This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1240-20210803
Regulation (EU) 2018/1240 of the European Parliament and of the Council of 12 September 2018 establishing a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS) and amending Regulations (EU) No 1077/2011, (EU) No 515/2014, (EU) 2016/399, (EU) 2016/1624 and (EU) 2017/2226
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226
Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 8 paragrafu 2 punt (i) | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 4 punt (eb) | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 13 paragrafu 4a | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 35a | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 69 paragrafu 1 punt (ea) | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 13 paragrafu 5 | 12/06/2026 |
32024R1356 | Emendata minn | artikolu 13 paragrafu 4b | 12/06/2026 |
32024R1358 | Emendata minn | artikolu 88 paragrafu 6 | 12/06/2026 |
32024R1358 | Emendata minn | artikolu 25a paragrafu 1 punt (f) | 12/06/2026 |
32024R1358 | Emendata minn | artikolu 11 paragrafu 6a | 12/06/2026 |
02018R1240 — MT — 03.08.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1240 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-12 ta’ Settembru 2018 (ĠU L 236 19.9.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
27 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1152 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
15 |
14.7.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2018/1240 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Settembru 2018
li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji li ġejjin ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi:
ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ( 2 ) li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ viża għal soġġorni intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri għal tul ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum;
persuni li, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001, huma eżentati mill-ħtieġa ta’ viża għal soġġorni intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri ta’ tul ta’ żmien ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mill-ħtieġa ta’ viża u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tkun tapplika d-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt tal-moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u pajjiż terz min-naħa l-oħra; u
ma jkollhomx karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
refuġjati jew persuni apolidi jew persuni oħra li m’huma ċittadini tal-ebda pajjiż li jirrisjedu fi Stat Membru u li huma detenturi ta’ dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tkun tapplika d-Direttiva 2004/38/KE u li jkollhom karta ta’ residenza f’konformità ma’ dik id-Direttiva;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi minn dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak taċ-ċittadini tal-Unjoni, skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u pajjiż terz min-naħa l-oħra, u li huma detenturi ta’ karta ta’ residenza skont id-Direttiva 2004/38/KE jew permess ta’ residenza skont ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002;
detenturi ta’ permessi ta’ residenza msemmija fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
detenturi ta’ viżi uniformi;
detenturi ta’ viżi nazzjonali għal soġġorn fit-tul;
ċittadini ta’ Andorra, Monaco u San Marino u detenturi ta’ passaport maħruġ mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan jew mis-Santa Sede;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma detenturi ta’ permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera maħruġ mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) meta tali detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera;
persuni jew kategoriji ta’ persuni msemmija fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001;
ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma detenturi ta’ passaporti diplomatiċi jew tas-servizzi li jkunu ġew eżentati mill-ħtieġa ta’ viża skont ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni u pajjiż terz;
persuni li huma soġġetti għall-ħtieġa ta’ viża skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001;
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri esterni kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“infurzar tal-liġi” tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;
“verifika tat-tieni linja” tfisser verifika tat-tieni linja kif definit fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“awtorità tal-fruntiera” tfisser il-gwardja tal-fruntiera bil-kariga skont il-liġi nazzjonali li twettaq verifiki fuq il-fruntiera kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar” tfisser deċiżjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament li hija meħtieġa biex ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jissodisfaw il-kondizzjoni għad-dħul stabbilita fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 u li tindika:
li ma jkunux ġew identifikati indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri titqies li toħloq jew li ser toħloq riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija;
li ma jkunux ġew identifikati indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri titqies li toħloq jew li ser toħloq riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija, għalkemm ikun jifdal dubju dwar l-eżistenza ta’ biżżejjed raġunijiet biex l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi rrifjutata, f’konformità mal-Artikolu 36(2);
fejn ikunu ġew identifikati indikazzjonijiet fattwali biex il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri titqies li toħloq jew li ser toħloq riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija, li l-validità territorjali tal-awtorizzazzjoni ġiet limitata f’konformità mal-Artikolu 44; jew
fejn ikunu ġew identifikati indikazzjonijiet fattwali biex il-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri titqies li toħloq jew li ser toħloq riskju għas-sigurtà, li l-vjaġġatur ikun is-soġġett ta’ allert fis-SIS dwar persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi jew ta’ allert fis-SIS dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni, b’appoġġ tal-objettivi tas-SIS imsemmija fil punt (e) tal-Artikolu 4;
“riskju għas-sigurtà” tfisser ir-riskju ta’ theddida għall-ordni pubbliku, għas-sigurtà interna jew għar-relazzjonijiet internazzjonali għal kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri;
“riskju ta’ immigrazzjoni illegali” tfisser ir-riskju li ċittadin ta’ pajjiż terz ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul u ta soġġorn kif jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“riskju għoli ta’ epidemija” tfisser kwalunkwe marda b’potenzjal epidemiku kif definit fir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jew iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u mard infettiv ieħor jew mard parassitiku kontaġjuż jekk ikunu s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni li japplikaw għal ċittadini tal-Istati Membri;
“applikant” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 2 li jkun ippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
“dokument tal-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ekwivalenti ieħor, li jagħti d-dritt lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista’ titwaħħal viża;
“soġġorn qasir” tfisser soġġorni fit-territorju tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399;
“persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li ma għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet marbutin mat-tul tas-soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;
“applikazzjoni għal apparati mobbli” tfisser software f’forma ta’ applikazzjoni ddisinjata biex taħdem fuq apparati mobbli bħal smartphones u tablets;
“hit” tfisser l-eżistenza ta’ korrispondenza stabbilita permezz tat-tqabbil ta’ data personali rreġistrata f’fajl ta’ applikazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33 jew mad-data personali preżenti f’rekord, fajl jew allert irreġistrat fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, f’sistema ta’ informazzjoni oħra tal-UE jew f’bażi tad-data elenkata fl-Artikolu 20(2) (“sistemi ta’ informazzjoni tal-UE”), f’data tal-Europol jew f’bażi ta’ data tal-Interpol li tkun ġiet ikkonsultata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
“reat terroristiku” tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal xi wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541;
“reat kriminali serju” tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, jekk ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ kustodja jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin;
“data tal-Europol” tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/794;
“iffirmat elettronikament” tfisser il-konferma ta’ ftehim permezz tal-immarkar ta’ kaxxa adatta fil-formola tal-applikazzjoni jew fit-talba għal kunsens;
“minorenni” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta’ 18-il sena;
“konsulat” tfisser missjoni diplomatika ta’ Stat Membru jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru kif definit mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963;
“awtorità maħtura” tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 50 bħala responsabbli għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;
“awtorità tal-immigrazzjoni” tfisser awtorità kompetenti responsabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, minn wieħed jew aktar minn dan li ġej:
li tivverifika fit-territorju tal-Istati Membri jekk il-kondizzjonijiet ta’ dħul jew ta’ soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri jkunux ġew issodisfati;
li teżamina l-kondizzjonijiet għal, u tieħu deċiżjonijiet marbuta mar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri sakemm dik l-awtorità ma tikkostitwixxix “awtorità determinanti” kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), u fejn rilevanti, tipprovdi pariri f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 ( 7 );
ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn pajjiż terz ta’ oriġini jew ta’ transitu;
“CIR” tfisser ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817;
“ESP” tfisser il-portal ta' tfittxija Ewropew stabbilit permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/817;
“Sistema Ċentrali ETIAS” tfisser is-Sistema Ċentrali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2) flimkien mas-CIR sal-punt li s-CIR jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 6(2a);
“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(2);
“data tad-dokument tal-ivvjaġġar” tfisser id-data msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 17(2) u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 19(3);
“sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE” tfisser is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (“VIS”), stabbilita bir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1860 ( 9 ), (UE) 2018/1861 ( 10 ) u (UE) 2018/1862 ( 11 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Eurodac, stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 )u s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali Ewropew – Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (“ECRIS-TCN”), stabbilita bir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
Artikolu 4
Objettivi tal-ETIAS
Permezz ta’ appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-ETIAS għandha:
tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà billi tipprovdi valutazzjoni bir-reqqa tar-riskju għas-sigurtà li joħolqu l-applikanti qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna, biex jiġi ddeterminat jekk ikunx hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet validi bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tista’ toħloq riskju għas-sigurtà;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni illegali billi tipprovdi valutazzjoni tar-riskju ta’ immigrazzjoni illegali li joħolqu l-applikanti, qabel ma jaslu fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna;
tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi tipprovdi valutazzjoni ta’ jekk l-applikant joħloqx riskju għoli ta’ epidemija skont it-tifsira tal-punt 8 tal-Artikolu 3(1), qabel ma jasal fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera esterna;
issaħħaħ l-effettività tal-verifiki fuq il-fruntieri;
tappoġġa l-objettivi tas-SIS relatati mal-allerti rigward ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn, allerti dwar persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew għal finijiet ta’ estradizzjoni, allerti dwar persuni nieqsa, allerti dwar persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja, allerti dwar persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi u allerti dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn;
tappoġġa l-objettivi tal-EES;
tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra;
tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni.
Artikolu 5
Struttura ġenerali tal-ETIAS
L-ETIAS hija magħmula minn:
is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 6;
l-Unità Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 7;
l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 8.
Artikolu 6
Stabbiliment u arkitettura teknika tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha tkun magħmula minn:
Sistema Ċentrali, li tinkludi l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 34;
is-CIR;
interfaċċa nazzjonali uniformi (NUI) f’kull Stat Membru bbażata fuq speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identika għall-Istati Membri kollha li tippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonnettja b’mod sigur mal-infrastrutturi tal-fruntieri nazzjonali u mal-punti ta’ aċċess ċentrali fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 50(2);
infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u l-NUIs, li għandha tkun sigura u kriptata;
infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESPESP u s-CIR;
kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;
sit web pubbliku u applikazzjoni għal apparati mobbli;
servizz ta’ posta elettronika;
servizz ta’ kont sikur li jippermetti li l-applikanti jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali rikjesta;
għodda ta’ verifika għall-applikanti;
għodda li tippermetti li l-applikanti jagħtu jew jirtiraw il-kunsens tagħhom biex il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom jinżamm għal perijodu addizzjonali;
għodda li tippermetti lill-Europol u lill-Istati Membri jivvalutaw l-impatt potenzjali tad-dħul ta’ data ġdida fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS fuq il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet li huma pproċessati manwalment;
portal għat-trasportaturi;
servizz web sikur li jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex tikkomunika mas-sit web pubbliku, l-applikazzjoni għal apparati mobbli, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta’ kont sikur, il-portal għat-trasportaturi, l-għodda ta’ verifika għall-applikanti, l-għodda ta’ kunsens għall-applikanti, l-intermedjarju għall-ħlas u l-bażijiet ta’ data tal-Interpol;
software li jippermetti li l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jipproċessaw applikazzjonijiet u jiġġestixxu konsultazzjonijiet ma’ Unitajiet Nazzjonali oħra tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 28 u mal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 29;
repożitorju ċentrali tad-data għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistika.
Artikolu 7
Unità Ċentrali tal-ETIAS
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun topera 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Hija għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin:
f’każijiet fejn il-proċess awtomatizzat ta’ applikazzjoni jirrapporta hit, u jivverifika skont l-Artikolu 22 jekk id-data personali tal-applikant tikkorrispondix mad-data personali tal-persuna li tkun iġġenerat dik il-hit fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, f’xi waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li jiġu kkonsultati, fid-data tal-Europol, f’xi waħda mill-bażijiet ta’ data tal-Interpol imsemmija fl-Artikolu 12, jew l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33, u fejn korrispondenza tiġi kkonfermata jew fejn wara li jifdal dubji dwar tali verifika, jagħti bidu għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26;
tiżgura li d-data li ddaħħal fil-fajls tal-applikazzjonijiet tkun aġġornata f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 55 u 64;
tiddefinixxi, tistabbilixxi, tivvaluta ex ante, timplimenta, tevalwa ex post, tirrevedi u tħassar l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 33 wara li tikkonsulta lill-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS;
tiżgura li l-verifiki mwettqa f’konformità mal-Artikolu 22 u r-riżultati korrispondenti jkunu rreġistrati fil-fajls tal-applikazzjonijiet;
twettaq awditi regolari tal-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 33, inkluż permezz tal-valutazzjoni regolari tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data personali;
tindika, fejn meħtieġ, l-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 25(2);
f’każ ta’ problemi tekniċi jew ċirkostanzi imprevedibbli, tiffaċilita fejn meħtieġ il-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri imsemmija fl-Artikolu 28 u bejn l-Istat Membru responsabbli u l-Europol imsemmija fl-Artikolu 29;
tinnotifika lit-trasportaturi f’każijiet ta’ ħsara fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 46(1);
tinnotifika lill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri bi kwalunkwe ħsara fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 48(1);
tipproċessa talbiet għall-konsultazzjoni tad-data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-Europol kif imsemmi fl-Artikolu 53;
tipprovdi lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni rilevanti kollha b’rabta mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikolu 71;
tikkoopera mal-Kummissjoni fir-rigward tal-kampanja ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 72;
tipprovdi appoġġ bil-miktub lill-vjaġġaturi li jkunu ltaqgħu ma’ problemi waqt li kienu qed jimlew il-formola ta’ applikazzjoni u li jkunu talbu assistenza permezz ta’ formola ta’ kuntatt standard; iżżomm lista ta’ mistoqsijiet u tweġibiet frekwenti disponibbli online;
tiżgura li jsir segwitu u li tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar abbużi rrappurtati minn intermedjarji kummerċjali kif imsemmi fl-Artikolu 15(5).
