Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R2025-20181220

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/2025 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/2025/2018-12-20

02018R2025 — MT — 20.12.2018 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2025

tas-17 ta' Diċembru 2018

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020

(ĠU L 325 20.12.2018, p. 7)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 072, 14.3.2019, p.  141 (2018/2025)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/2025

tas-17 ta' Diċembru 2018

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond għall-2019 u għall-2020



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd annwali għall-2019 u għall-2020 li huma disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet tal-ħut ta' ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Barra minn hekk, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser:

(i) fil-każ tal-attivitajiet tas-sajd li għalihom tapplika l-eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art imsemmija fl-Artikolu 15(4) sa (7) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-ammont ta' ħut li jista' jinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(ii) fil-każ tal-attivitajiet l-oħrajn kollha tas-sajd, l-ammont ta' ħut li jista' jinqabad minn kull stokk kull sena;

(b) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokata lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

(c) “ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-ebda Stat;

(d) “valutazzjoni analitika” tfisser evalwazzjonijiet kwantitattivi tax-xejriet fi stokk partikolari, abbażi ta' data dwar il-bijoloġija u l-isfruttament ta' dak l-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija ta' kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħataw pariri xjentifiċi dwar l-għażliet għall-qabdiet fil-ġejjieni.

2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

(a) iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Artikolu 3

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni tat-tali TACs fost l-Istati Membri u l-kundizzjonijiet li huma marbutin magħhom mil-lat funzjonali, fejn hu xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

TACs li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri

1.  Il-Portugall għandu jistabbilixxi t-TAC għaċ-ċinturin l-iswed fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF.

2.  It-TAC li l-Portugall irid jistabbilixxi għandha:

(a) tkun konsistenti mal-prinċipji u mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, b'mod partikolari mal-prinċipju tal-isfruttament sostenibbli tal-istokk; u

(b) twassal għal dan li ġej:

(i) jekk tkun disponibbli valutazzjoni analitika, għall-isfruttament tal-istokk b'mod konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli mill-2019 'il quddiem, bl-ogħla probabbiltà possibbli li dan iseħħ; jew

(ii) jekk ma tkunx disponibbli valutazzjoni analitika jew jekk din ma tkunx kompluta, għall-isfruttament tal-istokk b'mod konsistenti mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd.

3.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena li matulha jkun japplika dan ir-Regolament, il-Portugall għandu jibgħat lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej:

(a) it-TAC li jkun adotta;

(b) id-data li jkun ġabar u jkun ivvaluta u li fuqha jkun sejjes it-TAC li jkun adotta;

(c) id-dettalji dwar kif it-TAC li jkun adotta tkun tikkonforma mal-paragrafu 2.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.  L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilit f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-segwenti:

(a) għall-iskambji li jsiru skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b) għat-tnaqqis u għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 3 );

(c) għar-riallokazzjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 12(7) tar-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(d) għall-ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e) għall-kwantitajiet miżmumin skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(f) għat-tnaqqis li jsir skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.  L-Anness ta' dan ir-Regolament jidentifika l-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji jew analitiċi għall-finijiet tal-ġestjoni tat-TACs u tal-kwoti previsti fir-Regolament (KE) Nru 847/96 minn sena għall-oħra.

3.  L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs prekawzjonarji, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li għalihom hemm TACs analitiċi, ħlief fejn hu speċifikat mod ieħor fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandhomx japplikaw meta Stat Membru juża l-flessibbiltà minn sena għall-oħra prevista fl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet biex jinħattu l-art il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji

Il-qabdiet li għalihom ma japplikax l-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk dawn:

(a) ikunu saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li jkollu kwota għalihom u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita; jew

(b) ikunu jikkonsistu f'sehem minn kwota tal-Unjoni li ma tkunx ġiet allokata fost l-Istati Membri fil-forma ta' kwoti, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżawrita.

Artikolu 7

Projbizzjoni

1.  Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu għall-mera tal-Atlantiku (Hoplostethus atlanticus) fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżoni 1 sa 10, 12 u 14 tal-ICES u li dawn iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art il-mera tal-Atlantiku maqbuda f'dawk iż-żoni.

2.  Għandu jkun ipprojbit għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jistadu għal klieb il-baħar tal-fond fis-subżoni 5 sa 9 tal-ICES, fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tas-subżona 10 tal-ICES, fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 12 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 u biex iżommu abbord, jittrażbordaw, jirrilokaw jew iħottu l-art klieb il-baħar tal-fond maqbuda f'dawk iż-żoni, bl-eċċezzjoni ta' każijiet fejn it-TACs japplikaw għal qabdiet inċidentali għaċ-ċinturin l-iswed li juża l-konzijiet kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 8

Trażmissjoni tad-data

Meta l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-data marbuta mal-ħatt l-art tal-kwantitajiet tal-istokkijiet li jkunu qabdu skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

PARTI 1

Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet

1. Fil-lista stabbilita fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut jissemmew skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-fond huma mniżżlin fil-bidu ta' dik il-lista. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva segwenti tal-ismijiet komuni u tal-ismijiet bil-Latin:



Isem komuni

Kodiċi alfa-3

Isem xjentifiku

Ċinturin iswed

BSF

Aphanopus carbo

Fonsa ħamra

ALF

Beryx spp.

