This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1139-20210725
Regulation (EU) 2018/1139 of the European Parliament and of the Council of 4 July 2018 on common rules in the field of civil aviation and establishing a European Union Aviation Safety Agency, and amending Regulations (EC) No 2111/2005, (EC) No 1008/2008, (EU) No 996/2010, (EU) No 376/2014 and Directives 2014/30/EU and 2014/53/EU of the European Parliament and of the Council, and repealing Regulations (EC) No 552/2004 and (EC) No 216/2008 of the European Parliament and of the Council and Council Regulation (EEC) No 3922/91 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 47 paragrafu 3 | 02/08/2026 |
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 58 paragrafu 3 | 02/08/2026 |
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 17 paragrafu 3 | 02/08/2026 |
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 43 paragrafu 4 | 02/08/2026 |
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 19 paragrafu 4 | 02/08/2026 |
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 57 paragrafu mhux numerat | 02/08/2026 |
02018R1139 — MT — 25.07.2021 — 001.005
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212 22.8.2018, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1087 tas-7 ta’ April 2021 |
L 236 |
1 |
5.7.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2018/1139 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-4 ta' Lulju 2018
dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Suġġett u objettivi
Dan ir-Regolament jimmira wkoll li:
jikkontribwixxi għall-politika usa' tal-avjazzjoni tal-Unjoni u għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tas-settur tal-avjazzjoni ċivili;
jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment ħieles tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital filwaqt li jipprovdi kondizzjonijiet indaqs għall-atturi kollha fis-suq intern tal-avjazzjoni, u jtejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-Unjoni;
jikkontribwixxi għal livell għoli u uniformi ta' protezzjoni ambjentali;
jiffaċilita, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, il-moviment tal-merkanzija, is-servizzi u l-persunal madwar id-dinja, billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u l-awtoritajiet ta' avjazzjoni tagħhom, u billi jippromwovi l-aċċettazzjoni reċiproka ta' ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra;
jippromwovi l-kosteffiċjenza, billi fost l-oħrajn jevita d-duplikazzjoni, u jippromwovi l-effettività fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza kif ukoll l-użu effiċjenti ta' riżorsi relatati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;
jikkontribwixxi, fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament, biex jiġi stabbilit u jinżamm livell uniformi għoli ta' sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;
jassisti lill-Istati Membri, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, billi tiġi żgurata interpretazzjoni komuni u implimentazzjoni uniformi u f'waqtha tad-dispożizzjonijiet tiegħu, kif xieraq;
jippromwovi, madwar id-dinja kollha, il-fehmiet tal-Unjoni fir-rigward tal-istandards u tar-regoli tal-avjazzjoni ċivili billi jistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;
jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni, inter alia fil-proċessi regolatorji, ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza;
jippromwovi, fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, l-interoperabbiltà teknika u operazzjonali u l-qsim tal-aħjar prattiki amministrattivi;
jappoġġa l-kunfidenza tal-passiġġieri f'avjazzjoni ċivili sikura.
L-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintlaħqu, fost l-oħrajn, billi:
jitħejjew, jiġu adottati u jiġu applikati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha;
jittieħdu miżuri biex jittejbu l-istandards tas-sikurezza;
jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament, u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikunu validi u rikonoxxuti madwar l-Unjoni kollha, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali;
jiġu żviluppati, bl-involviment ta' korpi ta' standardizzazzjoni u korpi oħra tal-industrija, standards tekniċi dettaljati li għandhom jintużaw bħala mezz ta' konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti ta' implimentazzjoni u delegati adottati abbażi tiegħu, meta dan ikun xieraq;
tiġi stabbilita Aġenzija għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) indipendenti;
jiġu implimentati b'mod uniformi l-atti meħtieġa kollha mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u mill-Aġenzija fl-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom;
tinġabar, tiġi analizzata u tiġi skambjata informazzjoni sabiex jiġi appoġġat it-teħid ta' deċiżjonijiet abbażi ta' evidenza;
jitwettqu inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni u ta' promozzjoni, fosthom taħriġ, komunikazzjoni u tqassim ta' informazzjoni rilevanti.
