Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R1672-20181112

    Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1672/2018-11-12

    02018R1672 — MT — 12.11.2018 — 000.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2018/1672 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-23 ta’ Ottubru 2018

    dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005

    (ĠU L 284 12.11.2018, p. 6)


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 435, 23.12.2020, p.  79 (2018/1672)




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2018/1672 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-23 ta’ Ottubru 2018

    dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005



    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jipprevedi sistema ta’ kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni biex jikkomplementa l-qafas legali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu stabbilit fid-Direttiva (UE) 2015/849.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    1.  

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “flus kontanti” tfisser:

    (i) 

    munita;

    (ii) 

    l-istrumenti negozjabbli għall-portatur;

    (iii) 

    il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur;

    (iv) 

    il-kards bi ħlas antiċipat;

    (b) 

    “deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni” tfisser ġejjin minn territorju li huwa barra t-territorju kopert mill-Artikolu 355 tat-TFUE lejn it-territorju li huwa kopert minn dak l-Artikolu, jew ħerġin mit-territorju kopert minn dak l-Artikolu;

    (c) 

    “munita” tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju;

    (d) 

    “strumenti negozjabbli għall-portatur” tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:

    (i) 

    traveller’s cheques; u

    (ii) 

    ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom;

    (e) 

    “komodità li tintuża bħala ħażna likwida ħafna ta’ valur” tfisser oġġett, kif elenkat fil-punt 1 tal-Anness I, li għandu proporzjon kbir bejn il-valur tiegħu u l-volum tiegħu u li jista’ jinbidel f’munita faċilment permezz tas-swieq tan-negozjar aċċessibbli filwaqt li joħloq biss spejjeż tat-tranżazzjoni żgħar;

    (f) 

    “kard bi ħlas antiċipat” tfisser kard mhux nominattiva, kif elenkat fil-punt 2 tal-Anness I, li taħżen jew tipprovdi aċċess għal valur monetarju jew fondi li jistgħu jintużaw fi tranżazzjonijiet ta’ ħlas, fl-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi jew għat-tifdija ta’ munita fejn tali kard mhijiex marbuta ma’ kont bankarju;

    (g) 

    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri u kull awtorità oħra li tingħata s-setgħa mill-Istati Membri biex tapplika dan ir-Regolament;

    (h) 

    “portatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tidħol fl-Unjoni jew toħroġ mill-Unjoni u ġġorr flus kontanti fuq il-persuna tagħha, fil-bagalja tagħha jew fil-mezz ta’ trasport tagħha;

    (i) 

    “flus kontanti mhux akkumpanjati” tfisser flus kontanti li jagħmlu parti minn konsenja mingħajr portatur;

    (j) 

    “attività kriminali” tfisser kwalunkwe attività elenkata fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

    (k) 

    “Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU)” tfisser l-entità stabbilita fi Stat Membru għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2015/849.

    2.  
    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi emendat l-Anness I għal dan ir-Regolament biex jitqiesu x-xejriet ġodda tal-ħasil tal-flus, kif definit fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1(5) ta’ dik id-Direttiva, jew biex jitqiesu l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jew biex jiġi prevenut l-użu minn persuni kriminali ta’ komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur u ta’ kards bi ħlas antiċipat biex jevadu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati

    1.  
    Il-portaturi li jġorru flus kontanti ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar għandhom jiddikjaraw dawk il-flus kontanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu jkunu deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u jagħtuhom aċċess għalihom għall-finijiet ta’ kontroll. L-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti ma għandux jitqies li jkun issodisfat jekk l-informazzjoni li tingħata ma tkunx korretta jew sħiħa jew jekk ma jingħatax aċċess għall-flus kontanti għall-finijiet ta’ kontroll.
    2.  

    Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:

    (a) 

    il-portatur, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni;

    (b) 

    sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT), fejn is-sid ikun persuna ġuridika;

    (c) 

    jekk ikun disponibbli, ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;

    (d) 

    in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;

    (e) 

    il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti;

    (f) 

    l-użu intenzjonat tal-flus kontanti;

    (g) 

    ir-rotta tat-trasport; u

    (h) 

    il-mezz tat-trasport.