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tippubblika rapport ta’ attività annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi:
statistika dwar:
l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar maħruġa awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
l-għadd ta’ applikazzjonijiet ivverifikati mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS;
l-għadd ta’ applikazzjonijiet ipproċessati manwalment għal kull Stat Membru;
l-għadd ta’ applikazzjonijiet li ġew irrifjutati għal kull pajjiż, u r-raġunijiet għar-rifjut;
il-punt sa fejn ikunu ġew issodisfati l-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 22(6) u l-Artikoli 27, 30 u 32.
informazzjoni ġenerali dwar il-funzjonament tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, l-attivitajiet tagħha indikati f’dan l-Artikolu u l-informazzjoni dwar ix-xejriet u l-isfidi attwali li jaffettwaw it-twettiq tal-kompiti tagħha.
Ir-rapport ta’ attività annwali għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
Artikolu 8
Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom ikunu responsabbli biex:
jeżaminaw u jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar meta l-proċess awtomatizzat ta’ applikazzjoni jkun irrapporta hit u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun tat bidu għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni;
jiżguraw li l-kompiti mwettqa skont il-punt (a) u r-riżultati korrispondenti jkunu rreġistrati fil-fajls tal-applikazzjonijiet;
tiżgura li d-data li tiddaħħal fil-fajls tal-applikazzjonijiet tkun aġġornata f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikoli 55 u 64;
jiddeċiedu li joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata kif imsemmi fl-Artikolu 44;
jiżguraw koordinazzjoni ma’ Unitajiet Nazzjonali oħra tal-ETIAS u l-Europol rigward it-talbiet ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 29;
jipprovdu informazzjoni lill-applikanti dwar il-proċedura li trid tiġi segwita f’każ ta’ appell skont l-Artikolu 37(3);
jannullaw u jirrevokaw awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif imsemmi fl-Artikoli 40 u 41.
Artikolu 9
Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS
Il-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS għandu jkun ikkonsultat:
mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS dwar id-definizzjoni, l-istabbiliment, l-evalwazzjoni ex ante, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni ex post, ir-reviżjoni u t-tħassir tal-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33;
mill-Istati Membri rigward l-implimentazzjoni tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 34;
mill-Europol rigward l-implimentazzjoni tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 34.
Artikolu 10
Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali
Il-Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jappoġġa wkoll lill-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu meta jiġi kkonsultat minn dan tal-aħħar dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.
Il-Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jkollu aċċess għall-awditi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 7(2).
Artikolu 11
Interoperabbiltà ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE u ma’ data tal-Europol
Għall-fini tal-proċediment tal-verifiki msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1), għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-VIS bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a), (aa), (c) u (d) tal-Artikolu 17(2):
il-kunjom (isem il-familja);
il-kunjom mat-twelid;
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
id-data tat-twelid;
il-post tat-twelid;
il-pajjiż tat-twelid:
is-sess;
in-nazzjonalità attwali;
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-EES bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(2):
il-kunjom (isem il-familja);
il-kunjom mat-twelid;
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
id-data tat-twelid;
is-sess;
in-nazzjonalità attwali;
ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);
l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
l-isem/ismijiet tas-soltu;
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (c), (m)(ii) u (o) tal-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta s-SIS, kif stabbilit mir-Regolamenti (UE) 2018/1860 u (UE) 2018/1861, bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) u (k) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament:
il-kunjom (isem il-familja);
il-kunjom mat-twelid;
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
id-data tat-twelid;
il-post tat-twelid;
is-sess;
in-nazzjonalità attwali;
ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);
l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
l-isem/ismijiet tas-soltu;
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
għall-minuri, il-kunjom u l-isem/ismijiet tal-persuna li tkun qed teżerċita l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punti (a), (d) u (m)(i) tal-Artikolu 20(2) u fl-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament, il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta s-SIS, stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/1862, bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) u (k) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament:
il-kunjom (isem il-familja);
il-kunjom mat-twelid;
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
id-data tat-twelid;
il-post tat-twelid;
is-sess;
in-nazzjonalità attwali;
ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);
l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
l-isem/ismijiet tas-soltu;
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
għall-minuri, il-kunjom u l-isem/ismijiet tal-persuna li tkun qed teżerċita l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant.
Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 20(2), il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, l-Artikolu 23, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), l-Artikolu 41 u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jippermettu lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tikkonsulta l-ECRIS-TCN bid-data li ġejja pprovduta mill-applikanti skont il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 17(2):
il-kunjom (isem il-familja);
il-kunjom mat-twelid;
l-isem/l-ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja));
id-data tat-twelid;
il-post tat-twelid;
il-pajjiż tat-twelid;
is-sess;
in-nazzjonalità attwali;
ismijiet oħra (psewdonomu/psewdonimi);
l-isem/ismijiet artistiku/artistiċi;
l-isem/ismijiet tas-soltu;
nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);
it-tip, in-numru, il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar.
Fejn il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20 jirrapportaw hit, dawk il-verifiki awtomatizzati għandhom jirċievi n-notifika xierqa f’konformità mal-Artikolu 21(1a) tar-Regolament (UE) 2016/794.
Għall-fini tal-Artikoli 25(2), 28(8) u 29(9), meta tiġi rreġistrata d-data relatata ma’ hits fil-fajl tal-applikazzjoni, l-oriġini tad-data għandha tiġi indikata bid-data li ġejja:
it-tip ta’ allert bl-eċċezzjoni ta’ allerti kif imsemmija fl-Artikolu 23(1);
is-sors tad-data, jiġifieri s-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE li minnhom oriġinat id-data jew id-data tal-Europol, kif xieraq;
in-numru ta’ referenza fis-sistema ta’ informazzjoni tar-rekord tal-UE kkonsultata li jkun ħoloq il-hit u l-Istat Membru li jkun daħħal jew ipprovda d-data li tkun ħolqot il-hit u,
meta jkunu disponibbili, id-data u l-ħin meta d-data tkun iddaħħlet fis-sistema ta’ informazzjoni tal-UE oħra jew id-data tal-Europol.
Id-data msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli u viżibbli biss mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS meta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma tkunx tista’ tidentifika l-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 11b
Appoġġ għall-objettivi tal-EES
Għall-finijiet tal-Artikoli 6, 14, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, proċess awtomatizzat, bl-użu tal-kanal tal-komunikazzjoni sikur tal-punt (da) msemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament, għandu jikkonsulta u jimporta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(2) ta’ dak ir-Regolament, kif ukoll in-numru tal-applikazzjoni u d-data tal-iskadenza tal- awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, u għandu joħloq jew jaġġorna r-rekord ta’ dħul/ħruġ jew ir-rekord tar-rifjut tad-dħul fl-EES skont dan.;
Artikolu 11c
Interoperabbiltà bejn l-ETIAS u l-EES għall-fini tar-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS fuq talba ta’ applikant
Artikolu 12
Konsultazzjonijiet tal-bażijiet ta’ data tal-Interpol
Artikolu 13
Aċċess għad-data maħżuna fl-ETIAS
Meta, b’mod eċċezzjonali, skont marka, jiġi rrakkomandat li fuq il-fruntiera ssir verifika tat-tieni linja jew verifiki addizzjonali jkunu meħtieġa bil-fini ta’ verifika tat-tieni linja, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jiksbu l-informazzjoni addizzjonali prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 39(1) jew il-punt (f) tal-Artikolu 44(6).
L-aċċess mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 65(3) għandu jkun limitat għad-data msemmija f’dak l-Artikolu.
Artikolu 14
Nondiskriminazzjoni u drittijiet fundamentali
L-ipproċessar ta’ data personali fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS minn kwalunkwe utent ma għandux iwassal għal diskriminazzjoni kontra ċittadini ta’ pajjiżi terzi abbażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f’minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentament sesswali. Dan għandu jirrispetta b’mod sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwu u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b’diżabilità. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.
KAPITOLU II
APPLIKAZZJONI
Artikolu 15
Arranġamenti prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni
120 jum qabel ma tiskadi l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha awtomatikament tgħarraf lid-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar permezz tas-servizz ta’ posta elettronika dwar:
id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
il-possibbiltà li tiġi ppreżentata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġdida;
l-obbligu li jkollu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida għat-tul kollu tas-soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri.
Artikolu 16
Is-sit web pubbliku u l-applikazzjoni għal apparati mobbli
Artikolu 17
Formola ta’ applikazzjoni u data personali tal-applikant
L-applikant għandu jipprovdi d-data personali li ġejja fil-formola tal-applikazzjoni:
il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħti(ja), il-kunjom mat-twelid; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità kurrenti;
il-pajjiż tat-twelid, l-ewwel isem/ismijiet tal-ġenituri tal-applikant;
ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu), jekk ikollu;
nazzjonalitajiet oħrajn jekk ikollu;
it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt jew il-pajjiż ta’ residenza tiegħu;
l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikunu disponibbli, in-numri tat-telefon;
l-edukazzjoni (primarja, sekondarja, għolja jew xejn);
il-professjoni attwali (grupp ta’ impjieg); fejn l-applikazzjoni tkun soġġetta għall-ipproċessar manwali f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, l-Istat Membru responsabbli jista’, f’konformità mal-Artikolu 27, jitlob li l-applikant jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar it-titolu eżatt tal-impjieg u tal-impjegatur jew, għall-istudenti, l-isem tal-istabbiliment edukattiv tagħhom;
l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat, u b’mod fakultattiv, l-indirizz tal-ewwel soġġorn intenzjonat;
għall-minorenni, il-kunjom u l-isem/ismijiet, l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, in-numru tat-telefon tal-persuna li teżerċita l-awtorità ta’ ġenitur jew il-kustodju legali tal-applikant;
jekk jiddikjara l-istatus ta’ membru tal-familja msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1):
l-istatus tiegħu ta’ membru tal-familja;
il-kunjom, l-isem/ismijiet, id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, in-nazzjonalità attwali, l-indirizz tad-dar, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, in-numru tat-telefon tal-membru tal-familja li l-applikant ikollu rabtiet familjari miegħu;
ir-rabtiet familjari tiegħu ma’ dak il-membru tal-familja f’konformità mal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE;
fil-każ ta’ applikazzjonijiet mimlijin minn persuna li mhijiex l-applikant, il-kunjom, l-isem/ismijiet, isem il-kumpannija, l-organizzazzjoni jekk applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali u n-numru tat-telefon jekk ikun disponibbli ta’ dik il-persuna; ir-relazzjoni mal-applikant u dikjarazzjoni ta’ rappreżentazzjoni ffirmata.
Barra minn hekk, l-applikant għandu jipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin:
jekk l-applikant ikunx instab ħati fil-25 sena preċedenti ta’ reat terroristiku jew fil-15-il sena ta’ kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness, u jekk ikun il-każ, meta u f’liema pajjiż;
jekk l-applikant ikunx qatta’ żmien jgħix f’żona speċifika ta’ gwerra jew ta’ konflitt tul l-10 snin preċedenti u r-raġunijiet għal dak is-soġġorn;
jekk l-applikant kienx is-suġġett ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tirrikjedi li jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru jew ta’ kwalunkwe pajjiż terz elenkat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 jew jekk kienx soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa tul l-10 snin preċedenti.
