3), lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur ikompli l-monitoraġġ issimplifikat bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx inqabeż fil-ħames perjodi ta' rapportar li jkunu għaddew u ma jkunx se jerġa' jinqabeż mill-perjodu ta' rapportar li jmiss 'il quddiem.
Artikolu 48
CO2 inerenti
Madankollu, fejn CO2 inerenti jiġi rilaxxat, jew ittrasferit barra mill-installazzjoni lejn entitajiet mhux koperti minn dik id-Direttiva, għandu jingħadd bħala emissjonijet tal-installazzjoni fejn joriġina.
Fejn il-kwantitajiet ta' CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti ma jkunux identiċi, il-medja aritmetika taż-żewġ valuri determinati għandha tintuża kemm fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f'dik riċevitriċi, fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri tista' tiġi spjegata bl-inċertezza tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu tad-determinazzjoni. F'każijiet bħal dan, ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jirreferi għall-allinjament ta' dak il-valur.
Fejn id-devjazzjoni bejn il-valuri ma tistax tiġi spjegata bil-firxa ta' inċertezza approvata tas-sistemi ta' kejl jew tal-metodu ta' determinazzjoni, l-operaturi tal-installazzjonijiet tat-trasferiment u dawk riċevituri għandhom jallinjaw il-valuri billi japplikaw aġġustamenti konservattivi approvati mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 49
CO2 ittrasferit
L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn karbonju fossili f'attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda:
jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
installazzjoni għall-qbid għall-fini ta' trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
netwerk tat-trasport bl-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil;
jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni u użat sabiex jipproduċi karbonat tal-kalċju ppreċipitat, li s-CO2 użat jiġi marbut kimikament fih.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.
Għall-iskop tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplikaw metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.
Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 kimikament marbut fil-karbonat tal-kalċju ppreċipitat, l-operatur għandu juża sorsi ta' data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb.
Artikolu 50
Użu jew trasferiment ta' N2O
Installazzjoni li tirċievi l-N2O minn installazzjoni u attività skont l-ewwel subparagrafu għandha timmonitorja l-flussi tal-gass rilevanti bl-istess metodoloġiji, kif meħtieġ minn dan ir-Regolament, daqs li kieku l-N2O ġie ġġenerat fl-installazzjoni riċevitriċi stess.
Madankollu, fejn l-N2O jiġi bbottiljat jew użat bħala gass fi prodotti sabiex jiġi rrilaxxat barra l-installazzjoni, jew fejn jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni lil entitajiet mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, għandu jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina, ħlief għall-kwantitajiet ta' N2O li fir-rigward tagħhom l-operatur tal-installazzjoni fejn joriġina l-N2O jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-N2O jinqered bl-użu ta' tagħmir adattat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.
Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktarbaxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.
KAPITOLU IV
MONITORAĠĠ TA' EMISSJONIJIET U DATA TAT-TUNNELLATI-KILOMETRI MILL-AVJAZZJONI
Artikolu 51
Dispożizzjonijiet ġenerali
Għal dak il-għan, l-operatur ta' inġenji tal-ajru għandu jattribwixxi t-titjiriet kollha lis-sena kalendarja skont il-ħin tat-tluq imkejjel fil-Ħin Universali Kkoordinat.
Għall-iskop li jiġi identifikat l-operatur tal-inġenji tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, għandu jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru. Is-sinjal tas-sejħa għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:
id-deżinjatur ICAO stabbilit fil-kaxxa 7 tal-pjan tat-titjira;
fejn id-deżinjatur tal-ICAO tal-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx disponibbli, il-marki tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru.
Artikolu 52
Sottomissjoni tal-pjanijiet ta' monitoraġġ
B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, operatur tal-inġenji tal-ajru li għall-ewwel darba jwettaq attività tal-avjazzjoni koperta bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma setgħetx tiġi prevista erba' xhur qabel l-attività, għandu jissottometti pjan ta' monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar minn sitt ġimgħat wara li l-attività tkun twettqet. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa lill-awtorità kompetenti għala ma setax jissottometti pjan ta' monitoraġġ erba' xhur qabel l-attività.
Fejn l-Istat Membru li jamministra msemmi fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx magħruf minn qabel, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mingħajr dewmien żejjed jissottometti l-pjan ta' monitoraġġ meta informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jamministra ssir disponibbli.
Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu l-ħsieb li japplika għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, huwa għandu jissottometti wkoll pjan ta' monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri. Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jiġi sottomess mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-bidu ta' waħda minn dawn li ġejjin:
is-sena ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 3e(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-applikazzjonijiet skont dak l-Artikolu;
it-tieni sena kalendarja tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3f ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 53
Metodoloġija ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni
Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-karburant ippumpjat fit-tank imsemmi fit-Taqsima 1 tal-Anness III abbażi ta' wieħed minn dawn li ġejjin:
il-kejl min-naħa tal-fornitur tal-karburant, kif iddokumentat fin-noti tal-konsenja jew il-fatturi tal-karburant għal kull titjira;
id-data minn sistemi ta' kejl abbord inġenji tal-ajru rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, fir-reġistru tekniku tal-inġenju tal-ajru jew trażmessa b'mod elettroniku mill-inġenju tal-ajru lill-operatur tal-inġenji tal-ajru.
Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun iddettaljata fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.
Għal karburanti mhux elenkati f'dik it-tabella, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur ta' emissjoni skont l-Artikolu 32. Għal karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u r-rapportat bħala oġġett ta' memo.
Artikolu 54
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-bijokarburanti
L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa billi juża r-rekords tax-xiri ta’ bijokarburant b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, sakemm l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li ma hemmx għadd doppju tal-istess kwantità ta’ bijokarburant, b’mod partikolari li l-bijokarburant mixtri ma jkunx iddikjarat li jintuża minn xi ħadd ieħor.
Sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu, l-operatur jista’ juża d-data rrekordjata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 28(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 38(5) għall-kombustjoni tal-bijokarburant mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru.
Artikolu 55
Emittenti żgħar
L-għodod applikabbli jistgħu jintużaw biss jekk jiġu approvati mill-Kummissjoni inkluż l-applikazzjoni ta' fatturi ta' korrezzjoni sabiex jikkumpensaw kwalunkwe nuqqas ta' preċiżjoni fil-metodi ta' mmudellar.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12, emittent żgħir li jkollu l-ħsieb li juża kwalunkwe mill-għodod imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jista' jissottometti biss l-informazzjoni li ġejja fil-pjan ta' monitoraġġ għall-emissjonijiet:
l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness I;
evidenza li l-livelli limitu għall-emittenti żgħar stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu ntlaħqu;
l-isem ta' jew referenza għall-għodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkollha tintuża għall-kalkolu tal-istima tal-konsum ta' karburant.
Emittent zgħir għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jissottometti d-dokumentazzjoni ta' appoġġ imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1).
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, mingħajr dewmien żejjed, jissottometti modifika sinifikanti tal-pjan ta' monitoraġġ kif mifhum fil-punt (iv) tal-Artikolu 15(4)(a) lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
Madankollu, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti li l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkompli juża l-għodda msemmija fil-paragrafu 2 bil-kundizzjoni li l-operatur tal-inġenji tal-ajru juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-livelli limitu msemmija fil-paragrafu 1 ikunu għadhom ma nqabżux fl-aħħar ħames perjodi ta' rapportar u ma jkunux se jerġgħu jinqabżu mill-perjodu ta' rapportar li jkun imiss 'il quddiem.
Artikolu 56
Sorsi ta' inċertezza
Artikolu 57
Determinazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometri
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jkunux meħtieġa li jkollhom dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ għandhom jipproponu metodoloġija adattata fil-pjan ta' monitoraġġ għad-determinazzjoni tal-massa tal-merkanzija u tal-posta, waqt li jeskludu l-piż tat-tara tal-pelits u tal-kontejners kollha li ma jkunux tagħbija utli, u l-piż tas-servizz.
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiddetermina l-massa ta' passiġġieri li jkunu qegħdin jużaw wieħed mil-livelli li ġejjin:
livell 1: jikkonsisti f'valur predefinit ta' 100 kg għal kull passiġġier inkluż il-bagalji rreġistrati tiegħu;
livell 2: jikkonsisti fil-massa tal-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati inklużi fid-dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ għal kull titjira.
Madankollu, il-livell magħżul għandu japplika għat-titjiriet kollha fis-snin ta' monitoraġġ rilevanti għal applikazzjonijiet skont l-Artikolu 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE.
KAPITOLU V
IMMANIĠĠJAR U KONTROLL TAD-DATA
Artikolu 58
Attivitajiet ta' fluss ta' data
Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkollu l-ħsieb li japplika għal allokazzjoni ta' kwoti mingħajr ħlas skont l-Artikoli 3e jew 3f tad-Direttiva 2003/87/KE, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-monitoraġġ u r-rapportar tad-data tat-tunnellati-kilometri.
Id-deskrizzjonijiet tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' fluss ta' data li jkun hemm fil-pjan ta' monitoraġġ għandhom mill-inqas ikopru l-elementi li ġejjin:
l-elementi ta' informazzjoni elenkati fl-Artikolu 12(2);
identifikazzjoni tas-sorsi primarji tad-data;
kull pass fil-fluss ta' data minn data primarja għal data annwali tal-emissjonijiet jew it-tunnellati-kilometri li għandu jirrifletti s-sekwenza u l-interazzjoni bejn l-attivitajiet ta' fluss ta' data, inklużi l-formoli rilevanti u l-passi aggregati tad-data applikati;
il-passi tal-ipproċessar rilevanti relatati ma' kull attività speċifika ta' fluss ta' data inkluż il-formoli u d-data użati għad-determinazzjoni tad-data tal-emissjonijiet jew it-tunnellati-kilometri;
sistemi rilevanti tal-ipproċessar u l-ħżin ta' data elettronika użati u l-interazzjoni bejn sistemi bħal dawn u inputs oħra inkluż input manwali;
il-mod kif il-produzzjoni tal-attivitajiet ta' fluss ta' data tiġi ddokumentata.
Artikolu 59
Sistema ta' kontroll
Is-sistema ta' kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
valutazzjoni ta' operatur jew ta' operatur tal-inġenji tal-ajru tar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll fuq il-bażi ta' proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-valutazzjoni;
proċeduri bil-miktub relatati ma' attivitajiet ta' kontroll li għandhom inaqqsu r-riskji identifikati.
Il-proċeduri bil-miktub relatati mal-attivitajiet ta' kontroll kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom mill-inqas jinkludu:
il-garanzija tal-kwalità tat-tagħmir tal-kejl;
il-garanzija tal-kwalità tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika użata għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, inkluż it-teknoloġija tal-kompjuters tal-kontroll tal-proċess;
is-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-attivitajiet ta' kontroll u l-immaniġġjar tal-kompetenzi meħtieġa;
eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data;
korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva;
kontroll tal-proċessi esternalizzati;
żamma ta' reġistri u dokumentazzjoni inkluż l-immaniġġjar ta' verżjonijiet ta' dokumenti.
Kull meta jinstab li s-sistema ta' kontroll ma tkunx effikaċi jew ma tkunx proporzjonata mar-riskji identifikati, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprova jtejjeb is-sistema ta' kontroll u jaġġorna l-pjan ta' monitoraġġ jew il-proċeduri bil-miktub sottostanti għall-attivitajiet ta' fluss ta' data, il-valutazzjonijiet tar-riskji u l-attivitajiet ta' kontroll skont kif ikun xieraq.
Artikolu 60
Assigurazzjoni tal-kwalità
Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.
Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.
Fejn assigurazzjoni ta' kwalità bħal din tesiġi valuri limitu ta' emissjonijiet (ELVs) bħala parametri meħtieġa għall-bażi tal-verifiki tal-kalibrazzjoni u tal-prestazzjoni, għandha tintuża l-konċentrazzjoni annwali medja fis-siegħa tal-gass serra bħala sostitut għal ELVs bħal dawn. Fejn l-operatur isib nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija tal-kwalità, inkluż li jkollha titwettaq rikalibrazzjoni, huwa għandu jirrapporta dik iċ-ċirkostanza lill-awtorità kompetenti u jieħu azzjoni korrettiva mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 61
Assigurazzjoni tal-kwalità tat-teknoloġija tal-informatika
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiżgura li s-sistema tat-teknoloġija tal-informatika tiġi mfassla, iddokumentata, ittestjata, implimentata, ikkontrollata u miżmuma b'mod li jippermetti l-ipproċessar ta' data affidabbli, preċiża u puntwali skont ir-riskji identifikati skont il-punt (a) tal-Artikolu 59(2).
Il-kontroll tas-sistema tat-teknoloġija tal-informatika għandu jinkludi l-kontroll tal-aċċess, il-kontroll tal-back-up, l-irkupru, l-ippjanar tal-kontinwità u s-sigurtà.
Artikolu 62
Segregazzjoni tad-dmirijiet
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 59(3), l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jassenja persuni responsabbli għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data u għall-attivitajiet kollha ta' kontroll b'mod li jissepara d-dmirijiet konfliġġenti. Fin-nuqqas ta' attivitajiet oħra ta' kontroll, huwa għandu jiżgura għall-attivitajiet kollha ta' fluss ta' data proporzjonati mar-riskji inerenti identifikati li l-informazzjoni u d-data rilevanti kollha tiġi kkonfermata minn tal-anqas persuna waħda li ma tkunx ġiet involuta fid-determinazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' dik l-informazzjoni jew dik id-data.
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jimmaniġġja l-kompetenzi meħtieġa għar-responsabbiltajiet involuti, inkluż it-tqassim xieraq tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ, u l-analiżi tal-prestazzjonijiet.
Artikolu 63
Eżamijiet mill-ġdid interni u validazzjoni tad-data
Analiżi u validazzjoni tad-data bħal dawn għandhom mill-inqas jinkludu:
verifika dwar jekk id-data hijiex kompluta;
tqabbil tad-data li l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jkun kiseb, immonitorja u rrapporta tul diversi snin;
tqabbil tad-data u l-valuri li jirriżultaw minn sistemi differenti ta' ġbir ta' data tal-operat, inkluż it-tqabbil li ġej, fejn applikabbli:
tqabbil tad-data tax-xiri tal-karburant jew tal-materjal mad-data dwar it-tibdil fl-istokk u d-data dwar il-konsum għall-flussi minn sorsi applikabbli;
tqabbil tal-fatturi ta' kalkolu li jkunu ġew iddeterminati b'analiżi, ikkalkulati jew miksuba mill-fornitur tal-karburant jew tal-materjal, ma' fatturi ta' referenza nazzjonali jew internazzjonali ta' karburanti jew materjali komparabbli;
tqabbil tal-emissjonijiet miksuba minn metodoloġiji bbażati fuq il-kejl u r-riżultati tal-kalkolu korroborattiv skont l-Artikolu 46;
tqabbil ta' data aggregata u data mhux ipproċessata.
Artikolu 64
Korrezzjonijiet u azzjoni korrettiva
Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jipproċedi għal dan kollu li ġej:
valutazzjoni tal-validità tal-produzzjonijiet tal-passi applikabbli fl-attivitajiet ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew l-attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59;
id-determinazzjoni tal-kawża prinċipali tal-funzjonament ħażin jew tal-iżball ikkonċernat;
l-implimentazzjoni ta' azzjoni korrettiva xierqa, inkluż il-korrezzjoni ta' kwalunkwe data affettwata fir-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri, kif ikun xieraq.
Artikolu 65
Proċessi esternalizzati
Fejn l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru jesternalizza attività waħda jew aktar ta' fluss ta' data msemmija fl-Artikolu 58 jew attivitajiet ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 59, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipproċedi għal dan kollu li ġej:
jivverifika l-kwalità tal-attivitajiet ta' fluss ta' data esternalizzati u l-attivitajiet ta' kontroll skont dan ir-Regolament;
jiddefinixxi rekwiżiti xierqa għall-produzzjonijiet tal-proċessi esternalizzati u l-metodi użati f'dawk il-proċessi;
jivverifika l-kwalità tal-produzzjonijiet u l-metodi msemmija fil-punt (b) ta' dan l-Artikolu;
jiżgura li l-attivitajiet esternalizzati jitwettqu b'mod li dawk jirrispondu għar-riskji inerenti u r-riskji ta' kontroll identifikati fil-valutazzjoni tar-riskji msemmija fl-Artikolu 59.
Artikolu 66
Trattament tal-lakuni fid-data
Fejn l-operatur ma jkunx stabbilixxa l-metodu ta' stima fi proċedura bil-miktub, huwa għandu jistabbilixxi proċedura bil-miktub bħal din u jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni modifika xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 għall-approvazzjoni.
Fejn id-data ta' sostituzzjoni ma tkunx tista' tiġi ddeterminata skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istimi tal-emissjonijiet għal dik it-titjira jew dawk it-titjiriet jistgħu jsiru mill-operatur tal-inġenji tal-ajru mill-konsum ta' karburant iddeterminat bl-użu ta' għodda msemmija fl-Artikolu 55(2).
Fejn in-numru ta' titjiriet b'nuqqasijiet fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrappurtati, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta' rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ.
Artikolu 67
Reġistri u dokumentazzjoni
Id-data ta' monitoraġġ iddokumentata u arkivjata għandha tkun biżżejjed sabiex tippermetti l-verifika tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet jew ir-rapporti dwar it-tunnellati-kilometri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067. Id-data rrapportata mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru li jkun hemm f'sistema elettronika ta' rapportar u mmaniġġjar ta' data stabbilita mill-awtorità kompetenti tista' tiġi kkunsidrata li tinżamm mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru, jekk huma jkollhom aċċess għal dik id-data.
L-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, fuq talba, jagħmel dawk id-dokumenti disponibbli lill-awtorità kompetenti u lill-verifikatur għall-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet jew ir-rapport dwar it-tunnellati-kilometri skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
KAPITOLU VI
REKWIŻITI TAR-RAPPORTAR
Artikolu 68
Ħin u obbligi għar-rapportar
Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jissottomettu r-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet qabel il-31 ta' Marzu, iżda mhux iktar kmieni mit-28 ta' Frar.
Artikolu 69
Rapportar dwar titjib fil-metodoloġija ta' monitoraġġ
Operatur ta' installazzjoni għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni rapport li jkun jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 jew 3, fejn xieraq, sal-iskadenzi li ġejjin:
għal installazzjoni tal-Kategorija A, sat-30 ta' Ġunju kull erba' snin;
għal installazzjoni tal-Kategorija B, sat-30 ta' Ġunju kull sentejn;
għal installazzjoni tal-Kategorija C, sat-30 ta' Ġunju kull sena.
Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena.
B'deroga mit-tieni u t-tielet subparagrafi, u mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' tapprova, flimkien mal-pjan ta' monitoraġġ jew ir-rapport tat-titjib, estensjoni tal-iskadenza applikabbli skont it-tieni subparagrafu, jekk l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti meta jissottometti pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 12 jew man-notifika tal-aġġornamenti skont l-Artikolu 15, jew meta jissottometti rapport ta' titjib skont dan l-Artikolu, li r-raġunijiet għal kostijiet irraġonevoli jew għal miżuri ta' titjib li teknikament mhumiex fattibbli jibqgħu validi għal perjodu ta' żmien itwal. Dik l-estensjoni għandha tqis in-numru ta' snin li għalihom l-operatur jipprovdi evidenza. Il-perjodu ta' żmien totali bejn ir-rapporti tat-titjib ma għandux jaqbeż tliet snin għal installazzjoni tal-kategorija C, erba' snin għal installazzjoni tal-kategorija B jew ħames snin għal installazzjoni tal-kategorija A.
Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq ta' dawk il-livelli jkunu saru teknikament fattibbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15, u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien.
Madankollu, fejn tinstab evidenza li l-miżuri meħtieġa għall-ilħiq mill-inqas tal-livell 1 għal dawk il-flussi minn sorsi jkunu saru teknikament vijabbli u ma jkunux għadhom jimplikaw kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar modifiki xierqa tal-pjan ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 15 u jissottometti proposti għall-implimentazzjoni tal-miżuri relatati u l-iskeda taż-żmien tagħhom.
L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi data alternattiva għas-sottomissjoni tar-rapport kif imsemmi f'dan il-paragrafu, iżda mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru tal-istess sena. Fejn applikabbli, rapport bħal dan jista' jiġi kkombinat mar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fejn titjib irrakkomandat ma jkunx se jwassal għal titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni sabiex jispjega għaliex dak huwa l-każ. Fejn it-titjib irrakkomandat ikun se jwassal għal kostijiet irraġonevoli, l-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi evidenza tan-natura irraġonevoli tal-kostijiet.
Artikolu 70
Determinazzjoni ta' emissjonijiet mill-awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet ta' installazzjoni jew operatur ta' inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
ma jkun ġie sottomess l-ebda rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet mill-operatur jew l-operatur tal-inġenji tal-ajru sal-iskadenza meħtieġa skont l-Artikolu 68(1);
ir-rapport annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 68(1) ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament;
ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru ma jkunx ġie vverifikat skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.
Artikolu 71
Aċċess għall-informazzjoni
Ir-rapporti dwar l-emissjonijiet miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku minn dik l-awtorità soġġett għal regoli nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ). Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva 2003/4/KE, l-operaturi jew l-operaturi ta' inġenji tal-ajru jistgħu jindikaw fir-rapport tagħhom liema informazzjoni jikkunsidraw bħala kummerċjalment sensittiva.
Artikolu 72
Approssimazzjoni tad-data
It-tunnellati-kilometri għandhom jiġu rrapportati bħala valuri approssimati ta' tunnellati-kilometri.
Artikolu 73
L-iżgurar ta' konsistenza ma' rapportar ieħor
Kull attività elenkata fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li titwettaq minn operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru għandha tiġi ttikkettata bl-użu tal-kodiċijiet, jekk ikunu applikabbli, mill-iskemi ta' rapportar li ġejjin:
il-format komuni ta' rapportar għas-sistemi nazzjonali ta' inventarji ta' gassijiet serra, kif approvat mill-korpi rispettivi tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;
in-numru ta' identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru Ewropew dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
l-attività tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 166/2006;
il-kodiċi NACE skont ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
KAPITOLU VII
REKWIŻITI TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-INFORMATIKA
Artikolu 74
Formats għall-iskambju tad-data elettronika
Dawk il-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta' fajl stabbiliti mill-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jinkludu l-informazzjoni inkluża f'mudelli elettroniċi jew speċifikazzjonijiet ta' formats ta' fajls ippubblikati mill-Kummissjoni.