    3.  
    Id-dettalji elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti bil-miktub jew b’mod elettroniku, permezz tal-formola ta’ dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1). Meta tintalab, għandha tingħata kopja approvata tad-dikjarazzjoni lid-dikjarant.

    Artikolu 4

    Obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati

    1.  
    Fejn flus kontanti ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar ikunu deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni mhux akkumpanjati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri li minnu jkunu deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni l-flus kontanti jistgħu jeżiġu li l-ispeditur jew ir-riċevitur tal-flus kontanti, jew rappreżentant tagħhom, skont il-każ, jagħmlu dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni f’perjodu ta’ skadenza ta’ 30 jum. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-flus kontanti sa meta l-ispeditur jew ir-riċevitur, jew rappreżentant tagħhom, jagħmlu d-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni. L-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati ma għandux jitqies li jkun issodisfat jekk id-dikjarazzjoni ma ssirx qabel l-għeluq tal-iskadenza, jekk l-informazzjoni li tingħata ma tkunx korretta jew sħiħa, jew jekk ma jingħatax aċċess għall-flus kontanti għall-finijiet ta’ kontroll.
    2.  

    Id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni għandha tagħti dettalji dwar dawn li ġejjin:

    (a) 

    id-dikjarant, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru ta’ dokument ta’ identifikazzjoni;

    (b) 

    sid il-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn is-sid ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn is-sid ikun persuna ġuridika;

    (c) 

    l-ispeditur tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn l-ispeditur ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn l-ispeditur ikun persuna ġuridika;

    (d) 

    ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti, inklużi l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u n-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni, fejn ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna fiżika, jew l-isem sħiħ, id-dettalji ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, jekk ikun disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT, fejn ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat ikun persuna ġuridika;

    (e) 

    in-natura u l-ammont jew il-valur tal-flus kontanti;

    (f) 

    il-provenjenza ekonomika tal-flus kontanti; u

    (g) 

    l-użu intenzjonat tal-flus kontanti.

    3.  
    Id-dettalji elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti bil-miktub jew b’mod elettroniku, permezz tal-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(1). Meta tintalab, għandha tingħata kopja approvata tad-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni lid-dikjarant.

    Artikolu 5

    Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

    1.  
    Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jwettqu kontrolli fuq persuni fiżiċi, il-bagalji tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
    2.  
    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jwettqu kontrolli fuq kwalunkwe konsenja, reċipjent jew mezz tat-trasport li fihom jista’ jkun hemm flus kontanti mhux akkumpanjati, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
    3.  
    Jekk ma jkunx ġie ssodisfat l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati taħt l-Artikolu 3 jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati taħt l-Artikolu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu, bil-miktub jew f’forma elettronika, dikjarazzjoni ex officio li għandha tinkludi safejn possibbli d-dettalji elenkati fl-Artikolu 3(2) jew 4(2), skont il-każ.
    4.  
    Il-kontrolli għandhom ikunu bbażati primarjament fuq analiżi tar-riskju, bil-għan li jiġu identifikati u evalwati r-riskji u li jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, u għandhom jitwettqu fil-kuntest ta’ qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju konformi mal-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 16(1) li għandu jqis ukoll il-valutazzjoni tar-riskju stabbilita mill-Kummissjoni u mill-FIUs taħt id-Direttiva (UE) 2015/849.
    5.  
    Għall-finijiet tal-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom taħt dan l-Artikolu.

    Artikolu 6

    Ammonti taħt il-livell limitu ssuspettati li jkunu relatati ma’ attività kriminali

    1.  
    Fejn l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw portatur b’ammont ta’ flus kontanti taħt il-livell limitu msemmi fl-Artikolu 3 u jaraw indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma marbutin ma’ attività kriminali, huma għandhom jirreġistraw dik l-informazzjoni u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 3(2).
    2.  
    Fejn l-awtoritajiet kompetenti jsibu li flus kontanti mhux akkumpanjati taħt il-livell limitu msemmi fl-Artikolu 4 jkunu deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti huma marbutin ma’ attività kriminali, huma għandhom jirreġistraw dik l-informazzjoni u d-dettalji elenkati fl-Artikolu 4(2).