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għal:
id-disinn u l-produzzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir biex inġenji tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod minn persuna fiżika jew ġuridika taħt is-sorveljanza tal-Aġenzija jew Stat Membru, sa fejn mhux kopert mill-punt (b);
id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru, kif ukoll il-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, fejn l-inġenju tal-ajru huwa jew ser ikun:
reġistrat fi Stat Membru, għajr jekk u sakemm l-Istat Membru jkun trasferixxa r-responsabbiltajiet tiegħu skont il-Konvenzjoni ta' Chicago lil pajjiż terz u l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur tal-inġenji tal-ajru minn pajjiż terz;
reġistrat f'pajjiż terz u jitħaddem minn operatur tal-inġenji tal-ajru stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;
inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li la hu reġistrat fi Stat Membru u lanqas f'pajjiż terz u li jitħaddem f'territorju li għalih japplikaw it-Trattati minn operatur tal-inġenji tal-ajru stabbilit, li jkun residenti jew li jkollu l-post prinċipali tan-negozju f'dak it-territorju;
l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew 'il barra minnu, minn operatur tal-inġenji tal-ajru minn pajjiż terz;
id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jintuża jew ikun maħsub li jintuża fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) u l-forniment tas-servizzi fuq l-art u AMS f'dawk l-ajrudromi;
id-disinn, il-manutenzjoni u l-operat ta' ajrudromi, inkluż it-tagħmir relatat mas-sikurezza użat f'dawk l-ajrudromi, li jkunu jinsabu fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, li:
ikunu miftuħa għall-użu pubbliku;
ikunu jaqdu t-trasport kummerċjali bl-ajru; u
ikollhom runway pavimentata għall-istrumenti ta' 800 metru jew aktar, jew jaqdu esklużivament lill-ħelikopters bl-użu ta' proċedura ta' approċċ jew tluq bl-istrumenti;
mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-użu tal-art, is-salvagwardja tal-inħawi tal-ajrudromi msemmija fil-punt (e);
il-forniment ta' “ATM/ANS” fl-ispazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew, u d-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' sistemi u ta' kostitwenti li ntużaw fil-forniment ta' dawk l-ATM/ANS;
mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, id-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-arja fl-ispazju tal-arja tal-Ajru Uniku Ewropew;
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
inġenji tal-ajru, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, waqt it-twettiq ta' attivitajiet jew servizzi militari, doganali, tal-pulizija, ta' tiftix u salvataġġ, tifi tan-nar, kontroll fuq il-fruntiera, tal-gwardja tal-kosta jew attivitajiet jew servizzi simili taħt il-kontroll u r-responsabbiltà ta' Stat Membru, imwettqa fl-interess pubbliku minn jew f'isem korp li jkollu s-setgħat ta' awtorità pubblika, u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fl-attivitajiet u s-servizzi mwettqa minn dawk l-inġenji tal-ajru;
ajrudromi jew parts tagħhom, kif ukoll għat-tagħmir, il-persunal u l-organizzazzjonijiet, li jkunu kkontrollati u mħaddma mill-militar;
ATM/ANS, inklużi sistemi u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet, li jiġu pprovduti jew isiru disponibbli mill-militar;
id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru li l-operazzjoni tagħhom jinvolvi riskju baxx għas-sikurezza tal-avjazzjoni, kif elenkati fl-Anness I, u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti fihom, ħlief jekk l-inġenji tal-ajru jkun inħarġilhom, jew ikun meqjus li nħarġilhom, ċertifikat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
Fir-rigward tal-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet u s-servizzi mwettqa mill-inġenji tal-ajru msemmija f'dak il-punt jitwettqu bil-konsiderazzjoni dovuta għall-objettivi ta' sikurezza ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, meta jkun xieraq, dawk l-inġenji tal-ajru jiġu separati b'mod sikur minn inġenji tal-ajru oħra.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago, l-inġenji tal-ajru koperti mill-Anness I għal dan ir-Regolament u reġistrati fi Stat Membru jistgħu jitħaddmu fi Stati Membri oħrajn, soġġett għall-qbil tal-Istat Membru fit-territorju li fih isseħħ l-operazzjoni. Tali inġenji tal-ajru tista' wkoll issirilhom manutenzjoni, u d-disinn tagħhom jista' jiġi modifikat, fi Stati Membri oħra, bil-kondizzjoni li dawn il-modifiki fid-disinn u dawn l-attivitajiet ta' manutenzjoni jsiru taħt is-sorveljanza tal-Istat Membru fejn ikun reġistrat l-inġenju tal-ajru u skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.
B'deroga mill-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' paragrafu 3, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' tip ta' inġenju tal-ajru li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punti (e), (f), (g), (h), jew (i) tal-punt 1 tal-Anness I u għall-persunal u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, fejn:
l-organizzazzjoni responsabbli mid-disinn ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru tkun applikat għal ċertifikat tat-tip mal-Aġenzija skont l-Artikolu 11 jew, jekk applikabbli, tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1) fir-rigward ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru;
dak it-tip ta' inġenju tal-ajru jkun maħsub għal produzzjoni serjali; u
id-disinn ta' dak it-tip ta' inġenju tal-ajru ma jkunx ġie approvat qabel f'konformità mal-liġijiet nazzjonali ta' Stat Membru.
Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw fir-rigward tat-tip ta' inġenju tal-ajru kkonċernat mid-data li fiha jinħareġ iċ-ċertifikat tat-tip jew, jekk applikabbli, mid-data li fiha ssir id-dikjarazzjoni. Madankollu, id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip u l-ħruġ taċ-ċertifikat tat-tip mill-Aġenzija għandhom japplikaw mid-data meta tasal l-applikazzjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' sigurtà u difiża nazzjonali, u l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
il-faċilitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li huma miftuħa għall-użu pubbliku; u
l-ATM/ANS imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3ta' dan l-Artikolu li huma pprovduti għat-traffiku tal-ajru li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 549/2004,
joffru livell ta' sikurezza u interoperabbiltà mas-sistemi ċivili li huwa effettiv daqs dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Annessi VII u VIII għal dan ir-Regolament.
Mid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni, l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jiġu regolati biss mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima, jew it-Taqsimiet, ikkonċernati u mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament marbut mal-applikazzjoni ta' dawk it-taqsimiet.
L-Istat Membru kkonċernat għandu javża mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bid-deċiżjoni tiegħu u għandu jipprovdilhom l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari:
it-Taqsima jew it-Taqsimiet ikkonċernati;
l-attivitajiet, il-persunal u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati;
ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu; u
id-data li minnha tapplika dik id-deċiżjoni.
Fejn il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-Aġenzija, tqis li l-kondizzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx ġiet sodisfatta, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jipprovdu d-deċiżjoni tagħha għal dak il-għan. Malli jiġi avżat b'dawk l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jieħu deċiżjoni li jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni preċedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Aġenzija b'dan.
Mingħajr preġudizzju għar-raba' subparagrafu, Stat Membru jista' wkoll fi kwalunkwe waqt jiddeċiedi li jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni preċedenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tiegħu adottata skont dan il-paragrafu. F'tali każijiet, għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien.
L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu.
Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jikkooperaw għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.