Meta jkunu qegħdin jistabbilixxu l-mudelli jew l-ispeċifikazzjonijiet ta' format ta'fajls imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu waħda mill-opzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:
speċifikazzjonijiet ta' format ta' fajls abbażi ta' XML, bħal-lingwa ta' rapportar tal-EU ETS ippubblikata mill-Kummissjoni għall-użu fil-konnessjoni ma' sistemi awtomatizzati avvanzati;
mudelli ppubblikati f'forma li tista' tintuża minn softwer tal-uffiċċju standard, inklużi spreadsheets u fajls ta' word processors.
Artikolu 75
Użu ta' sistemi awtomatizzati
Fejn Stat Membru jagħżel li juża sistemi awtomatizzati għal skambju ta' data elettronika abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-format tal-fajl skont il-punt (a) tal-Artikolu 74(2), dawk is-sistemi għandhom jiżguraw b'mod kost effiċjenti, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:
l-integrità tad-data, li tipprevjeni l-modifika tal-messaġġi elettroniċi waqt it-trażmissjoni;
il-kunfidenzjalità tad-data, permezz tal-użu ta' tekniki ta' sigurtà, inkluż tekniki ta' kriptaġġ, b'tali mod li d-data tkun aċċessibbli biss għall-parti li għaliha kienet maħsuba u li l-ebda data ma tkun tista' tiġi interċettata minn partijiet mhux awtorizzati;
l-awtentiċità tad-data, b'mod li l-identità kemm tal-ispeditur kif ukoll tar-riċevitur tad-data tkun magħrufa u tiġi vverifikata;
in-nuqqas ta' rifjut tad-data, b'mod li parti waħda ta' tranżazzjoni ma tkunx tista' tinnega li rċeviet tranżazzjoni u lanqas il-parti l-oħra ma tkun tista' tinnega li bagħtet tranżazzjoni, bl-applikazzjoni ta' metodi bħal tekniki ta' ffirmar, jew l-awditjar indipendenti ta' salvagwardji tas-sistemi.
Kwalunkwe sistema awtomatizzata użata mill-Istati Membri bbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-format tal-fajls skont l-Artikolu 74(2) għall-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti, l-operatur u l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll il-verifikatur u l-korp ta' akkreditazzjoni kif mifhum fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, għandha tissodisfa r-rekwiżiti mhux funzjonali li ġejjin, permezz ta' implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi skont l-istat attwali tat-teknoloġija:
kontroll tal-aċċess, b'mod li s-sistema tkun aċċessibbli biss għall-partijiet awtorizzati u l-ebda data ma tkun tista' tinqara, tinkiteb jew tiġi aġġornata minn partijiet mhux awtorizzati, permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri teknoloġiċi sabiex jintlaħaq dan li ġej:
ir-restrizzjoni tal-aċċess fiżiku għall-ħardwer li fuqu jaħdmu s-sistemi awtomatizzati permezz ta' ostakli fiżiċi;
ir-restrizzjoni tal-aċċess loġiku għas-sistemi awtomatizzati permezz tal-użu ta' teknoloġija għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni;
id-disponibbiltà, b'mod li l-aċċessibbiltà tad-data tiġi żgurata, anke wara żmien sinifikanti u l-introduzzjoni ta' softwer ġdid possibbli;
rekord tal-verifika, b'mod li jiġi żgurat li t-tibdil fid-data dejjem ikun jista' jinstab u jiġi analizzat retrospettivament.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 76
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 601/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 601/2012 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 12(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (a) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(a) għal installazzjonijiet, evidenza għal kull fluss ta' sors maġġuri u minuri li turi konformità mal-limiti ta' inċertezza għal data tal-attivitajiet u fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli, għal livelli applikati kif definiti fl-Annessi II u IV, kif ukoll għal kull sors ta' emissjoni li juri konformità mal-limiti ta' inċertezza għal-livelli applikati kif definiti fl-Anness VIII, fejn applikabbli;”
Fl-Artikolu 15(4), is-subparagrafu (a) huwa mibdul b'dan li ġej:
fir-rigward tal-pjan ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet:
bidla tal-valuri tal-fatturi ta' emissjoni stabbiliti fil-pjan ta' monitoraġġ;
bidla fil-metodi tal-kalkolu kif stipulat fl-Anness III, jew bidla mill-użu ta' metodu tal-kalkolu għall-użu ta' metodoloġija ta' stima skont l-Artikolu 55(2) jew vice versa;
l-introduzzjoni ta' flussi ġodda minn sorsi;
bidliet fl-istatus tal-operatur tal-inġenji tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) jew fir-rigward ta' wieħed mil-limiti previsti fl-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;”
L-Artikolu 49 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 49
CO2 ittrasferit
L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta' CO2 li joriġina minn karbonju fossili f'attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda:
jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
installazzjoni għall-qbid għall-fini ta' trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
netwerk tat-trasport bl-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f'post ta' ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-iskop ta' ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil;
jiġi ttrasferit 'il barra mill-installazzjoni u użat sabiex jipproduċi karbonat tal-kalċju ppreċipitat, li s-CO2 użat jiġi marbut kimikament fih.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għall-installazzjoni riċevitriċi fir-rigward tal-kodiċi ta' identifikazzjoni ta' installazzjoni tal-installazzjoni tat-trasferiment.
Għall-iskop tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplika metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu.
Madankollu, l-operatur jista' japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' CO2 kimikament marbut fil-karbonat tal-kalċju ppreċipitat, l-operatur għandu juża sorsi ta' data li jirrappreżentaw l-ogħla preċiżjoni li tista' tinkiseb.
L-Artikolu 52 huwa emendat kif ġej:
jitħassar il-paragrafu 5;
il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Il-proċedura għall-informazzjoni dwar l-użu ta' densità effettiva jew standard għandha tkun deskritta fil-pjan ta' monitoraġġ flimkien ma' referenza għad-dokumentazzjoni rilevanti tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.”
il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:
Fl-Artikolu 54(2), is-subparagrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:
L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra
Fl-Artikolu 59, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej:
“Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 58(3), l-operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tal-kejl rilevanti kollu jiġi kkalibrat, aġġustat u vverifikat f'intervalli regolari, inkluż qabel l-użu, u vverifikat ma' standards ta' kejl traċċabbli għal standards ta' kejl internazzjonali, fejn disponibbli, skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u proporzjonati mar-riskji identifikati.
Fejn il-komponenti tas-sistemi tal-kejl ma jkunux jistgħu jiġu kkalibrati, l-operatur għandu jidentifikahom fil-pjan ta' monitoraġġ u jipproponi attivitajiet alternattivi ta' kontroll.
Meta jinstab li t-tagħmir ma jikkonformax mal-prestazzjoni meħtieġa, l-operatur għandu minnufih jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa.”
Fl-Artikolu 65(2), jiżdied it-tielet subparagrafu:
“Fejn in-numru ta' titjiriet b'nuqqasijiet fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrappurtati, l-operatur għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta' rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ.”
Fl-Anness I, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:
il-punt (2)(b)(ii) huwa sostitwit b'li ġej:
“(ii) proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli;”
il-punt (2)(b)(iii) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(iii) il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;”
il-punt (2)(b)(iv) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(iv) ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 55(1);”
jitħassar il-punt (2)(d)
il-punt (2)(f) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(f) deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 65(2).”
Fl-Anness III, it-taqsima 2 hija mħassra.
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
fit-taqsima 10, subtaqsima B, ir-raba' paragrafu huwa mħassar;
fit-taqsima 14, subtaqsima B, it-tielet paragrafu huwa mħassar.
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
it-taqsima 1, punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw bidliet temporali jew li mhumiex temporali ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, ta' livelli li ġew approvati mill-awtorità kompetenti;”
it-taqsima 3, il-punt (5) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(5) Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal nuqqasijiet fid-data fejn applikabbli, in-numru ta' titjiriet fejn seħħew in-nuqqasijiet fid-data, id-data użata biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-data, fejn seħħew, u, fejn in-numru ta' titjireit bin-nuqqasijiet fid-data qabżu l-5 % tat-titjiriet li ġew irrappurtati, ir-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda.”
Fl-Anness X, it-taqsima 2 hija emendata kif ġej:
il-punt (7) jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“(7) In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;”
il-punt li ġej huwa miżjud taħt il-punt (7):
“(7a) Massa ta' fjuwil (f'tunnellati) għal kull tip ta' karburant għal kull par ta' Stati;”
il-punt (10)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(a) in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”
il-punt (11)(a) huwa mibdul b'dan li ġej:
“(a) in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;”
Artikolu 77
Tħassir tar-Regolament (UE) Nru 601/2012
Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tingħata fl-Anness XI.
Artikolu 78
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Madankollu, l-Artikolu 76 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019 jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema minnhom jiġi l-iktar tard.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Kontenut minimu tal-pjan ta' monitoraġġ (L-Artikolu 12(1))
1. KONTENUT MINIMU TAL-PJAN TA' MONITORAĠĠ GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET
Il-pjan ta' monitoraġġ għal installazzjoni għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
informazzjoni ġenerali dwar l-installazzjoni:
deskrizzjoni tal-installazzjoni u tal-attivitajiet imwettqa mill-installazzjoni li tkun se tiġi mmonitorjata, li tinkludi lista ta' sorsi ta' emissjonijiet u flussi minn sorsi li għandhom jiġu mmonitorjati għal kull attività mwettqa fl-installazzjoni u li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
din id-deskrizzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex jintwera li la jkunu qegħdin iseħħu nuqqasijiet fid-data u lanqas għadd doppju tal-emissjonijiet;
għandha tiżdied dijagramma sempliċi tas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, il-punti ta' kampjunar u t-tagħmir tal-kejl b'miter fejn tintalab mill-awtorità kompetenti jew fejn dijagramma bħal din tissemplifika d-deskrizzjoni tal-installazzjoni jew ir-referenzi għas-sorsi ta' emissjoni, il-flussi minn sorsi, l-istrumenti tal-kejl u kwalunkwe parti oħra tal-installazzjoni rilevanti għall-metodoloġija ta' monitoraġġ li tinkludi attivitajiet ta' fluss ta' data u attivitajiet ta' kontroll;
deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar tat-tqassim tar-responsabbiltajiet għal monitoraġġ u rapportar fl-installazzjoni, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;
deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoraġġ, li tkopri mill-inqas dan li ġej:
il-verifika tal-lista tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi, sabiex tiġi żgurata l-kompletezza tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi u li t-tibdil kollu rilevanti fin-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jkun se jiġi inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ;
il-valutazzjoni tal-konformità mal-livelli limitu ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet u parametri oħra, fejn applikabbli, għal-livelli applikati għal kull fluss minn sors u sors ta' emissjoni;
il-valutazzjoni ta' miżuri potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija tal-monitoraġġ applikata;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet tal-fluss tad-data skont l-Artikolu 58, inkluż dijagramma fejn xieraq għall-kjarifika;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;
fejn applikabbli, informazzjoni dwar ir-rabtiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), is-sistemi koperti mill-istandard armonizzat ISO 14001:2004 u sistemi oħra ta' ġestjoni ambjentali inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;
in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;
il-kategorija tal-installazzjoni;
deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fejn applikati, li tikkonsisti minn dan li ġej:
deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija applikata bbażata fuq kalkolu, inkluż lista ta' data ta' input u l-formoli ta' kalkolu użati, lista tal-livelli applikati għad-data tal-attivitajiet u l-fatturi ta' kalkolu rilevanti kollha għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;
fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri u de-minimis, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi fi flussi minn sorsi maġġuri, minuri u de-minimis;
deskrizzjoni tas-sistemi ta' kejl użati, u l-firxa ta' kejl, l-inċertezza speċifikata u l-post eżatt tal-istrumenti tal-kejl tagħhom li jkunu se jintużaw għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi li jkun se jiġi mmonitorjat;
fejn applikabbli, il-valuri predefiniti użati għal fatturi ta' kalkolu li jindikaw is-sors tal-fattur, jew is-sors rilevanti, li minnu l-fattur predefinit jiġi rkuprat perjodikament, għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi;
fejn applikabbli, lista tal-metodi ta' analiżi li jkollhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha ta' kalkolu għal kull wieħed mill-flussi minn sorsi, u deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għal dawk l-analiżijiet;
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura sottostanti tal-pjan ta' kampjunar għall-kampjunar tal-karburant u l-materjali li jkunu se jiġu analizzati, u l-proċedura użata għar-reviżjoni tal-adegwatezza tal-pjan ta' kampjunar;
fejn applikabbli, lista ta' laboratorji impenjati fit-twettiq tal-proċeduri analitiċi rilevanti u, fejn il-laboratorju ma jkunx akkreditat kif imsemmi fl-Artikolu 34(1) deskrizzjoni tal-proċedura użata sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti ekwivalenti skont l-Artikolu 34(2) u (3);
fejn tiġi applikata metodoloġija sekondarja ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 22, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ applikata għall-flussi minn sorsi jew is-sorsi ta' emissjonijiet kollha, li għalihom ma tintuża l-ebda metodoloġija ta' livelli, u deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub użata għall-analiżi tal-inċertezza assoċjata li jkollha titwettaq;
deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl, fejn applikati, inkluż dan li ġej:
deskrizzjoni tal-metodu ta' kejl inklużi deskrizzjonijiet tal-proċeduri kollha bil-miktub rilevanti għall-kejl u dan li ġej:
kwalunkwe formola ta' kalkolu użata għall-aggregazzjoni ta' data u użata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' kull sors ta' emissjoni;
il-metodu sabiex jiġi ddeterminat jekk jistgħux jiġu kkalkulati sigħat validi jew perjodi iqsar ta' referenza għal kull parametru, u għas-sostituzzjoni ta' data nieqsa skont l-Artikolu 45;
lista tal-punti rilevanti kollha ta' emissjoni waqt operat tipiku, u waqt fażijiet ta' restrizzjoni u tranżizzjoni, inkluż il-perjodi ta' waqfien minħabba ħsara jew il-fażijiet ta' kummissjonar, issupplimentata b'dijagramma ta' proċessi meta mitlub mill-awtorità kompetenti;
jekk il-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija jinkiseb b'kalkolu, deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għal dak il-kalkolu għal kull sors ta' emissjoni mmonitorjat bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl;
lista tat-tagħmir kollu rilevanti, li tindika l-frekwenza tal-kejl tiegħu, il-firxa tal-operat u l-inċertezza;
lista ta' standards applikati u ta' kwalunkwe devjazzjoni minn dawk l-istandards;
deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għat-twettiq tal-kalkoli korroborattivi skont l-Artikolu 46, fejn applikabbli;
deskrizzjoni tal-metodu, kif CO2 li joriġina minn bijomassa għandu jiġi ddeterminat u mnaqqas minn emissjonijiet imkejla ta' CO2, u tal-proċedura bil-miktub użata għal dak il-għan, jekk applikabbli;
fejn applikabbli u fejn l-operatur għandu l-ħsieb li jagħmel użu minn simplifikazzjoni għall-flussi minn sorsi minuri, kategorizzazzjoni tal-flussi minn sorsi maġġuri u minuri;
flimkien mal-elementi mniżżla fil-punt 4, deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn emissjonijiet ta' N2O jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż deskrizzjoni ta' dan li ġej:
il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' materjali użati fil-proċess ta' produzzjoni u l-kwantità massima ta' materjal użat fil-kapaċità sħiħa;
il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-kwantità ta' produzzjoni ta' prodott bħala produzzjoni fis-siegħa, espressa bħala aċidu nitriku (100 %), aċidu adipiku (100 %), kaprolattam, gliossal u aċidu gliossiliku fis-siegħa rispettivament;
il-metodu u l-parametri użati għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni, il-firxa tal-operat tiegħu, u l-inċertezza tiegħu, u dettalji ta' kwalunkwe metodu alternattiv li jkollu jiġi applikat jekk il-konċentrazzjonijiet ma jaqgħux fil-firxa tal-operat u s-sitwazzjonijiet meta dan jista' jseħħ;
il-metodu ta' kalkolu użat għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' N2O minn sorsi perjodiċi u li jibqgħu jirrilaxxaw bl-istess intensità fil-produzzjoni tal-aċidu nitriku, tal-aċidu adipiku, tal-kaprolattam, tal-gliossal u tal-aċidu gliossiliku;
il-mod kif jew il-punt safejn l-installazzjoni topera b'tagħbijiet varjabbli, u l-mod li bih jitwettaq l-immaniġġjar tal-operat;
il-metodu u kwalunkwe formola ta' kalkolu użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet annwali ta' N2O u l-valuri korrispondenti ta' CO2(e) ta' kull sors ta' emissjoni;
informazzjoni dwar kundizzjonijiet ta' proċess li jiddevjaw minn operat normali, indikazzjoni tal-frekwenza potenzjali u d-dewmien ta' kundizzjonijiet bħal dawn, kif ukoll indikazzjoni tal-volum tal-emissjonijiet ta' N2O waqt il-kundizzjonijiet tal-proċess ta' devjazzjoni bħal pereżempju funzjonament ħażin tat-tagħmir ta' tnaqqis;
deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ sakemm il-perfluworokarburi mill-produzzjoni tal-aluminju primarju jiġu mmonitorjati, fejn xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:
fejn applikabbli, id-dati tal-kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjoni SEFCF4 jew OVC, u FC2F6, u skeda għal ripetizzjonijiet ta' dik id-determinazzjoni fil-ġejjieni;
fejn applikabbli, il-protokoll li jiddeskrivi l-proċedura użata għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6, li juri wkoll li l-kejl ikun twettaq u jkun se jitwettaq għal żmien twil biżżejjed sabiex il-valuri mkejla jikkonverġu, iżda mill-inqas għal 72 siegħa;
fejn applikabbli, il-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għal emissjonijiet li jaħarbu f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-aluminju primarju;
deskrizzjoni tat-tip ta' ċellula u t-tip ta' anodu;
deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta' monitoraġġ fejn jitwettaq it-trasferiment ta' CO2 inerenti bħala parti minn fluss minn sors skont l-Artikolu 48, it-trasferiment ta' CO2 skont l-Artikolu 49, jew it-trasferiment ta' N2O skont l-Artikolu 50, fejn ikun xieraq fil-forma ta' deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inkluż dan li ġej:
fejn applikabbli, il-post tat-tagħmir għall-kejl tat-temperatura u l-pressjoni f'netwerk tat-trasport;
fejn applikabbli, proċeduri għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' avvenimenti ta' tnixxija minn netwerks tat-trasport;
fil-każ ta' netwerks tat-trasport, proċeduri li jiżguraw effettivament li CO2 jiġi ttrasferit biss lejn installazzjonijiet li jkollhom permess validu għall-emissjoni ta' gassijiet serra, jew fejn kwalunkwe CO2 rilaxxat jiġi mmonitorjat b'mod effettiv u li jsir rendikont tiegħu skont l-Artikolu 49;
l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet riċevituri u tat-trasferiment skont il-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-installazzjoni rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 1193/2011;
fejn applikabbli, deskrizzjoni ta' sistemi ta' kejl kontinwu użati fil-punti ta' trasferiment ta' CO2 jew N2O bejn installazzjonijiet li jkunu qegħdin jittrasferixxuCO2 jew N2O jew il-metodu ta' determinazzjoni skont l-Artikoli 48, 49 jew 50;
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu ta' stima konservattiva użat għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta' bijomassa ta' CO2 ttrasferit skont l-Artikolu 48 jew 49;
fejn applikabbli, metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni għall-emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat potenzjali kif ukoll il-metodoloġiji ta' kwantifikazzjoni applikati u possibbilment adattati għal emissjonijiet effettivi jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat, kif speċifikat fit-Taqsima 23 tal-Anness IV;
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-flussi minn sorsi ta’ bijomassa jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-bijogass abbażi tar-rekords tax-xiri skont l-Artikolu 39(4).
2. KONTENUT MINIMU TA' PJANIJIET TA' MONITORAĠĠ GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-AVJAZZJONI
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:
l-identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru, is-sinjal tas-sejħa jew deżinjatur uniku ieħor użat għall-finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, dettalji ta' kuntatt tal-operatur tal-inġenji tal-ajru u ta' persuna responsabbli għand l-operatur tal-inġenji tal-ajru, l-indirizz ta' kuntatt, l-Istat Membru li jamministra, l-awtorità kompetenti li tamministra;
lista inizjali tat-tipi ta' inġenji tal-ajru fil-flotta tiegħu li jkunu qegħdin joperaw fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u l-għadd ta' inġenji tal-ajru skont it-tip, u lista indikattiva ta' tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru mistennija li jintużaw inkluż, fejn disponibbli, għadd stmat ta' inġenji tal-ajru skont it-tip kif ukoll il-flussi minn sorsi (tipi ta' karburant) assoċjati ma' kull tip ta' inġenju tal-ajru;
deskrizzjoni ta' proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista ta' sorsi ta' emissjoni matul is-sena ta' monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' inġenji tal-ajru li jkunu ta' proprjetà tagħhom kif ukoll inġenji tal-ajru mikrija;
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għall-monitoraġġ tal-kompletezza tal-lista ta' titjiriet operati taħt id-deżinjatur uniku permezz ta' par ajrudromi, u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni ta' jekk it-titjiriet humiex koperti bl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tat-titjiriet u jiġi evitat l-għadd doppju;
deskrizzjoni tal-proċedura għall-immaniġġjar u t-tqassim tar-responsabbiltajiet għall-monitoraġġ u r-rapportar, u għall-immaniġġjar tal-kompetenzi tal-persunal responsabbli;
deskrizzjoni tal-proċedura għal evalwazzjoni regolari tal-adegwatezza tal-pjan ta' monitoragġ, inkluż kwalunkwe miżura potenzjali għat-titjib tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u l-proċeduri relatati applikati;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub tal-attivitajiet ta' fluss ta' data kif meħtieġ bl-Artikolu 58, inkluż dijagramma, fejn xieraq, għall-kjarifika;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta' kontroll stabbiliti skont l-Artikolu 59;
fejn applikabbli, informazzjoni dwar konnessjonijiet rilevanti ma' attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-EMAS, sistemi koperti bl-istandard armonizzat ISO 14001:2004 u sistemi ta' ġestjoni ambjentali oħra, inkluż informazzjoni dwar proċeduri u kontrolli b'rilevanza għall-moniotraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;
in-numru tal-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ u d-data minn meta dik il-verżjoni tal-pjan ta' monitoraġġ hija applikabbli;
il-konferma jekk l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandux il-ħsieb juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE.
