This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1806-20210101
Regulation (EU) 2018/1806 of the European Parliament and of the Council of 14 November 2018 listing the third countries whose nationals must be in possession of visas when crossing the external borders and those whose nationals are exempt from that requirement (codification)
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)
Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni)
02018R1806 — MT — 01.01.2021 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1806 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (ĠU L 303 28.11.2018, p. 39) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/592 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-10 ta' April 2019 |
L 103I |
1 |
12.4.2019 |
REGOLAMENT (UE) 2018/1806 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Novembru 2018
li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa
(kodifikazzjoni)
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiddetermina l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal, jew eżenti, mill-ħtieġa tal-viża, abbażi ta' valutazzjoni skont il-każ ta' diversi kriterji relatati, inter alia, mal-immigrazzjoni irregolari, il-politika pubblika u s-sigurtà, il-benefiċċji ekonomiċi, partikolarment f'termini ta' turiżmu u ta' kummerċ barrani u r-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi rilevanti, inklużi, partikolarment, konsiderazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta' koerenza reġjonali u reċiproċità.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” tfisser viża kif definita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 3
Artikolu 4
Il-persuni li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżenti mill-ħtieġa tal-viża:
iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma detenturi ta' permess tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 meta dawk id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-traffiku tal-fruntieri lokali;
studenti tal-iskola li huma ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI ( 2 ) u li jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta' ħarġa skolastika bħala membri ta' grupp ta' studenti tal-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż, li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 5
Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għall-Artikoli 3 u 4 sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-TFUE.
Artikolu 6
Stat Membru jista' jipprovdi eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża previst fl-Artikolu 3 jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 4, f'dak li jirrigwarda:
id-detenturi ta' passaporti diplomatiċi, ta' passaporti ta' servizz/passaporti uffiċjali jew ta' passaporti speċjali;
il-membri tal-ekwipaġġ ċivili ta' titjiriet bl-ajru u tat-tbaħħir fit-twettiq ta' dmirijiethom;
il-membri tal-ekwipaġġ ċivili tat-tbaħħir, meta jmorru fuq l-art, li jkollhom dokument ta' identità ta' baħħara maħruġ skont il-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol Nru 108 tat-13 ta' Mejju 1958 jew Nru 185 tas-19 ta' Ġunju 2003 jew il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali tad-9 ta' April 1965;
l-ekwipaġġ u l-membri tal-missjonijiet ta' emerġenza jew ta' salvataġġ fil-każ ta' diżastru jew inċident;
l-ekwipaġġ ċivili ta' vapuri li jbaħħru f'ibħra interni internazzjonali;
id-detenturi tad-dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġin minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li tagħhom huwa membru għall-anqas Stat Membru wieħed jew minn entitajiet oħra rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat bħala suġġetti tad-dritt internazzjonali, għall-uffiċjali ta' dawk l-organizzazzjonijiet jew entitajiet.
Stat Membru jista' jeżenta mill-ħtieġa tal-viża kif previst fl-Artikolu 3:
student tal-iskola li jkollu ċ-ċittadinanza ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness I, li hu residenti f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun qed jivvjaġġa fil-kuntest ta' ħarġa skolastika bħala membru ta' grupp ta' studenti tal-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;
refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta' l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;
membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta' ordnijiet ta' identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim bejn il-Partijiet tat-Trattat tat-Tramuntana ta' l-Atlantiku dwar l-Istatus tal-forzi tagħhom tad-19 ta' Ġunju 1951;
mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjati tal-Kunsill tal-Ewropa ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta' April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni apolidi u persuni oħrajn li ma għandhom iċ-ċittadinanza tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fl-Irlanda u li huma detenturi ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ mill-Irlanda, li huwa rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 7
Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jimponi ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' għall-anqas Stat Membru wieħed, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
fi żmien 30 jum mill-implimentazzjoni mill-pajjiż terz tal-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika b'dan lill-Parlamet Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.