Mid-data speċifikata f'dik id-deċiżjoni ta' eżenzjoni tal-Istat Membru, id-disinn, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-ajrudrom ikkonċernat u t-tagħmir relatat mas-sikurezza u s-servizzi fuq l-art u l-AMS f'dak l-ajrudrom, ma għandhomx jibqgħu jkunu regolati minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
L-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bid-deċiżjoni ta' eżenzjoni tiegħu u r-raġuni għall-adozzjoni tagħha.
Fejn il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat l-Aġenzija, tqis li tali eżenzjoni minn Stat Membru ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha dwar dan. Man-notifika ta' tali atti ta' implimentazzjoni lil Stat Membru kkonċernat, dak l-Istat Membru għandu mingħajr dewmien jimmodifika jew jirrevoka d-deċiżjoni ta' eżenzjoni tiegħu u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dan.
L-Istat Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kummissjoni u l-Aġenzija bl-eżenzjonijiet li jkunu taw skont l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw, fuq bażi annwali, il-figuri tat-traffiku tal-ajrudromi li huma jkunu eżentaw skont dan il-paragrafu jew l-Artikolu 4(3b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Meta dak l-eżami juri li, matul tliet snin konsekuttivi, wieħed minn dawk l-ajrudromi jkollu aktar minn 10 000 passiġġier tat-trasport kummerċjali bl-ajru fis-sena jew aktar minn 850 moviment fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' merkanzija fis-sena, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-eżenzjoni ta' dak l-ajrudrom. F'dak il-każ, għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kif xieraq.
L- Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 d-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu.
Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta minn dan ir-Regolament l-attivitajiet ta' disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni fir-rigward ta' waħda mill-kategoriji jew iktar ta' inġenju tal-ajru li ġejjin:
ajruplani, minbarra ajruplani mingħajr bdot abbord, li għandhom aktar minn żewġ siġġijiet, veloċità minima li tista' titkejjel jew veloċità kostanti minima ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma taqbiżx il-45 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru u massa massima ta' tluq (MTOM), kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' mhux aktar minn 600 kg għal ajruplani mhux maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma jew 650 kg għal ajruplani maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma;
ħelikopters, minbarra ħelikopters mingħajr bdot abbord, li m'għandhomx aktar minn żewġ siġġijiet u MTOM, kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' mhux aktar minn 600 kg għal ħelikopters mhux maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma jew 650 kg għal ħelikopters maħsuba biex jitħaddmu fuq l-ilma;
gliders, minbarra gliders mingħajr bdot abbord, u gliders bil-mutur, minbarra gliders bil-mutur mingħajr bdot abbord, li m'għandhomx aktar minn żewġ siġġijiet u MTOM, kif irreġistrata mill-Istat Membru, ta' aktar minn 600 kg.
Madankollu, fir-rigward tal-kategoriji tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Istati Membri jistgħu ma jiħdux tali deċiżjoni dwar inġenju tal-ajru li fir-rigward tiegħu jkun inħareġ, jew ikun tqies li nħareġ, ċertifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew skont dan ir-Regolament jew li fir-rigward tiegħu tkun saret dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament.
Kwalunkwe ċertifikat li jinħareġ fir-rigward ta' inġenji tal-ajru li għalihom tapplika deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda skont il-paragrafu 8 għandu jindika b'mod ċar li dak iċ-ċertifikat ikun inħareġ mhux skont dan ir-Regolament iżda skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat. Stati Membri oħra jistgħu jaċċettaw tali ċertifikati nazzjonali biss jekk huma stess ikunu ħadu deċiżjoni korrispondenti skont il-paragrafu 8.
L-Istat Membru li jkun ħa deċiżjoni ta' eżenzjoni skont il-paragrafu 8 għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-Kummissjoni u l-Aġenzija b'dik id-deċiżjoni u jipprovdilhom l-informazzjoni rilevanti kollha, u b'mod partikolari d-data li minnha tapplika dik id-deċiżjoni u l-kategorija ta' inġenji tal-ajru kkonċernata minnha.
Stat Membru jista' jiddeċiedi li jimmodifika jew jirrevoka deċiżjoni ta' eżenzjoni li jkun ħa skont il-paragrafu 8. F'każijiet bħal dawn, għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dan.
L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal-Istati Membri li jkunu ġew innotifikati skont dan il-paragrafu.
Deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda minn Stat Membru skont il-paragrafu 8 għandha tapplika wkoll għall-organizzazzjonijiet u l-persunal involut fl-attivitajiet ta' disinn, produzzjoni, manutenzjoni u operazzjoni li għalihom tapplika dik id-deċiżjoni.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sorveljanza” tfisser il-verifika, mill-awtorità kompetenti jew f'isimha, fuq bażi kontinwa li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, inkluż ir-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ ċertifikat jew li fir-rigward tagħhom tkun saret dikjarazzjoni, ikomplu jiġu rrispettati;
“Konvenzjoni ta' Chicago” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Annessi tagħha, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944;
“prodott” tfisser inġenju tal-ajru, magna jew skrun;
“part” tfisser kwalunkwe element ta' prodott, kif definit mid-disinn tat-tip ta' dak il-prodott;
“ATM/ANS” tfisser ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u jkopru dan kollu li ġej: il-funzjonijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004; is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, inkluż il-funzjonijiet u s-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 6 tar- Regolament (KE) Nru 551/2004, kif ukoll servizzi li jżidu s-sinjali mibgħuta mis-satelliti ta' kostellazzjonijiet prinċipali tal-GNSS għall-fini tan-navigazzjoni bl-ajru; it-tfassil tal-proċeduri tat-titjir; u s-servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u l-ipproċessar tad-data u l-format u t-twassil ta' data lit-traffiku ġenerali tal-ajru għall-finijiet tan-navigazzjoni tal-ajru;
“kostitwenti tal-ATM/ANS” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabbiltà tal-EATMN;
“sistema tal-ATM/ANS” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażati fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li jipprovdi appoġġ għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għall-fażijiet kollha ta' titjira;
“ċertifikazzjoni” tfisser kwalunkwe forma ta' rikonoxximent f'konformità ma' dan ir-Regolament, abbażi ta' valutazzjoni xierqa, li persuna fiżika jew ġuridika, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, ajrudrom, tagħmir ta' ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema tal-ATM/ANS, kostitwent tal-ATM/ANS jew apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, permezz tal-ħruġ ta' ċertifikat li juri konformità bħal din;
“dikjarazzjoni” tfisser kwalunkwe stqarrija bil-miktub li ssir f'konformità ma' dan ir-Regolament taħt ir-responsabbiltà unika ta' persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament u li tikkonferma li r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u li huma relatati ma' persuna ġuridika jew fiżika, prodott, part, tagħmir mhux installat, tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, sistema tal-ATM/ANS, kostitwent tal-ATM/ANS jew apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir qed jiġu rispettati;
“entità kwalifikata” tfisser persuna ġuridika jew fiżika akkreditata li tista' tiġi fdata b'ċerti kompiti ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza skont dan ir-Regolament, mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti u taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħhom;
“ċertifikat” tfisser kwalunkwe ċertifikat, approvazzjoni, liċenzja, awtorizzazzjoni, attestazzjoni jew dokument ieħor li nħareġ bħala r-riżultat ta' ċertifikazzjoni li turi l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
“operatur ta' inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera jew tipproponi li topera inġenju tal-ajru wieħed jew aktar;
“operatur ta' ajrudrom” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li topera jew tipproponi li topera ajrudrom wieħed jew aktar;
“apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” tfisser kwalunkwe tip ta' apparat li fih jiġu simulati fl-art il-kondizzjonijiet tat-titjir, inklużi simulaturi tat-titjir, apparati ta' taħriġ tat-titjir, apparat għat-taħriġ tal-proċeduri tat-titjir u tan-navigazzjoni u apparat bażiku għat-taħriġ fl-istrumenti;
“ajrudrom” tfisser żona definita, fuq l-art jew fuq l-ilma, fuq struttura fissa, fissa lil hinn mill-kosta jew fuq wiċċ l-ilma, inkluż kwalunkwe bini, installazzjoni u tagħmir fuqha, li hija intenzjonata biex tintuża kompletament jew parzjalment għall-wasla, għall-inżul, għat-tluq u għall-moviment fuq is-superfiċje ta' inġenju tal-ajru;
“tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jintuża jew li huwa intenzjonat biex jintuża biex jikkontribwixxi għall-operazzjoni sikura ta' inġenju tal-ajru f'ajrudrom;
“rampa” tfisser żona definita ta' ajrudrom intenzjonata biex takkomoda inġenju tal-ajru għall-finijiet ta' tagħbija jew ta' ħatt tal-passiġġieri, tal-bagalji, tal-posta jew tal-merkanzija, ta' mili bil-fjuwil, ta' parkeġġ jew ta' manutenzjoni;
“servizz ta' ġestjoni tar-rampa (AMS)” tfisser servizz provdut biex jiġu regolati l-attivitajiet u l-moviment tal-inġenji tal-ajru u tal-vetturi fuq rampa;
“servizz ta' informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz ipprovdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli biex it-titjiriet jitwettqu b'mod sikur u effiċjenti;
“traffiku ġenerali tal-ajru” tfisser il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili kif ukoll tal-inġenji tal-ajru tal-istat f'konformità mal-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”);
“servizz fuq l-art” tfisser kwalunkwe servizz ipprovdut fl-ajrudromi li jinkludi attivitajiet relatati mas-sikurezza fl-oqsma tas-superviżjoni fuq l-art, id-dispaċċ tat-titjiriet u l-kontroll tat-tagħbija, l-immaniġġar tal-passiġġieri, l-immaniġġar tal-bagalji, l-immaniġġar tal-merkanzija u tal-posta, l-immaniġġar tar-rampa, is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, l-immaniġġar tal-fjuwil u ż-żejt u t-tagħbija ta' ikel. Dan jinkludi l-każ fejn l-operaturi ta' inġenju tal-ajru jipprovdu dawk is-servizzi fuq l-art għalihom stess (awtoforniment ta' servizzi);
“trasport kummerċjali bl-ajru” tfisser l-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru għat-trasport ta' passiġġieri, merkanzija jew tal-posta bi ħlas jew b'kunsiderazzjoni oħra ta' valur;
“prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser kisba ta' sikurezza tal-Unjoni, ta' Stat Membru jew ta' organizzazzjoni, kif definit mill-miri u mill-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom;
“indikatur tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser parametru li jintuża għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza;
“mira tal-prestazzjoni tas-sikurezza” tfisser objettiv ippjanat jew maħsub għall-konformità mal-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza tul perijodu ta' żmien partikolari;
“inġenju tal-ajru” tfisser kwalunkwe inġenju li jista' jikseb appoġġ fl-atmosfera permezz tar-reazzjonijiet tal-arja għajr ir-reazzjonijiet tal-arja mas-superfiċje tad-dinja;
“tagħmir mhux installat” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li jinġarr abbord inġenju tal-ajru mill-operatur ta' inġenju tal-ajru, li ma jkunx part, u li jintuża jew ikun intenzjonat biex jintuża fl-operazzjoni jew il-kontroll ta' inġenju tal-ajru, jappoġġa s-sopravivenza tal-okkupanti, jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru;
“inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitħaddem jew maħsub biex jitħaddem mingħajr bdot abbord;
“pilota mill-bogħod” tfisser persuna fiżika responabbli milli jmexxi b'mod sikur it-titjir ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord billi jħaddem il-kontrolli ta' titjir tagħhom, jew manwalment inkella, meta l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord itir awtomatikament, billi jissorvelja r-rotta tiegħu u jibqa' kapaċi jintervjeni u jbiddel ir-rotta f'kwalunkwe ħin;
“tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod” tfisser kwalunkwe strument, tagħmir, mekkaniżmu, apparat, dritt, software jew aċċessorju li huwa meħtieġ għall-operazzjoni sikura ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, li ma jkunx part, u li ma jistax jinġarr abbord l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord;
“spazju tal-ajru tal-Ajru Uniku Ewropew” tfisser spazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, kif ukoll kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 f'konformità mal-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament;
“awtorità kompetenti nazzjonali” tfisser entità waħda jew iktar maħtura minn Stat Membru u li jkollha s-setgħat neċessarji u r-responsabbiltajiet allokati għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar f'konformità ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, u mar-Regolament (KE) Nru 549/2004.