    Artikolu 7

    Żamma temporanja ta’ flus kontanti mill-awtoritajiet kompetenti

    1.  

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżommu l-flus kontanti temporanjament permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali fejn:

    (a) 

    l-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati taħt l-Artikolu 3 jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati taħt l-Artikolu 4 ma jiġix issodisfat; jew

    (b) 

    ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti, irrispettivament mill-ammont, ikunu marbutin ma’ attività kriminali.

    2.  

    Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun suġġetta għal rimedju effettiv skont il-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni amministrattiva lil:

    (a) 

    il-persuna li għandha l-obbligu li tagħmel id-dikjarazzjoni skont l-Artikolu 3 jew id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni skont l-Artikolu 4; jew

    (b) 

    il-persuna li għandha l-obbligu li tipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 6(1) jew (2).

    3.  
    Il-perjodu ta’ żamma temporanja għandu jkun limitat strettament taħt il-liġi nazzjonali għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw jekk iċ-ċirkostanzi tal-każ jiġġustifikawx żamma itwal. Il-perjodu ta’ żamma temporanja ma għandux jeċċedi 30 jum. Wara li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ żamma temporanja itwal, huma jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-perjodu ta’ żamma temporanja sa massimu ta’ 90 jum.

    Fejn ma tiġix iddeterminata żamma itwal tal-flus kontanti f’dak il-perjodu, jew jekk jiġi ddeterminat li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-flus kontanti għandhom jiġu minnufih rilaxxati lil:

    (a) 

    il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 jew 4; jew

    (b) 

    il-persuna li lilha jkunu nżammewlha temporanjament il-flus kontanti fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jew (2).

    Artikolu 8

    Kampanji ta’ informazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni jew il-persuni li jibagħtu flus kontanti mhux akkumpanjati mill-Unjoni jew li jirċievu flus kontanti mhux akkumpanjati fl-Unjoni jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament u għandhom, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżviluppaw materjal xieraq immirat lejn dawk il-persuni.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni biżżejjed fondi għal dawn il-kampanji ta’ informazzjoni.

    Artikolu 9

    Għoti ta’ informazzjoni lill-FIU

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreġistraw l-informazzjoni miksuba taħt l-Artikolu 3 jew 4, l-Artikolu 5(3) jew l-Artikolu 6 u jittrażmettuha lill-FIU tal-Istat Membru fejn tkun inkisbet, f’konformità mar-regoli tekniċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 16(1).
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU tal-Istat Membru inkwistjoni taqsam tali informazzjoni mal-FIUs rilevanti tal-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 53(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849.
    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun, u f’kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata tax-xogħol wara d-data li fiha tkun inkisbet l-informazzjoni.

    Artikolu 10

    Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-Kummissjoni

    1.  

    L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha, permezz ta’ mezzi elettroniċi, tittrażmetti l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha:

    (a) 

    id-dikjarazzjonijiet ex officio mfassla taħt l-Artikolu 5(3);

    (b) 

    l-informazzjoni li tinkiseb taħt l-Artikolu 6;

    (c) 

    id-dikjarazzjonijiet li jinkisbu taħt l-Artikolu 3 jew 4, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti jkunu marbutin ma’ xi attività kriminali;

    (d) 

    l-informazzjoni anonimizzata dwar riskji u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju.

    2.  
    Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti jkunu marbutin ma’ attività kriminali li tista’ taffettwa ħażin l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa wkoll lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - mill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa taħt ir-Regolament (UE) 2017/1939 u fejn għandu l-kompetenza li jaġixxi taħt l-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament, u lill-Europol fejn għandha l-kompetenza li taġixxi taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/794.
    3.  
    L-awtorità kompetenti għandha tittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f’konformità mar-regoli tekniċi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 16(1) u permezz tal-formola msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1).
    4.  
    L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandha tiġi trażmessa malajr kemm jista’ jkun u f’kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata tax-xogħol wara d-data li fiha tkun inkisbet dik l-informazzjoni.
    5.  
    L-informazzjoni u r-riżultati msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu trażmessi kull sitt xhur.