Dik in-notifika għandha:
tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati;
tinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li l-Istat Membru kkonċernat ħa bil-ħsieb li jiżgura l-ivvjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat u għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha.
L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-ħtieġa tal-viża qabel it-tmiem tal-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, in-notifika m'għandhiex issir jew inkella għandha tkun rtirata u l-informazzjoni m'għandhiex tiġi ppubblikata;
il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara d-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz kkonċernat, b'mod partikolari fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u kummerċjali, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid jew introdott l-ivvjaġġar mingħajr viża u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien b'dawk il-passi;
jekk fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u minkejja l-passi kollha meħudin skont il-punt (b), il-pajjiż terz ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tissospendi l-eżenzjoni mil-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. Meta Stat Membru jagħmel tali talba, għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha;
il-Kummissjoni għandha, meta tqis passi ulterjuri skont il-punt (e), (f) jew (h), tieħu kont tal-eżitu tal-miżuri meħudin mill-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jiġi żgurat vjaġġar mingħajr viża mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-passi meħudin skont il-punt (b) u l-konsegwenzi tas-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat;
jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt (a) u sussegwentement f'intervalli li ma jaqbżux sitt xhur f'perijodu totali li ma jistax jestendi lil hinn mid-data li fiha l-att delegat imsemmi fil-punt (f) jidħol fis-seħħ jew jiġi oġġezzjonat:
tadotta, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat jew fuq inizjattiva tagħha stess, att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jistabilixxi data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tieħu effett b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni sussegwenti, il-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' dik is-sospensjoni b'aktar perijodi ta' mhux aktar minn sitt xhur u tista' timmodifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għalihom l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' sospensjoni l-kategoriji kollha ta' ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fl–att ta' implimentazzjoni għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri; jew
tippreżenta lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 11(1) rapport li jevalwa s-sitwazzjoni u li jsemmi r-raġunijiet għaliex hija ddeċidiet li ma tissospendix l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.
F'dak ir-rapport għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħal dawk imsemmijin fil-punt (d). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jista' jkollhom diskussjoni politika abbażi ta' dak ir-rapport;
jekk fi żmien 24 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu tal-punt(a), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 10 li jissospendi b'mod temporanju l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal perijodu ta' 12-il xahar għaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz. L-att delegat għandu jistabilixxi data, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tiegħu, li fiha s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tieħu effett, b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli fil-konsulati tal-Istati Membri u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi ħdejn l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat tiddaħħal nota f'qiegħ il-paġna li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.
Mid-data meta s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat ikollha effett jew meta oġġezzjoni għall-att delegat tiġi espressa skont l-Artikolu 10(7), kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont il-punt (e) ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandu jiskadi. Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġislattiva kif imsemmi fil-punt (h), il-perijodu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna li hemm referenza għaliha f'dak is-subparagrafu għandha tiġi emendata kif xieraq.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodi ta' dik is-sospensjoni ċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-att delegat għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri;
kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perijodu ta' applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jkunu estiżi l-iskadenzi jew il-perijodi stipulati f'dawk il-punti;
jekk fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-punt (f), il-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx neħħa l-ħtieġa tal-viża, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex ir-referenza għall-pajjiż terz tiġi trasferita mill-Anness II għall-Anness I;
il-proċeduri msemmijin fil-punti(e), (f) u (h) m'għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta fi kwalunkwe ħin proposta leġislattiva biex temenda dan ir-Regolament sabiex tiġi trasferita r-referenza għall-pajjiż terz ikkonċernat mill-Anness II għall-Anness I;
fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża, l-Istat Membru kkonċernat għandu minnufih jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew delegat adottat skont il-punt (e) jew (f) dwar il-pajjiż terz ikkonċernat għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ikun introduċa ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' żewġ Stati Membri jew aktar, l-att ta' implimentazzjoni jew delegat li jikkonċerna lil dak il-pajjiż terz għandu jiskadi sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni tan-notifika dwar l-aħħar Stat Membru kkonċernat li ċ-ċittadini tiegħu kienu soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn dak il-pajjiż terz. In-nota ta' qiegħ il-paġna msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-punt (f) għandha titħassar meta jiskadi l-att delegat ikkonċernat. L-informazzjoni dwar dik l-iskadenza għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat ineħħi l-ħtieġa tal-viża mingħajr ma l-Istat Membru kkonċernat jinnotifikah skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, il-Kummissjoni għandha fuq inizjattiva tagħha stess tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni msemmija f'dak is-subparagrafu u t-tieni subparagrafu ta' dan il-punt għandu japplika.