Artikolu 4
Prinċipji għal miżuri skont dan ir-Regolament
Meta jadottaw miżuri skont dan ir-Regolament il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom:
jirriflettu l-ogħla livell u l-aqwa prattiki fil-qasam tal-avjazzjoni, u jqisu l-esperjenza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha u l-progress xjentifiku u tekniku fl-oqsma rispettivi;
jibnu fuq l-aqwa evidenza u analiżi disponibbli;
iħallu lok għal reazzjoni immedjata għal kawżi stabbiliti ta' aċċidenti, inċidenti serji u ta' ksur intenzjonali tas-sigurtà;
iqisu l-interdipendenzi bejn l-oqsma differenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni, u bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni, iċ-ċibersigurtà u oqsma tekniċi oħra ta' regolamentazzjoni tal-avjazzjoni;
jistabbilixxu, fejn possibbli, ir-rekwiżiti u l-proċeduri b'tali mod li jkunu bbażati fuq il-prestazzjoni u jiffokaw fuq l-objettivi li għandhom jintlaħqu, filwaqt li jippermettu mezzi differenti biex tinkiseb il-konformità ma' dawk l-objettivi bbażati fuq il-prestazzjoni;
jippromwovu l-kooperazzjoni u l-użu effiċjenti tar-riżorsi bejn l-awtoritajiet fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri;
jieħdu miżuri mhux vinkolanti, inklużi azzjonijiet ta' promozzjoni tas-sikurezza, meta dan ikun possibbli;
iqisu d-drittijiet u l-obbligi internazzjonali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż dawk skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jikkorrispondu u jkunu proporzjonati man-natura u mar-riskju ta' kull attività partikolari li magħha jkunu relatati. Fit-tħejjija u fit-tfassil ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom iqisu, kif ikun jixraq għall-attività kkonċernata:
jekk abbord ikunux qed jinġarru persuni oħra għajr l-ekwipaġġ tat-titjira, u b'mod partikolari jekk l-operazzjoni hijiex miftuħa għall-membri tal-pubbliku;
sa liema punt partijiet terzi jew proprjetà fuq l-art tista' tkun ipperikolata mill-attività;
il-kumplessità, il-prestazzjoni u l-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru involut;
l-iskop tat-titjira, it-tip ta' inġenju tal-ajru u t-tip ta' spazju tal-ajru li jintuża;
it-tip, l-iskala, u l-kumplessità tal-operazzjoni jew tal-attività, inkluż, meta dan ikun rilevanti, id-daqs u t-tip tat-traffiku mmaniġġat mill-organizzazzjoni jew mill-persuna responsabbli;
sa liema punt il-persuni affettwati mir-riskji involuti fl-operazzjoni jistgħu jivvalutaw u jeżerċitaw kontroll fuq dawk ir-riskji;
ir-riżultati tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza fil-passat.
KAPITOLU II
ĠESTJONI TAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
Artikolu 5
Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Il-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu jiddeskrivi wkoll il-proċess għall-iżvilupp, l-adozzjoni, l-aġġornament u l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, li għandu jinvolvi mill-qrib lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Artikolu 6
Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
Artikolu 7
Programm tal-Istat għas-Sikurezza
Artikolu 8
Pjan tal-Istat għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni
KAPITOLU III
REKWIŻITI SOSTANTIVI
TAQSIMA I
Ajrunavigabbiltà u protezzjoni ambjentali
Artikolu 9
Rekwiżiti essenzjali
Ir-rekwiżiti essenzjali għall-kompatibbiltà ambjentali stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti, parts u tagħmir mhux installat sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Chicago msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma jkunx fihom rekwiżiti ta' protezzjoni ambjentali.
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1) għandhom jikkonformaw mal-punt 8 tal-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Konformità
Artikolu 11
Disinn tal-prodotti
Id-disinn ta' prodott għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħareġ b'ċertifikat tat-tip. Bidliet għal dak id-disinn għandhom ikunu wkoll soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jirriżultaw fil-ħruġ ta' ċertifikat tal-bidliet, inkluż f'ċertifikati tat-tip supplimentari. Id-disinni tat-tiswija għandhom ikunu soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni u għandhom jinħarġu b'approvazzjoni.
Approvazzjoni għandha tinħareġ fir-rigward tad-data tal-adegwatezza operazzjonali assoċjata ma' disinn tat-tip. Dik l-approvazzjoni għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tat-tip jew fiċ-ċertifikat ristrett tat-tip imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1), kif applikabbli.
Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinni tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (b) (i) u (ii) tal-Artikolu 19(1), kif applikabbli, u li d-disinn tal-prodott ma jkollu l-ebda aspett jew karatteristika li tagħmlu mhux kompatibbli mal-ambjent jew mhux sikur għat-tħaddim.