Il-pjan ta' monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta' inġenji tal-ajru li mhumiex emittenti żgħar skont l-Artikolu 55(1) jew li ma għandhomx il-ħsieb li jużaw għodda ta' emittent żgħir skont l-Artikolu 55(2):
deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub li għandha tintuża għad-definizzjoni tal-metodoloġija ta' monitoraġġ għal tipi addizzjonali ta' inġenji tal-ajru li operatur tal-inġenji tal-ajru jistenna li se juża;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub għall-monitoraġġ tal-konsum ta' karburant f'kull inġenju tal-ajru, inkluż:
il-metodoloġija magħżula (il-Metodu A jew Metodu B) għall-kalkolu tal-konsum tal-karburant; u jekk l-istess metodu mhuwiex applikat għat-tipi kollha ta' inġenji tal-ajru, ġustifikazzjoni għal dik il-metodoloġija, u kif ukoll lista li tispeċifika liema metodu qed jintuża taħt liema kundizzjonijiet;
proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar il-kejl, kif applikabbli;
il-metodu għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;
ġustifikazzjoni tal-metodoloġija tal-monitoraġġ magħżula, sabiex jiġu żgurati l-iktar livelli baxxi ta' inċertezza, skont l-Artikolu 56(1);
lista ta' devjazzjonijiet għal ajrudromi speċifiċi mill-metodoloġija ta' monitoraġġ ġenerali kif deskritt fil-punt (b) fejn ma jkunx possibbli għall-operatur tal-inġenji tal-ajru minħabba ċirkostanzi speċjali li jipprovdi d-data kollha meħtieġa għall-metodoloġija ta' monitoraġġ meħtieġa;
fatturi ta' emissjoni użati għal kull tip ta' karburant, jew fil-każ ta' karburanti alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inkluż il-metodoloġija għall-kampjunar, il-metodi ta' analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati u tal-akkreditazzjoni tagħhom u/jew tal-proċeduri ta' garanzija tal-kwalità tagħhom;
deskrizzjoni tal-proċeduri u s-sistemi għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tan-nuqqasijiet fid-data skont l-Artikolu 66(2);
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-bijokarburanti jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-bijokarburant abbażi tar-rekords tax-xiri skont l-Artikolu 54(3).
3. KONTENUT MINIMU TA' PJANIJIET TA' MONITORAĠĠ GĦAD-DATA TAT-TUNNELLATI KILOMETRI
Il-pjan ta' monitoraġġ għad-data tat-tunnellati kilometri għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-elementi mniżżla fil-punt 1 tat-Taqsima 2 tal-Anness;
deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub użati għad-determinazzjoni tad-data tat-tunnellati kilometri għal kull titjira, inkluż:
il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, is-sorsi tad-data u l-formoli ta' kalkolu għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal kull par ta' ajrudromi;
il-livell użat għad-determinazzjoni tal-massa tal-passiġġieri inklużi l-bagalji rreġistrati; fil-każ tal-livell 2, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura biex tinkiseb il-massa ta' passiġġieri u bagalji;
deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-massa tal-merkanzija u l-posta, fejn applikabbli;
deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl użati għall-kejl tal-massa tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta kif applikabbli.
ANNESS II
Definizzjonijiet tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu relatati mal-installazzjonijiet (Artikolu 12(1))
1. DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦAD-DATA TAL-ATTIVITAJIET
Il-livelli limitu ta' inċertezza fit-Tabella 1 għandhom japplikaw għal-livelli rilevanti għar-rekwiżiti ta' data tal-attivitajiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 28(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(2), u l-Anness IV, ta' dan ir-Regolament. Il-livelli limitu ta' inċertezza għandhom jiġu interpretati bħala l-inċertezzi massimi permissibbli għad-determinazzjoni ta' flussi minn sorsi tul perjodu ta' rapportar.
Fejn it-Tabella 1 ma tinkludix attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE u l-bilanċ tal-massa ma jiġix applikat, l-operatur għandu juża l-livelli elenkati fit-Tabella 1 taħt “Kombustjoni ta' karburanti u karburanti użati bħala input ta' proċess” għal dawk l-attivitajiet.
Tabella 1
Livelli għad-data tal-attivitajiet (inċertezza massima permissibbli għal kull livell)
Attività/tip ta' fluss minn sors |
Parametru li għalih tiġi applikata l-inċertezza |
Livell 1 |
Livell 2 |
Livell 3 |
Livell 4 |
Il-kombustjoni ta' karburanti u karburanti użati bħala input tal-proċess |
|||||
Karburanti kummerċjali standard |
Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Karburanti gassużi u likwidi oħrajn |
Ammont ta' karburant [t] jew [Nm3] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Karburanti solidi |
Ammont ta' karburant [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Ivvampjar |
Ammont ta' gass fl-apparat tal-ivvampjar [Nm3] |
± 17,5 % |
± 12,5 % |
± 7,5 % |
|
Purifikazzjoni: karbonat (il-Metodu A) |
Ammont ta' karbonat ikkonsmat [t] |
± 7,5 % |
|
|
|
Purifikazzjoni: ġipsum (il-Metodu B) |
Ammont ta' ġipsum prodott [t] |
± 7,5 % |
|
|
|
Purifikazzjoni: urea |
Ammont ta' urea kkonsmat |
± 7,5 % |
|
|
|
Raffinerija ta' żejt minerali |
|||||
Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku (*1) |
Rekwiżiti ta' inċertezza japplikaw separatament għal kull sors ta' emissjoni |
± 10 % |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
Produzzjoni tal-kokk |
|||||
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum |
|||||
L-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċessi |
Il-materjal tal-input tal-karbonat u r-residwi tal-proċess [t] |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
|
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar |
|||||
Karburant bħala input ta' proċess |
Kull fluss ta' mass lejn u mill-installazzjoni[t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni ta' gagazza tas-siment |
|||||
Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A) |
Kull input tal-kalkara rilevanti [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
Output tal-gagazza (il-Metodu B) |
Gagazza prodotta [t] |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
|
CKD |
CKD jew trab tal-bypass [t] |
m.a. (*2) |
± 7,5 % |
|
|
Karbonju mhux karbonat |
Kull materja prima [t] |
± 15 % |
± 7,5 % |
|
|
Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit |
|||||
Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (il-Metodu A) |
Kull input tal-kalkara rilevanti [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B) |
Ġir prodott [t] |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
|
Trab tal-gagazza (il-Metodu B) |
Trab tal-gagazza [t] |
m.a. (*2) |
± 7,5 % |
|
|
Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali |
|||||
Karbonati u materjali oħrajn tal-proċess (input) |
Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t] |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
|
|
Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika |
|||||
Inputs tal-karbonju (il-Metodu A) |
Kull materja prima tal-karbonat jew addittivi assoċjati mal-emissjonijiet ta' CO2 [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
Ossidu alkalin (il-Metodu B) |
Produzzjoni grossa inklużi prodotti mwarrba u skart ta' ħġieġ miksur mill-kalkari u l-konsenja [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
Purifikazzjoni |
CaCO3 niexef ikkonsmat [t] |
± 7,5 % |
|
|
|
Produzzjoni ta' polpa u karta |
|||||
Sustanzi kimiċi tal-make up |
Ammont ta' CaCO3 u Na2CO3 [t] |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
|
|
Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju |
|||||
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni ta' ammonijaka |
|||||
Karburant bħala input ta' proċess |
Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess [t] jew [Nm3] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi |
|||||
Karburant bħala input ta' proċess |
Ammont ta' karburant użat bħala input ta' proċess għall-produzzjoni tal-idroġenu [t] jew [Nm3] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar |
|||||
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju |
|||||
Emissjonijiet ta' proċess |
Kull materjal ta' input jew residwu ta' proċess użat bħala materjal ta' input fil-proċess [t] |
± 5 % |
± 2,5 % |
|
|
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Produzzjoni ta' aluminju primarju |
|||||
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
Kull materjal ta' input u produzzjoni [t] |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil) |
produzzjoni ta' aluminju primarju [t], minuti ta' effett tal-anodu fi [għadd ta' effetti tal-anodu/jum ta' ċellula] u [minuti ta' effett tal-anodu/okkorrenza] |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
|
|
Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed) |
produzzjoni tal-aluminju primarju fi [t], vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu [mV] u effiċjenza kurrenti [-] |
± 2,5 % |
± 1,5 % |
|
|
(*1)
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mir-riġenerazzjoni ta' impjant ta' krekkjar katalitiku (riġenerazzjoni ta' katalist ieħor u produtturi tal-kokk flessibbli) f'raffineriji taż-żejt minerali, l-inċertezza meħtieġa hija relatata mal-inċertezza totali tal-emissjonijiet kollha minn dak is-sors.
(*2)
Ammont [t] ta' CKD jew trab tal-bypass (fejn rilevanti) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara matul perjodu ta' rapportar ikkalkulat bl-użu ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija. |
2. DEFINIZZJONI TA' LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA' KOMBUSTJONI
L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 minn kull tip ta' proċess ta' kombustjoni li jkun qed iseħħ taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inkluż fl-Iskema tal-Unjoni skont l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva bl-użu tad-definizzjonijiet tal-livelli stabbiliti f'din it-taqsima. ►M1 Fejn il-karburanti jew materjali kombustibbli li joħolqu emissjonijiet ta’ CO2 jintużaw bħala input ta’ proċess, għandha tapplika t-Taqsima 4 ta’ dan l-Anness. ◄ Fejn il-karburanti jagħmlu parti minn bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli għall-bilanċi tal-massa fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.
Għal emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet tal-gass tal-egżost, għandhom jintużaw definizzjonijiet tal-livell skont it-taqsimiet 4 u 5 ta' dan l-Anness, kif applikabbli.
2.1 Livelli għall-fatturi ta' emissjoni
Fejn frazzjoni ta' bijomassa tiġi ddeterminata minn karburant jew materjal imħallat, il-livelli ddefiniti għandhom jirrigwardaw il-fattur ta' emissjoni preliminari. Għall-karburanti u l-materjali fossili l-livelli għandhom jirrigwardaw il-fattur ta' emissjonijiet.
Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;
valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.
Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).
Livell 2b: L-operatur għandu jikseb fatturi ta' emissjoni għall-karburant abbażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin, b'kombinament ma' korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont l-Artikoli 32 sa 35 u 39:
kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi, inklużi dawk komuni għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;
valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.
L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.
Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
determinazzjoni tal-fattur ta' emissjoni skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;
il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.
2.2 Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)
Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
il-fatturi standard elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness VI;
valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fit-Taqsima 1 tal-Anness VI.
Livell 2a: L-operatur għandu japplika fatturi speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).
Livell 2b: Għall-karburanti li jinbiegħu b'mod kummerċjali għandu jintuża l-valur kalorifiku nett kif miksub mir-reġistri tax-xiri għall-karburant rispettiv ipprovduti mill-fornitur tal-karburant, bil-kundizzjoni li jkun ġie dderivat abbażi ta' standards nazzjonali jew internazzjonali aċċettati.
Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-valur kalorifiku nett skont l-Artikoli 32 sa 35.
2.3 Livelli għall-fatturi ta' ossidazzjoni
Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' ossidazzjoni ta' 1.
Livell 2: L-operatur għandu japplika fatturi ta' ossidazzjoni għall-karburant rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1).
Livell 3: Għall-karburanti, l-operatur għandu jikseb fatturi speċifiċi għall-attivitajiet ibbażati fuq il-kontenut tal-karbonju rilevanti ta' rmied, effluwenti u skart ieħor u prodotti sekondarji, u forom gassużi rilevanti oħra mhux ossidati kompletament ta' karbonju rilaxxat minbarra CO. Id-data tal-kompożizzjoni għandha tiġi ddeterminata skont l-Artikoli 32 sa 35.
2.4 Livelli għall-frazzjoni ta' bijomassa
Livell 1: L-operatur għandu japplika valur applikabbli ppubblikat mill-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, jew valuri skont l-Artikolu 31(1).
Livell 2: L-operatur għandu japplika metodu ta' stima approvat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(2).
Livell 3: L-operatur għandu japplika analiżi skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(2), u skont l-Artikoli 32 sa 35.
Fejn operatur jassumi frazzjoni ta' fossili ta' 100 % skont l-Artikolu 39(1), l-ebda livell ma għandu jiġi assenjat għall-frazzjoni tal-bijomassa.
3. DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA' KALKOLU GĦALL-BILANĊI TAL-MASSA
Fejn operatur juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25, huwa għandu juża d-definizzjonijiet tal-livelli ta' din it-taqsima.
3.1 Livelli għall-kontenut tal-karbonju
L-operatur għandu japplika wieħed mil-livelli elenkati f'dan il-punt. Għad-derivazzjoni tal-kontenut tal-karbonju minn fattur ta' emissjoni, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/TJ: C = (EF × NCV) / f |
(b) |
għall-fatturi ta' emissjoni espressi bħala t CO2/t: C = EF / f |
F'dawk il-formoli, C huwa l-kontenut tal-karbonju espress bħala frazzjoni (tunnellata karbonju għal kull tunnellata prodott), EF huwa l-fattur ta' emissjoni, NCV huwa l-valur kalorifiku nett, u f huwa l-fattur stabbilit fl-Artikolu 36(3).
Fejn tiġi ddeterminata frazzjoni ta' bijomassa għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom jirrigwardaw il-kontenut totali ta' karbonju. Il-frazzjoni ta' bijomassa tal-karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.
Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
il-kontenut ta' karbonju dderivat minn fatturi standard elenkati fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2;
valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI t-Taqsimiet 1 u 2.
Livell 2a: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-pajjiż għall-karburant jew il-materjal rispettiv skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1) jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).
Livell 2b: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta' emissjoni għall-karburant abbażi ta' waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin b'kombinazzjoni ma' korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena skont l-Artikoli 32 sa 35:
kejl tad-densità ta' żjut jew gassijiet speċifiċi komuni, pereżempju, għall-industrija tar-raffineriji jew tal-azzar;
il-valur kalorifiku nett għal tipi speċifiċi ta' faħam.
L-operatur għandu jiżgura li l-korrelazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prattiki tajba tal-inġinerija u li tiġi applikata biss għal valuri tal-prokura li jaqgħu fil-firxa li għaliha tkun ġiet stabbilita.
Livell 3: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 32 sa 35;
il-korrelazzjoni empirika kif speċifikata għal-Livell 2b, fejn l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza tal-korrelazzjoni empirika ma taqbiżx 1/3 tal-valur tal-inċertezza li l-operatur għandu jaderixxi miegħu fir-rigward tad-data dwar l-attività determinazzjoni tal-karburant jew materjal rilevanti.
3.2 Livell għall-valuri kalorifiċi netti
Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta' dan l-Anness.
3.3 Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa
Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta' dan l-Anness.
4. DEFINIZZJONI TAL-LIVELLI GĦALL-FATTURI TA’ KALKOLU GĦALL-EMISSJONIJIET TA’ PROĊESS TA’ CO2
Għall-emissjonijiet kollha ta’ proċess ta’ CO2, b’mod partikolari għall-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati u minn materjali ta’ proċess li fihom il-karbonju għajr fil-forma ta’ karbonati, inklużi l-urea, il-kokk u l-grafit, fejn jiġu mmonitorjati bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24(2), għandhom jiġu applikati l-livelli ddefiniti f’din it-taqsima għall-fatturi ta’ kalkolu applikabbli.
Fil-każ ta’ materjali mħallta li jkun fihom forom inorganiċi kif ukoll organiċi tal-karbonju, l-operatur jista’ jagħżel:
Għall-emissjonijiet mid-dekompożizzjoni tal-karbonati, għal kull fluss minn sors l-operatur jista’ jagħżel wieħed mill-metodi li ġejjin:
Metodu A (Abbażi tal-input): Il-fattur tal-emissjoni, il-fattur tal-konverżjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont tal-input ta’ materjal fil-proċess.
Metodu B (Abbażi tal-produzzjoni): Il-fattur tal-emissjoni, il-fattur tal-konverżjoni u d-data tal-attivitajiet relatati mal-ammont tal-produzzjoni ta’ materjal fil-proċess.
Għal emissjonijiet ta’ proċess ta’ CO2 oħra, l-operatur għandu japplika biss il-metodu A.
4.1 Livelli għall-fattur ta’ emissjoni bl-użu tal-Metodu A
Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 2 fil-każ ta’ dekompożizzjoni tal-karbonat, jew fit-Tabelli 1, 4 jew 5 għal materjali oħra tal-proċess;
valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.
Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta’ emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).
Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta’ kompożizzjoni f’fatturi ta’ emissjoni, fejn rilevanti.
4.2 Livelli għall-fattur ta’ konverżjoni bl-użu tal-Metodu A
Livell 1: Għandu jintuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.
Livell 2: Il-karbonati u karbonju ieħor li joħorġu mill-proċess għandhom jiġu kkunsidrati permezz ta’ fattur ta’ konverżjoni b’valur ta’ bejn 0 u 1. L-operatur jista’ jassumi konverżjoni kompluta għal input wieħed jew ħafna inputs u jattribwixxi materjali mhux konvertiti jew karbonju ieħor lill-inputs li jifdal. Id-determinazzjoni addizzjonali ta’ parametri kimiċi rilevanti tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.
4.3 Livelli għall-fattur ta’ emissjoni bl-użu tal-Metodu B
Livell 1: L-operatur għandu japplika wieħed minn dawn li ġejjin:
il-fatturi standard elenkati fl-Anness VI taqsima 2 Tabella 3.
valuri oħrajn kostanti skont il-punt (e) tal-Artikolu 31(1), fejn ma jkun hemm l-ebda valur applikabbli fl-Anness VI.
Livell 2: L-operatur għandu japplika fattur ta’ emissjoni speċifiku għall-pajjiż skont il-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 31(1), jew valuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 31(1).
Livell 3: L-operatur għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-Taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta’ kompożizzjoni f’fatturi ta’ emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi. Għal dan il-għan l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti dwar liema ossidi tal-metall oħra jirrigwardaw il-karbonati fil-materja prima.
4.4 Livelli għall-fattur ta’ konverżjoni bl-użu tal-Metodu B
Livell 1: Għandu jintuża fattur ta’ konverżjoni ta’ 1.
Livell 2: L-ammont ta’ komposti mhux karbonati tal-metalli rilevanti fil-materja prima, inkluż it-trab li jirritorna jew l-irmied li jtir jew materjali oħrajn li diġà jkunu ġew kalċinati, għandu jiġi rifless permezz ta’ fatturi ta’ konverżjoni b’valur ta’ bejn 0 u 1 b’valur ta’ 1 li jikkorrispondi għal konverżjoni kompluta tal-karbonati tal-materja prima f’ossidi. Id-determinazzjoni addizzjonali ta’ parametri kimiċi rilevanti tal-inputs tal-proċessi għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35.
4.5 Livelli għall-valur kalorifiku nett (NCV)
Jekk ikun rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina l-valur kalorifiku nett tal-materjal ta’ proċess bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.2 ta’ dan l-Anness. L-NCV jitqies bħala mhux rilevanti għal flussi minn sorsi de minimis jew fejn il-materjal innifsu mhuwiex kombustibbli mingħajr ma jiġu miżjuda fjuwils oħra. Jekk ikun hemm xi dubju, l-operatur għandu jfittex konferma mill-awtorità kompetenti dwar jekk l-NCV għandux jiġi mmonitorjat u rrappurtat.
4.6 Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa
Jekk ikun rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karbonju li fih il-materjal ta’ proċess, bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta’ dan l-Anness.
▼M1 —————
ANNESS III
Metodoloġiji ta' monitoraġġ għall-avjazzjoni (l-Artikolu 53 u l-Artikolu 57)
1. METODOLOĠIJI TA' KALKOLU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA' GHGS FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI
Metodu A:
L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:
Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira jkun komplut [t] – Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira sussegwenti jkun komplut [t] + L-ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti [t]
Fejn ma jkun hemm l-ebda ppumpjar tal-karburant għat-titjira jew it-titjira sussegwenti, l-ammont ta' karburant fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru għandu jiġi ddeterminat waqt il-block-off għat-titjira jew it-titjira sussegwenti. Fil-każ eċċezzjonali li inġenju tal-ajru jwettaq attivitajiet oħra minbarra titjira, inkluż li jiġi sottopost għal manutenzjoni sinifikanti li tinvolvi l-iżvujtar tat-tankijiet, wara t-titjira li l-konsum ta' karburant tagħha jkun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur ta' inġenju tal-ajru jista' jibdel il-kwantità “Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba l-ippumpjar tal-karburant għat-titjira suċċessiva jkun komplut + Karburant ippumpjat fit-tank għal dik it-titjira sussegwenti” bl-“Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet fil-bidu tal-attività sussegwenti tal-inġenju tal-ajru”, kif iddokumentat fir-reġistri tekniċi.
Metodu B:
L-operatur għandu juża l-formola li ġejja:
Konsum effettiv ta' karburant għal kull titjira [t] = Ammont ta' karburant li jifdal fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru fil-block-on fl-aħħar tat-titjira ta' qabel [t] + Ammont ta' karburant ippumpjat fit-tank għat-titjira [t] - Ammont ta' karburant li jkun hemm fit-tankijiet fil-block-on fl-aħħar tat-titjira [t]
Il-mument tal-block-on jista' jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għall-mument tat-tifi tal-magna (shut down). Fejn inġenju tal-ajru ma jwettaqx titjira qabel it-titjira li għaliha l-konsum ta' karburant ikun qed jiġi mmonitorjat, l-operatur tal-inġenji tal-ajru jista' jissostitwixxi l-kwantità “Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fil-block-on fit-tmien tat-titjira ta' qabel” bl-“Ammont ta' karburant li jibqa' fit-tankijiet tal-inġenji tal-ajru fit-tmiem tal-attività ta' qabel tal-inġenju tal-ajru”, kif irreġistrat mir-reġistri tekniċi.