Artikolu 18
Tariffa għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
KAPITOLU III
IL-ĦOLQIEN TAL-FAJL TAL-APPLIKAZZJONI U L-EŻAMI TAL-APPLIKAZZJONI MIS-SISTEMA ĊENTRALI TAL-ETIAS
Artikolu 19
L-ammissibbiltà u l-ħolqien tal-fajl tal-applikazzjoni
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS għandha tivverifika awtomatikament jekk, wara li tiġi ppreżentata applikazzjoni:
ikunux imtlew il-partijiet kollha tal-formola ta’ applikazzjoni u jekk ikunx fihom dak kollu msemmi fl-Artikolu 17(2) u (4),
tkunx inġabret it-tariffa għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
Malli jinħoloq il-fajl ta’ applikazzjoni, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tirreġistra u taħżen id-data li ġejja:
in-numru tal-applikazzjoni;
informazzjoni dwar l-istatus, li tindika li tkun intalbet awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
id-data personali msemmija fl-Artikolu 17(2) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 17(4) u (6), inkluż il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;
id-data msemmija fl-Artikolu 17(8);
id-data u l-ħin ta’ meta tkun intbagħtet il-formola ta’ applikazzjoni flimkien ma’ referenza għall-ħlas li jkun sar tat-tariffa għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u n-numru ta’ referenza uniku tal-ħlas.
Mal-ħolqien tal-fajl ta’ applikazzjoni, l-applikant għandu minnufih jirċievi notifika permezz tas-servizz tal-posta elettronika li tispjega li, matul l-ipproċessar tal-applikazzjoni, l-applikant jista’ jintalab jipprovdi informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jattendi intervista. Din in-notifika għandha tinkludi:
informazzjoni dwar l-istatus, li tirrikonoxxi li ġiet ippreżentata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; u
in-numru tal-applikazzjoni.
In-notifika għandha tippermetti li l-applikant jagħmel użu mill-għodda ta’ verifika prevista fil-punt (h) tal-Artikolu 6(2).
Artikolu 20
Ipproċessar awtomatizzat
Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibda konsultazzjoni billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data relevanti msemmija fil-punti (a), (aa), (b), (c), (d), (f), (g), (j), (k) u (m) tal-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17(8) mad-data preżenti f’rekord, fajl jew allert irreġistrati f’fajl tal-applikazzjoni maħżun fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, fis-SIS, fl-EES, fil-VIS, f’Eurodac, fl-ECRIS-TCN, fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta’ data SLTD u TDAWN tal-Interpol. B’mod partikolari, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika:
jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS;
jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irrapportat bħala mitluf, misruq jew invalidat fl-SLTD;
jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS;
jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni fis-SIS;
jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar irrifjutata, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni li tikkonċerna d-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix għal applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar assoċjata ma’ data ta’ identità differenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(2) fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
jekk l-applikant ikunx f’dak il-mument irrapportat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew jekk l-applikant fil passat kienx ġie rrapportat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn fl-EES;
jekk l-applikant huwiex irreġistrat li kien ġie rrifjutat id-dħul fl-EES;
jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni ta’ rifjut, annullament jew revoka ta’ viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;
jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata fid-data tal-Europol;
jekk l-applikant huwiex irreġistrat fil-Eurodac;
jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix għal dokument tal-ivvjaġġar irreġistrat f’fajl fit-TDAWN;
f’każijiet fejn l-applikant ikun minorenni, jekk l-awtorità tal-ġenitur jew tal-kustodju legali tal-applikant:
hijiex suġġetta għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni fis-SIS;
hijiex soġġetta għal allert ta’ rifjut ta’ dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS.
jekk l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-data tagħha ġiet irreġistrata fl-ECRIS TCN u mmarkata f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816; dik id-data għandha tintuża biss għall-fini tal-verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament u għall-fini ta’ konsultazzjoni tar-rekords kriminali nazzjonali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS skont l-Artikolu 25a(2) ta’ dan ir-Regolament; l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jikkonsultaw ir-rekords kriminali nazzjonali qabel il-valutazzjonijiet u d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament u, fejn applikabbli, qabel il-valutazzjoni u l-opinjonijiet skont l-Artikolu 28 ta’ dak ir-Regolament;
jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar ritorn imdaħħal fis-SIS.
Artikolu 21
Riżultati tal-ipproċessar awtomatizzat
Artikolu 22
Verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS
Meta tiġi kkonsultata, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u għal kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni marbut miegħu, kif ukoll għall-hits kollha ġġenerati waqt il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20(2), (3) u (5) u għall-informazzjoni identifikata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS taħt l-Artikolu 20(7) u (8).
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika jekk id-data rreġistrata fil-fajl ta’ applikazzjoni tikkorrispondix ma’ wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fl-Artikolu 33;
id-data preżenti fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
id-data preżenti f’waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE li huma kkonsultati;
data tal-Europol;
id-data preżenti fil-bażijiet ta’ data SLTD jew TDAWN tal-Interpol.
Artikolu 23
Appoġġ għall-objettivi tas-SIS
Is-Sistema Ċentrali ETIAS għandha tvara tfittxija billi tuża l-ESP biex tqabbel id-data relevanti msemmija fil-punti (a), (aa), (b) u (d) tal-Artikolu 17(2) mad-data preżenti fis-SIS sabiex ikun determinat jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' wieħed mill-allerti li ġejjin:
allert dwar persuni neqsin;
allert dwar persuni mfittxijin sabiex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;
allert dwar persuni għal verifiki diskreti, kontrolli ta’ investigazzjoni jew verifiki speċifiċi.
Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tibgħat ukoll notifika awtomatizzata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal l-allert li jkun iġġenera l-hit fis-SIS matul l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 20, fejn, wara l-verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 22, dak l-allert ikun wassal għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 26.
Meta l-hit tkun tikkonċerna allert dwar ritorn, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li daħħal l-allert għandu jivverifika, f’kooperazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tiegħu, jekk huwiex meħtieġ li jitħassar l-allert dwar ritorn f’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1860 u li jiddaħħal allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861.
In-notifika pprovduta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal l-allert għandu jkun fiha d-data li ġejja:
il-kunjom(ijiet), l-isem/ismijiet u, jekk ikun hemm, psewdonimu/i;
il-post u d-data tat-twelid;
is-sess;
in-nazzjonalità u, jekk hemm iktar, nazzjonalitajiet oħra;
l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat, u fejn disponibbli, l-indirizz tal-ewwel soġġorn intenzjonat;
l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt jew il-pajjiż ta’ residenza tiegħu;
informazzjoni dwar l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li tindika jekk inħarġitx jew ġietx irrifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, jew jekk l-applikazzjoni hijiex soġġetta għal ipproċessar manwali skont l-Artikolu 26;
referenza għal kwalunkwe hit jew hits miksuba f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, li tinkludi d-data u l-ħin tal-hit.
Artikolu 24
Regoli speċifiċi għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni jew ta’ ċittadini oħra ta’ pajjiżi terzi li jgawdu mid-dritt tal-moviment liberu skont il-liġi tal-Unjoni
Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) japplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, għandhom japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:
l-applikant ma għandux iwieġeb il-mistoqsija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 17(4);
it-tariffa msemmija fl-Artikolu 18 għandha tinħafer.
Waqt l-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għal ċittadin ta’ pajjiż terz imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ma għandhiex tivverifika jekk:
l-applikant ikunx f’dak il-mument jew fil-passat ġie rrapportat bħala persuna li tibqa’ fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn permezz ta’ konsultazzjoni tal-EES kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 20(2);
l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-data tagħha tkun irreġistrata fil-Eurodac kif imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 20(2).
L-indikaturi tar-riskji speċifiċi bbażati fuq ir-riskji ta’ immigrazzjoni illegali ddeterminati skont l-Artikolu 33 ma għandhomx japplikaw.
Għandhom japplikaw ukoll ir-regoli li ġejjin:
fin-notifika stipulata fl-Artikolu 38(1), l-applikant għandu jirċievi informazzjoni dwar il-fatt li, meta jaqsam il-fruntiera esterna, irid ikun jista’ jagħti prova tal-istatus tiegħu bħala membru tal-familja msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1); tali informazzjoni għandha tinkludi wkoll tfakkira li membru tal-familja ta’ ċittadin li jeżerċita d-dritt ta’ moviment liberu li jkollu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandu d-dritt ta’ dħul biss jekk dak il-membru tal-familja jkun akkumpanjat minn jew jingħaqad maċ-ċittadin tal-Unjoni jew ċittadin ta’ pajjiż terz ieħor li jkun qed jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu;
appell kif imsemmi fl-Artikolu 37(3) għandu jiġi ppreżentat skont id-Direttiva 2004/38/KE;
il-perijodu taż-żamma tal-fajl ta’ applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) għandu jkun:
il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikoli 37, 40 u 41. Jekk id-data preżenti f’reġistru, fajl jew allert irreġistrat f’waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, data tal-Europol, il-bażijiet ta’ data SLTD jew TDAWN tal-Interpol, il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jew ir-regoli ta’ skrinjar tal-ETIAS li jwasslu għal tali deċiżjoni titħassar qabel it-tmien ta’ dak il-perijodu ta’ ħames snin, il-fajl tal-applikazzjoni għandu jitħassar fi żmien sebat ijiem mit-tħassir tad-data f’dak ir-reġistru, fajl jew allert. Għal dak il-għan, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika regolarment u awtomatikament jekk il-kondizzjonijiet għaż-żamma tal-fajls tal-applikazzjoni msemmija f’dan il-punt għadhomx issodisfati. Fejn huma ma għandhomx iktar issodisfati, hija għandha tħassar il-fajl tal-applikazzjoni b’mod awtomatizzat.
Għall-finijiet tal-iffaċilitar ta’ applikazzjoni ġdida wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, il-fajl ta’ applikazzjoni jista’ jinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għal perijodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn tliet snin wara tmiem il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u biss meta, wara talba għal kunsens, l-applikant jagħti l-kunsens liberu u espliċitu tiegħu permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata elettronikament. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b’mod li jintgħaraf b’mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f’forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli u bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679.
Il-kunsens għandu jintalab b’segwitu għall-provvista ta’ informazzjoni awtomatika skont l-Artikolu 15(2). L-informazzjoni pprovduta b’mod awtomatiku għandha tfakkar lill-applikant dwar l-iskop taż-żamma tad-data b’mod allinjat mal-informazzjoni msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 71.
KAPITOLU IV
EŻAMI TAL-APPLIKAZZJONI MILL-UNITAJIET NAZZJONALI TAL-ETIAS
Artikolu 25
L-Istat Membru responsabbli
L-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26 (“l-Istat Membru responsabbli”) għandu jiġi identifikat mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS kif ġej:
meta wieħed biss mill-Istati Membri jiġi identifikat li jkun daħħal jew ipprovda d-data li tkun iġġenerat il-hit skont l-Artikolu 20, dak l-Istat Membru għandu jkun l-Istat Membru responsabbli.
meta diversi Stati Membri jiġu identifikati li jkunu daħħlu jew ipprovdew id-data li tkun iġġenerat il-hits skont l-Artikolu 20, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun:
l-Istat Membru li jkun daħħal jew ipprovda d-data l-aktar reċenti dwar allert imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(2); jew
jekk l-ebda data fost dik id-data ma tikkorrispondi ma’ allert imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(2), l-Istat Membru li jkun daħħal jew ipprovda d-data l-aktar reċenti dwar allert imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 20(2); jew
jekk l-ebda data fost dik id-data ma tikkorrispondi ma’ allert imsemmi jew fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 20(2), l-Istat Membru li jkun daħħal jew ipprovda d-data l-aktar reċenti dwar allert imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 20(2);
fejn diversi Stati Membri jiġu identifikati li jkunu daħħlu jew ipprovdew id-data li tkun iġġenerat il-hit skont l-Artikolu 20, iżda l-ebda data fost dik id-data ma tkun tikkorrispondi ma’ allerti msemmija fil-punti (a), (c) jew (d) tal-Artikolu 20(2), l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak li daħħal jew ipprovda l-aktar data reċenti.
Għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu, hits iġġenerati minn data mhux imdaħħla jew ipprovduta minn Stat Membru ma għandhomx jiġu kkunsidrati fl-identifikazzjoni tal-Istat Membru responsabbli. Fejn l-ipproċessar manwali ta’ applikazzjoni ma jkunx ġie ġġenerat mid-data mdaħħla jew ipprovduta minn Stat Membru, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat.