Dak iċ-ċertifikat tat-tip, dak iċ-ċertifikat tal-bidliet, dik l-approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija u dik l-approvazzjoni tad-data tal-adegwatezza operazzjonali jistgħu jinħarġu wkoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat il-privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati jew l-approvazzjonijiet skont l-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tal-prodott jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ċertifikat separat tat-tip għad-disinn tal-magni u tal-iskrejjen li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta' inġenju tal-ajru f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 12
Disinn tal-parts
Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mill-atti delegati adottati msemmija fl-Artikolu 19, id-disinn tal-parts għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħariġlu ċertifikat.
Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).
Dak iċ-ċertifikat jista' wkoll jinħareġ mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-disinn tal-part jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).
Ma għandu jkun rikjest l-ebda ċertifikat separat għad-disinn ta' parts li jkunu ġew iċċertifikati bħala parti mid-disinn ta' prodott skont l-Artikolu 11.
Artikolu 13
Disinn ta' tagħmir mhux installat
Meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 ikunu jipprevedu hekk, id-disinn tat-tagħmir mhux installat għandu jkun soġġett għaċ-ċertifikazzjoni u għandu jinħariġlu ċertifikat.
Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn ta' tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).
Dak iċ-ċertifikat jista' jinħareġ ukoll mingħajr applikazzjoni bħal din, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawk iċ-ċertifikati f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1), meta dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li d-disinn tat-tagħmir mhux installat jikkonforma mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni stabbilita skont l-atti delegati msemmija fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1).
Artikolu 14
Inġenji tal-ajru individwali
Dawk iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jkun f'konformità mad-disinn iċċertifikat skont l-Artikolu 11, u li l-inġenju tal-ajru huwa f'kondizzjoni li jitħaddem b'mod sikur u b'mod li jkun kompatibbli mal-ambjent.
Artikolu 15
Organizzazzjonijiet
Approvazzjoni għandha tkun meħtieġa wkoll fir-rigward ta':
l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-manutenzjoni u għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat, u
l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ ta' persunal responsabbli għar-rilaxx ta' prodott, part jew tagħmir mhux installat wara li ssir manutenzjoni;
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn l-approvazzjonijiet mhumiex meħtieġa.
L-approvazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9.
Artikolu 16
Persunal
Dik il-liċenzja għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9.
Artikolu 17
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà
Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9 u l-konformità magħhom, għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1)), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulawdispożizzjonijiet dettaljati dwar:
ir-regoli u l-proċeduri biex jinżammu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 14 u fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2) u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet ma jkunux meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 16, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn il-liċenzji ma jkunux meħtieġa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u l-liċenzji maħruġa skont l-Artikoli 15(2) u 16, u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 15(5);
ir-regoli u l-proċeduri għall-manutenzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-inġenji tal-ajru;
rekwiżiti addizzjonali ta' ajrunavigabbiltà għal prodotti, parts u tagħmir mhux installat, li d-disinn tagħhom diġà kien ġie ċċertifikat, li jkunu meħtieġa biex jappoġġaw it-titjib fl-ajrunavigabbiltà kontinwa u s-sikurezza.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 18
Derogi
B'deroga mill-Artikoli 9 sa 13, kif xieraq:
il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli msemmija fl-Artikolu 9 tad-disinn tal-prodotti, il-parts u t-tagħmir mhux installat tista' tiġi vvalutata mingħajr il-ħruġ ta' ċertifikat, meta l-atti delegati msemmija fil-punt (d)(i) tal-Artikolu 19(1) jipprevedu dan. F'dak il-każ, l-atti delegati msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 19(1) iridu jiddefinixxu l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għal valutazzjoni bħal din. L-atti delegati msemmija fil-punt (d)(i) tal-Artikolu 19(1) jistgħu jipprevedu li l-organizzazzjoni responsabbli għad-disinn u għall-produzzjoni ta' dawk il-prodotti, parts u tagħmir mhux installat trid titħalla tiddikjara l-konformità tad-disinn tagħhom ma' dawk ir-rekwiżiti essenzjali u mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 19(1) adottati biex tiġi żgurata l-konformità ta' dawk id-disinni ma' dawk ir-rekwiżiti essenzjali;
meta d-disinn ta' inġenju tal-ajru ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9, jista' jinħareġ ċertifikat ristrett tat-tip. F'dak il-każ, dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li d-disinn tal-inġenju tal-ajru jikkonforma mal-bażi ta' ċertifikazzjoni stabbilita f'konformità mal-att delegat imsemmi fil-punt (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 19(1) u li d-disinn tal-inġenju tal-ajru huwa adegwat, fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali, fid-dawl tal-użu li biħsiebu jsir mill-inġenju tal-ajru.
B'deroga mill-Artikoli 9, 10 u 14, kif xieraq:
f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19, ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett għall-istorbju għandhom jinħarġu għall-inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jew kien soġġett għal dikjarazzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 jew li għalih kien inħareġ ċertifikat ristrett tat-tip skont il- punt (b) tal-paragrafu 1. F'dak il-każ, dawk iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru jikkonforma ma' dak id-disinn u li l-inġenju tal-ajru huwa f'kondizzjoni tajba biex jitħaddem b'mod sikur u kompatibbli mal-ambjent;
f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19, permess għat-titjir jista' jinħareġ biex jippermetti t-tħaddim ta' inġenju tal-ajru li ma jkollux ċertifikat validu ta' ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett validu ta' ajrunavigabbiltà. F'dak il-każ, tali permess għat-titjir għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-inġenju tal-ajru huwa kapaċi jwettaq titjira bażika b'mod sikur.