2. FATTURI TA' EMISSJONI GĦAL KARBURANTI STANDARD
Tabella 1
Fatturi ta' emissjoni ta' CO2 tal-karburant tal-avjazzjoni
Karburant |
Fattur ta' emissjoni (t CO2/t karburant) |
Gażolina tal-avjazzjoni (AvGas) |
3,10 |
Gażolina tal-ġettijiet (Jet B) |
3,10 |
Pitrolju tal-ġettijiet (Jet A1 jew Jet A) |
3,15 |
3. KALKOLU TAD-DISTANZA TAĊ-ĊIRKU L-KBIR
Distanza [km] = Distanza taċ-Ċirku l-Kbir [km] + 95 km
Id-Distanza taċ-Ċirku l-Kbir għandha tkun l-iqsar distanza bejn kwalunkwe żewġ punti fuq wiċċ id-Dinja, li għandha tiġi approssimata bl-użu tas-sistema msemmija fl-Artikolu 3.7.1.1 tal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago (WGS 84).
Il-latitudini u l-lonġitudini tal-ajrudromi għandhom jittieħdu mid-data tal-post tal-ajrudrom ippubblikata fil-Pubblikazzjonijiet dwar l-Informazzjoni Ajrunawtika (Aeronautical Information Publications, minn hawn 'il quddiem “AIP”) f'konformità mal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago jew minn sors li juża din id-data tal-AIP.
Jistgħu jintużaw distanzi kkalkulati minn softwer jew minn parti terza, bil-kundizzjoni li l-metodoloġija tal-kalkolu tkun ibbażata fuq il-formola stabbilita f'din it-taqsima, id-data tal-AIP u r-rekwiżiti WGS 84.
ANNESS IV
Metodoloġiji ta' monitoraġġ speċifiċi għall-attivitajiet relatati ma' installazzjonijiet (l-Artikolu 20(2))
1. REGOLI SPEĊIFIĊI TA' MONITORAĠĠ GĦALL-EMISSJONIJIET MINN PROĊESSI TA' KOMBUSTJONI
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operaturi għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' proċessi ta' kombustjoni li jkunu qegħdin iseħħu taħt l-attivitajiet kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi fis-sistema tal-Unjoni taħt l-Artikolu 24 ta' dik id-Direttiva inklużi l-proċessi relatati ta' tisfija mill-impuritajiet bl-użu tar-regoli stabbiliti f'dan l-Anness. Kwalunkwe emissjoni minn karburanti użati bħala input ta' proċess jiġu ttrattati bħala emissjonijiet ta' kombustjoni fir-rigward ta' metodoloġiji ta' monitoraġġ u rapportar, mingħajr preġudizzju għal klassifikazzjonijiet oħra applikati għall-emissjonijiet.
L-operatur ma għandux jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet minn magni tal-kombustjoni interni għal finijiet ta' trasport. L-operatur għandu jassenja l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni ta' karburanti fl-installazzjoni lill-installazzjoni, irrispettivament mill-esportazzjonijiet ta' sħana jew elettriku lejn installazzjonijiet oħrajn. L-operatur ma għandux jassenja emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta' sħana jew elettriku li jiġu importati minn installazzjonijiet oħra lill-installazzjoni li tkun qed timporta.
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni li ġejjin: kaldaruni, berners, turbini, ħiters, fran (furnaces), inċineraturi, kalkari, fran (ovens), nixxiefa, magni, flares, purifikaturi (emissjonijiet ta' proċess) u kwalunkwe tagħmir jew makkinarju ieħor li juża karburant, minbarra t-tagħmir jew il-makkinarju b'magni ta' kombustjoni li jintużaw għal finijiet ta' trasport.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(1), sakemm il-karburanti ma jkunux inklużi f'bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għandhom japplikaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2 tal-Anness II. Barra dan, l-emissjonijiet ta' proċess mit-tisfija mill-impuritajiet ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' dispożizzjonijiet stabbiliti fis-subtaqsima C.
Għall-emissjonijiet minn flares għandhom japplikaw rekwiżiti speċjali, kif stabbilit fis-subtaqsima D ta' din it-taqsima.
Il-proċessi ta' kombustjoni li jitwettqu fit-terminals tal-ipproċessar tal-gass jistgħu jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25.
C. Tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija
C.1 Desulfurizzazzjoni
L-emissjonijiet ta' CO2 ta' proċess mill-użu ta' karbonat għat-tisfija minn impuritajiet tal-gass aċiduż mill-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) abbażi tal-karbonat ikkunsmat, il-Metodu A kif ġej, jew il-ġipsum prodott, il-Metodu B kif ġej. Dan li ġej japplika permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II.
Metodu A: Fattur ta' emissjoni
Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat minn proporzjonijiet stojkjometriċi kif stabbilit fit-taqsima 2 tal-Anness VI. Id-determinazzjoni tal-ammont ta' CaCO3 u MgCO3 fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija.
Metodu B: Fattur ta' emissjoni
Livell 1: Il-fattur ta' emissjoni għandu jkun il-proporzjon stojkjometriku ta' ġipsum niexef (CaSO4 × 2H2O) ma' CO2 rilaxxat: 0,2558 t CO2/t ġipsum.
Fattur ta' Konverżjoni:
Livell 1: Għandu jintuża fattur ta' konverżjoni ta' 1.
C.2 De-NOx
B’deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-użu ta’ urea għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 24(2) billi jiġu applikati l-livelli li ġejjin.
Fattur ta' emissjoni:
Livell 1: Id-determinazzjoni tal-ammont ta' urea fil-materjal ta' input rilevanti għandha titwettaq bl-użu tal-linji gwida tal-aqwa prattika tal-industrija. Il-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddeterminat bl-użu ta' proporzjon stojkjometriku ta' 0,7328 t CO2/t urea.
Fattur ta' Konverżjoni:
Il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.
D. Flares
Meta jkun qed jikkalkula l-emissjonijiet mill-flares l-operatur għandu jinkludi flaring regolari u flaring operazzjonali (trips, start-up u shutdown kif ukoll relieves f'emerġenza). L-operatur għandu jinkludi wkoll CO2 inerenti skont l-Artikolu 48.
Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.1 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:
Permezz ta' deroga mit-Taqsima 2.3 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2 biss għandhom jiġu applikati għall-fattur ta' ossidazzjoni fil-każ ta' flares.
2. RAFFINAR TAŻ-ŻEJT MINERALI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet kollha ta' CO2 mill-proċessi ta' kombustjoni u produzzjoni kif iseħħu fir-raffineriji.
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, ħiters/tagħmir għat-trattament ta' proċess, magni/turbini tal-kombustjoni interna, ossidaturi katalitiċi u termali, kalkari tal-kalċinazzjoni tal-kokk, pompi għall-isparar ta' ġett ta' ilma, ġeneraturi ta' emerġenza/standby, flares, inċineraturi, tagħmir tal-ikkrekkjar, unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu, unitajiet tal-proċess Claus, riġenerazzjoni ta' katalisti (minn krekkjar katalitiku u proċessi katalitiċi oħra) u produtturi tal-kokk (produzzjoni flessibbli tal-kokk, produzzjoni ttardjata tal-kokk).
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Il-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' raffinar taż-żejt minerali għandu jitwettaq skont it-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għall-emissjonijiet ta' kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. L-operatur jista' jagħżel li juża l-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 għar-raffinerija kollha jew unitajiet ta' proċess individwali bħall-impjanti tal-gassifikazzjoni taż-żejt tqil jew tal-kalċinazzjoni. Fejn jintużaw kombinamenti ta' metodoloġija standard u bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li turi l-kompletezza tal-emissjonijiet koperti, u li ma jkun qed iseħħ l-ebda għadd doppju ta' emissjonijiet.
L-emissjonijiet minn unitajiet tal-produzzjoni tal-idroġenu ddedikati għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 19 ta' dan l-Anness.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 24 u 25, emissjonijiet mir-riġenerazzjoni tal-ikkrekkjar katalitiku, ir-riġenerazzjoni ta' katalisti oħra u produtturi tal-kokk flessibbli għandhom jiġu mmonitorjati bl-użu ta' bilanċ tal-massa, b'kunsiderazzjoni tal-istat tal-arja tal-input u l-gass mit-tromba taċ-ċumnija. Il-CO kollu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkunsidrat bħala CO2, bl-applikazzjoni tar-relazzjoni tal-massa: t CO2 = t CO * 1,571. L-analiżi tal-arja tal-input u l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija u l-għażla tal-livelli għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35. Il-metodoloġija tal-kalkolu speċifiku għandha tiġi approvata mill-awtorità kompetenti.
3. PRODUZZJONI TA' KOKK KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (inkluż faħam jew kokk tal-petrol), karburanti konvenzjonali (inkluż gass naturali), gassijiet ta' proċess (inkluż gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), karburanti oħrajn u t-tisfija ta' gass ta' skart.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni tal-kokk, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.
4. XIWI U SINTERIZZAZZJONI TA' METALL MHUX MAĦDUM KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3) il-karburanti konvenzjonali (inkluż il-gass naturali u l-kokk/partikoli tal-kokk (coke breeze)), gassijiet ta' proċess (inkluż il-gass tal-forn tal-kokk –COG u l-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG), residwi ta' proċessi użati bħala materjal ta' input inkluż it-trab iffiltrat mill-impjant tas-sinterizzazzjoni, il-konvertitur u l-kalkara tal-funderija, karburanti oħra u t-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija.
B. Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ
Għall-monitoraġġ ta’ emissjonijiet mix-xiwi, is-sinterizzazzjoni jew il-pelitizzazzjoni ta’ metall mhux maħdum, l-operatur jista’ jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.
5. PRODUZZJONI TA' ĦADID MHUX MAĦDUM U AZZAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: materja prima (kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, id-dolomit u l-ħadid mhux maħdum karbonatiku, inkluż l-FeCO3), il-karburanti konvenzjonali (il-gass naturali, il-faħam u l-kokk), l-aġenti tar-riduzzjoni (inkluż il-kokk, il-faħam, il-plastiks, eċċ.), gassijiet ta' proċess (gass tal-forn tal-kokk –COG, il-gass tal-kalkara tal-funderija – BFG u l-gass bażiku tal-ossiġenu tal-forn – BOFG), il-konsum tal-elettrodi tal-grafit, karburanti oħrajn u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta' skart.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' ħadid mhux maħdum u azzar, l-operatur jista' jagħżel li juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-Taqsima 3 tal-Anness II, jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II, mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, bl-evitar ta' kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.
Permezz ta' deroga mit-Taqsima 3.1 tal-Anness II, il-livell 3 għall-kontenut tal-karbonju jiġi ddefinit kif ġej:
Livell 3: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju tal-fluss tal-input jew tal-produzzjoni billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 rigward il-kampjunar rappreżentattiv tal-karburanti, il-prodotti u l-prodotti sekondarji, id-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju tagħhom u l-frazzjoni tal-bijomassa. L-operatur għandu jibbaża l-kontenut tal-karbonju ta' prodotti jew prodotti parzjalment lesti fuq analiżi annwali billi jsegwi l-Artikoli 32 sa 35 jew jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn valuri ta' kompożizzjoni ta' firxa medja kif speċifikat minn standards internazzjonali jew nazzjonali rilevanti.
6. PRODUZZJONI JEW IPPROĊESSAR TA' METALLI FERRUŻI U MHUX FERRUŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur ma għandux japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum u mill-azzar u l-aluminju primarju.
L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet tas-CO2: karburanti konvenzjonali; karburanti alternattivi inkluż il-materjal granulat tal-plastik minn impjanti ta' wara t-tqattigħ; aġenti tar-riduzzjoni inkluż il-kokk, elettrodi tal-grafit; materji primi inkluż il-ġebel tal-ġir u d-dolomit; il-karbonju li jinkludi metalli mhux maħdumin u konċentrati; u materjali sekondarji ta' alimentazzjoni.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Meta l-karbonju li joriġina minn karburanti jew materjali ta' input użati f'din l-installazzjoni jibqa' fil-prodotti jew produzzjonijiet oħra tal-produzzjoni, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 tat-Taqsima 3 tal-Anness II. Fejn dan ma jkunx il-każ l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-kombustjoni u tal-proċess b'mod separat bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II.
Fejn jintuża bilanċ tal-massa, l-operatur jista' jagħżel li jinkludi emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness għal parti mill-flussi minn sorsi, billi jevita kwalunkwe nuqqasijiet jew għadd doppju ta' emissjonijiet.
7. EMISSJONIJIET TA' CO2 MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA' ALUMINJU PRIMARJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I TAD-DIRETIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni ta' elettrodi għat-tidwib tal-aluminju primarju, inkluż l-impjanti awtonomi għall-produzzjoni ta' elettrodi bħal dawn, u l-konsum tal-elettrodi matul l-elettroliżi.
L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta' CO2: karburanti għall-produzzjoni ta' sħana jew fwar, produzzjoni ta' elettrodi, riduzzjoni ta' Al2O3 waqt l-elettroliżi relatata mal-konsum tal-elettrodi, u l-użu tal-irmied tas-soda jew karbonati oħra għat-tisfija tal-gass ta' skart.
L-emissjonijiet assoċjati tal-perfluworokarburi – PFCs, li jirriżultaw minn effetti tal-anodi, inklużi emissjonijiet li jaħarbu, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 8 ta' dan l-Anness.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet ta' CO2 mill-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-aluminju primarju bl-użu tal-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għandha tikkunsidra l-karbonju kollu fl-inputs, il-ħażniet, il-prodotti kollha u esportazzjonijiet oħra mit-taħlit, l-iffurmar, il-ħami u r-riċiklar ta' elettrodi kif ukoll mill-konsum tal-elettrodi fl-elettroliżi. Fejn jintużaw l-anodi moħmija minn qabel, jistgħu jiġu applikati bilanċi separati tal-massa għall-produzzjoni u l-konsum, jew bilanċ wieħed tal-massa komuni b'kunsiderazzjoni kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-konsum tal-elettrodi. Fil-każ ta' ċelloli ta' Søderberg, l-operatur għandu juża bilanċ wieħed tal-massa komuni.
Għall-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness tal-anqas għal parti mill-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas jew għadd doppju ta' emissjonijiet.
8. EMISSJONIJIET TA' PFC MILL-PRODUZZJONI JEW L-IPPROĊESSAR TA' ALUMINJU PRIMARJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu japplika dan li ġej għall-emissjonijiet ta' perfluworokarburi (PFCs) li jirriżultaw minn effetti tal-anodi inklużi l-emissjonijiet li jaħarbu ta' PFCs. Għall-emissjonijiet assoċjati ta' CO2, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' elettrodi, l-operatur għandu japplika t-Taqsima 7 ta' dan l-Anness. Barra minn hekk, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet tal-PFC mhux relatati mal-effetti tal-anodi bbażati fuq metodi ta' stima skont l-aħjar prattika tal-industrija, u kwalunkwe linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni għal dan il-għan.
B. Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC
L-emissjonijiet ta' PFC għandhom jiġu kkalkulati mill-emissjonijiet li jkunu jistgħu jitkejlu f'tubu jew ċumnija (“emissjonijiet minn sors f'punt”) kif ukoll emissjonijiet li jaħarbu bl-użu tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubu:
Emissjonijiet ta' PFC (totali) = emissjonijiet ta' PFC (tubu) / effiċjenza tal-ġbir
L-effiċjenza tal-ġbir għandha titkejjel meta jiġu ddeterminati l-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni. Sabiex tiġi ddeterminata għandha tintuża l-iżjed verżjoni reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006.
L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 rilaxxati minn tubu jew ċumnija bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
Il-Metodu A fejn jiġu ddokumentati l-minuti tal-effett tal-anodu għal kull jum ta' ċellula;
Il-Metodu B fejn jiġi ddokumentat il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu.
Metodu A ta' Kalkulazzjoni – Metodu tal-pendil:
L-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin sabiex jiddetermina l-emissjonijiet ta' PFC:
Fejn:
AEM = Minuti ta' effett tal-anodu / jum ta' ċellula;
SEFCF4 = Fattur ta' emissjoni f'pendil [(kg CF4 / t Al prodott)/(minuti ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellola)]. Fejn juntużaw tipi differenti ta' ċellula, jistgħu jiġu applikati SEF differenti, kif xieraq;
PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];
FC2F6 = Frazzjoni tal-piż ta' C2F6 (t C2F6 / t CF4).
Il-minuti ta' effett tal-anodu kull jum ta' ċellula għandhom jesprimu l-frekwenza tal-effetti tal-anodu (għadd ta' effetti tal-anodu / jum ta' ċellula) immultiplikata bid-dewmien medju tal-effetti tal-anodu (minuti ta' effett tal-anodu / okkorrenza):
AEM = frekwenza × dewmien medju
Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni ta' CF4 (fattur ta' emissjoni tax-xaqliba SEFCF4) jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull minuta ta' effett ta' anodu / jum ta' ċellula. Il-fattur ta' emissjoni (frazzjoni tal-piż FC2F6) ta' C2F6 jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.
Livell 1: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.
Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għal installazzjonijiet għal CF4 u C2F6 stabbiliti permezz ta' kejl fuq is-sit kontinwu jew intermittenti. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-Taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006 ( 9 ). Il-fattur ta' emissjoni għandu jqis ukoll emissjonijiet relatati ma' effetti mhux anodi. L-operatur għandu jiddetermina kull fattur ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ±15 %.
L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.
Tabella 1
Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati mad-data tal-attivitajiet għall-metodu tal-pendil.
Teknoloġija |
Fatturi ta' emissjoni għal CF4 (SEFCF4) [(kg CF4/t Al)/(AE-Minuti/jum ta' ċellula)] |
Fattur ta' emissjoni għal C2F6 (FC2F6) [t C2F6/ t CF4] |
Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB) |
0,143 |
0,121 |
Vertical Stud Søderberg (VSS) |
0,092 |
0,053 |
Il-Metodu tal-Kalkolu B – Il-Metodu tal-Vultaġġ Żejjed:
Fejn jitkejjel il-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu, l-operatur għandu juża l-ekwazzjonijiet li ġejjin għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta' PFC:
Fejn:
OVC = Koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed (“fattur ta' emissjoni”) espress bħala kg CF4 għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull mV ta' vultaġġ żejjed;
AEO = Vultaġġ żejjed ta' effett ta' anodu għal kull ċellula [mV] iddeterminat bħala l-integrali ta' (ħin × vultaġġ ogħla mill-vultaġġ ta' mira) diviż bil-ħin (durata) tal-ġbir tad-data;
CE = Effiċjenza medja tal-kurrent tal-produzzjoni tal-aluminju [%];
PrAl = Produzzjoni annwali ta' Aluminju primarju [t];
FC2F6 = Frazzjoni tal-piż ta’ C2F6 (t C2F6/t CF4);
It-terminu AEO/CE (Vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu / effiċjenza tal-kurrent) jesprimi l-vultaġġ żejjed tal-effett tal-anodu medju integrat bil-ħin [mV vultaġġ żejjed] għal kull effiċjenza medja tal-kurrent [%].
Fattur ta' emissjoni: Il-fattur ta' emissjoni għal CF4 (“koeffiċjent tal-vultaġġ żejjed” OVC) għandu jesprimi l-ammont [kg] ta' CF4 rilaxxat għal kull tunnellata ta' aluminju prodott għal kull millivolt ta' vultaġġ żejjed [mV]. Il-fattur ta' emissjoni ta' C2F6 (frazzjoni tal-piż FC2F6) għandu jesprimi l-ammont [t] ta' C2F6 rilaxxat proporzjonat għall-ammont [t] tas-CF4 rilaxxat.
Livell 1: L-operatur għandu japplika fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija mit-Tabella 2 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.
Livell 2: L-operatur għandu juża fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-istallazzjoni għal CF4 [(kg CF4 / t Al) / (mV)] u C2F6 [t C2F6/ t CF4] stabbilit permezz ta' kejl kontinwu jew intermittenti tal-kamp. Għad-determinazzjoni ta' dawk il-fatturi ta' emissjoni l-operatur għandu juża l-verżjoni l-iżjed reċenti tal-gwida msemmija taħt il-Livell 3 tat-taqsima 4.4.2.4 tal-Linji Gwida tal-IPCC 2006. L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta' emissjoni b'inċertezza massima ta' ± 15 % kull wieħed.
L-operatur għandu jistabbilixxi l-fatturi ta' emissjoni tal-anqas kull tliet snin jew qabel jekk ikun meħtieġ minħabba tibdil rilevanti fl-installazzjoni. It-tibdil rilevanti għandu jinkludi bidla fit-tqassim tad-dewmien tal-effett tal-anodu, jew bidla fl-algoritmu ta' kontroll li jaffettwa t-taħlita tat-tipi ta' effetti ta' anodu jew in-natura tar-rutina tat-terminazzjoni tal-effett tal-anodu.
Tabella 2
Fatturi ta' emissjoni speċifiċi għat-teknoloġija relatati ma' data ta' attività ta' vultaġġ żejjed.
Teknoloġija |
Fattur ta' emissjoni għal CF4 [(kg CF4/t Al) / mV] |
Fattur ta' emissjoni għal C2F6 [t C2F6/ t CF4] |
Ħidma Ċċentrata ta' Qabel il-Ħami (CWPB) |
1,16 |
0,121 |
Vertical Stud Søderberg (VSS) |
M.A. |
0,053 |
C. Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' CO2(e)
L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2(e) mill-emissjonijiet ta' CF4 u C2F6 kif ġej, bl-użu tal-potenzjali għat-tisħin globali elenkati fl-Anness VI t-taqsima 3 it-Tabella 6:
Emissjonijiet ta' PFC [t CO2(e)] = emissjonijiet ta' CF4 [t] * GWPCF4 + emissjonijiet ta' C2F6 [t] * GWPC2F6
9. PRODUZZJONI TA' GAGAZZA TAS-SIMENT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta’ applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin: il-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir fil-materja prima, karburanti fossili konvenzjonali tal-kalkara, karburanti alternattivi u materja prima tal-kalkara bbażati fuq il-fossili, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti mhux tal-kalkara, kontenut ta’ karbonju mhux karbonat tal-ġebla tal-ġir u shale u materja prima użata għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta’ skart.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness. L-emissjonijiet ta' proċess minn komponenti tal-grixa mhux raffinata jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II abbażi tal-kontenut tal-karbonat tal-input ta' proċess (il-Metodu tal-kalkolu A) jew fuq l-ammont ta' gagazza prodott (il-Metodu tal-kalkolu B). Fil-każ tal-Metodu A, il-karbonati li għandhom jiġu kkunsidrati għandhom mill-inqas jinkludu CaCO3, MgCO3 u FeCO3. Fil-każ tal-Metodu B, l-operatur għandu jqis mill-inqas CaO u MgO, u għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti sa liema punt għandhom jitqiesu sorsi oħrajn tal-karbonju.