Artikolu 25a
Użu ta’ sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(1), il-persunal awtorizzat kif xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollu aċċess dirett għal sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE, u għandu jkun jista’ jikkonsultahom, f’format li jinqara biss, biex jeżamina applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u jadotta deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 26. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw:
id-data msemmija fl-Artikoli 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
id-data msemmija fl-Artikoli 9 sa 14 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;
id-data msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1861 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikoli 24, 25 u 26 ta’ dak ir-Regolament;
id-data msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1862 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikolu 26 u l-punti (k) u (l) tal-Artikolu 38(2) ta’ dak ir-Regolament;
id-data msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1860 ipproċessata għall-finijiet tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 26
Ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS
Wara l-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha:
toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; jew
tirrifjuta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
Meta l-ipproċessar awtomatizzat stipulat fl-Artikolu 20(2) ikun irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha:
tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar meta l-hit tikkorrispondi għal waħda jew aktar mill-verifiki msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 20(2);
tivvaluta r-riskju ta’ sigurtà jew ta’ immigrazzjoni illegali u tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar meta l-hit tikkorrispondi għal kwalunkwe verifika msemmija fil-punti (b) u (d) sa (o) tal-Artikolu 20(2).
Meta l-ipproċessar awtomatizzat skont il-punt (o) tal-Artikolu 20(2) irrapporta hit, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha:
tirrifjuta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-applikant meta l-verifika skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tkun wasslet għat-tħassir tal-allert dwar ritorn u l-inklużjoni ta’ allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;
tivvaluta r-riskju ta’ sigurtà jew ta’ immigrazzjoni illegali u tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fil-każijiet l-oħra kollha.
L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun daħħal id-data għandha tikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tagħha biex tivverifika jekk it-tħassir tal-allert dwar ritorn skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2018/1860 u, fejn applikabbli, l-inklużjoni ta’ allert għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 humiex meħtieġa.
Meta l-ipproċessar awtomatizzat skont il-punt (n) tal-Artikolu 20(2) ikun irrapporta hit, iżda ma jkunux irrapportaw hit skont il-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tagħti kunsiderazzjoni partikolari lin-nuqqas ta’ tali hit fil-valutazzjoni tagħha tar-riskju ta’ sigurtà sabiex tiddeċiedi toħroġx jew tirrifjutax awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew tar-riskju għoli ta’ epidemija u l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li tinħareġ jew tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandhom jiġu rreġistrati fil-fajl tal-applikazzjoni mill-membru tal-persunal li jkun wettaq il-valutazzjoni tar-riskju.
Artikolu 27
Talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali mill-applikant
Jekk il-konsulat li jkun jinstab l-eqreb għall-post ta’ residenza tal-applikant ikun f’distanza ta’ aktar minn 500 km, l-applikant għandu jingħata l-possibbiltà li l-intervista ssir b’mezzi kkontrollati mill-bogħod ta’ komunikazzjoni awdjo u vidjo. Jekk id-distanza tkun inqas minn 500 km, l-applikant u l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jistgħu flimkien jaqblu li jużaw tali mezzi ta’ komunikazzjoni awdjo u vidjo. Fejn tali mezzi ta’ komunikazzjoni awdjo u vidjo huma użati, l-intervista għandha titwettaq mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli jew, b’mod eċċezzjonali, minn wieħed mill-konsulati ta’ dak l-Istat Membru. Il-mezzi kkontrollati mill-bogħod ta’ komunikazzjoni awdjo u vidjo għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà u kunfidenzjalità.
Ir-raġuni li għaliha tintalab intervista għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).
L-istedina għall-intervista għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.
L-intervista b’mezzi kkontrollati mill-bogħod ta’ komunikazzjoni awdjo u vidjo għandha ssir bil-lingwa tal-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li titlob l-intervista jew bil-lingwa ta’ għażla tagħha għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali.
L-intervista fil-konsulat għandha ssir bil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz fejn ikun jinstab il-konsulat, jew bi kwalunkwe lingwa oħra maqbula bejn l-applikant u l-konsulat.
Wara l-intervista, l-intervistatur għandu joħroġ opinjoni li tipprovdi ġustifikazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
L-elementi indirizzati u l-opinjoni għandhom jiġu inklużi f’format li għandu jiġi rreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni fl-istess jum bħal dak li fih tkun saret l-intervista.
Il-format li jintuża għall-intervista u l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni addizzjonali rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni għandhom jiġu kkonsultati biss għall-fini ta’ valutazzjoni u biex tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, għall-fini tal-ġestjoni ta’ proċedura ta’ appell u għall-fini tal-ipproċessar ta’ applikazzjoni ġdida mill-istess applikant.
Artikolu 28
Konsultazzjoni ma’ Stati Membri oħra
L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istati Membri kkonsultati għandhom:
jipprovdu opinjoni pożittiva ġustifikata dwar l-applikazzjoni; jew
jipprovdu opinjoni negattiva ġustifikata dwar l-applikazzjoni.
L-opinjoni pożittiva jew negattiva għandha tiġi rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru kkonsultat.
Għall-fini tal-ipproċessar manwali skont l-Artikolu 26, l-opinjoni pożittiva jew negattiva ġustifikata għandha tkun viżibbli biss mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru kkonsultat u mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 29
Konsultazzjoni tal-Europol
Artikolu 30
Skadenzi għan-notifika lill-applikant
Fi żmien 96 siegħa minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 19, l-applikant għandu jirċievi notifika li tindika:
jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiegħu nħarġitx jew ġietx irrifjutata; jew
li tkun qed tintalab informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali u li l-applikant jista’ jiġi mistieden għal intervista, b’indikazzjoni taż-żmien massimu għall-ipproċessar applikabbli skont l-Artikolu 32(2).
Artikolu 31
Għodda ta’ verifika
Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal għodda ta’ verifika biex l-applikanti jiċċekkjaw l-istatus tal-applikazzjonijiet tagħhom u jiċċekkjaw il-perijodu ta’ validità u l-istatus tal-awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar tagħhom (valida, irrifjutata, annullata jew revokata). Din l-għodda għandha tkun magħmula aċċessibbli permezz tas-sit web pubbliku apposta jew permezz tal-applikazzjoni għal apparati mobbli msemmija fl-Artikolu 16.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 89 sabiex tkompli tiddefinixxi l-għodda ta’ verifika.
Artikolu 32
Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni
Qabel l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tittieħed deċiżjoni li:
tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikolu 36; jew
tiġi rrifjutata awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikolu 37.
KAPITOLU V
IR-REGOLI TAL-ISKRINJAR TAL-ETIAS U L-LISTA TA’ SORVELJANZA TAL-ETIAS
Artikolu 33
Ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS
Il- Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex tkompli tiddefinixxi r-riskji relatati mas-sigurtà jew mal-immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija abbażi ta’:
statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ dewmien żejjed fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u r-rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi;
statistika ġġenerata mill-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 84 li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar minħabba riskju ta’ sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi;
statistika ġġenerata mill-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 84 u mill-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta’ applikazzjoni u l-każ ta’ dewmien żejjed minn vjaġġaturi fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn jew ir-rifjuti ta’ dħul;
informazzjoni appoġġata minn elementi fattwali jew ibbażata fuq evidenza, ipprovduta mill-Istati Membri, li tikkonċerna indikaturi jew theddid speċifiku ta’ riskju ta’ sigurtà identifikat minn dak l-Istat Membru;
informazzjoni appoġġata minn elementi fattwali jew ibbażata fuq evidenza, ipprovduta mill-Istati Membri, li tikkonċerna rati anormali ta’ dewmien żejjed minn vjaġġaturi fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u r-rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi għal dak l-Istat Membru;
informazzjoni li tikkonċerna riskji għolja speċifiċi ta’ epidemija, ipprovduta mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni ta’ sorveljanza epidemjoloġika u valutazzjonijiet tar-riskji pprovduti mill-ECDC u t-tifqigħ ta’ mard irrapportat mill-WHO.
Ir-riskji speċifiċi għandhom jiġu riveduti mill-inqas kull sitt xhur u, fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).
Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati f’konformità mal-paragrafu 3, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tistabbilixxi sett ta’ indikaturi ta’ riskji speċifiċi li jikkonsistu minn taħlita ta’ data li tinkludi wieħed mill-fatturi li ġejjin jew diversi minnhom:
il-grupp ta’ età, is-sess, in-nazzjonalità;
il-pajjiż u l-belt ta’ residenza;
il-livell tal-edukazzjoni (primarja, sekondarja, għolja jew xejn);
il-professjoni attwali (grupp tal-impjieg).
Artikolu 34
Il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS
Abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS għandha tkun magħmula minn data li tikkonsisti f’wieħed jew aktar fost il-punti li ġejjin:
il-kunjom;
il-kunjom mat-twelid;
id-data tat-twelid;
ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu);
dokument(i) tal-ivvjaġġar (it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument(i) tal-ivvjaġġar);
l-indirizz tad-dar;
l-indirizz tal-posta elettronika:
in-numru tat-telefon
l-isem, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon ta’ kumpannija jew organizzazzjoni;
l-indirizz IP.
Jekk disponibbli, il-punti ta’ data li ġejja għandha tiżdied mal-punti relatati li jkun magħmul tal-inqas minn wieħed mill-punti ta’ data msemmija hawn fuq: l-isem/ismijiet, il-post tat-twelid, il-pajjiż tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità.
Artikolu 35
Responsabbiltajiet u kompiti fir-rigward tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS
Qabel ma l-Europol jew Stat Membru jdaħħal data fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, huwa għandu:
jiddetermina jekk l-informazzjoni tkunx adegwata, preċiża u importanti biżżejjed biex tiġi inkluża fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS;
jivvaluta l-impatt potenzjali tad-data fuq il-proporzjon tal-applikazzjonijiet ipproċessati manwalment;
jivverifika jekk id-data tikkorrispondix għal allert imdaħħal fis-SIS.
KAPITOLU VI
ĦRUĠ, RIFJUT, ANNULLAMENT JEW REVOKA TA’ AWTORIZZAZZJONI GĦALL-IVVJAĠĠAR
Artikolu 36
Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
L-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli tista’ wkoll iżżid din il-marka fuq it-talba tal-Istat Membru kkonsultat. Tali marka għandha tkun viżibbli għall-awtoritajiet tal-fruntieri biss.
Il-marka għandha titneħħa awtomatikament ladarba l-awtoritajiet tal-fruntieri jkunu wettqu l-verifika u jkunu rreġistraw l-entrata fl-EES.
Artikolu 37
Rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha tiġi rrifjutata jekk l-applikant:
uża dokument tal-ivvjaġġar li jkun irrapportat bħala mitluf, misruq, miżapproprjat jew invalidat fis-SIS;
jikkostitwixxi riskju għas-sigurtà;
jikkostitwixxi riskju ta’ immigrazzjoni illegali;
jikkostitwixxi riskju għoli ta’ epidemija;
ikun persuna li dwarha jkun iddaħħal allert fis-SIS għall-fini ta’ rifjut ta’ dħul u soġġorn;
jonqos milli jwieġeb talba għal informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali sal-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 27;
jonqos milli jattendi intervista, kif imsemmi fl-Artikolu 27(4).
Artikolu 38
Notifika għall-ħruġ jew ir-rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Meta tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:
dikjarazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun inħarġet u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
dikjarazzjoni ċara li, mad-dħul, l-applikant ikollu jippreżenta l-istess dokument tal-ivvjaġġar indikat fil-formola tal-applikazzjoni u li kull bidla fid-dokument tal-ivvjaġġar tkun teżiġi applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
tfakkira tal-kondizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-fatt li soġġorn qasir huwa possibbli biss għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum;
tfakkira li sempliċiment il-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma jagħtix dritt awtomatiku ta’ dħul;
tfakkira li l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jitolbu dokumenti ta’ sostenn fil-fruntieri esterni sabiex jivverifikaw l-issodisfar tal-kondizzjonijiet tad-dħul u tas-soġġorn;
tfakkira li l-pussess ta’ awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar hija kondizzjoni għal soġġorn li għandha tiġi ssodisfata matul il-perijodu kollu ta’ soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;
link għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jivverifikaw fi kwalunkwe mument il-bqija tas-soġġorn awtorizzat tagħhom;
meta applikabbli, l-Istati Membri li fihom l-applikant ikun awtorizzat jivvjaġġa;
link għas-sit web pubbliku tal-ETIAS li fih informazzjoni dwar il-possibbiltà li l-applikant jitlob ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, il-possibbiltà li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi revokata jekk il-kondizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma għadhomx issodisfati u l-possibbiltà li tiġi annullata jekk isir evidenti li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma kinux ġew issodisfati fiż-żmien meta nħarġet;
informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679; id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar tkun inħarġet mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, jew tal-Istat Membru responsabbli jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar tkun inħarġet minn Unità Nazzjonali tal-ETIAS.