Artikolu 8
Stat Membru jista' jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi kkonfrontat, fuq perijodu ta' xahrejn, meta mqabbel mal- istess perijodu fis-sena preċedenti jew mal-aħħar xahrejn qabel l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta' pajjiż terz elenkat fl-Anness II, b'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
żieda sostanzjali fl-għadd ta' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li jiġu rrifjutati milli jidħlu jew li jiġu skoperti li jkunu qed joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru mingħajr id-dritt għal dan;
żieda sostanzjali fl-għadd ta' applikazzjonijiet għal asil miċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż terz li għalih ir-rata ta' rikonoxximent hija baxxa;
tnaqqis fil-kooperazzjoni fir-riammissjoni ma' dak il-pajjiż terz, issostanzjat minn data adegwata, b'mod partikolari żieda sostanzjali fir-rata ta' rifjut ta' applikazzjonijiet għar-riammissjoni ppreżentati mill-Istat Membru lil dak il- pajjiż terz għaċ-ċittadini tiegħu stess jew, fejn ftehim ta' riammissjoni konkluż bejn l-Unjoni jew dak l-Istat Membru u dak il-pajjiż terz jipprovdi għal dan, għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew bi transitu minn dak il-pajjiż terz;
żieda fir-riskju jew theddida imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna tal-Istati Membri, b'mod partikolari żieda sostanzjali ta' reati kriminali serji, relatati ma' ċittadini ta' dak il-pajjiż terz, sostanzjata minn informazzjoni u data oġġettiva, konkreta u rilevanti pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha ssemmi r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata u għandha tinkludi data u statistika rilevanti kif ukoll spjegazzjoni dettaljata tal-miżuri preliminari li jkun ħa l-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jirrimedja s-sitwazzjoni. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat jista' jispeċifika l-kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat li għandhom ikunu koperti b'att ta' implimentazzjoni taħt il-punt (a) tal-paragrafu 6, filwaqt li jindika r-raġunijiet dettaljati għal dan. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minnufih dwar tali notifika.
Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, in-nuqqas ta' kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni tista' tikkonsisti, perezempju:
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-inqas darba kull sena, għal perijodu ta' seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-liberalizzazzjoni tal-viża għal dak il-pajjiż terz, kif ukoll wara dan il-perijodu kull meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ, jew fuq talba mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Ir-rapport għandu jiffoka fuq il-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis li, abbażi ta' informazzjoni konkreta u affidabbli, ma għadhomx jikkonformaw ma' ċerti ħtiġijiet.
Għandu japplika l-paragrafu 6 fejn rapport tal-Kummissjoni juri li wieħed jew aktar mill-ħtiġijiet speċifiċi ma għadhomx jiġu sodisfatti fir-rigward ta' pajjiż terz partikolari.
Il-Kummissjoni għandha teżamina kull notifika magħmula skont il-paragrafu 2, filwaqt li tikkunsidra dan li ġej:
jekk teżistix xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 2;
l-għadd ta' Stati Membri affettwati minn xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2;
l-impatt ġenerali taċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tas-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni kif tkun tidher mid-data pprovduta mill-Istati Membri jew disponibbli lill-Kummissjoni;
ir-rapporti mħejjija mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra tal-Unjoni jew xi organizzazzjoni internazzjonali kompetenti fil-materji koperti minn dan ir-Regolament, jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan fil-każ speċifiku;
l-informazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jista' jkun ta fin-notifika tiegħu b'rabta ma' miżuri possibbli taħt il-punt (a) tal-paragrafu 6;
il-kwistjoni ġenerali tal-ordni pubblika u s-sigurtà interna, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat.