L-emissjonijiet ta’ CO2 relatati mat-trab imneħħija mill-proċess u l-karbonju mhux karbonat fil-materja prima għandhom jiżdiedu skont is-sottotaqsimiet C u D ta’ din it-taqsima.
Il-Metodu tal-Kalkolu A: Abbażi tal-Input tal-Kalkara
Fejn it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) u t-trab tal-bypass joħorġu mis-sistema tal-kalkara l-operatur ma għandux jikkunsidra l-materja prima relatata bħala input ta' proċess, iżda jikkalkula l-emissjonijiet mis-CKD skont is-subtaqsima C.
Għajr jekk il-grixa mhux raffinata tkun ikkaratterizzata, l-operatur għandu japplika r-rekwiżiti ta' inċertezza għad-data tal-attivitajiet b'mod separat għal kull wieħed mill-inputs tal-kalkara li jkollu l-karbonju, bl-evitar tal-għadd doppju jew omissjonijiet minn materjali rritornati jew by-passed. Fejn id-data tal-attivitajiet tiġi ddeterminata abbażi tal-gagazza prodotta, l-ammont nett ta' grixa mhux raffinata jista' jiġi ddeterminat permezz ta' proporzjon empiriku ta' grixa mhux raffinata/gagazza speċifika għall-post. Il-proporzjon għandu jiġi aġġornat tal-anqas darba kull sena bl-applikazzjoni ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija.
Il-Metodu tal-Kalkolu B: Abbażi tal-Output ta' Gagazza
L-operatur għandu jiddetermina d-data tal-attivitajiet bħala l-produzzjoni ta' gagazza [t] matul il-perjodu ta' rapportar f'wieħed mill-modi li ġejjin:
permezz ta' ppeżar dirett tal-gagazza;
abbażi tal-konsenji tas-siment, permezz ta' bilanċ materjali b'kunsiderazzjoni tal-konsenja ta' gagazza, il-provvisti ta' gagazza kif ukoll il-varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza, bl-użu tal-formola li ġejja:
gagazza prodotta [t] |
= |
((konsenji ta' siment [t] – varjazzjoni fil-ħażniet tas-siment [t]) * proporzjoni gagazza / siment [t gagazza / t siment]) – (gagazza fornuta [t]) + (gagazza mibgħuta [t]) – (varjazzjoni fil-ħażniet tal-gagazza [t]). |
L-operatur għandu jew jidderiva l-proporzjon gagazza / siment għal kull prodott differenti ta' siment abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 32 sa 35 jew jikkalkula l-proporzjon mid-differenza bejn il-kunsinni ta' siment u t-tibdil fil-ħażniet u l-materjali użati kollha bħala addittivi mas-siment inkluż it-trab tal-by-pass u t-trab tal-kalkara tas-siment.
Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livell 1 għall-fattur ta' emissjoni għandu jiġi ddefinit kif ġej:
Livell 1: L-operatur għandu japplika fattur ta' emissjoni ta' 0,525 t CO2/t gagazza.
C. Emissjonijiet Relatati mat-Trab Mormi
L-operatur għandu jgħodd l-emissjonijet ta' CO2, mit-trab tal-bypass jew it-trab tal-kalkara tas-siment (CKD) li joħroġ mis-sistema tal-kalkara, korrett għal proporzjon parzjali ta' kalċinazzjoni ta' CKD kkalkulat bħala emissjonijiet ta' proċess skont l-Artikolu 24(2). Permezz ta' deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, il-livelli 1 u 2b għall-fattur ta' emissjoni għandhom jiġu ddefiniti kif ġej:
Fejn:
EFCKD = Fattur ta' emissjoni ta' trab tal-kalkara tas-siment parzjalment ikkalċinat [t CO2/t CKD];
EFCli = Fattur ta' emissjoni tal-gagazza speċifiku għall-installazzjoni [t CO2/t gagazza];
d = Grad ta' kalċinazzjoni CKD (CO2 rilaxxat bħala % tal-karbonat totali CO2 fit-taħlita primarja).
Il-Livell 3 għall-fattur ta' emissjoni mhuwiex applikabbli.
D. Emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-grixa mhux raffinata
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet mill-karbonju mhux karbonat tal-anqas mill-ġebel tal-ġir, shale jew materja prima alternattiva (pereżempju, l-irmied tal-faħam) użati fil-grixa mhux raffinata fil-kalkara skont l-Artikolu 24(2).
Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ emissjoni:
Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ konverżjoni:
10. PRODUZZJONI TAL-ĠIR JEW KALĊINAZZJONI TAD-DOLOMIT JEW TAL-MANJEŻIT KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kalċinazzjoni tal-ġebel tal-ġir, dolomit jew manjeżit fil-materja prima, karburanti fossili tal-kalkara konvenzjonali, karburanti alternattivi bbażati fuq il-fossili u l-materja prima, karburanti tal-kalkara tal-bijomassa (skart tal-bijomassa) u karburanti oħrajn.
Fejn il-ġir maħruq u CO2 li joriġina mill-ġebla tal-ġir jintuża għall-proċessi ta' purifikazzjoni, b'mod li bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' CO2 jingħaqad mill-ġdid, mhuwiex meħtieġ li d-dekompożizzjoni tal-karbonati kif ukoll il-proċess ta' purifikazzjoni jiġu inklużi b'mod separat fil-pjan ta' monitoraġġ tal-installazzjoni.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-materja prima għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II. Il-karbonati tal-kalċju u tal-manjeżju għandhom dejjem jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju mhux karbonat fil-materja prima, fejn dawn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.
Għall-metodoloġija bbażata fuq l-input, il-valuri tal-kontenut tal-karbonat għandhom jiġu aġġustati għall-kontenut rispettiv ta' umdità u gangue tal-materjal. Fil-każ ta' produzzjoni tal-manjeżja, għandhom jiġu kkunsidrati minerali oħra li fihom il-manjeżju, kif ikun xieraq.
Għandhom jiġu evitati l-għadd doppju jew l-omissjonijiet li jirriżultaw minn materjal irritornat jew tal-by-pass. Waqt l-applikazzjoni tal-Metodu B, it-trab tal-kalkara tal-ġir għandu jigi kkunsidrat bħala fluss minn sors separat fejn rilevanti.
C. Emissjonijiet minn karbonju mhux karbonat fil-materja prima
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet mill-karbonju mhux karbonat tal-anqas mill-ġebel tal-ġir, shale jew materja prima alternattiva fil-kalkara skont l-Artikolu 24(2).
Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ emissjoni:
Permezz ta’ deroga mit-Taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta’ konverżjoni:
11. MANIFATTURA TA' ĦĠIEĠ, FIBRA TAL-ĦĠIEĠ JEW MATERJAL TA' IŻOLAMENT TAS-SUF MINERALI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima anke għall-installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' silikat tas-sodju u stone/rock wool (suf minerali).
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: id-dekompożizzjoni tal-karbonati tal-alkali u l-karbonati tal-alkali tal-art waqt it-tidwib tal-materja prima, il-karburanti fossili konvenzjonali, il-karburanti alternattivi bbażati fuq il-fossili u l-materja prima, il-karburanti tal-bijomassa (skart tal-bijomassa), karburanti oħra, il-karbonju li jkun fih addittivi inkluż il-kokk, it-trab tal-faħam u l-grafit, il-postkombustjoni tal-gassijiet taċ-ċumnija u t-tisfija mill-impuritajiet tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess minn materja prima għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II. Il-karbonati li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu mill-inqas CaCO3, MgCO3, Na2CO3, NaHCO3, BaCO3, Li2CO3, K2CO3, u SrCO3. Għandu jintuża biss il-Metodu A. L-emissjonijiet mill-materjali ta’ proċess inkluż il-kokk, il-grafit u t-trab tal-faħam għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II.
Permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:
Għall-fattur ta' konverżjoni, il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.
12. MANIFATTURA TA' PRODOTTI TAĊ-ĊERAMIKA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta’ applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin: karburanti tal-kalkara, kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir/dolomit u karbonati oħra fil-materja prima, il-ġebla tal-ġir u karbonati oħra għat-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tindif ieħor ta’ gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija, addittivi fossili/tal-bijomassa użati sabiex isseħħ il-porożità, inkluż il-polistirol, ir-residwi mill-produzzjoni tal-karta jew is-serratura tal-injam, kontenut ta’ karbonju mhux karbonat fit-tafal u materja prima oħra.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija, għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-komponenti u addittivi tal-grixa mhux raffinata għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal ippurifikat jew sintetiku l-operatur jista’ juża l-Metodu A jew il-Metodu B. Għall-prodotti taċ-ċeramika bbażati fuq tafal mhux ipproċessat u kull darba li jintużaw tafal jew addittivi b’kontenut ta’ karbonju mhux karbonat sinifikanti, l-operatur għandu juża l-Metodu A. Il-karbonati tal-kalċju dejjem għandhom jiġu kkunsidrati. Għandhom jiġu kkunsidrati karbonati oħrajn u karbonju mhux karbonat fil-materja prima, fejn dawn ikunu rilevanti għall-kalkolu tal-emissjonijiet.
Id-data dwar l-attivitajiet għal materjali ta' input għall-Metodu A tista' tiġi ddeterminata b'kalkolu retroattiv xieraq ibbażat fuq l-aħjar prattika tal-industrija u approvat mill-awtorità kompetenti. Dak il-kalkolu retroattiv għandu jikkunsidra liema kejl b'miter huwa disponibbli għal prodotti ekoloġiċi mnixxfin jew prodotti moħmijin, u sorsi ta' data xierqa għall-umdità tat-tafal u addittivi u telf bl-ittemprar (telf minħabba ignixin) tal-materjali involuti.
Permezz ta' deroga mit-taqsima 4 tal-Anness II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fatturi ta' emissjoni għall-emissjonijiet ta' proċess ta' materja prima li tinkludi karbonati:
Metodu A (Abbażi ta' input):
Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,2 tunnellata ta' CaCO3 (li jikkorrispondu għal 0,08794 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' tafal niexef għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati ta' analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.
Livell 2: Fattur ta' emissjoni għal kull fluss minn sors għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.
Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-materja prima rilevanti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi kif elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness VI għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni, fejn rilevanti.
Metodu B (Abbażi tal-produzzjoni):
Livell 1: Għandu jiġi applikat valur konservattiv ta' 0,123 tunnellati ta' CaO (li jikkorrispondu għal 0,09642 tunnellati ta' CO2) għal kull tunnellata ta' prodott għall-kalkolu tal-fattur ta' emissjoni minflok ir-riżultati tal-analiżi. Il-karbonju inorganiku u organiku kollu fil-materjal tat-tafal għandu jiġi kkunsidrat bħala inkluż f'dan il-valur. L-addittivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala mhux inklużi f'dan il-valur.
Livell 2: Fattur ta' emissjoni għandu jiġi dderivat u aġġornat mill-inqas darba fis-sena bl-użu tal-aqwa prattiki tal-industrija li jirriflettu kundizzjonijiet speċifiċi għall-post u t-taħlita tal-prodott tal-installazzjoni.
Livell 3: Id-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-prodotti għandha titwettaq skont l-Artikoli 32 sa 35. Il-proporzjonijiet stojkjometriċi msemmija fl-Anness VI t-taqsima 2 it-Tabella 3 għandhom jintużaw għall-konverżjoni tad-data ta' kompożizzjoni f'fatturi ta' emissjoni bis-suppożizzjoni li l-ossidi metalliċi rilevanti kollha jkunu ġew idderivati mill-karbonati rispettivi.
Permezz ta' deroga mit-taqsima 1 ta' dan l-Anness, għat-tisfija tal-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija għandu japplika l-livell li ġej għall-fattur ta' emissjoni:
Livell 1: L-operatur għandu japplika l-proporzjon stojkjometriku ta' CaCO3 kif muri fit-taqsima 2 tal-Anness VI.
Għat-tisfija mill-impuritajiet, ma għandu jintuża l-ebda livell ieħor u l-ebda fattur ta' konverżjoni. L-għadd doppju minn ġebel tal-ġir użat li jiġi rriċiklat bħala materja prima fl-istess installazzjoni għandu jiġi evitat.
13. PRODUZZJONI TA' ĠIPSUM U PLASTERBOARD KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi tal-anqas emissjonijiet ta' CO2 mit-tipi kollha ta' attivitajiet ta' kombustjoni.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-kombustjoni għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.
14. PRODUZZJONI TA' POLPA U KARTA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: kaldaruni, turbini tal-gass, u strumenti oħra ta' kombustjoni li jipproduċu fwar jew enerġija elettrika, kaldaruni tal-irkupru u strumenti oħrajn li jaħarqu likuri tal-ippulpjar użati, inċineraturi, kalkari tal-ġir u kalċinaturi, tisfija tal-gass ta' skart u nixxiefa li jaħdmu bil-karburant (bħan-nixxiefa tar-raġġi infra ħomor).
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Il-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-kombustjoni inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jitwettaq skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness.
L-emissjonijiet ta' proċess mill-materja prima użata bħala sustanzi kimiċi tal-make up, inkluż mill-inqas l-irmied tal-ġebel tal-ġir jew tas-soda, għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-Metodu A skont it-taqsima 4 tal-Anness II. Għandu jiġi preżunt li l-emissjonijiet ta' CO2 mill-irkupru tal-iskart tal-ġebel tal-ġir fil-produzzjoni tal-polpa huma bijomassa rriċiklata ta' CO2. L-ammont ta' CO2 proporzjonali mal-input minn sustanzi kimiċi tal-make up biss huwa preżunt li joħloq emissjonijiet ta' CO2 fossili.
Għall-emissjonijiet mis-sustanzi kimiċi tal-make up, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-livelli li ġejjin għall-fattur ta' emissjoni:
Għall-fattur ta' konverżjoni, il-livell 1 biss għandu jkun applikabbli.
15. PRODUZZJONI TA' ISWED TAL-KARBONJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas il-karburanti kollha għall-kombustjoni u l-karburanti kollha użati bħala materjal ta' proċess bħala sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju jista' jiġi mmonitorjat jew bħala proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tisfija tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija skont it-taqsima 1 ta' dan l-Anness jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 u t-taqsima 3 tal-Anness II.
16. DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDU NITRUŻ (N2O) MILL-PRODUZZJONI TAL-AĊIDU NITRIKU, L-AĊIDU ADIPIKU, IL-KAPROLATTAM, IL-GLIOSSAL U L-AĊIDU GLIOSSILIKU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
Għal kull attività li minnha jirriżultaw emissjonijiet ta' N2O, kull operatur għandu jikkunsidra s-sorsi kollha li jirrilaxxaw N2O minn proċessi ta' produzzjoni, inkluż fejn l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni jiġu mgħoddija minn ġo kwalunkwe tagħmir ta' eliminazzjoni. Dan jinkludi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
il-produzzjoni tal-aċidu nitriku – emissjonijiet ta' N2O mill-ossidazzjoni katalitika tal-ammonja u/jew mill-unitajiet ta' tnaqqis ta' NOx/N2O;
il-produzzjoni tal-aċidu adipiku – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjoni tal-ossidazzjoni, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;
il-produzzjoni tal-gliossal u l-aċidu gliossiliku – emissjonijiet ta' N2O inkluż minn reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll ta' emissjonijiet;
il-produzzjoni tal-kaprolattam – emissjonijiet ta' N2O inkluż mir-reazzjonijiet ta' proċessi, kwalunkwe vventjar ta' proċess dirett u/jew kwalunkwe tagħmir ta' kontroll tal-emissjonijiet.
Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhom japplikaw għal ebda emissjoni ta' N2O mill-kombustjoni tal-karburanti.
B. Determinazzjoni ta' emissjonijiet ta' N2O
B.1. Emissjonijiet annwali ta' N2O
L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu nitriku bl-użu ta' kejl kontinwu tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl għall-emissjonijiet imnaqqsa u metodu bbażat fuq il-kalkolu (ibbażat fuq metodoloġija ta' bilanċ tal-massa) għall-okkorrenzi temporanji ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa.
Għal kull sors ta' emissjoni fejn jiġi applikat kejl kontinwu tal-emissjonijiet, l-operatur għandu jikkunsidra l-emissjonijiet annwali totali bħala s-somma tal-emissjonijiet kollha fis-siegħa bl-użu tal-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.
B.2. Emissjonijiet N2O fis-siegħa
L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet annwali medji ta' N2O fis-siegħa għall kull sors fejn jiġi applikat kejl kontinwu ta' emissjonijiet bl-użu tal-ekwazzjoni 2 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.
L-operatur għandu jiddetermina l-konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija minn kull sors ta' emissjoni bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl f'punt rappreżentattiv, wara t-tagħmir ta' tnaqqis tal-NOx/N2O, fejn jintuża t-tnaqqis. L-operatur għandu japplika tekniki kapaċi jkejlu l-konċentrazzjonijiet ta' N2O tas-sorsi kollha ta' emissjonijiet kemm waqt il-kundizzjonijiet ta' eliminazzjoni kif ukoll waqt dawk mingħajr eliminazzjoni. Fejn l-inċertezzi jiżdiedu waqt perjodi bħal dawn, l-operatur għandu jikkunsidrahom fil-valutazzjoni tal-inċertezza.
L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.
B.3. Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija
L-operatur għandu juża l-metodi għall-monitoraġġ tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija stabbiliti fl-Artikolu 43(5) ta' dan ir-Regolament għall-kejl tal-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' N2O. Għall-produzzjoni tal-aċidu nitriku, l-operatur għandu japplika l-metodu skont il-punt (a) tal-Artikolu 43(5) għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli. F'dan il-każ u bl-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur għandu japplika metodu alternattiv, inkluż metodoloġija tal-bilanċ tal-massa bbażata fuq parametri sinifikanti bħall-piż ta' input tal-ammonja, jew id-determinazzjoni tal-fluss permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss tal-emissjonijiet.
Il-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:
Vfluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija [Nm3/h] = Varja * (1 - O2,air) / (1 - O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija)
Fejn:
Varja = Fluss totali ta' arja tal-input f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;
O2, arja = Frazzjoni ta' volum ta' O2 f'arja niexfa [= 0,2095];
O2, gass mit-tromba taċ-ċumnija = Frazzjoni tal-volum ta' O2 fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija.
Il-Varja għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-flussi kollha tal-arja li jkunu deħlin fl-unità tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.
L-operatur għandu japplika l-formola li ġejja, għajr jekk ikun iddikjarat mod ieħor fil-pjan ta' monitoraġġ tiegħu:
Varja = Vprim + Vsek + Vsiġill
Fejn:
Vprim = Fluss ta' arja ta' input primarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;
Vsek = Fluss ta' arja ta' input sekondarju f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard;
Vsiġill = Fluss ta' arja ta' input tas-siġill f'Nm3/siegħa f'kundizzjonijiet standard.
L-operatur għandu jiddetermina Vprim permezz ta' kejl kontinwu tal-fluss qabel ma jseħħ it-taħlit mal-ammonja. L-operatur għandu jiddetermina Vsec permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss, inkluż fejn il-kejl ikun qabel l-unità tal-irkupru tas-sħana. Għall-Vsiġill l-operatur għandu jikkunsidra l-fluss tal-arja vventjat fil-proċess tal-produzzjoni tal-aċidu nitriku.
Għal kurrenti ta' arja ta' input li flimkien jammontaw għal inqas minn 2,5 % tal-fluss totali tal-arja, l-awtorità kompetenti tista' taċċetta metodi ta' kalkolu għad-determinazzjoni ta' dik ir-rata ta' fluss tal-arja proposta mill-operatur ibbażati fuq l-aqwa prattiki tal-industrija.
L-operatur għandu jipprovdi evidenza permezz ta' kejl taħt kundizzjonijiet normali ta' operat li l-fluss ta' arja taċ-ċumnija mkejjel ikun omoġenju biżżejjed sabiex jippermetti l-metodu propost ta' kejl. Jekk jiġi kkonfermat fluss mhux omoġenju permezz ta' dan il-kejl, l-operatur dan għandu jikkunsidrah meta jkun qed jiddetermina metodi xierqa ta' monitoraġġ u meta jkun qed jikkalkula l-inċertezza fl-emissjonijiet ta' N2O.
L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef u jirrapportah b'mod konsistenti.
B.4. Konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu (O2)
L-operatur għandu jkejjel il-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija fejn ikun meħtieġ għall-kalkolu tal-fluss tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija skont is-subtaqsima B.3 ta' din it-taqsima tal-Anness IV. Meta jkun qed jagħmel dan, l-operatur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti għall-kejl tal-konċentrazzjonijiet fl-Artikolu 41(1) u (2). Meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza tal-emissjonijiet ta' N2O, l-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza tal-kejl tal-konċentrazzjoni ta' O2.
L-operatur għandu jaġġusta l-kejl kollu għal bażi ta' gass niexef fejn ikun meħtieġ u jirrapportah b'mod konsistenti.
B.5. Kalkolu tal-emissjonijiet ta' N2O
Għal perjodi speċifiċi ta' emissjonijiet mhux imnaqqsa ta' N2O mill-produzzjoni tal-aċidu adipiku, il-kaprolattam, il-gliossal u l-aċidu gliossiliku, inkluż emissjonijiet mhux imnaqqsa minn ivventjar għal raġunijiet ta' sikurezza u meta l-impjant ta' tnaqqis ma jaħdimx, u fejn il-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta' N2O ma jkunx teknikament vijabbli, l-operatur jista' soġġett għall-approvazzjoni tal-metodoloġija speċifika min-naħa tal-awtorità kompetenti jikkalkula l-emissjonijiet ta' N2O bl-użu ta' metodoloġija tal-bilanċ tal-massa. Għal dan il-għan l-inċertezza ġenerali għandha tkun simili għar-riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-livelli tal-Artikolu 41(1) u (2). L-operatur għandu jibbaża l-metodu ta' kalkolu fuq ir-rata massima tal-emissjoni potenzjali ta' N2O mir-reazzjoni kimika li tkun qiegħda sseħħ fil-ħin u l-perjodu tal-emissjoni.