Jekk awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi rrifjutata, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:
dikjarazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet irrifjutata u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
referenza għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li tkun irrifjutat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u l-indirizz tagħha;
dikjarazzjoni tar-raġunijiet għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li tindika r-raġunijiet applikabbli minn dawk elenkati fl-Artikolu 37(1) u (2) li jippermettu lill-applikant iressaq appell;
informazzjoni dwar id-dritt li jitressaq appell u l-limitu ta’ żmien biex isir dan; link għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(7) fuq is-sit web.
informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679; id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 39
Data li għandha tiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni wara d-deċiżjoni ta’ ħruġ jew ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Jekk tittieħed deċiżjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew, jekk id-deċiżjoni ttieħdet wara l-ipproċessar manwali kif previst fil-Kapitolu IV, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl ta’ applikazzjoni mingħajr dewmien:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar inħarġet;
referenza dwar jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar inħarġitx mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew wara pproċessar manwali; f’dan l-aħħar każ referenza għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li ħadet id-deċiżjoni kif ukoll l-indirizz tagħha;
id-data tad-deċiżjoni għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
kwalunkwe marka mehmuża mal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif stipulat fl-Artikoli 36(2) u (3), flimkien ma’ indikazzjoni tar-raġunijiet għal tali marka/i, u informazzjoni addizzjonali rilevanti għal verifiki tat-tieni linja fil-każ tal-Artikolu 36(2), u informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-awtoritajiet tal-fruntieri fil-każ tal-Artikolu 36(3).
Jekk tittieħed deċiżjoni għar-rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl ta’ applikazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet irrifjutata;
referenza għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li tkun irrifjutat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u l-indirizz tagħha;
id-data tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
ir-raġunijiet għar-rifjut tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, billi tiġi indikata r-raġunijiet minn dawk elenkati fl-Artikolu 37(1) u (2).
Artikolu 40
Annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Artikolu 41
Revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Artikolu 42
Notifika tal-annullament jew tar-revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Jekk awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi annullata jew irrevokata, l-applikant għandu jirċievi notifika minnufih permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:
dikjarazzjoni ċara li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet annullata jew irrevokata u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
referenza għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li tkun annullat jew irrevokat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif ukoll l-indirizz tagħha;
dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-annullament jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li tindika r-raġunijiet applikabbli minn dawk elenkati fl-Artikolu 37(1) u (2) sabiex l-applikant ikun jista’ jressaq appell;
informazzjoni dwar id-dritt li jitressaq appell u l-limitu ta’ żmien biex isir dan; link għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(7) fuq is-sit web;
dikjarazzjoni ċara li l-pussess ta’ awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar hija kondizzjoni għal soġġorn li għandha tiġi ssodisfata matul il-perijodu kollu ta’ soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;
informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 13 sa 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679; id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli.
Artikolu 43
Data li għandha tiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni wara d-deċiżjoni ta’ annullament jew ta’ revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar
Jekk tittieħed deċiżjoni ta’ annullament jew revoka ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li tkun annullat jew irrevokat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għandha żżid id-data li ġejja mal-fajl tal-applikazzjoni mingħajr dewmien:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ġiet annullata jew irrevokata;
referenza għall-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli li tkun irrevokat jew annullat l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif ukoll l-indirizz tagħha; u
id-data tad-deċiżjoni li tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
Artikolu 44
Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata fuq bażi umanitarja, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali
Fejn applikazzjoni tkun ġiet meqjusa ammissibbli skont l-Artikolu 19, l-Istat Membru li fih iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat għandu l-intenzjoni li jivvjaġġa, jista’ b’mod eċċezzjonali joħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata meta dak l-Istat Membru jqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet umanitarji skont il-liġi nazzjonali, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali, minkejja l-fatt li:
l-ipproċessar manwali skont l-Artikolu 26 ikun għadu ma tlestiex; jew
awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkun ġiet irrifjutata, annullata jew irrevokata.
Tali awtorizzazzjonijiet ġeneralment ikunu validi biss fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġhom. Madankollu, huma jistgħu f’każ eċċezzjonali jinħarġu b’validità territorjali li tkopri aktar minn Stat Membru wieħed, dment li jkun hemm kunsens ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati Membri permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS tagħhom. Meta l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tkun qed tikkunsidra toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata li tkopri diversi Stati Membri, dik l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lil dawk l-Istati Membri.
Meta awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata tkun intalbet jew inħarġet fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dan ma għandux jinterrompi l-ipproċessar manwali tal-applikazzjoni li tippermetti l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar mingħajr validità territorjali limitata.
Fejn tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata, id-data li ġejja għandha tinżied fil-fajl tal-applikazzjoni mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS li tkun ħarġet dik l-awtorizzazzjoni:
informazzjoni dwar l-istatus li tindika li nħarġet awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata;
l-Istat(i) Membru/i li fih id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar huwa intitolat li jivvjaġġa u l-perijodu ta’ validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li ħarġet l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata kif ukoll l-indirizz tagħha;
id-data tad-deċiżjoni ta’ ħruġ tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata;
referenza għar-raġunijiet umanitarji, ir-raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew l-obbligi internazzjonali invokati;
kwalunkwe marka mehmuża mal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar kif stipulat fl-Artikolu 36(2) u (3), flimkien ma’ indikazzjoni tar-raġunijiet għal tali marka/i, u informazzjoni addizzjonali rilevanti għal verifiki tat-tieni linja fil-każ tal-Artikolu 36(2), u informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-awtoritajiet tal-fruntieri fil-każ tal-Artikolu 36(3).
Meta Unità Nazzjonali tal-ETIAS toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata mingħajr ebda informazzjoni jew dokumentazzjoni ma tkun ġiet ippreżentata mill-applikant, dik l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS għandha tirreġistra u taħżen fil-fajl tal-applikazzjoni kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni xierqa li tiġġustifika dik id-deċiżjoni.
Jekk tinħareġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata, l-applikant għandu jirċievi notifika permezz tas-servizz tal-posta elettronika, li tkun tinkludi:
dikjarazzjoni ċara li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata tkun inħarġet u n-numru tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
id-dati tal-bidu u tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata;
dikjarazzjoni ċara tal-Istati Membri fejn id-detentur tal-awtorizzazzjoni hu intitolat jivvjaġġa u li huwa jista’ jivvjaġġa biss f’dak it-territorju ta’ dawk l-Istati Membri;
tfakkira li l-pussess ta’ awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar hija kondizzjoni għal soġġorn li għandha tiġi ssodisfata matul il-perijodu kollu ta’ soġġorn qasir fit-territorju tal-Istat Membru li għalih l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata tkun inħarġet;
link għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jivverifikaw fi kwalunkwe mument il-bqija tas-soġġorn awtorizzat tagħhom.
KAPITOLU VII
UŻU TAL-ETIAS MIT-TRASPORTATURI
Artikolu 45
Aċċess għad-data għall-verifika mit-trasportaturi
Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, permezz tal-portall tat-trasportaturi, għandha tipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba “OK/MHUX OK” filwaqt li tindika jekk dik il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jew le. Jekk tkun inħarġet awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 44, it-tweġiba li tingħata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-Istat(i) Membru/i li għalih/om l-awtorizzazzjoni hija valida, kif ukoll l-Istat Membru tad-dħul indikat mit-trasportatur. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u t-tweġiba li tkun waslet skont il-liġi applikabbli. It-tweġiba OK/NOT OK ma għandhiex titqies bħala deċiżjoni li jiġi awtorizzat jew irrifjutat id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-portall tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).
Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinħażnu għal perijodu ta’ sentejn. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu protetti b’mezzi xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat.
Artikolu 46
Proċeduri sostitwenti fil-każ ta’ impossibbiltà teknika biex tiġi aċċessata d-data mit-trasportaturi
KAPITOLU VIII
UŻU TAL-ETIAS MILL-AWTORITAJIET TAL-FRUNTIERI FIL-FRUNTIERI ESTERNI
Artikolu 47
Aċċess għad-data għal verifika fuq il-fruntieri esterni
Is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twieġeb billi tindika:
jekk il-persuna għandhiex awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida, inkluż jekk l-istatus tal-persuna jikkorrispondix għall-istatus imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), u, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata maħruġa skont l-Artikolu 44, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li għalih jew għalihom hija valida;
kwalunkwe marka mehmuża mal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 36(2) u (3);
jekk l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar hijiex ser tiskadi fi żmien id-90 jum li jmiss u l-perijodu ta’ validità li jkun fadal;
id-data msemmija fil-punti (k) u (l) tal-Artikolu 17(2).
Jekk is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS twieġeb billi tindika marka msemmija fl-Artikolu 36(3) u jekk ikunu meħtieġa verifiki addizzjonali, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jiksbu l-informazzjoni addizzjonali prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 39(1) jew fil-punt (f) tal-Artikolu 44(6).
Artikolu 48
Proċeduri sostitwenti fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata data fil-fruntieri esterni
KAPITOLU IX
UŻU TAL-ETIAS MINN AWTORITAJIET TAL-IMMIGRAZZJONI
Artikolu 49
Aċċess għad-data mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni
L-aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun permess biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
tkun twettaq tfittxija minn qabel fl-EES skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2017/2226; u
ir-riżultat ta’ tfittxija jindika li l-EES ma fihiex rekord ta’ entrata li tikkorrispondi mal-preżenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju tal-Istati Membri.
Fejn meħtieġ, l-issodisfar tal-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi vverifikat billi wieħed jaċċessa ir-reġistrazzjonijiet fl-EES previsti skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jikkorrispondu mat-tfittxija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mat-tweġiba msemmija fil-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.
Fil-każ ta’ minorenni, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom ukoll aċċess għall-informazzjoni marbuta mal-persuna bl-awtorità ta’ ġenitur jew tal-kustodju legali tal-vjaġġatur kif imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 17(2).
KAPITOLU X
IL-PROĊEDURA U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-AĊĊESS GĦAS-SISTEMA ĊENTRALI TAL-ETIAS GĦALL-FINIJIET TA’ INFURZAR TAL-LIĠI
Artikolu 50
L-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri
L-awtorità maħtura u l-punt ta’ aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti mill-awtoritajiet maħtura fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi struzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika li għandu jwettaq b’mod indipendenti.
L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta’ aċċess ċentrali wieħed sabiex tiġi riflessa l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fl-issodisfar tar-rekwiżiti kostituzzjonali jew rekwiżiti legali oħra tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-punti ta’ aċċess ċentrali maħtura tagħhom u jistgħu fi kwalunkwe ħin jemendaw jew jissostitwixxu n-notifiki tagħhom.
Artikolu 51
Proċedura għal aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi
Fejn verifika ex post tiżvela li l-konsultazzjoni tad-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew l-aċċess għaliha ma kienx iġġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw id-data għandhom iħassru d-data li huma aċċessaw mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. L-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-punt ta’ aċċess ċentrali rilevanti tal-Istat Membru li fih tkun saret it-talba dwar it-tħassir.
Artikolu 52
Kondizzjonijiet għal aċċess għad-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri
L-awtoritajiet maħtura jistgħu jitolbu konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jekk ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor;
l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat f’każ speċifiku; u
tkun teżisti evidenza jew raġunijiet validi biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ser tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-attur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, taqa’ taħt kategorija ta’ vjaġġatur koperta b’dan ir-Regolament.
Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun limitata għal tiftix b’punt ta’ data rreġistrat fil-fajl tal-applikazzjoni, li jkunu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
il-kunjom (isem il-familja) u, jekk disponibbli, l-isem/ismijiet (ismijiet mat-twelid);
ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu);
numru tad-dokument tal-ivvjaġġar;
l-indirizz tad-dar;
l-indirizz tal-posta elettronika;
in-numri tat-telefon;
l-indirizz IP.
Il-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS bid-data msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi kkombinata mad-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni biex jiġi speċifikat it-tiftix:
in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet;
is-sess;
id-data tat-twelid jew il-grupp ta’ età.