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.
Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 3, tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4, jew tal-eżami msemmi fil-paragrafu 5, u b'kont meħud tal-konsegwenzi ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-pajjiż terz ikkonċernat, filwaqt li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' dak il-pajjiż terz biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi fit-tul, il-Kummissjoni tiddeċiedi li hija meħtieġa azzjoni, jew fejn maġġoranza sempliċi ta' Stati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-eżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jissospendi temporanjament l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni għandha tapplika għal ċerti kategoriji ta' ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat, skont it-tipi rilevanti ta' dokumenti tal-ivvjaġġar u, fejn ikun xieraq, skont kriterji addizzjonali. Meta tiddetermina għal liema kategoriji s-sospensjoni għandha tapplika, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, tinkludi kategoriji li jkunu wiesgħa biżżejjed sabiex jikkontribwixxu b'mod effiċjenti biex iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 f'kull każ speċifiku jiġu indirizzati, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att ta' implimentazzjoni fi żmien xahar minn meta:
tkun irċeviet in-notifika msemmija fil-paragrafu 2;
tkun saret konxja tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
tkun ippreżentat ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 4; jew
tkun irċeviet in-notifika minn maġġoranza sempliċi ta' Stati Membri bl-eżistenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2.
Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). Huwa għandu jistabilixxi d-data li fiha għandha ssir effettiva s-sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża.
Matul il-perijodu ta' sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu msaħħaħ mal-pajjiż terz ikkonċernat bil-għan li jiġu rrimedjati ċ-ċirkostanzi inkwistjoni.
Fejn iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu jippersistu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiskadi l-perijodu ta' disa' xhur imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, att delegat skont l-Artikolu 10, li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni tal-Anness II għal perijodu ta' 18-il xahar għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat. L-att delegat għandu jsir effettiv mid-data ta' skadenza tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ. Dik l-emenda għandha ssir billi tiddaħħal nota ta' qiegħ il-paġna ħdejn l-isem tal-pajjiż terz inkwistjoni, li tindika li l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża hija sospiża fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz u li tispeċifika l-perijodu ta' dik is-sospensjoni.
Fejn il-Kummissjoni tkun ippreżentat proposta leġiżlattiva skont il-paragrafu 7, il-perijodu ta' sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża previst fl-att delegat għandu jiġi estiż b'sitt xhur. In-nota ta' qiegħ il-paġna għandha tiġi emendata kif meħtieġ.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6, matul il-perijodu ta' sospensjoni, iċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernati għandhom ikunu obbligati li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.
Stat Membru li, skont l-Artikolu 6, jipprovdi għal eżenzjonijiet ġodda mill-ħtieġa tal-viża għal kategorija ta' ċittadini tal- pajjiż terz kopert mill-att li jissospendi l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandu jikkomunika dawk il-miżuri skont l-Artikolu 12.
Artikolu 9
Artikolu 10
Artikolu 11
Artikolu 12
Artikolu 13
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti tal-ivjaġġar u tal-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.