Grenadier imnieħru tond

RNG

Coryphaenoides rupestris

Grenadier rasu raffa

RHG

Macrourus berglax

Paġella ħamra

SBR

Pagellus bogaraveo

2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “il-klieb il-baħar tal-fond” tfisser il-lista tal-ispeċijiet segwenti:



Isem komuni

Kodiċi alfa-3

Isem xjentifiku

Gattarelli tal-fond

API

Apristurus spp.

Kelb il-baħar tal-frilli

HXC

Chlamydoselachus anguineus

Żagħrun

CWO

Centrophorus spp.

Mazzola Portugiża

CYO

Centroscymnus coelolepis

Mazzola bellusija mneħirha twil

CYP

Centroscymnus crepidater

Mazzola sewda

CFB

Centroscyllium fabricii

Mazzola munqar l-għasfur

DCA

Deania calcea

Murruna sewda

SCK

Dalatias licha

Mazzola tal-fanal maġġuri

ETR

Etmopterus princeps

Mazzola tal-fanal

ETX

Etmopterus spinax

Gattarell ġurdien

GAM

Galeus murinus

Murruna ta' sitt garġi

SBL

Hexanchus griseus

Pixxiporku tal-Atlantiku

OXN

Oxynotus paradoxus

Mazzola snienha tas-skieken

SYR

Scymnodon ringens

Kelb il-baħar ta' Greenland

GSK

Somniosus microcephalus

PARTI 2

L-opportunitajiet tas-sajd annwali (f'tunnellati ta' piż ħaj)



Speċi:

Klieb il-baħar tal-fond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7, 8 u 9

(DWS/56789-)

Sena

2019

2020

 

 

L-Unjoni

(1)

(1)

 

 

It-TAC

(1)

(1)

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(1)   Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Klieb il-baħar tal-fond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10

(DWS/10-)

Sena

2019

2020

 

 

Il-Portugall

(1)

(1)

 

 

L-Unjoni

(1)

(1)

 

 

It-TAC

(1)

(1)

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(1)   Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Klieb il-baħar tal-fond

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 tas-CECAF

(DWS/F3412C)

Sena

2019

2020

 

 

L-Unjoni

(1)

(1)

 

 

It-TAC

(1)

(1)

 

TAC prekawzjonarja

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

(1)   Esklussivament għal qabdiet inċidentali fis-sajd għaċ-ċinturin iswed li juża l-konzijiet. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5, 6, 7 u 12

(BSF/56712-)

Sena

2019

2020

 

 

Il-Ġermanja

28

28

 

 

L-Estonja

14

14

 

 

L-Irlanda

71

71

 

 

Spanja

140

140

 

 

Franza

1 976

1 976

 

 

Il-Latvja

92

92

 

 

Il-Litwanja

1

1

 

 

Il-Polonja

1

1

 

 

Ir-Renju Unit

140

140

 

 

Pajjiżi oħrajn

(1)

(1)

 

 

L-Unjoni

2 470

2 470

 

 

It-TAC

2 470

2 470

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9 u 10

(BSF/8910-)

Sena

2019

2020

 

 

Spanja

9

9

 

 

Franza

22

22

 

 

Il-Portugall

2 801

2 801

 

 

L-Unjoni

2 832

2 832

 

 

It-TAC

2 832

2 832

 

TAC prekawzjonarja



Speċi:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 34.1.2 tas-CECAF

(BSF/C3412-)

Sena

2019

2020

 

 

Il-Portugall

Għad irid jiġu stabbiliti

Għad irid jiġu stabbiliti

 

 

L-Unjoni

Għad irid jiġu stabbiliti (1)

Għad irid jiġu stabbiliti (1)

 

 

It-TAC

Għad irid jiġu stabbiliti (1)

Għad irid jiġu stabbiliti (1)

 

TAC prekawzjonarja

Japplika l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

(1)   Stabbiliti fl-istess kwantità bħall-kwota għall-Portugall.