Artikolu 53
Proċedura u kondizzjonijiet għal aċċess għad-data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-Europol
It-talba motivata għandu jkun fiha evidenza li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:
il-konsultazzjoni tkun meħtieġa biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jaqgħu fil-mandat tal-Europol;
il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata f’każ speċifiku;
il-konsultazzjoni għandha tkun limitata għal tiftix bid-data msemmija fl-Artikolu 52(2) ikkombinata mad-data elenkata fl-Artikolu 52(3) fejn meħtieġ;
teżisti evidenza jew raġunijiet validi biex jitqies li l-konsultazzjoni ser tikkontribwixxi għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-attur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor, taqa’ taħt kategorija ta’ vjaġġatur koperta minn dan ir-Regolament.
KAPITOLU XI
ŻAMMA U EMENDAR TA’ DATA
Artikolu 54
Żamma tad-data
Kull fajl ta’ applikazzjoni għandu jinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għal:
il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
ħames snin mill-aħħar deċiżjoni li tirrifjuta, tannulla jew tirrevoka l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’konformità mal-Artikoli 37, 40 u 41. Jekk id-data preżenti f’reġistru, fajl jew allert irreġistrat f’waħda mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, data tal-Europol, il-bażijiet ta’ data tal-Interpol SLTD jew TDAWN, il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jew ir-regoli ta’ skrinjar tal-ETIAS li jwasslu għal tali deċiżjoni titħassar qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu ta’ ħames snin, il-fajl tal-applikazzjoni għandu jitħassar fi żmien sebat ijiem mit-tħassir tad-data f’dak ir-reġistru, fajl jew allert. Għal dak il-għan, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tivverifika regolarment u awtomatikament jekk il-kondizzjonijiet għaż-żamma tal–fajls tal-applikazzjoni msemmija f’dan il-punt għadhomx issodisfati. Fejn huma ma għadhomx iktar issodisfati, hija għandha tħassar il-fajl tal-applikazzjoni b’mod awtomatizzat.
Il-kunsens għandu jintalab wara l-provvista awtomatika ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 15(2). L-informazzjoni pprovduta awtomatikament għandha tfakkar lill-applikant bl-iskop taż-żamma tad-data b’mod allinjat mal-informazzjoni msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 71 u bil-possibbiltà li l-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin.
L-applikant jista’ jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk l-applikant jirtira il-kunsens, il-fajl tal-applikazzjoni għandu jitħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS.
Il-eu-LISA għandha tiżviluppa għodda li tippermetti lill-applikanti jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom. Dik l-għodda għandha tkun magħmula aċċessibbli permezz tas-sit web pubbliku apposta jew permezz tal-applikazzjoni għal apparati mobbli.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tiddefinixxi aktar l-għodda li għandha tintuża mill-applikanti biex jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom.
Artikolu 55
Emendar tad-data u tħassir minn qabel tad-data
Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikun akkwista n-nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ikun waqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru għandhom jivverifikaw jekk dik il-persuna jkollhiex awtorizzazzjoni valida għall-ivvjaġġar u, fejn rilevanti, għandhom iħassru mingħajr dewmien il-fajl tal-applikazzjoni mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS. L-awtorità responsabbli għat-tħassir tal-fajl ta’ applikazzjoni għandha tkun:
l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2);
l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li huwa jew hija tkun akkwistat in-nazzjonalità tiegħu;
l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-kard ta’ residenza jew il-permess ta’ residenza.
KAPITOLU XII
PROTEZZJONI TAD-DATA
Artikolu 56
Protezzjoni tad-data
Fejn l-ipproċessar ta’ data personali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jitwettaq minn awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw l-applikazzjonijiet għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, għandha tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680.
Fejn l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tiddeċiedi dwar il-ħruġ, ir-rifjut, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, għandu japplika r-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 57
Il-kontrollur tad-data
Artikolu 58
Il-proċessur tad-data
Artikolu 59
Sigurtà tal-ipproċessar
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 32 u 34 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, fosthom pjan għas-sigurtà u pjan għall-kontinwità tal-operat u ta’ rkupru minn diżastri, sabiex:
jipproteġu id-data fiżikament, inkluż billi jħejju pjanijiet ta’ kontinġenza għall-protezzjoni ta’ infrastruttura kritika;
jirrifjutaw l-aċċess lill-persuni mhux awtorizzati għas-servizz tal-web sigur, is-servizz tal-posta elettronika, is-servizz ta’ kont sikur, il-portal tat-trasportaturi, l-għodda ta’ verifika għall-applikanti u l-għodda ta’ kunsens għall-applikanti;
jirrifjutaw l-aċċess lill-persuni mhux awtorizzati għal tagħmir tal-ipproċessar tad-data u installazzjonijiet nazzjonali għall-finijiet tal-ETIAS;
jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, l-emendar jew it-tneħħija mhux awtorizzata tal-mezzi tad-data;
jipprevjenu d-dħul mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, l-emendar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali rreġistrata;
jipprevjenu l-użu ta’ sistemi awtomatizzati tal-ipproċessar tad-data minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;
jipprevjenu l-ipproċessar mhux awtorizzat ta’ data fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u kwalunkwe emendar jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data pproċessata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
jiżguraw li persuni awtorizzati li jaċċessaw is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet tal-utenti individwali u uniċi u permezz ta’ metodi ta’ aċċess kunfidenzjali biss;
jiżguraw li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta’ aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS joħolqu profili fejn jiġu deskritti l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u jqiegħdu l-profili tagħhom għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji;
jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista’ tintbagħat data personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;
jiżguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, meta, minn min u għal liema raġuni;
jipprevjenu l-qari, l-ikkupjar, l-emendar jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trasmissjoni ta’ data personali lejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew minnha jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikulari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ;
jiżguraw li, fil-każ ta’ interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għal tħaddim normali;
jiżguraw affidabbiltà billi jaċċertaw li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-ETIAS tkun rappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-data personali tista’ titreġġa’ lura fil-każ ta’ taħsir minħabba funzjonament ħażin tal-ETIAS;
jissorveljaw l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħdu l-miżuri organizzattivi meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiġi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 60
Inċidenti ta’ sigurtà
Artikolu 61
Awtomonitoraġġ
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtorità superviżorja.
Artikolu 62
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 63
Responsabbiltà
Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabbiltà tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001:
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn operazzjoni ta’ pproċessar illegali ta’ data personali jew minn kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament minn Stat Membru għandu jkun intitolat jirċievi kumpens minn dak l-Istat Membru;
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun sofra danni materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ kwalunkwe att mill-eu-LISA li ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mingħand dik l-aġenzija. Il-eu-LISA għandha tkun responsabbli għal operazzjonijiet ta’ proċessar illegali ta’ data personali f’konformità mar-rwol tagħha bħala proċessur jew, fejn applikabbli, kontrollur.
Stat Membru jew il-eu-LISA għandha tkun eżentata mir-responsabbiltà tagħha taħt l-ewwel subparagrafu, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk tagħti prova li ma tkunx responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għad-danni.
Artikolu 64
Dritt tal-aċċess għal, tar-rettifika, tal-ikkompletar, tat-tħassir ta’ data personali u tar-restrizzjoni tal-ipproċessar
Fejn b’risposta għal talba jinstab li d-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mhijiex fattwalment eżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tirrettifika jew tħassar dik id-data mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mingħajr dewmien.
Fejn bħala risposta għal talba skont dan il-paragrafu, awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tiġi emendata mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew mill-Unità Nazzjonali tal-ETIAS matul il-perijodu ta’ validità tagħha, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha twettaq l-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 20 biex tiddetermina jekk il-fajl ta’ applikazzjoni emendat jiġġenerax hit skont l-Artikolu 20(2) sa (5). Fejn l-ipproċessar awtomatizzat ma jirrapporta l-ebda hit, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar emendata bl-istess perijodu ta’ validità bħall-oriġinal u għandha tinnotifika lill-applikant. Fejn l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit waħda jew aktar, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha tivvaluta r-riskju ta sigurtà, ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija f’konformità mal-Artikolu 26. Hija għandha mbagħad tiddeċiedi jekk toħroġx awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar emendata jew, tirrevokax l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jekk tikkonkludi li l-kondizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma għadhomx issodisfati.
Artikolu 65
Komunikazzjoni ta’ data personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet privati
B’deroga mill-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament, jekk meħtieġ għall-fini ta’ ritorn, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jistgħu jaċċessaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jiġbru d-data li għandha tintbagħat lil pajjiż terz f’każijiet individwali, biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
tkun twettqet tfittxija minn qabel fl-EES f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2017/2226; u
din it-tfittxija tindika li fl-EES ma jkunx hemm data li tikkonċerna ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu jiġi rritornat.
Fejn meħtieġ, l-issodisfar ta’ dawn il-kondizzjonijiet għandu jiġi vverifikat billi wieħed jaċċessa r-reġistrazzjonijiet, previsti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jikkorrispondu għat-tfittxija msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għat-tweġiba li tikkorrispondi għall-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu.
Jekk dawk il-kondizzjonijiet jiġu ssodisfati, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandu jkollhom aċċess biex jikkonsultaw is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS rigward id-data kollha jew parti mid-data msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament. Jekk fajl ta’ applikazzjoni tal-ETIAS jikkorrispondi għal dik id-data, l-awtoritajiet ta’ immigrazzjoni jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament u, f’każijiet ta’ minorenni, fil-punt (k) tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data aċċessata mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni tista’ tintbagħat lil pajjiż terz f’każijiet individwali jekk meħtieġ sabiex tingħata prova tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi unikament għall-fini ta’ ritorn, u esklużivament jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni adegwat tad-data personali f’dak il-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;
ikunu previsti salvagwardji xierqa kif imsemmi fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta’ ftehim ta’ riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz inkwistjoni;
ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.
Id-data msemmija f ►M1 il-punti (a), (aa), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 17(2) ◄ ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi ttrasferita esklużivament jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
it-trasferiment tad-data jitwettaq f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, il-ftehimiet ta’ riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-data;
il-pajjiż terz ikun qabel li jipproċessa d-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat; u
tkun inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) b’rabta maċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, dment li l-infurzar ta’ tali deċiżjoni ta’ ritorn ma jkunx ġie sospiż u dment li ma jkun sar l-ebda appell li jista’ jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, id-data mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 52(4) aċċessata mill-awtoritajiet maħtura għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tista’ tiġi ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità maħtura lil pajjiż terz f’każijiet individwali, iżda esklużivament jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun hemm każ eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun hemm:
periklu imminenti assoċjat ma’ reat terroristiku; jew
periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna u dak il-periklu jkun assoċjat ma’ reat kriminali serju;
it-trasferiment ta’ data jkun meħtieġ għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ tali reat terroristiku jew reat kriminali serju fit-territorju tal-Istati Membri jew fil-pajjiż terz ikkonċernat;
l-awtorità maħtura jkollha aċċess għal tali data f’konformità mal-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 51 u 52;
it-trasferiment isir f’konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680, b’mod partikolari l-Kapitolu V tagħha;
tkun ġiet ippreżentata talba debitament motivata bil-miktub jew elettronika mill-pajjiż terz;
ikun żgurat l-għoti reċiproku ta’ kwalunkwe informazzjoni fis-sistemi għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar miżmuma mill-pajjiż terz rikjedenti lill-Istati Membri li jħaddmu l-ETIAS.
Fejn ikun sar trasferiment skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha, fuq talba, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità superviżorja stabbilita f’konformità mal-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, inkluż id-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċievi t-trasferiment, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita.
Artikolu 66
Superviżjoni mill-awtorità superviżorja
Artikolu 67
Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 68
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Artikolu 69
Iż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet
Il-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu dan li ġej:
l-għan tal-aċċess;
id-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni;
id-data użata għall-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet;
meta relevanti, referenza għall-użu tal-ESP għat-tfittxija fis-Sistema Ċentrali ETIAS kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/817;
il-hits iġġenerati waqt it-twettiq tal-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 20;
id-data użata għall-verifika ta’ identità maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data oħra;
ir-riżultati tal-proċess ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 22; u
il-membru tal-persunal li jkun wettaq l-operazzjoni.
L-Unita Nazzjonali tal-ETIAS tal-Istat Membru responsabbli għandha żżomm reġistri tal-membru tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jiġbor id-data.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistri tal-membri tal-persunal debitament awtorizzati li jdaħħlu u jiġbru d-data.
Il-eu-LISA u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandhom iqiegħdu ir-reġistrazzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u, tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti, fuq talba.