Artikolu 14
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa mħassar.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqaraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
ANNESS I
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI Ċ-ĊITTADINI TAGĦHOM GĦANDHOM IKOLLHOM VIŻA FIL-PUSSESS TAGĦHOM META JAQSMU L-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI
1. STATI
l-Afganistan
l-Armenja
l-Angola
l-Ażerbajġan
il-Bangladesh
il-Burkina Faso
il-Bahrain
il-Burundi
il-Benin
il-Bolivja
il-Bhutan
il-Botswana
il-Belarussja
il-Beliże
ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ir-Repubblika Ċentru-Afrikana
il-Kongo
il-Kosta tal-Avorju
il-Kamerun
iċ-Ċina
Kuba
Cape Verde
il-Djibouti
ir-Repubblika Domenicana
l-Alġerija
l-Ekwador
l-Eġittu
Eritrea
Eswatini
l-Etjopja
il-Fiġi
il-Gabon
il-Ghana
il-Gambja
il-Guinea
il-Guinea Ekwatorjali
il-Guinea-Bissau
il-Guyana
il-Haïti
l-Indoneżja
l-Indja
l-Iraq
l-Iran
il-Ġamajka
il-Ġordan
il-Kenja
il-Kirġiżstan
il-Kambodja
Comoros
il-Korea ta' Fuq
il-Kuwajt
il-Każakistan
il-Laos
il-Libanu
is-Sri Lanka
il-Liberja
il-Lesoto
il-Libja
il-Marokk
Madagascar
il-Mali
il-Myanmar/Burma
il-Mongolja
il-Mauritania
il-Maldivi
il-Malawi
il-Możambique
in-Namibja
in-Niġer
in-Niġerja
in-Nepal
l-Oman
Papua New Guinea
il-Filippini
il-Pakistan
il-Qatar
ir-Russja
ir-Rwanda
l-Arabja Sawdija
is-Sudan
Sierra Leone
is-Senegal
is-Somalja
is-Suriname
is-Sudan t'Isfel
São Tomé u Príncipe
is-Sirja
iċ-Chad
it-Togo
it-Tajlandja
it-Taġikistan
it-Turkmenistan
it-Tuneżija
it-Turkija
it-Tanzanija
l-Uganda
l-Użbekistan
il-Vjetnam
il-Jemen
l-Afrika t'Isfel
iż-Żambja
iż-Żimbabwe
2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED
ANNESS II
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI Ċ-ĊITTADINI TAGĦHOM HUMA EŻENTI MILL-ĦTIEĠA LI JKOLLHOM VIZA FIL-PUSSESS TAGĦHOM META JAQSMU L-FRUNTIERI ESTERNI TAL-ISTATI MEMBRI GĦAL SOĠĠORNI TA' MHUX AKTAR MINN 90 JUM FI KWALUNKWE PERJODU TA' 180 JUM
1. STATI
l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 3 )
l-Andorra
l-Emirati Għarab Magħquda ( 4 )
Antigua u Barbuda
l-Albanija (3)
l-Arġentina
l-Awstralja
il-Bożnija-Ħerzegovina (3)
Barbados
il-Brunei
il-Brażil
il-Baħamas
il-Kanada
iċ-Ċili
Kolombja
il-Costa Rica
Dominica (4)
il-Mikroneżja (4)
Grenada (4)
il-Georġja ( 5 )
il-Gwatemala
il-Honduras
Iżrael
il-Ġappun
Kiribati (4)
Saint Kitts u Nevis
il-Korea t'Isfel
Saint Luċia (4)
Monaco
Moldova ( 6 )
il-Montenegro ( 7 )
il-Gżejjer Marshall ( 8 )
Mauritius
il-Messiku
il-Malasja
in-Nikaragwa
Nauru (8)
New Zealand
il-Panama
il-Perù (8)
Palau (8)
il-Paragwaj
is-Serbja (esklużi d-detenturi ta' passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (7)
il-Gżejjer Solomon
Seychelles
Singapore
San Marino
El Salvador
Timor-Leste (8)
Tonga (8)
Trinidad u Tobago
Tuvalu (8)
l-Ukrajna ( 9 )
ir-Renju Unit (ħlief ċittadini Brittaniċi kif imsemmi fil-Parti 3)
l-Istati Uniti
l-Urugwaj
is-Santa Sede
Saint Vincent u l-Grenadini (8)
Il-Venezwela
Vanuatu (8)
Samoa
2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SPEĊJALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
Hong Kong SAR ( 10 )
Il-Macao SAR ( 11 )
3. ►M1 PERSUNI B'NAZZJONALITÀ BRITTANIKA LI MHUMIEX ĊITTADINI BRITTANIĊI ◄
Ċittadini Britanniċi (barra mill-pajjiż)
Ċittadini Brittaniċi tat-territorji barra l- ►M1 pajjiż (BOTC)Dawk it-territorji jinkludu Anguilla, Bermuda, it-Territorju Brittaniku tal-Antartika, it-Territorju Brittaniku tal-Oċean Indjan, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, il-Gżejjer Cayman, il-Gżejjer Falkland, Ġibiltà ( 12 ), Montserrat, Pitcairn, Saint Helena, Ascension u Tristan da Cunha, il-Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Turks u Caicos. ◄
Ċittadini Britanniċi barra l-pajjiż (BOC)
Persuni Britanniċi protetti (BPP)
Soġġetti Brittaniċi (BS)
4. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED
It-Tajwan ( 13 )
ANNESS III
IR-REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2414/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 1) |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2003 (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 10) |
|
Att ta' Adeżjoni tal-2003, Anness II, punt 18(B) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) |