L-operatur għandu jikkunsidra l-inċertezza fi kwalunkwe emissjoni kkalkulata għal sors speċifiku ta' emissjoni meta jkun qed jiddetermina l-inċertezza annwali medja fis-siegħa għas-sors ta' emissjoni.
B.6. Determinazzjoni tar-rati ta' produzzjoni tal-attivitajiet
Ir-rati ta' produzzjoni għandhom jiġu kkalkulati bl-użu ta' rapporti ta' kuljum dwar il-produzzjoni u s-sigħat ta' operat.
B.7. Rati ta' kampjunar
Medji validi fis-siegħa jew medji minn perjodi iqsar ta' referenza għandhom jiġu kkalkulati skont l-Artikolu 44 għal:
konċentrazzjoni ta' N2O fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija;
fluss totali ta' gass fejn dan jitkejjel direttament u fejn meħtieġ;
il-flussi ta' gassijiet u l-konċentrazzjonijiet ta' ossiġenu kollha meħtieġa sabiex jiġi kkalkulat il-fluss totali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija indirettament.
C. Determinazzjoni tal-ekwivalenti annwali ta' CO2 – CO2(e)
L-operatur għandu jikkonverti l-emissjonijiet totali annwali ta' N2O mis-sorsi kollha ta' emissjoni, imkejla f'tunnellati sa tliet punti deċimali, f'emissjonijiet annwali ta' CO2(e) f'tunnellati approssimati, bl-użu tal-formola li ġejja u l-valuri GWP fl-Anness VI t-taqsima 3:
CO2(e) [t] = N2Oannwali[t] * GWPN2O
Fejn:
N2Oannwali = emissjonijiet N2O annwali totali, ikkalkulati skont l-ekwazzjoni 1 mogħtija fit-taqsima 3 tal-Anness VIII.
Is-CO2(e) totali annwali ġġenerat mis-sorsi kollha ta' emissjoni u kwalunkwe emissjoni diretta ta' CO2 minn sorsi oħrajn ta' emissjoni inklużi fil-permess għall-gassijiet serra għandhom jiżdiedu mal-emissjonijiet annwali totali ta' CO2 ġġenerati mill-installazzjoni u għandhom jintużaw għar-rapportar u ċ-ċediment ta' kwoti.
L-emissjonijiet totali annwali ta' N2O għandhom jiġu rrapportati f'tunnellati sa tliet punti deċimali u bħala CO2(e) f'tunnellati approssimati.
17. PRODUZZJONI TA' AMMONJA KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: il-kombustjoni ta' karburanti li jipprovdu s-sħana għar-riformar jew l-ossidazzjoni parzjali, il-karburanti użati bħala input ta' proċess fil-proċess ta' produzzjoni tal-ammonja (riformar jew ossidazzjoni parzjali), il-karburanti użati għal proċessi oħrajn ta' kombustjoni inkluż għall-għan ta' produzzjoni ta' ilma sħun jew fwar.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess, għandha tiġi applikata l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-Taqsima 1 ta' dan l-Anness.
Fejn CO2 mill-produzzjoni tal-ammonja jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew sustanzi kimiċi oħra, jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe użu mhux kopert bl-Artikolu 49(1), l-ammont relatat ta' CO2 għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tkun qiegħda tipproduċi CO2.
18. PRODUZZJONI TA' SUSTANZI KIMIĊI ORGANIĊI FI KWANTITAJIET KBAR KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet ta' CO2 li ġejjin: krekkjar (katalitiku u mhux katalitiku), riformar, ossidazzjoni parzjali u sħiħa, proċessi simili li jwasslu għal emissjonijiet ta' CO 2 mill-karbonju li jkun hemm f'materja prima abbażi ta' idrokarburi, kombustjoni tal-iskart ta' gassijiet u flaring, u l-ħruq ta' karburant fi proċessi oħra ta' kombustjoni.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Fejn il-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar tiġi teknikament integrata f'raffinerija taż-żejt minerali, l-operatur ta' dik l-installazzjoni għandu japplika d-dispożizzjonijet rilevanti tat-taqsima 2 ta' dan l-Anness.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni fejn il-karburanti użati ma jiħdux parti fi jew joriġinaw minn reazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar bl-użu tal-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-operatur jista' jagħżel li jimmonitorja l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar permezz ta' metodoloġija tal-massa tal-bilanċ skont l-Artikolu 25 jew il-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24. Fejn juża l-metodoloġija standard, l-operatur għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula tkopri l-emissjonijiet rilevanti kollha li kieku jkunu koperti wkoll minn metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.
Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-karbonju skont l-Livell 1, għandhom jiġu applikati l-fatturi ta' emissjoni ta' referenza kif imniżżla fit-Tabella 5 fl-Anness VI. Għas-sustanzi mhux imniżżla fit-Tabella 5 tal-Anness VI jew dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, l-operatur għandu jikkalkula l-kontenut tal-karbonju mill-kontenut tal-karbonju stojkjometriku fis-sustanza pura u l-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-fluss tal-input jew tal-produzzjoni.
19. PRODUZZJONI TA' IDROĠENU U GASS TAS-SINTEŻI KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-operatur għandu jinkludi mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: karburanti użati fil-proċess ta' produzzjoni tal-idroġenu jew il-gass tas-sinteżi (riformar jew ossidazzjoni parzjali), u karburanti użati għal proċessi oħra ta' kombustjoni inkluż bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar. Il-gass tas-sinteżi prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala fluss minn sors taħt il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni u minn karburanti użati bħala inputs ta' proċess fil-produzzjoni tal-idroġenu, għandha tintuża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 u t-taqsima 1 ta' dan l-Anness.
Għall-monitoraġġ ta' emissjonijiet mill-produzzjoni ta' gass tas-sinteżi, għandu jintuża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għall-emissjonijiet minn proċessi separati ta' kombustjoni, l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas ta' emissjonijiet jew għadd doppju tagħhom.
Fejn fl-istess installazzjoni jiġu prodotti l-idroġenu u l-gass tas-sinteżi, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta' CO2 billi juża jew metodoloġiji separati għall-idroġenu u għall-gass tas-sinteżi kif deskritt fil-qosor fl-ewwel żewġ paragrafi tas-subtaqsima, jew bl-użu ta' bilanċ tal-massa wieħed komuni.
20. PRODUZZJONI TA' RMIED TAS-SODA U BIKARBONAT TAS-SODJU KIF ELENKAT FL-ANNESS I GĦAD-DIRETTIVA 2003/87/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
Is-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi għall-emissjonijiet ta' CO2 minn installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' rmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju għandhom jinkludu:
karburanti użati għall-proċessi ta' kombustjoni, inkluż karburanti użati bl-għan li jiġi prodott l-ilma sħun jew il-fwar;
materja prima, inkluż gass tal-ivventjar mill-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir, safejn ma jintużax għall-karbonazzjoni;
gassijiet ta' skart minn ħasil jew passi ta' filtrazzjoni wara l-karbonazzjoni, safejn ma jintużax għall-karbonazzjoni.
B. Regoli speċifiċi ta' monitoraġġ
Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-irmied tas-soda u l-bikarbonat tas-sodju, l-operatur għandu juża bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25. Għall-emissjonijiet minn proċessi ta' kombustjoni, l-operatur jista' jagħżel li jinkludihom fil-bilanċ tal-massa jew li juża l-metodoloġija standard skont l-Artikolu 24 mill-inqas għal parti tal-flussi minn sorsi, u jevita kwalunkwe nuqqas ta' emissjonijiet jew għadd doppju tagħhom.
Fejn jintuża s-CO2 mill-produzzjoni tal-irmied tas-soda għall-produzzjoni ta' bikarbonat tas-sodju, l-ammont ta' CO2 użat għall-produzzjoni tal-bikarbonat tas-sodju mill-irmied tas-soda għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tkun qiegħda tipproduċi s-CO2.
21. DETERMINAZZJONI TA'EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA MINN ATTIVITAJIET TA' QBID TA' CO2 GĦALL-FINI TA' TRASPORT U ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F'POST TA' ĦŻIN PERMESS TAĦT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
Il-qbid ta' CO2 għandu jitwettaq jew minn installazzjoni dedikata li tkun qiegħda tirċievi CO2 permezz ta' trasferiment minn installazzjoni oħra jew minn installazzjonijiet oħrajn, jew permezz tal-istess installazzjoni li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet li jipproduċu s-CO2 maqbud taħt l-istess permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra. Il-partijiet kollha tal-installazzjoni relatati mal-qbid tas-CO2, il-ħżin intermedju, it-trasferiment lejn netwerk tat-trasport ta' CO2 jew lejn post għall-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' CO2 għandhom jiġu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għandu jkun hemm rendikont tagħhom fil-pjan ta' monitoraġġ assoċjat. F'każ li l-installazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta' dawk l-attivitajiet għandhom jiġu mmonitorjati skont it-taqsimiet rispettivi l-oħra ta' dan l-Anness.
L-operatur ta' attività ta' qbid ta' CO2 għandu mill-inqas jinkludi s-sorsi potenzjali li ġejjin ta' emissjonijet ta' CO2:
CO2 ttrasferit lejn l-installazzjonijiet tal-qbid;
il-kombustjoni u attivitajiet assoċjati oħra fl-installazzjoni li jkunu relatati mal-attività tal-qbid, inkluż l-użu tal-karburant u l-materjal ta' input.
B. Kwantifikazzjoni ta' ammonti ta' CO2 ttrasferit u rrilaxxat
B.1. Kwantifikazzjoni tal-livell ta' installazzjoni
Kull operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-emissjonijiet potenzjali ta' CO2 mill-proċessi kollha rilevanti ta' emissjoni fl-installazzjoni, kif ukoll l-ammont ta' CO2 maqbud u ttrasferit lejn in-netwerk ta' trasport, bl-użu tal-formoli li ġejjin:
Einstallazzjoni għall-qbid = Tinput + Egħall-qbid – Tmingħajr ħżin
Fejn:
Einstallazzjoni għall-qbid = Emissjonijiet totali ta' gassijiet serra tal-installazzjoni għall-qbid;
Tinput = Ammont ta' CO2 ttrasferit lejn l-installazzjoni għall-qbid, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.
Emingħajr qbid = L-emissjonijiet tal-installazzjoni jekk is-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri s-somma tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha fl-installazzjoni, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV;
Tgħall-ħżin = L-ammont ta' CO2 ttrasferit f'netwerk ta' trasport jew post ta' ħżin, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.
F'każijiet fejn il-qbid ta' CO2 jitwettaq mill-istess installazzjoni li minnha jkun oriġina s-CO2 maqbud, l-operatur għandu juża żero għat-Tinput.
F'każijiet ta' installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur għandu jikkunsidra Emingħajr qbid sabiex jirrappreżenta l-ammont ta' emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn minbarra s-CO2 ttrasferit fl-installazzjonijiet għall-qbid. L-operatur għandu jiddetermina dawk l-emissjonijiet skont dan ir-Regolament.
Fil-każ ta' installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur tal-installazzjoni li tkun qiegħda tittrasferixxi s-CO2 lejn l-installazzjoni għall-qbid għandu jnaqqas l-ammont Tinput mill-emissjonijiet tal-installazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 49.
B.2. Determinazzjoni tas-CO2ittrasferit
Kull operatur għandu jiddetermina l-ammont ta' CO2 ttrasferit minn u lejn installazzjoni għall-qbid skont l-Artikolu 49 permezz ta' metodoloġiji ta' kejl imwettqa skont l-Artikoli 40 sa 46.
Huwa biss fejn l-operatur tal-installazzjoni li tittrasferixxi CO2 lejn l-installazzjoni għall-qbid juri b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li s-CO2 ttrasferit lejn l-installazjoni għall-qbid huwa ttrasferit totalment u tal-anqas bi preċiżjoni ekwivalenti, li l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li dak l-operatur juża metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu skont l-Artikoli 24 jew 25 għad-determinazzjoni tal-ammont Tinput minflok metodoloġija bbażata fuq il-kejl skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.
22. DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA' GASSIJIET SERRA MIT-TRASPORT TA' CO2 PERMEZZ TA' PAJPLAJNS GĦALL-ĦŻIN ĠEOLOĠIKU F'POST TA' ĦŻIN PERMESS TAĦT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
Il-konfini għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport ta' CO2 permezz ta' pajplajn għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tan-netwerk ta' trasport, inkluż l-impjanti anċillari kollha li jkunu konnessi b'mod funzjonali man-netwerk ta' trasport, inklużi stazzjonijiet booster u ħiters. Kull netwerk ta' trasport għandu jkollu minimu ta' punt tal-bidu wieħed u punt tat-tmiem wieħed, kull wieħed minnhom konness ma' installazzjonijiet oħra li jkunu qegħdin iwettqu attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: qbid, trasport jew ħżin ġeoloġiku ta' CO2. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem jistgħu jinkludu biforkazzjonijiet tan-netwerk ta' trasport u konfini transnazzjonali. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem kif ukoll l-installazzjonijiet li jkunu konnessi magħhom, għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra.
L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta' CO2: il-kombustjoni u l-proċessi l-oħrajn fl-istallazzjonijiet imqabbdin b'mod funzjonali man-netwerk tat-trasport inklużi l-istazzjonijiet booster; l-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport; l-emissjonijiet irrilaxxati apposta min-netwerk tat-trasport; u l-emissjonijiet minn inċidenti ta' tnixxija fin-netwerk tat-trasport.
B. Metodoloġiji ta' Kwantifikazzjoni għal CO2
L-operatur tan-netwerks ta' trasport għandu jiddetermina l-emissjonijiet bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
Metodu A (bilanċ tal-massa ġenerali tal-flussi kollha tal-input u l-produzzjoni) stabbilit fis-subtaqsima B.1;
Metodu B (monitoraġġ individwali ta' sorsi ta' emissjonijiet) stabbilit fis-subtaqsima B.2.
Meta jkun qed jagħżel bejn il-Metodu A jew il-Metodu B, kull operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula se twassal għal riżultati iżjed affidabbli b'anqas inċertezza tal-emissjonijiet ġenerali, bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli fil-ħin tal-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-approvazzjoni tal-pjan ta' monitoraġġ, mingħajr ma twassal għal kostijiet irraġonevoli. Jekk jintgħażel il-Metodu B kull operatur għandu juri għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza ġenerali għal-livell annwali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra għan-netwerk ta' trasport tal-operatur ma taqbiżx is-7,5 %.
L-operatur tan-netwerk ta' trasport li jkun qed juża l-Metodu B ma għandux iżid CO2 riċevut minn installazzjoni oħra permess skont id-Direttiva 2003/87/KE mal-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ta' emissjonijiet tiegħu l-ebda CO2 ttrasferit lejn installazzjoni oħra permess skont id-Direttiva 2003/87/KE.
Kull operatur ta' netwerk ta' trasport għandu juża l-Metodu A għall-validazzjoni tar-riżultati tal-Metodu B mill-inqas darba fis-sena. Għal dik il-validazzjoni, l-operatur jista' juża livelli iżjed baxxi għall-applikazzjoni tal-Metodu A.
B.1. Metodu A
Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet skont il-formula li ġejja:
Fejn:
Emissjonijiet = Emissjonijiet totali ta' CO2 tan-netwerk ta' trasport [t CO2];
Eattività proprja = Emissjonijiet mill-attività proprja tan-netwerk ta' trasport, jiġifieri li l-emissjonijiet ma joriġinawx mis-CO2 ttrasportat, iżda jinkludu emissjonijiet mill-użu ta' karburant fl-istazzjonijiet booster, immonitorjati skont it-taqsimiet rispettivi tal-Anness IV;
TIN,i = L-ammont ta' CO2 ttrasferit fin-netwerk ta' trasport fil-punt tad-dħul i, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.
TOUT,i = L-ammont ta' CO2 ttrasferit barra min-netwerk ta' trasport fil-punt tal-ħruġ i, iddeterminat skont l-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49.
B.2. Metodu B
Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-proċessi kollha rilevanti ta' emissjoni fl-installazzjoni kif ukoll l-ammont ta' CO2 maqbud u ttrasferit fil-faċilità ta' trasport, u bl-użu tal-formula li ġejja:
Emissjonijiet[t CO2] = CO2 li jaħrab + CO2 vventjat + CO2 avvenimenti ta' tnixxija + CO2 installazzjonijiet
Fejn:
Emissjonijiet = Emissjonijiet totali ta' CO2 tan-netwerk ta' trasport [t CO2];
CO2 li jaħrab = Ammont ta' emissjonijiet li jaħarbu [t CO2] minn CO2 ttrasportat fin-netwerk ta' trasport, inkluż minn siġilli, valvoli, stazzjonijiet intermedjarji ta' kompressjoni u faċilitajiet intermedjarji ta' ħżin;
CO2 vventjat = Ammont ta' emissjonijiet ivventjati [t CO2] minn CO2 ttrasportat fin-netwerk ta' trasport;
Avvenimenti ta' tnixxija ta' CO2 = Ammont ta' CO2 [t CO2] ittrasportat fin-netwerk ta' trasport, li jiġi rilaxxat minħabba li komponent wieħed jew iktar tan-netwerk ta' trasport ma jaħdimx;
Installazzjonijiet ta' CO2 = Ammont ta' CO2 [t CO2] li jkun qed jiġi rilaxxat minn kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b'mod funzjonali mat-trasport bil-pajplajn fin-netwerk ta' trasport, immonitorjat skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV.
B.2.1. Emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk ta' trasport
L-operatur għandu jikkunsidra l-emissjonijiet li jaħarbu minn kwalunkwe mit-tipi ta' tagħmir li ġejjin:
siġilli;
strumenti tal-kejl;
valvoli;
stazzjonijiet intermedji ta' kompressjoni;
faċilitajiet intermedji ta' ħżin.
L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi medji ta' emissjoni EF (espressi fi gm CO2/unità ta' ħin) għal kull biċċa tagħmir għal kull okkorrenza fejn jista' jiġi mistenni li jseħħu emissjonijiet li jaħarbu fil-bidu tal-operat, u l-aktar tard sal-aħħar tal-ewwel sena ta' rapportar li fiha n-netwerk ta' trasport ikun qiegħed jopera. L-operatur għandu janalizza dawn il-fatturi mill-inqas kull ħames (5) snin fid-dawl tal-aqwa tekniki u għarfien f'dan il-qasam.
L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijet li jaħarbu billi jimmultiplika l-għadd ta' bċejjeċ ta' tagħmir f'kull kategorija bil-fattur ta' emissjoni u jgħodd ir-riżultati għall-kategoriji singoli kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:
L-għadd ta' okkorrenzi (Noccurr ) għandu jkun l-għadd ta' biċċiet tat-tagħmir speċifiku għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta' unitajiet ta' ħin fis-sena.
B.2.2. Emissjonijiet minn avvenimenti ta' tnixxija
L-operatur ta' netwerk ta' trasport għandu jipprovdi evidenza tal-integrità tan-netwerk billi juża data rappreżentattiva (relatata mal-ispazju u ż-żmien) tat-temperatura u l-pressjoni. Fejn id-data tindika li tkun seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta' CO2 li jkun ħareġ b'metodoloġija adattata ddokumentata fil-pjan ta' monitoraġġ, ibbażata fuq linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija, inkluż bl-użu tad-differenzi fid-data tat-temperatura u l-pressjoni mqabbla ma' valuri medji tal-pressjoni u t-temperatura relatati mal-integrità.
B.2.3. Emissjonijiet ivventjati
Kull operatur għandu jipprovdi fil-pjan ta' monitoraġġ analiżi dwar is-sitwazzjonijiet potenzjali ta' vventjar ta' emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta' manutenzjoni jew emerġenza, u jipprovdi metodoloġija ddokumentata adattata sabiex jikkalkula l-ammont ta' CO2 vventjat, abbażi tal-linji gwida dwar l-aqwa prattiki tal-industrija.
23. ĦŻIN ĠEOLOĠIKU TA' CO2 F'POST TA' ĦŻIN PERMESS SKONT ID-DIRETTIVA 2009/31/KE
A. Kamp ta' applikazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-limiti għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet minn ħżin ġeoloġiku ta' CO2 fuq id-delimitazzjoni tal-post tal-ħżin u l-kumpless tal-ħżin kif speċifikat fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. Fejn jiġu identifikati tnixxijat mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma, l-operatur għandu minnufih iwettaq dan kollu li ġej:
jinnotifika lill-awtorità kompetenti;
jinkludi t-tnixxija bħala sors ta' emissjoni għall-installazzjoni rispettiva;
jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.
L-operatur għandu jelimina t-tnixxija bħala sors ta' emissjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ u ma jibqax jimmonitorja u jirrapporta dawn l-emissjonijiet biss meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jibqgħux jiġu individwati emissjonijiet jew rilaxx fil-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija.
Kull operatur ta' attività ta' ħżin ġeoloġiku għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi ta' emissjoni potenzjali li ġejjin għas-CO2 b'mod ġenerali: użu ta' karburant minn stazzjonijiet booster assoċjati u attivitajiet ta' kombustjoni oħrajn inklużi impjanti tal-enerġija elettrika fil-post; ivventjar minn operazzjonijiet ta' injezzjoni jew ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; emissjonijiet li jaħarbu waqt l-injezzjoni; CO2 breakthrough mill-operat ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi; u tnixxijat.
B. Kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2
L-operatur tal-attività ta' ħżin ġeoloġiku ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu, u mil-livell ikkalkulat ta' emissjonijiet tiegħu ma għandu jnaqqas l-ebda CO2 li jkun maħżun b'mod ġeoloġiku fil-post tal-ħżin jew li jiġi ttrasferit lejn installazzjoni oħra.
B.1. Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn injezzjoni
L-operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet minn emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu kif ġej:
CO2 rilaxxat [t CO2 ] = V CO2 [t CO2] + F CO2 [t CO2]
Fejn:
V CO2 = ammont ta' CO2 vventjat;
F CO2 = ammont ta' CO2 minn emissjonijiet li jaħarbu.
Kull operatur għandu jiddetermina l-V CO2 bl-użu ta' metodoloġiji bbażati fuq il-kejl skont l-Artikoli 41 sa 46 ta' dan ir-Regolament. Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza u mal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista' jinkludi fil-pjan ta' monitoraġġ metodoloġija xierqa għad-determinazzjoni tal-V CO2 abbażi tal-aqwa prattiki tal-industrija, fejn l-applikazzjoni ta' metodoloġiji bbażati fuq kejl ikunu jistgħu jwasslu għal kostijiet irraġonevoli.