Il-permess għat-titjir jista' wkoll jinħareġ mingħajr applikazzjonijiet bħal dawn, minn organizzazzjoni approvata skont l-Artikolu 15 li tkun ingħatat privileġġ li toħroġ dawn il-permessi għat-titjir f'konformità mal-atti delegati imsemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 19(1) jew l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 17(1), bil-kondizzjoni li dik l-organizzazzjoni tkun stabbiliet li l-inġenju tal-ajru kapaċi jwettaq titjira bażika b'mod sikur.
Il-permess għat-titjir għandu jkun soġġett għal limitazzjonijiet xierqa, previsti fl-atti delegati msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 19(1), u b'mod partikolari għal limitazzjonijiet biex tiġi protetta s-sikurezza ta' partijiet terzi.
Artikolu 19
Setgħat delegati
Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward:
rekwiżiti dettaljati ta' ħarsien ambjentali għall-prodotti, parts u tagħmir mhux installat, f'sitwazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2);
il-kondizzjonijiet biex jiġi stabbilit u notifikat applikant mill-Aġenzija skont l-Artikolu 77:
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 11 u fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1);
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal prodott għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' data tal-adegwatezza operazzjonali msemmija fl-Artikolu 11 inkluż:
il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal part jew tagħmir mhux installat, inkluż tagħmir u strumenti relatati mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 30(7), għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli 12 u 13;
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2(1) mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9;
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-Artikolu 18(1), inkluż:
il-kondizzjonijiet għal sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ċertifikati bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti, jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;
il-kondizzjonijiet dwar id-durata ta' dawk iċ-ċertifikati u dwar it-tiġdid ta' dawk iċ-ċertifikati meta d-durata tagħhom tkun limitata;
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikati tal-istorbju msemmija fl-Artikolu 14(1), kif ukoll ċertifikati ristretti ta' ajrunavigabbiltà u ċertifikati ristretti tal-istorbju msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, ir-revoka u l-użu tal-permessi għat-titjir imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, approvazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu rikjesti jew ma jridux ikunu rikjesti jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu permessi, skont kif ikun applikabbli;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati li nħarġu skont l-Artikoli 11, 12, 13, l-Artikoli 14(1), 15(1), il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 18(2) u tal-organizzazzjonijiet li għamlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) u l-punt (g) ta' dan il-paragrafu;
il-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts u d-disinn ta' tagħmir mhux installat li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikoli 18(1);
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu vvalutati, skont il-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-ajrunavigabbiltà u l-kompatibbiltà ambjentali tad-disinn tal-prodotti, id-disinn tal-parts, u d-disinn ta' tagħmir mhux installat mingħajr il-ħtieġa li jinħareġ ċertifikat, inkluż il-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet għall-operazzjonijiet;
il-kondizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet li tkun inħarġitilhom approvazzjoni skont l-Artikolu 15(1) biex jingħataw il-privileġġ li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 11, 12, 13 u l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2);
TAQSIMA II
Ekwipaġġ tal-ajru
Artikolu 20
Rekwiżiti essenzjali
Il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina involuti fl-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll l-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika ta' dawk il-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 21
Bdoti
Il-liċenzja ta' bdot u ċ-ċertifikat mediku ta' bdot jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).
Artikolu 22
Ekwipaġġ tal-kabina
Artikolu 23
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-bdoti u l-ekwipaġġ tal-kabina
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u l-konformità magħhom fir-rigward tal-bdoti li jkunu involuti fl-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
il-kategoriji differenti ta' liċenzji tal-bdoti u ta' ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 21, kif ukoll il-klassifikazzjonijiet differenti għal tali liċenzji tal-bdoti li jkunu adegwati għat-tipi differenti ta' attivitajiet imwettqa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji ta' bdot, il-klassifikazzjonijiet u ċ-ċertifikati mediċi ta' bdot;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji ta' bdot, tal-klassifikazzjonijiet u taċ-ċertifikati mediċi ta' bdot, inkluż:
ir-regoli u l-proċeduri għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn il-liċenzji, klassifikazzjonijiet u ċertifikati mediċi ma jridux ikunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali ta' bdot u ċ-ċertifikati mediċi nazzjonali ta' bdot għal-liċenzji ta' bdot u għaċ-ċertifikati mediċi ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1);
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali ta' inġinier ta' titjira għal-liċenzji ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1);
ir-regoli u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' taħriġ u esperjenza abbord inġenji tal-ajru li ma jkunux soġġetti għal dan ir-Regolament għall-finijiet li jinkisbu l-liċenzji ta' bdot imsemmija fl-Artikolu 21(1).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Meta tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament u għandha tieħu kont debitu ►C1 tal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , b'mod partikolari dawk stabbiliti fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, dispożizzjonijiet għall-ħruġ tat-tipi kollha ta' liċenzji ta' bdot u ta' klassifikazzjonijiet meħtieġa skont l-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-ħruġ ta' tipi oħra ta' liċenzji ta' bdot u ta' klassifikazzjonijiet.
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u l-konformità magħhom fir-rigward tal-ekwipaġġ tal-kabina involut fl-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-attestazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa għall-ekwipaġġ tal-kabina involut f'operazzjonijiet oħra li mhumiex tat-trasport kummerċjali bl-ajru;
ir-regoli u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-istat mediku tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 22;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 22.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 24
Organizzazzjonijiet ta' taħriġ u ċentri ajrumediċi
Artikolu 25
Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir
Artikolu 26
Għalliema u eżaminaturi
Dawk iċ-ċertifikati jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew il-privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1).