Il-ħdax inċiż biss tal-Artikolu 1(1) fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, u l-punt 11(B)(3) tal-Anness |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23) |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 (ĠU L 336, 18.12.2009, p. 1) |
|
Regolament (UE) Nru 1091/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 329, 14.12.2010, p. 1) |
|
Regolament (UE) Nru 1211/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 6) |
|
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) |
Ir-raba' inċiż biss tal-Artikolu 1(1)(k), u l-punt 13(B)(2) tal-Anness |
Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1) |
L-Artikolu 4 biss |
Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 74) |
|
Regolament (UE) Nru 259/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 9) |
|
Regolament (UE) Nru 509/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 67) |
|
Regolament (UE) 2017/371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 61, 8.3.2017, p. 1) |
|
Regolament (UE) 2017/372 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 61, 8.3.2017, p. 7) |
|
Regolament (UE) 2017/850 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 22.5.2017, p. 1) |
|
ANNESS IV
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 539/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu -1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 1(1), it-tieni subpargrafu |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, kliem ta' introduzzjoni |
Artikolu 4(2), il-kliem ta' introduzzjoni |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 4(2)(a) |
Artikolu 1(2), it-tieni subpargarfu, it-tieni inċiż |
Artikolu 4(2)(b) |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 4(2)(c) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 5 |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 7 |
Artikolu 1a(1) u (2) |
Artikolu 8(1) u (2) |
Artikolu 1a (2a) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 1a (2b) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 1a (3) |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 1a (4) |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 1a (5) |
Artikolu 8(7) |
Artikolu 1a (6) |
Artikolu 8(8) |
Artikolu 1b |
Artikolu 9 |
Artikolu 1c |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikolu 4a |
Artikolu 11 |
Artikolu 4b (1) u (2) |
Artikolu 10 (1) u (2) |
Artikolu 4b (2a) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 4b (3) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 4b (3a) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 4b (4) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 4b (5) |
Artikolu 10(7) |
Artikolu 4b (6) |
Artikolu 10(8) |
Artikolu 5 |
Artikolu 12 |
Artikolu 6 |
Artikolu 13 |
Artikolu 7 |
Artikolu 14 |
Artikolu 8 |
Artikolu 15 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
( 1 ) Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru (ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1).
( 3 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċi.
( 4 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
( 5 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċ maħruġa mill-Georġja skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
( 6 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tkun limitata għad-detenturi tal-passaporti biometriċi maħruġa mill-Moldova skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
( 7 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċi.
( 8 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Unjoni Ewropea.
( 9 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaporti biometriċ maħruġa mill-Ukrajna skont l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).
( 10 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża a għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.
( 11 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża għandha tapplika biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.
►M1 ( 12 ) Ġibiltà hija kolonja tal-Kuruna Brittanika. Hemm kontroversja bejn Spanja u r-Renju Unit dwar is-sovranità fuq Ġibiltà, territorju li għandha tintlaħaq soluzzjoni dwaru fid-dawl tar-riżoluzzjonijiet u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. ◄
( 13 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża għandha tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta' identità.