L-operatur għandu jikkunsidra l-F CO2 bħala sors wieħed, li jfisser li r-rekwiżiti ta' inċertezza assoċjati mal-livelli skont it-taqsima 1 tal-Anness VIII jiġu applikati għall-valur totali minflok għall-punti individwali ta' emissjoni. Kull operatur għandu jipprovdi fil-pjan ta' monitoraġġ analiżi dwar sorsi potenzjali ta' emissjonijiet li jaħarbu, u jipprovdi metodoloġija ddokumentata adattata sabiex jikkalkula jew ikejjel l-ammont ta' F CO2, abbażi ta' linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija. Għad-determinazzjoni tal-F CO2 l-operatur jista' juża data miġbura skont l-Artikoli 32 sa 35 u l-Anness II (1.1) (e) sa (h) tad-Direttiva 2009/31/KE għall-faċilità ta' injezzjoni, fejn tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.
B.2. Emissjonijiet ivventjati u li jaħarbu minn operazzjonijiet ta' rkupru mtejjeb ta' idrokarburi
Kull operatur għandu jikkunsidra s-sorsi potenzjali ta' emissjonijiet addizzjonali li ġejjin mill-irkupru mtejjeb ta' idrokarburi (EHR):
l-unitajiet ta' separazzjoni tal-gass u taż-żejt u l-impjant tar-riċiklaġġ tal-gass, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet li jaħarbu ta' CO2;
iċ-ċumnija tal-flare, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet minħabba l-applikazzjoni ta' sistemi kontinwi ta' vventjar pożittiv u waqt id-depressurizzazzjoni tal-installazzjoni tal-produzzjoni ta' idrokarburi;
is-sistema ta' vventjar ta' CO2, sabiex jiġi evitat li konċentrazzjonijiet għolja ta' CO2 jitfu l-flare.
Kull operatur għandu jiddetermina emissjonijiet li jaħarbu jew CO2 vventjat skont is-subtaqsima B.1 ta' din it-taqsima tal-Anness IV.
Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet miċ-ċumnija tal-flare skont is-subtaqsima D tat-taqsima 1 ta' dan l-Anness, billi jikkunsidra s-CO2 inerenti potenzjali fil-gass tal-flare skont l-Artikolu 48.
B.3. Tnixxija mill-kumpless ta' ħżin
L-emissjonijiet u r-rilaxx fil-kolonna tal-ilma għandhom jiġu kkwantifikati kif ġej:
Fejn:
L CO
2=
il-massa ta' CO2 emessa jew rilaxxata kull jum kalendarju minħabba t-tnixxija skont dan kollu li ġej:
għal kull jum kalendarju li għalih tiġi mmonitorjata tnixxija, kull operatur għandu jikkalkula l-L CO2 bħala l-medja tal-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa [t CO2/siegħa] immultiplikata b'24;
kull operatur għandu jiddetermina l-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija kull siegħa skont id-dispożizzjonijiet fil-pjan ta' monitoraġġ approvat għall-post tal-ħżin u t-tnixxija;
għal kull jum kalendarju qabel il-bidu tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jikkunsidra l-massa ta' tnixxija għal kull jum li tkun daqs il-massa li tkun ħarġet bħala tnixxija għal kull jum għall-ewwel jum ta' monitoraġġ filwaqt li jiżgura li ma' sseħħ l-ebda sottostima;
T
bidu=
l-iżjed reċenti ta':
l-aħħar data meta l-ebda emissjoni jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma mis-sors ikkunsidrati ma jkunu ġew irrapportati;
id-data li fiha tkun bdiet l-injezzjoni ta' CO2;
data oħra b'mod li jkun hemm evidenza li turi b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li l-emissjoni jew ir-rilaxx fil-kolonna tal-ilma jkunu bdew qabel dik id-data.
Ttmiem = id-data sa liema jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u ma jkunux għadhom qegħdin jiġu skoperti emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma.
L-awtorità kompetenti għandha tapprova u tippermetti l-użu ta' metodi oħra għall-kwantifikazzjoni ta' emissjonijiet jew rilaxx ta' CO2 fil-kolonna tal-ilma minn tnixxijat fejn l-operatur jista' juri b'sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li metodi bħal dawn iwasslu għal preċiżjoni ogħla mill-metodoloġija stabbilita f'din is-subtaqsima.
L-operatur għandu jikkwantifika l-ammont ta' emissjonijiet li jnixxu mill-kumpless ta' ħżin għal kull wieħed mill-avvenimenti ta' tnixxija b'inċertezza ġenerali massima matul il-perjodu ta' rapportar ta' 7,5 %. F'każ li l-inċertezza ġenerali tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni applikata tkun iżjed minn 7,5 %, kull operatur għandu japplika aġġustament, kif ġej:
CO2,Irrapportat [t CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t CO2] * (1 + (InċertezzaSistema [%]/100) – 0,075)
Fejn:
CO2,Irrapportat = l-ammont ta' CO2 li għandu jiġi inkluż fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet rigward l-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;
CO2,Ikkwantifikat = l-ammont ta' CO2 ddeterminat permezz tal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni;
InċertezzaSistema = il-livell ta' inċertezza assoċjat mal-metodoloġija ta' kwantifikazzjoni użata għall-avveniment ta' tnixxija inkwistjoni.
ANNESS V
Rekwiżiti minimi tal-livelli għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu li jinvolvu installazzjonijiet tal-kategorija A u fatturi ta' kalkolu għal karburanti kummerċjali standard użati fl-installazzjonijiet tal-kategoriji B u C (l-Artikolu 26(1))
Tabella 1
Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal metodoloġiji bbażati fuq il-kalkolu fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' fatturi ta' kalkolu għal karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1)
Attività/Tip ta' fluss minn sors |
Id-data dwar l-attivitajiet |
Fattur ta' emissjoni (*1) |
data ta' kompożizzjoni (kontenut ta' karbonju) (*1) |
Fattur ta' ossidazzjoni |
Fattur ta' konverżjoni |
|
Ammont ta' karburant jew materjal |
Valur kalorifiku nett |
|||||
Kombustjoni ta' karburanti |
||||||
Karburanti kummerċjali standard |
2 |
2a/2b |
2a/2b |
m.a. |
1 |
m.a. |
Karburanti gassużi u likwidi oħrajn |
2 |
2a/2b |
2a/2b |
m.a. |
1 |
m.a. |
Karburanti solidi |
1 |
2a/2b |
2a/2b |
m.a. |
1 |
m.a. |
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa għat-Terminals tal-Ipproċessar tal-Gass |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
Flares |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
Tisfija mill-impuritajiet (karbonat) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Tisfija mill-impuritajiet (ġipsum) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Tisfija mill-impuritajiet (urea) |
1 |
1 |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
Raffinerija ta' żejt minerali |
||||||
Riġenerazzjoni ta' krekkjar katalitiku |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni tal-kokk |
|
|
|
|
|
|
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Karburant bħala input ta' proċess |
1 |
2 |
2 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Xiwi u sinterizzazzjoni ta' metall mhux maħdum |
||||||
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Input ta' karbonat |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Produzzjoni tal-ħadid u l-azzar |
||||||
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Karburant bħala input ta' proċess |
1 |
2a/2b |
2 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni jew ipproċessar ta' metalli ferrużi u mhux ferrużi, inkluż aluminju sekondarju |
||||||
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Emissjonijiet ta' proċess |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Produzzjoni ta' aluminju primarju |
||||||
Bilanċ tal-massa għall-emissjonijiet ta' CO2 |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Emissjonijiet ta' PFC (il-Metodu tal-pendil) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Emissjonijiet ta' PFC (il-metodu tal-vultaġġ żejjed) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' gagazza tas-siment |
||||||
Abbażi tal-input tal-kalkara (il-Metodu A) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Output tal-gagazza (il-Metodu B) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
CKD |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Input ta' karbonju mhux karbonat |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Produzzjoni ta' ġir u kalċinazzjoni ta' dolomit u manjeżit |
||||||
Karbonati (il-Metodu A) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Inputs oħrajn ta' proċess |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Ossidu alkalin tal-art (il-Metodu B) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Manifattura ta' ħġieġ u suf minerali |
||||||
Inputs tal-karbonat |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Inputs oħrajn ta' proċess |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika |
||||||
Inputs tal-karbonju (il-Metodu A) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Inputs oħrajn ta' proċess |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Ossidu alkalin (il-Metodu B) |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
Purifikazzjoni |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' ġipsum u plasterboard: ara kombustjoni tal-karburanti |
||||||
Produzzjoni ta' polpa u karta |
||||||
Sustanzi kimiċi tal-make up |
1 |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' iswed tal-karbonju |
||||||
Metodoloġija tal-bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
1 |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' ammonijaka |
||||||
Karburant bħala input ta' proċess |
2 |
2a/2b |
2a/2b |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar |
||||||
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni tal-idroġenu u l-gass tas-sinteżi |
||||||
Karburant bħala input ta' proċess |
2 |
2a/2b |
2a/2b |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
Produzzjoni ta' irmied tas-soda u bikarbonat tas-sodju |
||||||
Bilanċ tal-massa |
1 |
m.a. |
m.a. |
2 |
m.a. |
m.a. |
(*1)
Livelli għall-fattur ta' emissjoni huma relatati mal-fattur ta' emissjoni preliminari, u l-kontenut ta' karbonju huwa relatat mal-kontenut totali tal-karbonju. Għal materjali mħallta, il-frazzjoni tal-bijomassa għandha tkun iddeterminata separatament. Il-Livell 1 għandu jkun il-livell minimu li għandu jiġi applikat għall-frazzjoni tal-bijomassa fil-każ ta' installazzjonijiet tal-kategorija A u fil-każ ta' karburanti standard kummerċjali għall-installazzjonijiet kollha skont il-punt (a) tal-Artikolu 26(1). (“m.a.” tfisser “mhux applikabbli”) |
ANNEX VI
Valuri ta' referenza għall-fatturi ta' kalkolu (l-Artikolu 31(1)(a))
1. FATTURI TA' EMISSJONI TA' KARBURANTI RELATATI MA' VALURI KALORIFIĊI NETTI (NCV)
Tabella 1
Fatturi ta' emissjoni tal-fjuwil li huma relatati għall-valur kalorifiku nett (NCV) u għall-valuri kalorifiċi netti skont il-massa tal-fjuwil.
Deskrizzjoni tat-tip ta' fjuwil |
Fattur ta' emissjoni (t CO2/TJ) |
Valur kalorifiku nett (TJ/Gg) |
Sors |
Żejt mhux raffinat |
73,3 |
42,3 |
IPCC 2006 GL |
Orimulsjoni |
77,0 |
27,5 |
IPCC 2006 GL |
Likwidi tal-gass naturali |
64,2 |
44,2 |
IPCC 2006 GL |
Gażolina tal-muturi |
69,3 |
44,3 |
IPCC 2006 GL |
Pitrolju (minbarra l-pitrolju tal-ġettijiet) |
71,9 |
43,8 |
IPCC 2006 GL |
Żejt tax-shale |
73,3 |
38,1 |
IPCC 2006 GL |
Żejt tal-Gass/Diżil |
74,1 |
43,0 |
IPCC 2006 GL |
Żejt tal-fjuwil residwu |
77,4 |
40,4 |
IPCC 2006 GL |
Gassijiet tal-petroleum likwefatti |
63,1 |
47,3 |
IPCC 2006 GL |
Etan |
61,6 |
46,4 |
IPCC 2006 GL |
Nafta |
73,3 |
44,5 |
IPCC 2006 GL |
Bitum |
80,7 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Lubrikanti |
73,3 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Kokk tal-petroleum |
97,5 |
32,5 |
IPCC 2006 GL |
Għalf tar-raffineriji |
73,3 |
43,0 |
IPCC 2006 GL |
Gass tar-raffineriji |
57,6 |
49,5 |
IPCC 2006 GL |
Xemgħat tal-Paraffina |
73,3 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Spirtu Abjad u SBP |
73,3 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Prodotti oħrajn tal-petroleum |
73,3 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Antraċit |
98,3 |
26,7 |
IPCC 2006 GL |
Faħam għall-produzzjoni tal-kokk |
94,6 |
28,2 |
IPCC 2006 GL |
Faħam bituminuż ieħor |
94,6 |
25,8 |
IPCC 2006 GL |
Faħam sub-bituminuż |
96,1 |
18,9 |
IPCC 2006 GL |
Linjite |
101,0 |
11,9 |
IPCC 2006 GL |
Żejt tax-shale u ramel tal-qatran |
107,0 |
8,9 |
IPCC 2006 GL |
Karburant ibbrevettat |
97,5 |
20,7 |
IPCC 2006 GL |
Kokk tal-forn tal-kokk u kokk tal-linjite |
107,0 |
28,2 |
IPCC 2006 GL |
Kokk tal-gass |
107,0 |
28,2 |
IPCC 2006 GL |
Qatran tal-faħam |
80,7 |
28,0 |
IPCC 2006 GL |
Gass tal-fabbriki tal-gass |
44,4 |
38,7 |
IPCC 2006 GL |
Gass tal-forn tal-kokk |
44,4 |
38,7 |
IPCC 2006 GL |
Gass tal-kalkara tal-funderija |
260 |
2,47 |
IPCC 2006 GL |
Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu |
182 |
7,06 |
IPCC 2006 GL |
Gass naturali |
56,1 |
48,0 |
IPCC 2006 GL |
Skart industrijali |
143 |
m.a. |
IPCC 2006 GL |
Żjut għar-rimi |
73,3 |
40,2 |
IPCC 2006 GL |
Pit |
106,0 |
9,76 |
IPCC 2006 GL |
Injam/Skart ta' Injam |
— |
15,6 |
IPCC 2006 GL |
Bijomassa solida primarja oħra |
— |
11,6 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Faħam tal-kannol |
— |
29,5 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Bijogażolina |
— |
27,0 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Bijodiżils |
— |
27,0 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Bijokarburanti likwidi oħrajn |
— |
27,4 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Gass tal-landfill |
— |
50,4 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Gass mill-ħama |
— |
50,4 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Bijogass ieħor |
— |
50,4 |
IPCC 2006 GL (NCV biss) |
Tajers ta' skart |
85,0 (1) |
m.a. |
WBCSD CSI |
Monossidu tal-karbonju |
155,2 (2) |
10,1 |
J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995 |
Metan |
54,9 (3) |
50,0 |
J. Falbe and M. Regitz, Römpp Chemie Lexikon, Stuttgart, 1995 |
(1)
Dan il-valur huwa l-fattur ta' emissjoni preliminari, jiġifieri qabel l-applikazzjoni ta' frazzjoni tal-bijomassa, jekk applikabbli.
(2)
Abbażi ta' NCV ta' 10,12 TJ/t
(3)
Abbażi ta' NCV ta' 50,01 TJ/t |
2. FATTURI TA' EMISSJONI RELATATI MA' EMISSJONIJIET TA' PROĊESSI
Tabella 2
Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati (il-Metodu A)
Karbonat |
Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Karbonat] |
CaCO3 |
0,440 |
MgCO3 |
0,522 |
Na2CO3 |
0,415 |
BaCO3 |
0,223 |
Li2CO3 |
0,596 |
K2CO3 |
0,318 |
SrCO3 |
0,298 |
NaHCO3 |
0,524 |
FeCO3 |
0,380 |
Ġenerali |
Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z *[M(CO3 2-)]} X = metall M(x) = piż molekolari ta' X f'[gm/mol] M(CO2) = piż molekulari ta' CO2 f'[g/mol] M(CO3 2-) = piż molekulari ta' CO3 2- f'[g/mol] Y = numru stojkjometriku ta' X Z = numru stojkjometriku ta' CO3 2- |
Tabella 3
Fattur stojkjometriku ta' emissjoni għal emissjonijiet ta' proċess mid-dekompożizzjoni tal-karbonati abbażi ta' ossidi alkalini tal-art (il-Metodu B)
Ossidu |
Fattur ta' emissjoni [t CO2/ t Ossidu] |
CaO |
0,785 |
MgO |
1,092 |
BaO |
0,287 |
ġenerali: XYOZ |
Fattur ta' emissjoni = [M(CO2)] / {Y * [M(x)] + Z * [M(O)]} X = metall alkalin tal-art jew alkalin M(x) = piż molekolari ta' X f'[gm/mol] M(CO2) = piż molekulari ta' CO2 [g/mol] M(O) = piż molekolari ta' O [gm/mol] Y Ynumru stojkjometriku ta' X= 1 (għal metalli alkalini tal-art)= 2 (għal metalli alkalini)numru stojkjometriku ta' X = 1 (għal metalli alkalini tal-art) = 2 (għal metalli alkalini) Z = numru stojkjometriku ta' O = 1 |
Tabella 4
Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħrajn ta' proċess (il-produzzjoni ta' ħadid u azzar, u l-ipproċessar ta' materjali ferrużi)
Materjal ta' input jew produzzjoni |
Kontenut ta' karbonju (t C/t) |
Fattur ta' emissjoni (t CO2/t) |
Ħadid miksub b'riduzzjoni diretta (DRI) |
0,0191 |
0,07 |
Elettrodi tal-karbonju EAF |
0,8188 |
3,00 |
Karbonju taċ-ċarġ EAF |
0,8297 |
3,04 |
Ħadid magħmul f'mattunelli meta jaħraq |
0,0191 |
0,07 |
Gass tal-forn tal-azzar tal-ossiġenu |
0,3493 |
1,28 |
Kokk tal-petroleum |
0,8706 |
3,19 |
Ħadid fondut grezz |
0,0409 |
0,15 |
Ħadid / ruttam ferruż |
0,0409 |
0,15 |
Azzar / ruttam tal-metall |
0,0109 |
0,04 |
(1)
IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra |
Tabella 5
Fatturi stojkjometriku ta' emissjonijiet għall-emissjonijiet ta' proċess minn materjali oħra ta' proċess (Sustanzi kimiċi organiċi fi kwantitajiet kbar)
Sustanza |
Kontenut ta' karbonju (t C/t) |
Fattur ta' emissjoni (t CO2 / t) |
Aċetonitril |
0,5852 |
2,144 |
Akrilonitril |
0,6664 |
2,442 |
Butadien |
0,888 |
3,254 |
Iswed tal-karbonju |
0,97 |
3,554 |
Etilen |
0,856 |
3,136 |
Diklorur tal-etilen |
0,245 |
0,898 |
Glikol tal-etilen |
0,387 |
1,418 |
Ossidu tal-etilen |
0,545 |
1,997 |
Ċjanur tal-idroġenu |
0,4444 |
1,628 |
Metanol |
0,375 |
1,374 |
Metan |
0,749 |
2,744 |
Propan |
0,817 |
2,993 |
Propilen |
0,8563 |
3,137 |
Monomer tal-klorur tal-vinil |
0,384 |
1,407 |
(1)
IPCC 2006 Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra |
3. POTENZJALI GĦAT-TISĦIN GLOBALI GĦAL GASSIJIET SERRA LI MHUMIEX CO2
Tabella 6
Potenzjali għat-tisħin globali
Gass |
Potenzjal għat-tisħin globali |
N2O |
265 t CO2(e)/t N2O |
CF4 |
6 630 t CO2(e)/t CF4 |
C2F6 |
11 100 t CO2(e)/t C2F6 |
ANNESS VII
Frekwenza minima tal-analiżijiet (l-Artikolu 35)
Karburant/materjal |
Frekwenza minima tal-analiżijiet |
Gass naturali |
Mill-inqas darba fil-ġimgħa |
Gassijiet oħrajn, b'mod partikolari gass tas-sinteżi u gassijiet ta' proċess bħal gass imħallat tar-raffinerija, gass tal-forn tal-kokk, gass tal-forn tal-blast, gass tal-konvertitur, gass tal-bjar taż-żejt u tal-gasfield |
Mill-inqas kuljum — bl-użu ta' proċeduri xierqa f'partijiet differenti tal-jum |
Żjut tal-karburant (pereżempju żejt tal-karburant ħafif, medju, tqil, bitumen) |
Kull 20 000 tunnellata ta' karburant u mill-inqas sitt darbiet fis-sena |
Faħam, faħam tal-produzzjoni tal-kokk, kokk, kokk tal-petroleum, pit |
Kull 20 000 tunnellata ta' karburant/materjal u mill-inqas sitt darbiet fis-sena |
Karburanti oħrajn |
Kull 10 000 tunnellata ta' karburant u mill-anqas erba' darbiet fis-sena |
Skart solidu mhux ittrattat (fossili puri jew fossili tal-bijomassa mħallta) |
Kull 5 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena |
Skart likwidu, skart solidu ttrattat minn qabel |
Kull 10 000 tunnellata ta' skart u mill-inqas erba' darbiet fis-sena |
Minerali tal-karbonat (inklużi ġebel tal-ġir u dolomit) |
Kull 50 000 tunnellata ta' materjal u mill-inqas erba' darbiet fis-sena |
Tafal u shale |
Ammonti ta' materjali li jikkorrispondu għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena |
Materjali oħrajn (prodott primarju, intermedju u finali) |
Skont it-tip ta' materjal u l-varjazzjoni, l-ammonti ta' materjal korrispondenti għal 50 000 tunnellata ta' CO2 u mill-inqas erba' darbiet fis-sena |
ANNESS VIII
Metodoloġiji bbażati fuq il-kejl (Artikolu 41)
1. DEFINIZZJONIIET TAL-LIVELLI GĦAL METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL
Il-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl għandhom jiġu approvati skont livelli bl-inċertezzi massimi permissibbli li ġejjin għall-emissjonijiet annwali medji fis-siegħa kkalkulati skont l-Ekwazzjoni 2 kif stabbilit fit-taqsima 3 ta' dan l-Anness.