Artikolu 70
Żamma tar- reġistrazzjonijiet għal talbiet għal konsultazzjoni ta’ data għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra
Ir-reġistrazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom juru:
il-fini preċiż tat-talba għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS jew l-aċċess għaliha, inkluż ir-reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor ikkonċernat u, għall-Europol, il-fini preċiż tat-talba għall-konsultazzjoni;
id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ammissibbiltà tat-talba;
ir-referenza tal-fajl nazzjonali;
id-data u l-ħin preċiż tat-talba għall-aċċess magħmula mill-punt ta’ aċċess ċentrali għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;
fejn applikabbli, l-użu tal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 51(4) u l-eżitu tal-verifika ex post;
liema mid-data jew mis-sett ta’ data msemmija fl-Artikolu 52(2) u (3) intużat għall-konsultazzjoni; u
f’konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794, il-marka li tidentifika lill-uffiċjal li jkun wettaq it-tiftix u lill-uffiċjal li jkun ordna t-tiftix jew it-trasmissjoni ta’ data.
KAPITOLU XII
SENSIBILIZZAZZJONI TAL-PUBBLIKU
Artikolu 71
Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali
Wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha b’rabta mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq is-sit web pubbliku u għandha tinkludi:
il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar;
informazzjoni dwar is-sit web u l-applikazzjoni għal apparati mobbli fejn l-applikazzjoni tista’ tiġi ppreżentata;
informazzjoni dwar il-possibbiltà li tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni minn persuna oħra jew intermedjarju kummerċjali;
informazzjoni dwar il-possibbiltà li jiġu rrappurtati abbużi minn intermedjarji kummerċjali bl-użu tal-formola msemmija fl-Artikolu 15(5);
l-iskadenzi għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar applikazzjoni previsti fl-Artikolu 32;
il-fatt li awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar hi marbuta mad-dokument tal-ivvjaġġar indikat fil-formola tal-applikazzjoni u li, għaldaqstant, l-iskadenza jew kwalunkwe emendar li jsir fid-dokument tal-ivvjaġġar jirriżulta fl-invalidità jew fin-nonrikonoxximent tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar f’każ ta’ qsim tal-fruntiera;
il-fatt li l-applikanti huma responsabbli għall-awtentiċità, il-kompletezza, il-korrettezza u l-affidabbiltà tad-data li huma jippreżentaw u għall-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jagħmlu;
il-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant, li fejn awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar tiġi rrifjutata, tali deċiżjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għar-rifjut u li l-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom jiġu rrifjutati għandu jkollhom dritt għall-appell, b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ appell, inkluż id-dettalji tal-awtorità kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell;
il-fatt li l-applikanti għandhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS filwaqt li jindikaw li l-iskop tal-vjaġġ tagħhom huwa bbażat fuq raġunijiet umanitarji jew huwa marbut ma’ obbligi internazzjonali u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex isir dan;
il-kondizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 u l-fatt li żjara qasira hija possibbli biss għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, b’eċċezzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta’ ftehim bilaterali li kien diġà jeżisti qabel il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen;
il-fatt li sempliċiment il-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar ma jagħtix dritt awtomatiku ta’ dħul;
il-fatt li l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jitolbu dokumenti korroborattivi fuq il-fruntieri esterni sabiex jivverifikaw l-issodisfar tal-kondizzjonijiet tad-dħul;
il-fatt li l-pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida hija kondizzjoni għal soġġorn li għandha tiġi ssodisfata matul il-perijodu kollu ta’ soġġorn qasir fit-territorju tal-Istati Membri;
link għas-servizz web imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jippermetti li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jivverifikaw fi kwalunkwe mument il-bqija tas-soġġorn awtorizzat tagħhom;
il-fatt li d-data li tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tintuża għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż għal verifiki f’bażijiet ta’ data, u li d-data tista’ tiġi aċċessata mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra, skont il-proċeduri u l-kondizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu X;
għal kemm żmien tkun ser tinħażen id-data;
id-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont ir-Regolamenti (KE) Nru 45/2001, (UE) 2016/679 u (UE) 2016/794 u d-Direttiva (UE) 2016/680;
il-possibbiltà għall-vjaġġaturi li jiksbu appoġġ kif previst fil-punt (m) tal-Artikolu 7(2).
Artikolu 72
Kampanja ta’ informazzjoni
F’kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS, u l-Istati Membri, inkluż il-konsolati tagħhom fil-pajjiżi terzi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS b’kampanja ta’ informazzjoni li tinforma lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament bir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida kemm sabiex jaqsmu l-fruntieri esterni kif ukoll għall-perijodu kollu tas-soġġorn qasir tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.
Din il-kampanja ta’ informazzjoni għandha titwettaq regolarment u mill-inqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom ikunu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU XIV
RESPONSABBILTAJIET
Artikolu 73
Responsabbiltajiet tal-eu-Lisa matul il-fażi tat-tfassil u tal-iżvilupp
Il-eu-LISA għandha tiddefinixxi t-tfassil u l-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħha kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha u l-evoluzzjoni tagħhom u l-NUIs. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija tal-eu-LISA, soġġett għal opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni. Il-eu-LISA għandha wkoll timplimenta kwalunkwe adattament meħtieġ fl-EES, is-SIS, il-Eurodac jew il-VIS li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà mal-ETIAS.
L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta s-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, inkluż il-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, l-NUIs, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, u l-kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES, mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’:
il-miżuri previsti fl-Artikoli 6(4), 16(10), 17(9), l-Artikolu 31 u l-Artikoli 35(7), 45(2), 54(2), 74(5), 84(2) u 92(8); u
il-miżuri adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2) li huma meħtieġa għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni teknika tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS, l-NUIs, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, il-kanal ta’ komunikazzjoni sikur bejn is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u s-Sistema Ċentrali tal-EES u l-portal tat-trasportaturi, b’mod partikolari atti ta’ implimentazzjoni:
għall-aċċess għad-data skont l-Artikoli 22 sa 29 u l-Artikoli 33 sa 53;
għall-emendar, it-tħassir u t-tħassir minn qabel ta’ data skont l-Artikolu 55;
għaż-żamma tar-reġistrazzjonijiet u l-aċċess għalihom skont l-Artikoli 45 u 69;
għar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni;
għall-ispeċifikazzjonijiet għal soluzzjonijiet tekniċi għall-ikkonnettjar tal-punti ta’ aċċess ċentrali skont l-Artikoli 51, 52 u 53.
L-iżvilupp għandu jikkonsisti mill-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-ittestjar u l-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett. F’dan ir-rigward, il-kompiti ta’ eu-LISA għandhom jinkludu wkoll li:
twettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà;
timxi mal-prinċipji tal-privatezza fid-disinn u awtomatikament matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-iżvilupp tal-ETIAS; u
twettaq valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà rigward l-interoperabbiltà tal-ETIAS mas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 11.
Il-Bord ta’ Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm li b’mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:
il-presidenza;
il-postijiet tal-laqgħat;
it-tħejjija tal-laqgħat;
l-ammissjoni ta’ esperti fil-laqgħat;
il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni biex jiġ iżgurat li l-membri mhux parteċipanti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-eu-LISA jingħataw informazzjoni kompluta.
Il-Presidenza għandha tkun f’idejn Stat Membru li jkun marbut b’mod sħiħ skont il-liġi tal-Unjoni bl-istrumenti leġislattivi li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi kollha tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA.
L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA. L-Artikolu 10 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. Il-eu-LISA għandha tiżgura s-segretarjat tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm.
Il-Grupp Konsultattiv EES-ETIAS għandu jiltaqa’ regolarment sa meta tibda taħdem l-ETIAS. Wara kull laqgħa għandu jirrapporta lill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm. Għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku b’appoġġ għall-kompiti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri.
Artikolu 74
Responsabbiltajiet tal-eu-Lisa hekk kif tibda titħaddem l-ETIAS
Il-ġestjoni teknika tal-ETIAS għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS taħdem 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f’konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari x-xogħol ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sistema taħdem f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità teknika, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-konsultazzjoni tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
Artikolu 75
Responsabbiltajiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun responsabbli għal:
l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-iżgurar tal-kondizzjonijiet għal ġestjoni sikura tad-data maħżuna fl-ETIAS;
l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjonijiet; u
ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS.
Artikolu 76
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:
il-konnessjoni tal-NUIs;
l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għall-ipproċessar manwali ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar fejn l-ipproċessar awtomatizzat ikun irrapporta hit, kif imsemmi fl-Artikolu 26;
l-organizzazzjoni ta’ punti ta’ aċċess ċentrali u l-konnessjoni tagħhom mal-NUIs għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
il-ġestjoni u l-arranġamenti għal aċċess tal-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS f’konformità ma’ dan ir-Regolament kif ukoll għall-istabbiliment u l-aġġornament regolari ta’ lista ta’ dawn il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom;
l-istabbiliment u l-operat tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS;
id-dħul ta’ data fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS relatata ma’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra skont l-Artikolu 34(2) u (3); u
l-iżgurar li kull waħda mill-awtoritajiet tiegħu intitolata għal aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluż dawk meħtieġa biex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u s-sigurtà tad-data.
Huma għandhom ukoll jieħdu sehem f’taħriġ offrut mill-eu-LISA dwar l-użu tekniku tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS u dwar il-kwalità tad-data.
Artikolu 77
Responsabbiltajiet tal-Europol
KAPITOLU XV
EMENDI GĦAL STRUMENTI TAL-UNJONI OĦRA
Artikolu 78
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1077/2011
L-Artikolu li ġej jiddaħħal fir-Regolament (UE) Nru 1077/2011:
“Artikolu 5b
Kompiti relatati mal-ETIAS
B’rabta mal-ETIAS, l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġiet ikkonferita mill-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ( *1 ).
Artikolu 79
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 515/2014
Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
Artikolu 80
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399
Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:
L-Artikolu 6(1) huwa emendat kif ġej:
il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
ikollhom fil-pussess tagħhom viża valida jekk meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 ( *3 ) jew ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida jekk meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu jew viża għal soġġorn twil valida;
jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Għal perijodu transizzjonali stabbilit skont l-Artikolu 83(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-użu tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għandu jkun fakultattiv u r-rekwiżit li wieħed ikollu fil-pussess tiegħu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida stabbilit fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux japplika. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar li jaqsmu l-fruntieri esterni bir-rekwiżit li jkollhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida mill-iskadenza tal-perijodu transizzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iqassmu fuljett komuni għal din il-kategorija ta’ vjaġġaturi kif imsemmi fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240.
Waqt perijodu ta’ konċessjoni stabbilit skont l-Artikolu 83(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom, b’eċċezzjoni, jippermettu lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li ma jkollhomx fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, li jaqsmu l-fruntieri esterni meta dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra kollha tal-Artikolu, dment li jkunu qegħdin jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għall-ewwel darba minn meta jintemm il-perijodu transizzjonali msemmi fl-Artikolu 83(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom jinfurmaw tali ċittadini ta’ pajjiżi terzi bir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida skont dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom iqassmu fuljett komuni lil dawn il-vjaġġaturi kif imsemmi fl-Artikolu 83(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240 li jinformahom li qed issir eċċezzjoni biex dawn ikunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri esterni għalkemm ma jkunux qegħdin jissodisfaw l-obbligu ta’ pussess ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar valida u li jispjega dak l-obbligu.”.
L-Artikolu 8(3) huwa emendat kif ġej:
fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
il-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża, mill-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew mill-permess ta’ residenza li jkunu meħtieġa.”
jiddaħħal il-punt li ġej:
“(ba) jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu l-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament, il-verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu wkoll il-verifika tal-awtentiċità, il-validità u l-istatus tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, jekk applikabbli, tal-identità tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar permezz ta’ konsultazzjoni tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2018/1240. Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bil-konsultazzjoni jew li jwettaq it-tfittxija msemmija fl-Artikolu 47(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandu japplika l-Artikolu 48(3) ta’ dak ir-Regolament.”.
Fl-Anness V, il-Parti B, fil-formula standard għar-rifjut ta’ dħul mal-fruntiera, il-punt (C) fil-lista tar-raġunijiet għar-rifjut huwa sostitwit b’dan li ġej:
ma għandux viża, awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar jew permess ta’ residenza validi.”.
Artikolu 81
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/1624
Ir-Regolament (UE) 2016/1624 huwa emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 8(1), jiddaħħal il-punt li ġej:
“(qa) tissodisfa l-kompiti u l-obbligi fdati f’idejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmija fir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ) u tiżgura l-istabbiliment u l-operat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.