Speċi:

Fonsa ħamra

Beryx spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12 u 14

(ALF/3X14-)

Sena

2019

2020

 

 

L-Irlanda

(1)

(1)

 

 

Spanja

57 (1)

57 (1)

 

 

Franza

15 (1)

15 (1)

 

 

Il-Portugall

164 (1)

164 (1)

 

 

Ir-Renju Unit

(1)

(1)

 

 

L-Unjoni

252 (1)

252 (1)

 

 

It-TAC

252 (1)

252 (1)

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Grenadier imnieħru tond

Coryphaenoides rupestris

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 3

(RNG/03-)

Sena

2019

2020

 

 

Id-Danimarka

48 (1) (2)

48 (1) (2)

 

 

Il-Ġermanja

(1) (2)

(1) (2)

 

 

L-Iżvezja

(1) (2)

(1) (2)

 

 

L-Unjoni

50 (1) (2)

50 (1) (2)

 

 

It-TAC

50 (1) (2)

50 (1) (2)

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota

(2)   Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/03-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.



Speċi:

Grenadier imnieħru tond

Coryphaenoides rupestris

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7

(RNG/5B67-)

Sena

2019

2020

 

 

Il-Ġermanja

(1) (2)

(1) (2)

 

 

L-Estonja

37 (1) (2)

37 (1) (2)

 

 

L-Irlanda

166 (1) (2)

166 (1) (2)

 

 

Spanja

41 (1) (2)

41 (1) (2)

 

 

Franza

2 108  (1) (2)

2 108  (1) (2)

 

 

Il-Litwanja

48 (1) (2)

48 (1) (2)

 

 

Il-Polonja

24 (1) (2)

24 (1) (2)

 

 

Ir-Renju Unit

124 (1) (2)

124 (1) (2)

 

 

Pajjiżi oħrajn

(1) (2) (3)

(1) (2) (3)

 

 

L-Unjoni

2 558  (1) (2)

2 558  (1) (2)

 

 

It-TAC

2 558  (1) (2)

2 558  (1) (2)

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14 jista' jiġi mistad ammont massimu ta' 10 % minn kull kwota (RHG/*8X14 - għall-grenadier imnieħru tond; RHG/*8X14 - għall-qabdiet inċidentali tal-grenadier rasu raffa).

(2)   Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/5B67-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.

(3)   Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett.



Speċi:

Grenadier imnieħru tond

Coryphaenoides rupestris

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 8, 9, 10, 12 u 14

(RNG/8X14-)

Sena

2019

2020

 

 

Il-Ġermanja

15 (1) (2)

15 (1) (2)

 

 

L-Irlanda

(1) (2)

(1) (2)

 

 

Spanja

1 638  (1) (2)

1 638  (1) (2)

 

 

Franza

76 (1) (2)

76 (1) (2)

 

 

Il-Latvja

26 (1) (2)

26 (1) (2)

 

 

Il-Litwanja

(1) (2)

(1) (2)

 

 

Il-Polonja

513 (1) (2)

513 (1) (2)

 

 

Ir-Renju Unit

(1) (2)

(1) (2)

 

 

L-Unjoni

2 281  (1) (2)

2 281  (1) (2)

 

 

It-TAC

2 281  (1) (2)

2 281  (1) (2)

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'dawk internazzjonali taż-żoni 5b, 6 u 7 jista' jiġi mistad ammont massimu ta' 10 % minn kull kwota (RNG/*5B67- għall-grenadier imnieħru tond; RHG/*5B67 - għall-qabdiet inċidentali tal-grenadier rasu raffa).

(2)   Mhu permess l-ebda sajd dirett tal-grenadier rasu raffa. Il-qabdiet aċċessorji tal-grenadier rasu raffa (RHG/8X14-) għandhom jingħaddu ma' din il-kwota. Dawn ma jistgħux jaqbżu l-1 % tal-kwota.



Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni 6, 7 u 8

(SBR/678-)

Sena

2019

2020

 

 

L-Irlanda

(1)

(1)

 

 

Spanja

94 (1)

84 (1)

 

 

Franza

(1)

(1)

 

 

Ir-Renju Unit

12 (1)

11 (1)

 

 

Pajjiżi oħrajn

(1)

(1)

 

 

L-Unjoni

117 (1)

105 (1)

 

 

It-TAC

117 (1)

105 (1)

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta' din il-kwota.



Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

►C1  Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 9 (1)

(SBR/09-) ◄

Sena

2019

2020

 

 

Spanja

117

117

 

 

Il-Portugall

32

32

 

 

L-Unjoni

149

149

 

 

It-TAC

149

149

 

TAC prekawzjonarja

(1)   Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 37.1.1 tal-GFCM għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F3711). Madankollu, il-qabdiet fiż-żona 34.1.11 tas-CECAF għandhom jiġu rrappurtati (SBR/F34111).



Speċi:

Paġella ħamra

Pagellus bogaraveo

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żona 10

(SBR/10-)

Sena

2019

2020

 

 

Spanja

5

5

 

 

Il-Portugall

566

566

 

 

Ir-Renju Unit

5

5

 

 

L-Unjoni

576

576

 

 

It-TAC

576

576

 

TAC prekawzjonarja



( 1 ) Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

( 2 ) Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

( 4 ) Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).

Top