Tabella 1
Livelli għal CEMS (inċertezza massima permessa għal kull livell)
|
Livell 1 |
Livell 2 |
Livell 3 |
Livell 4 |
Sorsi ta' emissjoni ta' CO2 |
± 10 % |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
Sorsi ta' emissjoni ta' N2O |
± 10 % |
± 7,5 % |
± 5 % |
M.A. |
Trasferiment ta' CO2 |
± 10 % |
± 7,5 % |
± 5 % |
± 2,5 % |
2. REKWIŻITI MINIMI TAL-LIVELLI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET TAL-KATEGORIJA A
Tabella 2
Livelli minimi li għandhom jiġu applikati għal installazzjonijiet tal-kategorija A għal metodoloġiji bbażati fuq il-kejl skont il-punt (a) tal-Artikolu 41(1)
Gass serra |
Livell minimu meħtieġ |
CO2 |
2 |
N2O |
2 |
3. DETERMINAZZJONI TA' GHGS BL-UŻU TA' METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL
Ekwazzjoni 1: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali skont l-Artikolu 43(1):
Ekwazzjoni 2: Determinazzjoni tal-emissjonijiet medji fis-siegħa:
Ekwazzjoni 2a: Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni medja ta' GHG kull siegħa bl-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:
Ekwazzjoni 2b: Determinazzjoni tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija medju fis-siegħa bil-għan tar-rapportar skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:
Ekwazzjoni 2c: Kalkolu tal-emissjonijiet annwali għall-għan tar-rapport annwali tal-emissjonijiet skont il-punt 9(b) tal-Anness X, taqsima 1:
L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fl-Ekwazzjoni 1 sa 2c:
L-indiċi i jirreferi għas-siegħa tal-operat individwali. Fejn operatur juża perjodi ta' referenza iqsar skont l-Artikolu 44(1), dak il-perjodu ta' referenza għandu jintuża minflok sigħat għal dawn il-kalkoli.
GHG Emtotali = emissjonijiet ta' GHG totali annwali f'tunnellati
GHG konċfis-siegħa, i = konċentrazzjonijiet fis-siegħa ta' emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3 fil-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija mkejjel matul l-operat għal siegħa i;
Vfis-siegħa, i = volum tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3 għal siegħa i (jiġifieri fluss integrat matul is-siegħa jew perjodu ta' referenza iqsar);
GHG Emmedji = emissjonijiet annwali medji fis-siegħa f'kg/siegħa mis-sors;
Sigħat ta' Op = numru totali ta' sigħat li għalihom hija applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, inklużi s-sigħat li għalihom id-data ġiet sostitwita skont l-Artikolu 45(2) sa (4);
GHG konċmedja = il-medja annwali tal-konċentrazzjonijiet fis-siegħa tal-emissjonijiet ta' GHG f'gm/Nm3;
Flussmedju = fluss medju annwali ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija f'Nm3/siegħa.
4. KALKOLU TAL-KONĊENTRAZZJONI BL-UŻU TA' KEJL INDIRETT TAL-KONĊENTRAZZJONI
Ekwazzjoni 3: Kalkolu tal-konċentrazzjoni
5. SOSTITUZZJONI GĦAL DATA TAL-KONĊENTRAZZJONIJIET NIEQSA GĦALL-METODOLOĠIJI BBAŻATI FUQ IL-KEJL
Ekwazzjoni 4: Sostituzzjoni għal data tnieqsa għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl
Fejn:
= il-medja aritmetika tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn ċirkostanzi speċifiċi kienu japplikaw meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi;
σ C_ = l-aqwa stima tad-devjazzjoni standard tal-konċentrazzjoni tal-parametru speċifiku matul il-perjodu kollu ta' rapportar jew, fejn kienu japplikaw ċirkostanzi speċifiċi meta kien seħħ it-telf ta' data, perjodu xieraq li jirrifletti ċ-ċirkostanzi speċifiċi.
ANNESS IX
data u informazzjoni minimi li għandhom jinżammu skont l-Artikolu 67(1)
L-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom mill-inqas iżommu dan li ġej:
1. ELEMENTI KOMUNI GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET U L-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU
Il-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti;
Dokumenti li jiġġustifikaw l-għażla tal-metodoloġija ta' monitoraġġ u d-dokumenti li jiġġustifikaw tibdil temporali u mhux temporali tal-metodoloġiji ta' monitoraġġ u, fejn applikabbli, il-livelli approvati mill-awtorità kompetenti;
L-aġġornamenti rilevanti kollha tal-pjanijiet ta' monitoraġġ innotifikati lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 15, u t-tweġibiet tal-awtorità kompetenti;
Il-proċeduri kollha bil-miktub imsemmija fil-pjan ta' monitoraġġ, inkluż il-pjan ta' kampjunar fejn rilevanti, il-proċeduri għall-attivitajiet ta' fluss ta' data u l-proċeduri għall-attivitajiet ta' kontroll;
Lista tal-verżjonijiet tal-pjan ta' monitoraġġ kollha użati u l-proċeduri kollha relatati;
Dokumentazzjoni tar-responsabbiltajiet b'konnessjoni mal-monitoraġġ u r-rapportar;
Il-valutazzjoni tar-riskji mwettqa mill-operatur jew l-operatur ta' inġenju tal-ajru, fejn applikabbli;
Ir-rapporti ta' titjib skont l-Artikolu 69;
Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ivverifikat;
Ir-rapport ta' verifika;
Kwalunkwe informazzjoni oħra li tiġi identifikata kif ikun meħtieġ għall-verifika tar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet.
2. ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦAL INSTALLAZZJONIJIET TA' SORSI STAZZJONARJI:
Il-permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra, u kwalunkwe aġġornamenti tiegħu;
Kwalunkwe valutazzjonijiet tal-inċertezzi, fejn applikabbli;
Għall-metodoloġiji bbażati fuq kalkolu applikati fl-installazzjonijiet:
id-data tal-attivitajiet użata għal kwalunkwe kalkolu tal-emissjonijiet għal kull fluss minn sors, ikkategorizzata skont il-proċess u t-tip ta' karburant jew materjal;
lista tal-valuri predefiniti kollha bħala fatturi ta' kalkolu, fejn applikabbli;
is-sett sħiħ ta' riżultati ta' kampjunar u analiżi għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' kalkolu;
dokumentazzjoni dwar il-proċeduri ineffettivi kollha kkoreġuti u l-azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 64;
kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta' strumenti tal-kejl.
Għall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl fl-installazzjonijiet, l-elementi addizzjonali li ġejjin:
dokumentazzjoni li tiġġustifika l-għażla ta' metodoloġija bbażata fuq il-kejl;
id-data użata għall-analiżi ta' inċertezza ta' emissjonijiet minn kull sors ta' emissjoni, ikkategorizzata skont il-proċess;
id-data użata għall-kalkoli ta' korroborazzjoni u r-riżultati ta' kalkoli;
deskrizzjoni teknika dettaljata tas-sistema ta' kejl kontinwu inkluża d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti;
data mhux ipproċessata u aggregata mis-sistema ta' kejl kontinwu, inkluża dokumentazzjoni dwar it-tibdil matul iż-żmien, ir-reġistru dwar it-testijiet, il-ħinijiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema (down-time), il-kalibrazzjonijiet u l-manutenzjoni;
dokumentazzjoni ta' kwalunkwe tibdil tas-sistema ta' kejl kontinwu;
kwalunkwe riżultat tal-kalibrazzjoni u l-manutenzjoni ta' strumenti tal-kejl;
fejn applikabbli, il-mudell tal-bilanċ tal-massa jew l-enerġija użat għall-fini li tiġi ddeterminata data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 45(4) u s-suppożizzjonijiet sottostanti;
Fejn tiġi applikata metodoloġija alternattiva kif imsemmija fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi minn sorsi li għalihom dik il-metodoloġija tiġi applikata, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attività, il-fatturi ta' kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt approċċ ta' livelli;
Għall-produzzjoni tal-aluminju primarju, l-elementi addizzjonali li ġejjin:
dokumentazzjoni tar-riżultati minn kampanji ta' kejl għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 u C2F6;
dokumentazzjoni tar-riżultati tad-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-ġbir għall-emissjonijiet li jaħarbu;
id-data rilevanti kollha dwar il-produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza tal-effett tal-anodu u d-data dwar id-dewmien jew il-vultaġġ żejjed;
Għall-qbid ta' CO2, attivitajiet ta' trasport u ħżin ġeoloġiku, fejn applikabbli, l-elementi addizzjonali li ġejjin:
dokumentazzjoni tal-ammont ta' CO2 injettat fil-kumpless ta' ħżin minn installazzjonijiet li jkunu qegħdin iwettqu ħżin ġeoloġiku ta' CO2;
data ta' pressjonijiet u temperaturi aggregata b'mod rappreżentattiv minn netwerk ta' trasport;
kopja tal-permess għall-ħżin, inkluż il-pjan ta' monitoraġġ approvat, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/31/KE;
ir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/31/KE;
rapporti dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/31/KE;
dokumentazzjoni dwar miżuri korrettivi meħuda skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE.
3. ELEMENTI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTIVITAJIET TAL-AVJAZZJONI:
Lista ta' inġenji tal-ajru li jkunu proprjetà tal-operatur, li jinkrew mingħand jew lil parti oħra, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta' dik il-lista; għal kull inġenju tal-ajru d-data meta dan jiżdied mal-flotta jew jitneħħa mill-flotta tal-operatur tal-inġenji tal-ajru;
Lista ta' titjiriet koperti f'kull perjodu ta' rapportar, u l-evidenza meħtieġa għall-kompletezza ta' dik il-lista;
data rilevanti użata għad-determinazzjoni tal-konsum u l-emissjonijiet ta' karburant;
data użata għad-determinazzjoni tat-tagħbija utli u d-distanza rilevanti għas-snin li għalihom d-data tat-tunnellati kilometri tiġi rrapportata;
Dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal nuqqasijiet fid-data fejn applikabbli, in-numru ta' titjiriet fejn seħħew in-nuqqasijiet fid-data, id-data użata biex jingħalqu n-nuqqasijiet fid-data, fejn seħħew, u, fejn in-numru ta' titjiriet bin-nuqqasijiet fid-data qabżu l-5 % tat-titjiriet li ġew irrappurtati, ir-raġunijiet għal nuqqasijiet fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda.
ANNESS X
Kontenut Minimu tar-Rapporti Annwali (Artikolu 68(3))
1. RAPPORTI DWAR L-EMISSJONIJIET ANNWALI TA' INSTALLAZZJONIJIET TA' SORSI STAZZJONARJI
Ir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' installazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Id-data li tidentifika l-installazzjoni, kif speċifikat fl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u n-numru uniku tal-permess tagħha;
Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;
Is-sena ta' rapportar;
Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, kif ukoll ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' kwalunkwe pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;
It-tibdil rilevanti fl-operat ta' installazzjoni u t-tibdil kif ukoll id-devjazzjonijiet temporanji li jkunu seħħew waqt il-perjodu ta' rapportar fil-pjan ta' monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti; inkluż it-tibdil temporali jew permanenti ta' livelli, ir-raġunijiet għal dak it-tibdil, id-data tal-bidu għat-tibdil, u d-dati tal-bidu u t-tmiem tat-tibdil temporali;
Informazzjoni għall-emissjonijiet u l-flussi minn sorsi kollha li mill-inqas tikkonsisti minn:
l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2(e), inkluż is-CO2 mill-flussi minn sorsi ta’ bijomassa li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
fejn jiġu rilaxxati gassijiet serra li ma jkunux CO2, l-emissjonijiet totali espressi bħala t;
jekk il-kejl jew il-metodoloġija tal-kalkolu msemmija fl-Artikolu 21 jiġux applikati jew le;
il-livelli applikati;
data tal-attivitajiet:
fil-każ ta' karburanti l-ammont ta' karburant (espress bħala tunnellati jew Nm3) u l-valur kalorifiku nett (GJ/t jew GJ/Nm3) li jiġu rrapportati b'mod separat;
għall-flussi l-oħrajn kollha ta' sorsi l-ammont espress bħala tunnellati jew Nm3;
fatturi ta' emissjoni, espressi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(2); frazzjoni ta' bijomassa, ossidazzjoni u fatturi ta' konverżjoni, espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;
fejn il-fatturi ta' emissjoni għall-karburanti jkunu relatati mal-massa jew mal-volum minflok mal-enerġija, il-valuri ddeterminati skont l-Artikolu 26(5) għall-valur kalorifiku nett tal-fluss minn sors rispettiv;
Fejn tiġi applikata metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, il-fluss tal-massa, u l-kontenut ta' karbonju għal kull fluss minn sors li jidħol u joħroġ mill-installazzjoni; il-frazzjoni tal-bijomassa u l-valur kalorifiku nett, fejn rilevanti;
Informazzjoni li għandha tiġi rrapportata bħala element ta' memo, li mill-inqas tkun tinkludi:
ammonti ta' bijomassa maħruqa, espressi f'TJ, jew impjegati fi proċessi, espressi f't jew Nm3;
emissjonijiet ta' CO2 minn bijomassa, espressi f't CO2, fejn tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet;
proxy għall-valur kalorifiku nett tal-flussi minn sorsi ta' bijomassa użati bħala karburant, fejn rilevanti;
l-emissjonijiet, l-ammonti u l-kontenut tal-enerġija tal-karburanti u tal-bijolikwidi maħruqa, espressi f’t u f’TJ, u l-informazzjoni dwar jekk tali karburanti mill-bijomassa u bijolikwidi jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
CO2 or N2O ttrasferit f'installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni, fejn huwa applikabbli l-Artikolu 49 jew 50, espress f't CO2(e);
CO2 inerenti ttrasferit lejn installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni, fejn l-Artikolu 48 ikun applikabbli, espress f't CO2;
fejn applikabbli, l-isem tal-installazzjoni u l-kodiċi ta' identifikazzjoni tagħha kif rikonoxxut skont l-atti adottati skont l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2003/87/KE:
tal-installazzjoni(jiet) li fiha jiġi ttrasferit CO2 jew N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);
tal-installazzjoni(jiet) li minnha/hom jiġi riċevut CO2 or N2O skont il-punti (e) u (f) ta' dan il-punt (8);
Fejn dik l-installazzjoni ma jkollhiex tali kodiċi ta' identifikazzjoni, għandhom jiġu pprovduti l-isem u l-indirizz tal-installazzjoni kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt rilevanti ta' persuna ta' kuntatt.
CO2 ttrasferit mill-bijomassa, espress f't CO2;
Fejn tiġi applikata metodoloġija tal-kejl:
fejn jitkejjel CO2 bħala l-emissjonijiet annwali ta' CO2fossili u l-emissjonijiet annwali ta' CO2mill-użu ta' bijomassa;
is-sigħat ta' operat tas-sistema ta' kejl ta' emissjonijiet kontinwi (CEMS), il-konċentrazzjonijiet imkejla ta' gassijiet serra u l-fluss ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija espressi bħala medja annwali fis-siegħa, u bħala valur totali annwali;
Fejn tiġi applikata metodoloġija “alternattiva” msemmija fl-Artikolu 22, id-data kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet għas-sorsi ta' emissjonijiet u l-flussi minn sorsi li għalihom tiġi applikata dik il-metodoloġija, kif ukoll id-data proxy għad-data tal-attivitajiet, il-fatturi ta' kalkolu u parametri oħra li jkollhom jiġu rrapportati taħt metodoloġija ta' livelli;
Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(1):
il-fluss mis-sors jew is-sors tal-emissjoni li għalihom ikun japplika kull wieħed min-nuqqasijiet fid-data;
ir-raġunijiet għal kull nuqqas fid-data;
id-data tal-bidu u tat-tmiem u l-ħin ta' kull nuqqas fid-data;
l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;
fejn il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni jkun għadu ma ġiex inkluż fil-pjan ta' monitoraġġ, deskrizzjoni dettaljata tal-metodu ta' stima inkluża evidenza li l-metodoloġija użata ma twassalx għal sottostima tal-emissjonijiet għall-perjodu ta' żmien rispettiv;
Kwalunkwe tibdil ieħor fl-installazzjoni waqt il-perjodu ta' rapportar b'rilevanza għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-installazzjoni waqt is-sena ta' rapportar;
Fejn applikabbli, il-livell ta' produzzjoni tal-aluminju primarju, il-frekwenza u d-dewmien medju tal-effetti tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, jew id-data tal-vultaġġ qawwi żżejjed tal-effett tal-anodu waqt il-perjodu ta' rapportar, kif ukoll ir-riżultati tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-fatturi ta' emissjoni speċifiċi għall-installazzjoni għal CF4 and C2F6 kif deskritt fil-qosor fl-Anness IV, u tad-determinazzjoni l-iżjed reċenti tal-effiċjenza tal-ġbir tat-tubi.
L-emissjonijiet li jseħħu minn sorsi differenti ta' emissjoni, jew flussi minn sorsi tal-istess tip ta' installazzjoni unika li tagħmel parti mill-istess tip ta' attività jistgħu jiġu rrapportati b'mod aggregat għat-tip ta' attività.
Fejn il-livelli jkunu nbidlu fil-perjodu ta' rapportar, l-operatur għandu jikkalkula u jirrapporta l-emissjoni bħala taqsimiet separati tar-rapport annwali għall-partijiet rispettivi tal-perjodu ta' rapportar.
L-operaturi ta' postijiet ta' ħżin ta' CO2 jistgħu jużaw rapporti ssimplifikati dwar l-emissjonijiet wara l-għeluq tal-post ta' ħżin skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/31/KE li tkun tinkludi tal-anqas l-elementi elenkati taħt il-punti 1 sa 5, bil-kundizzjoni li l-permess għal emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jkun jinkludi l-ebda sors ta' emissjoni.
2. RAPPORTI ANNWALI DWAR EMISSJONIJIET TAL-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU
Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għal operatur tal-inġenji tal-ajru għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru kif stabbilit bl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjaturi uniċi oħra użati għal finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta' kuntatt rilevanti;
Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;
Is-sena ta' rapportar;
Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;
Tibdil rilevanti fl-operat u d-devjazzjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ approvati waqt il-perjodu ta' rapportar;
In-numri ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta' inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;
In-numru totali ta' titjiriet għal kull par ta' Stati koperti mir-rapport;
Massa ta' fjuwil (f'tunnellati) għal kull tip ta' karburant għal kull par ta' Stati;
L-emissjonijiet totali ta’ CO2 f’tunnellati ta’ CO2 diżaggregati mill-Istat Membru tat-tluq u tal-wasla, inkluż is-CO2 minn bijokarburanti li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
Fejn l-emissjonijiet jiġu kkalkulati bl-użu ta' fattur ta' emissjoni jew kontenut tal-karbonju relatati mal-massa u l-volum, id-data proxy għall-valur kalorifiku nett tal-karburant;
Fejn ikunu seħħu nuqqasijiet fid-data u jkunu ġew irrimedjati minn data ta' sostituzzjoni skont l-Artikolu 66(2):
in-numru ta' titjiriet espressi bħala perċentwal ta' titjiriet annwali (approssimat għall-eqreb 0,1 %) li għalihom seħħew nuqqasijiet fid-data; u ċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet għan-nuqqasijiet fid-data li japplikaw;
il-metodu ta' stima għad-data ta' sostituzzjoni applikata;
l-emissjonijiet ikkalkulati abbażi ta' data ta' sostituzzjoni;
Elementi ta’ memo:
ammont ta’ bijokarburanti użati matul is-sena ta’ rapportar (f’tunnellati jew m3) elenkati skont it-tip ta’ karburant, u jekk il-bijokarburanti jikkonformawx mal-Artikolu 38(5);
il-valur kalorifiku nett tal-bijokarburanti u tal-karburanti alternattivi;
Bħala anness għar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet l-operatur għandu jinkludi l-emissjonijiet u l-għadd annwali tat-titjiriet għal kull par ta' ajrudromi. Fuq talba tal-operatur l-awtorità kompetenti għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.
3. RAPPORTI DWAR ID-DATA TAT-TUNNELLATI KILOMETRI TAL-OPERATURI TA' INĠENJI TAL-AJRU
Ir-rapport dwar id-data tat-tunnellati kilometri għal operatur tal-inġenji tal-ajru għandu tal-anqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Id-data li tidentifika l-operatur tal-ajru kif stabbilit bl-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjatur uniku ieħor użat għal finijiet ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta' kuntatt rilevanti;
Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;
Is-sena ta' rapportar;
Referenza u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta' monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza u n-numru tal-verżjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena tar-rappurtar;
Tibdil rilevanti fl-operat u d-devjazzjonijiet mill-pjan ta' monitoraġġ approvati waqt il-perjodu ta' rapportar;
In-numri ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta' inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta' avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;
Il-metodu magħżul għall-kalkolu tal-massa tal-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati, kif ukoll għall-merkanzija u l-posta;
L-għadd totali ta' passiġġieri kilometri u tunnellati kilometri għat-titjiriet kollha mwettqa matul is-sena li għaliha jirreferi r-rapport li jaqgħu taħt l-attivitajiet ta' avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;
Għal kull par ta' ajrudromi: id-deżinjatur tal-ICAO taż-żewġ ajrudromi; id-distanza (id-distanza taċ-ċirku l-kbir + 95 km) f'km; in-numru totali ta' titjiriet għal kull par ajrudromi fil-perjodu ta' rapportar; il-massa totali ta' passiġġieri u bagalji rreġistrati (tunnellati) waqt il-perjodu ta' rapportar għal kull par ajrudromi; in-numru totali ta' passiġġieri matul il-perjodu tar-rappurtar; in-numru totali ta' passiġġieri mmultiplikat bil-kilometri għal kull par ajrudromi; il-massa totali ta' merkanzija u posta rreġistrati (tunnellati) waqt il-perjodu ta' rapportar għal kull par ajrudromi; it-total ta' tunnellati kilometri għal kull par ajrudromi (t km).
ANNESS XI
Tabella ta' korrelazzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 |
Dan ir-Regolament |
L-Artikolu 1 sa 49 |
L-Artikolu 1 sa 49 |
— |
L-Artikolu 50 |
L-Artikolu 50 sa 67 |
L-Artikolu 51 sa 68 |
L-Artikolu 68 |
— |
L-Artikolu 69 sa 75 |
L-Artikolu 69 sa 75 |
— |
L-Artikolu 76 |
L-Artikolu 76 sa 77 |
L-Artikolu 77 sa 78 |
L-Anness I sa X |
L-Anness I sa X |
— |
L-Anness XI |
( 1 ) Id-Direttiva 2014/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-kejl (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 149).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta' Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 94 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107).
( 5 ) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
( 8 ) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
( 9 ) Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Il-Protokoll rigward il-Gassijiet Serra fis-Settur tal-Aluminju; Ottubru 2006;L-Aġenzija għall-Ħarsien Ambjentali tal-Istati Uniti u l-Istitut Internazzjonali tal-Aluminju; Protokoll għall-Kejl tat-Tetrafluworometan (CF4) u l-Eżafluworoetan (C2F6) Emissjonijiet minn Produzzjoni tal-Aluminju Primarju; April 2008.