Fil-Kapitolu II, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:
“
Artikolu 33a
Stabbiliment tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS
Artikolu 82
Emenda għar-Regolament (UE) 2017/2226
Fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2017/2226 jiżdied il-paragrafu li ġej:
KAPITOLU XVI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 83
Perijodu transizzjonali u miżuri transizzjonali
Matul il-perijodu ta’ konċessjoni, id-dħul fit-territorji tal-Istati Membri li ma jħaddmux l-EES ma għandux jiġi kkunsidrat.
Artikolu 84
Użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr il-possibbiltà ta’ identifikazzjoni individwali u f’konformità mas-salvagwardji relatati man-nondiskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 14:
applikazzjoni għall-informazzjoni dwar l-istatus;
in-nazzjonalitajiet, is-sess u s-sena tat-twelid tal-applikant;
il-pajjiż ta’ residenza;
l-edukazzjoni (primarja, sekondarja, għolja jew xejn);
il-professjoni attwali (grupp ta’ impjieg);
it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;
it-tip ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar u, għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata kif imsemmi fl-Artikolu 44, referenza għall-Istat(i) Membru/i li joħroġ/joħorġu awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar b’validità territorjali limitata;
il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar; u
ir-raġunijiet għar-rifjut, ir-revoka jew l-annullament ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar kif jaħdem ir-repożitorju ċentrali u r-regoli dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data applikabbli għar-repożitorju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).
L-istatistika ta' kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-egolament (UE) 2019/817.
Artikolu 85
Spejjeż
Il-eu-LISA għandha tagħti attenzjoni partikolari lir-riskju taż-żidiet fl-ispejjeż u tiżgura monitoraġġ suffiċjenti tal-kuntratturi.
L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:
l-uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġett (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);
l-ospitar ta’ sistemi nazzjonali tal-IT (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);
it-tħaddim ta’ sistemi nazzjonali tal-IT (kuntratti tal-operaturi u ta’ appoġġ);
it-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ netwerks nazzjonali ta’ komunikazzjoni.
Artikolu 86
Dħul
Id-dħul iġġenerat mill-ETIAS għandi jikkostitwixxu dħul assenjat intern f’konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ). Dan għandu jiġi assenjat biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-ETIAS. Kwalunkwe dħul li jibqa’ wara li dawn l-ispejjeż jiġu koperti għandu jiġi assenjat lill-baġit tal-Unjoni.
Artikolu 87
Notifiki
Fi żmien tliet xhur minn meta l-ETIAS tibda titħaddem skont l-Artikolu 88, il-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata ta’ dawk l-awtoritajiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-eu-LISA dwar kwalunkwe tibdil f’dawk l-awtoritajiet mingħajr dewmien. F’każ li jkun hemm tibdil ta’ dan it-tip, il-eu-LISA għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata ta’ dik l-informazzjoni. Il-eu-LISA għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi aġġornat kontinwament u li jkun fih dik l-informazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-każ ta’ tibdil fl-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena verżjoni konsolidata aġġornata tagħha. Il-Kummissjoni għandha żżomm sit web pubbliku li jiġi aġġornat kontinwament u li jkun fih l-informazzjoni.
Artikolu 88
Bidu tat-tħaddim
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-ETIAS għandha tibda titħaddem malli jkunu ġew issodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-emendi meħtieġa għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni oħra tal-UE li bihom l-interoperabbiltà, skont it-tifsira tal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, trid tiġi stabbilita bid-dħul fis-seħħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, bl-eċċezzjoni tar-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;
ir-Regolament li jafda lil-eu-LISA l-ġestjoni operazzjonali tal-ETIAS ikun daħal fis-seħħ;
ikunu daħlu fis-seħħ l-emendi meħtieġa għall-atti legali li jistabbilixxu s-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 20(2) li jipprovdu aċċess għal dawn il-bażijiet ta’ data lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS;
il-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(9) u (10), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17(3), (5) u (6), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 27(3) u (5), l-Artikolu 33(2) u (3), l-Artikolu 36(3), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 45(3), l-Artikolu 46(4), l-Artikolu 48(4), l-Artikolu 59(4), il-punt (b) tal-Artikolu 73(3), l-Artikolu 83(1), (3), u (4) u l-Artikolu 85(3) ġew adottati;
il-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tal-ETIAS;
il-eu-LISA u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS jkunu vvalidaw l-arranġamenti tekniċi u legali biex jiġbru u jittrasmettu d-data msemmija fl-Artikolu 17 lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u jkunu nnotifikawhom lill-Kummissjoni;
l-Istati Membri u l-Unità Ċentrali tal-ETIAS ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data dwar id-diversi awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 87(1) u (3).
Artikolu 89
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 90
Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 91
Grupp konsultattiv
Ir-responsabbiltajiet tal-Grupp Konsultattiv tal-eu-LISA għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-ETIAS. Dak il-Grupp Konsultattiv EES-ETIAS għandu jipprovdi lill-eu-LISA bil-kompetenzi esperti relatati mal-ETIAS b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u r-rapport ta’ attività annwali tagħha.
Artikolu 92
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Sal-10 ta’ April 2019 u kull sitt xhur wara dan, matul il-fażi tal-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-ETIAS, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat ta’ tħejjija għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament inkluż informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż imġarrba u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista’ jkollu impatt fuq l-ispejjeż globali tas-sistema li għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 85.
Ladarba jiġi ffinalizzat l-iżvilupp, il-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu ntlaħqu l-objettivi, b’mod partikolari dawk relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll li jiġġustifika kwalunkwe diverġenza.
Tliet snin wara l-bidu tat-tħaddim tal-ETIAS u kull erba’ snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ETIAS u tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
il-konsultazzjoni ta’ bażijiet ta’ data SLTD u TDAWN tal-Interpol permezz tal-ETIAS, inkluż informazzjoni dwar l-għadd ta’ hits imqabbla ma’ dawk il-bażijiet ta’ data tal-Interpol, l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar irrifjutati b’segwitu għal tali hits u informazzjoni dwar kwalunkwe problema ffaċċata, kif ukoll, jekk adatt, valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament;
ir-riżultati miksuba mill-ETIAS b’kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;
l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-ETIAS u l-prattiki ta’ ħidma tagħha fid-dawl tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha;
valutazzjoni tas-sigurtà tal-ETIAS;
ir-regoli tal-iskrinjar tal-ETIAS użati għall-iskop tal-valutazzjoni tar-riskju;
l-impatt tal-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS inkluż l-għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar li ġew irrifjutati għal raġunijiet li ħadu inkunsiderazzjoni hit pożittiva fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS;
il-ħtieġa possibbli li jiġi emendat il-mandat tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din;
l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali;
l-impatt fuq ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi involuti;
id-dħul iġġenerat permezz tat-tariffa tal-awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar, l-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-iżvilupp tal-ETIAS, l-ispejjeż għat-tħaddim tal-ETIAS, l-ispejjeż imġarrba mill-eu-LISA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta b’rabta mal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, kif ukoll kwalunkwe dħul allokat f’konformità mal-Artikolu 86;
l-użu tal-ETIAS għal fini ta’ infurzar tal-liġi abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu;
l-għadd ta’ applikanti mistiedna għal intervista u l-perċentwal li dan jirrappreżenta tal-għadd totali ta’ applikanti, ir-raġunijiet għat-talba ta’ intervista, l-għadd ta’ intervisti mill-bogħod, l-għadd ta’ deċiżjonijiet fejn l-awtorizzazzjoni għall-ivjaġġar ingħatat, ingħatat b’marka jew ġiet irrifjutata, u l-għadd ta’ applikanti mistiedna għal intervista li ma attendewx għaliha, u jekk adatt, valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ proposta leġislattiva li temenda dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Sabiex jiġu vvalutat sa fejn il-konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN permezz tas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS ikkontribwiet biex jintlaħaq l-objettiv tal-ETIAS, l -evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi l-punti li ġejjin:
tqabbil tal-għadd ta’ hits simultanji, għall-istess applikazzjoni, fl-ECRIS-TCN relatati ma’ kundanni għal reati terroristiċi kif elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament u fis-SIS relatati ma’ allerti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;
tqabbil tal-għadd ta’ hits simultanji, għall-istess applikazzjoni, fl-ECRIS-TCN relatati ma’ kwalunkwe reat kriminali ieħor kif elenkat fl-Anness għal dan ir-Regolament u fis-SIS relatati ma’ allerti għal rifjut ta’ dħul u ta’ soġġorn;
għal applikazzjonijiet fejn l-unika hit hija fl-ECRIS-TCN, tqabbil tal-għadd ta’ rifjuti ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar mal-għadd totali ta’ hits rapportati mill-konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN.
Il-Bord ta’ Gwida tal-ETIAS dwar id-Drittijiet Fundamentali għandu jipprovdi opinjonijiet fir-rigward tal-evalwazzjonijiet msemmija f’dan il-paragrafu.
L-evalwazzjonijiet jistgħu jkunu akkumpanjati, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.
Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:
l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor;
raġunijiet validi mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma hija koperta b’dan ir-Regolament;
l-għadd ta’ talbiet għal aċċess għas-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi;
l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’hits;
l-għadd u t-tip ta’ każijiet fejn intużat il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 51(4), inkluż dawk il-każijiet fejn dik l-urġenza ma tkunx ġiet aċċettata mill-verifika ex post imwettqa mill-punt ta’ aċċess ċentrali.
Soluzzjoni teknika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ dik id-data skont il-Kapitolu X għall-fini li tiġi ġġenerata l-istatistika msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(2).
Artikolu 93
Manwal prattiku
Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, tagħmel disponibbli manwal prattiku, li għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-manwal prattiku għandu jieħu kont ukoll tal-manwali eżistenti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta’ rakkomandazzjoni.
Artikolu 94
Ceuta u Melilla
Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa r-regoli speċjali li japplikaw għall-bliet ta’ Ceuta u Melilla, kif definiti fid-Dikjarazzjoni tar-Renju ta’ Spanja dwar il-bliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta Ġunju 1985.
Artikolu 95
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiżi li huma assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen
Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, għandhom isiru arranġamenti fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom.
Artikolu 96
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 88, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6, 11, 12, 33, 34, 35, 59, 71, 72, 73, l-Artikoli 75 sa 79, l-Artikoli 82, 85, 87, 89, 90, 91, l-Artikolu 92(1) u (2), l-Artikoli 93 u 95, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati mal-miżuri msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 88(1), li għandhom japplikaw mid-9 ta’ Ottubru 2018.
L-Artikolu 11b għandu japplika minn 3 ta’ Awwissu 2021.
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-konsultazzjoni tal-Eurodac għandhom japplikaw mid-data minn meta r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill issir applikabbli ( 21 ).
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
ANNESS
Lista ta’ reati kriminali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 17(4)
reati terroristiċi,
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,
traffikar ta’ bnedmin,
sfruttament sesswali ta’ tfal u pedopornografija,
traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi,
traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi,
korruzzjoni,
frodi, inkluż kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni,
ħasil ta’ rikavati minn kriminalità u falsifikazzjoni ta’ muniti, inkluż l-euro,
kriminalità relatata mal-informatika/ċiberkriminalità,
kriminalità ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċijiet ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċijiet u varjetajiet ta’ pjanti fil-periklu li jinqerdu,
faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,
qtil, offiżi fiżiċi gravi fuq il-persuna,
kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti tal-bniedem,
ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u teħid ta’ ostaġġi,
serq organizzat u serq bl-użu ta’ armi,
traffikar illeċitu f’beni kulturali, inkluż oġġetti antiki u opri tal-arti,
falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,
falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,
traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi oħra tat-tkabbir,
traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjoattivi,
stupru,
kriminalità fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru jew bastimenti,
sabotaġġ,
traffikar ta’ vetturi misruqa,
spjunaġġ industrijali,
ħruq doluż,
razziżmu u ksenofobija.
( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27)
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1).
( 5 ) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).
( 6 ) Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013 p. 60).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorn qasir, vii għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).
( 11 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
( 12 ) Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).
( 13 ) Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).
( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
( 15 ) Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
( 16 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE tat-28 ta’ Ġunju 2001 li tissupplimenta d-dispożizzjoni tal-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 45).
( 17 ) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
( 18 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
( 19 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
( *1 ) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”.
( *2 ) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”.
( *3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).
( *4 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”;
( *5 ) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”.
( *6 ) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).”.
( 20 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 21 ) Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).