    Artikolu 11

    Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi

    1.  

    Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu, fil-qafas tal-assistenza amministrattiva reċiproka, jittrażmettu l-informazzjoni li ġejja lil pajjiż terz, suġġett għall-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-awtorità kompetenti li tkun kisbet l-informazzjoni oriġinarjament, sakemm tali trażmissjoni tikkonforma mal-liġi rilevanti, kemm nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni, dwar it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi:

    (a) 

    id-dikjarazzjonijiet ex officio mfassla taħt l-Artikolu 5(3);

    (b) 

    l-informazzjoni li tinkiseb taħt l-Artikolu 6;

    (c) 

    id-dikjarazzjonijiet li jinkisbu taħt l-Artikolu 3 jew 4, fejn ikun hemm indikazzjonijiet li l-flus kontanti jkunu marbutin mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu.

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe trażmissjoni ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 12

    Segretezza professjonali u kunfidenzjalità u sigurtà tad-data

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw is-sigurtà tad-data miksuba skont l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6.
    2.  
    L-informazzjoni kollha miksuba mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

    Artikolu 13

    Protezzjoni u perjodi ta’ żamma tad-data personali

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali li jiksbu taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6.
    2.  
    L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta’ dan ir-Regolament għandu jsir biss għal skopijiet ta’ prevenzjoni tal-attivitajiet kriminali u biex dawn jiġu miġġielda.
    3.  
    Id-data personali li tinkiseb taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 għandha tiġi aċċessata biss mill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, awtorizzat kif xieraq, u għandha tkun protetta b’mod adegwat kontra l-aċċess jew it-trażmissjoni mhux awtorizzati. Sakemm mhuwiex previst mod ieħor fl-Artikoli 9, 10 u 11, id-data ma tistax tiġi divulgata jew trażmessa mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa tal-awtorità kompetenti li tkun kisbitha oriġinarjament. Madankollu, dik l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jiddivulgaw jew jittrażmettu dik id-data skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, b’mod partikolari b’rabta ma’ proċedimenti legali.
    4.  
    L-awtoritajiet kompetenti u l-FIU għandhom jaħżnu d-data personali miksuba taħt l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 għal perjodu ta’ 5 snin minn meta tkun inkisbet id-data. Id-data personali għandha titħassar meta dak il-perjodu jiskadi.
    5.  

    Il-perjodu ta’ żamma jista’ jiġi estiż darba b’perjodu ieħor li ma għandux jaqbeż 3 snin oħra jekk:

    (a) 

    wara li tkun wettqet valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ tali żamma itwal u tqisha ġustifikata għat-twettiq tal-kompiti tagħha fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, l-FIU tiddetermina li tenħtieġ żamma itwal; jew

    (b) 

    wara li jkunu wettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ tali żamma itwal u jqisuha ġustifikata għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward ta’ kontrolli effettivi b’rabta mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati kif stabbilit jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati, l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li tenħtieġ żamma itwal.

    Artikolu 14

    Penali

    Kull Stat Membru għandu jintroduċi penali li għandhom japplikaw fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligu tad-dikjarazzjoni ta’ flus kontanti akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 3 jew l-obbligu tad-divulgazzjoni ta’ flus kontanti mhux akkumpanjati stabbilit fl-Artikolu 4. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 15

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
    2.  
    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-2 ta’ Diċembru 2018.
    3.  
    Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
    4.  
    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
    5.  
    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 16

    Atti ta’ implimentazzjoni

    1.  

    Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-miżuri li ġejjin biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ kontrolli minn awtoritajiet kompetenti:

    (a) 

    il-mudelli għall-formola ta’ dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) u għall-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3);

    (b) 

    il-kriterji għall-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 5(4) u, aktar speċifikament, il-kriterji ta’ riskju, l-istandards, u ż-żoni ta’ kontroll prijoritarji, abbażi tal-informazzjoni skambjata skont il-punt (d) tal-Artikolu 10(1), u l-politiki u l-aħjar prattika tal-Unjoni u internazzjonali;

    (c) 

    ir-regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni taħt l-Artikolu 9(1) u (3) u l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament permezz tas-CIS stabbilita mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 515/97;

    (d) 

    il-mudell għall-formola għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(3); u

    (e) 

    ir-regoli u l-format li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jipprovdu, skont l-Artikolu 18, lill-Kummissjoni b’informazzjoni statistika anonimizzata dwar id-dikjarazzjonijiet u l-każijiet ta’ ksur.

    2.  
    L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Artikolu 17

    Proċedura ta’ kumitat

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat ta’ Kontroll fuq il-Flus Kontanti. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    2.  
    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 18

    Trażmissjoni ta’ informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament

    1.  

    Sal-4 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu dawn li ġejjin lill-Kummissjoni:

    (a) 

    il-lista tal-awtoritajiet kompetenti;

    (b) 

    id-dettalji tal-penali introdotti skont l-Artikolu 14;

    (c) 

    l-informazzjoni statistika anonimizzata rigward dikjarazzjonijiet, kontrolli u ksur, permezz tal-format imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 16(1).

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhux aktar tard minn xahar wara li dak it-tibdil ikun daħal fis-seħħ.

    L-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni mill-inqas kull sitt xhur.

    3.  
    Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra kollha l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u kwalunkwe tibdil sussegwenti f’dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 2.
    4.  
    Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 u kwalunkwe tibdil sussegwenti f’dik l-informazzjoni skont il-paragrafu 2 u għandha tinforma lill-utenti, b’mod ċar, dwar il-kontrolli fir-rigward tal-flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni.

    Artikolu 19

    Evalwazzjoni

    1.  
    ►C1  Sat-3 ta’ Ġunju 2024, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ◄ il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi regolarment mingħand l-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu, b’mod partikolari, jevalwa jekk:

    (a) 

    fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhomx jiġu inklużi assi oħra;

    (b) 

    il-proċedura tad-divulgazzjoni għal flus kontanti mhux akkumpanjati hijiex effettiva;

    (c) 

    il-livell limitu għal flus kontanti mhux akkumpanjati għandux jiġi rivedut;

    (d) 

    il-flussi ta’ informazzjoni skont l-Artikoli 9 u 10 u l-użu tas-CIS, b’mod partikolari, humiex effettivi għall-iskop jew jekk hemmx ostakli għall-iskambju f’waqtu u dirett ta’ informazzjoni kompatibbli u komparabbli bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-FIUs; u

    (e) 

    il-penali introdotti mill-Istati Membri humiex effettivi, proprozjonati u dissważivi u jaqblux mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jekk għandhomx effett deterrenti ekwivalenti mal-Unjoni kollha fuq il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

    2.  

    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi, fejn disponibbli:

    (a) 

    kompilazzjoni ta’ informazzjoni riċevuta mingħand l-Istati Membri dwar flus kontanti relatati ma’ attivitajiet kriminali li jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; u

    (b) 

    informazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

    Artikolu 20

    Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005

    Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 huwa mħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 21

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mit-3 ta’ Ġunju 2021. Madankollu, l-Artikolu 16 għandu japplika mit-2 ta’ Diċembru 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur u kards bi ħlas antiċipat li huma kkunsidrati flus kontanti skont il-punt (a) (iii) u (iv) tal-Artikolu 2(1)

    1. Komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur:

    (a) 

    muniti b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 90 %; u

    (b) 

    metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99,5 %.

    2. Kards bi ħlas antiċipat: P.M.




    ANNESS II



    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 5

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 6

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 9

    Artikolu 6

    Artikolu 10

    Artikolu 7

    Artikolu 11

    Artikolu 8

    Artikolu 12

    Artikolu 13

    Artikolu 9

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 17

    Artikolu 18

    Artikolu 10

    Artikolu 19

    Artikolu 20

    Artikolu 11

    Artikolu 21

    Anness I

    Anness II

    Top