Artikolu 27
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tat-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika
Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 20 u l-konformità magħhom, għat-tagħmir ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir, u għall-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika jew il-valutazzjoni medika ta' bdoti u ta' ekwipaġġ tal-kabina, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tistabbilixxi, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 24, 25, 26, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn l-approvazzjonijiet iridu jew ma jridux ikunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri biex id-dikjarazzjonijiet minn organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-bdoti, u organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 24(6) u mill-operaturi ta' apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir imsemmija fl-Artikolu 25(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 24, 25 u 26, u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 24(6) u 25(5).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 28
Setgħat delegati
TAQSIMA III
Operazzjonijiet fl-ajru
Artikolu 29
Rekwiżiti essenzjali
L-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, għandha tkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness V u, jekk applikabbli, l-Annessi VII u VIII.
Artikolu 30
Operaturi tal-inġenji tal-ajru
Sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29, u b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4 u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru stabbiliti, li jirrisjedu jew li għandhom is-sede prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1), li:
jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom, u d-disponibbiltà li għandhom tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni; jew
ikollhom ċertifikat.
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 31, li:
jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi, meta jidħlu fi ftehimiet għall-kondiviżjoni ta' kodiċi jew ftehimiet ta' kiri;
jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi meta joperaw inġenju tal-ajru li huwa reġistrat f'pajjiż terz;
jistabbilixxu Lista ta' Tagħmir Minimu (MEL) jew dokument ekwivalenti li jipprevedi l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru, taħt kondizzjonijiet speċifikati, bi strumenti, tagħmir jew funzjonijiet mhux operattivi partikolari fil-bidu tat-titjira.
Fejn l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(1) jipprevedu dan, l-inġenji tal-ajru għandhom ikunu mgħammra bit-tagħmir u l-istrumenti meħtieġa relatati mas-sikurezza, iċċertifikati fejn meħtieġ skont l-att delegat msemmi fil-punt (b)(iii) tal-Artikolu 19(1), inkluż dawn kollha li ġejjin jew xi wħud minnhom:
reġistraturi ta' titjiriet;
mezzi biex tiġi segwita l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru;
mezzi biex id-data tar-reġistraturi tat-titjiriet tiġi rkuprata fil-ħin, f'każ li inġenji tal-ajru jkunu f'diffikultà, billi jiddependu fuq komunikazzjoni elettronika f'ħin reali jew soluzzjonijiet tekniċi xierqa oħra.
Artikolu 31
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ajru
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 30(1) u tal-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(1);
ir-rekwiżiti addizzjonali neċessarji biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 applikabbli għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru stabbiliti, li jkunu residenti jew bi post prinċipali tan-negozju fit-territorju li għalih japplikaw it-Trattati meta dawk l-operaturi jidħlu fi ftehimiet ta' kondiviżjoni tal-kodiċijiet jew ftehimiet ta' kiri jew meta joperaw inġenju tal-ajru li hu reġistrat f'pajjiż terz;
ir-regoli u l-proċeduri għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 30(1) dwar l-istabbiliment ta' MEL jew dokument ekwivalenti, u għas-sitwazzjonijiet li fihom ikun meħtieġ.
ir-regoli u l-proċeduri li skonthom inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir u l-istrumenti meħtieġa relatati mas-sikurezza, inkluż ir-reġistraturi tat-titjiriet u/jew mezzi msemmija fl-Artikolu 30(7), u r-regoli u l-proċeduri għall-preservazzjoni, il-protezzjoni, l-użu u, fejn applikabbli, it-trażmissjoni sigura tad-data kkonċernata.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 32
Setgħat delegati
Għall-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1), minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward ta':
il-kondizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 30(1) u mill-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir u tal-ħidma, kif ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti tal-mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru;
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri neċessarji biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 29 fir-rigward tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' skemi individwali ta' speċifikazzjoni tal-ħin tat-titjir u tal-ħruġ ta' opinjonijiet tal-Aġenzija dwar dawk l-iskemi skont l-Artikolu 76(7).
TAQSIMA IV
Ajrudromi
Artikolu 33
Rekwiżiti essenzjali
L-ajrudromi, it-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, l-operazzjoni tal-ajrudromi, u l-forniment ta' servizzi fuq l-art u tal- AMS fl-ajrudromi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VII u, jekk applikabbli, l-Anness VIII.
Artikolu 34
Ċertifikazzjoni tal-ajrudrom
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li l-ajrudrom:
jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 u mal-bażi taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudrom stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu; u
ma jkollu l-ebda fattur jew karatteristika li jagħmluh perikoluż għall-operazzjoni.
Il-bażi taċ-ċertifikazzjoni għal ajrudrom għandha tikkonsisti minn dan li ġej:
l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni relatati mat-tip ta' ajrudromi;
dawk id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli taċ-ċertifikazzjoni li għalihom ikun ġie aċċettat livell ekwivalenti ta' sikurezza;
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati speċjali meħtieġa meta l-karatteristiċi tad-disinn ta' ajrudrom partikolari jew l-esperjenza fl-operazzjoni jwasslu biex kwalunkwe speċifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu ma tkunx adegwata jew xierqa sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33.
Artikolu 35
Tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 jistgħu jeħtieġu li l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jintuża jew ikun intenzjonat biex jintuża f'ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament:
jiddikjaraw li tali tagħmir jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità ma' dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 36; jew
ikollhom ċertifikat fir-rigward ta' dak it-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza.
Artikolu 36
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33 u l-konformità magħhom, għall-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudromi relatat mas-sikurezza, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri biex tiġi stabbilita u tiġi nnotifikata lill-applikant, abbażi tal-Artikolu 34(5), il-bażi taċ-ċertifikazzjoni applikabbli għal ajrudrom għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 34(1);
ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti u jiġu nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1);
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-limitazzjonijiet operazzjonali relatati mad-disinn speċifiku tal-ajrudrom;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 35(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jridu jkunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jkun soġġett għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35(1);
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjonijiet, f'konformità mal-Artikolu 35(1), fir-rigward ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 34 u 35(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 35(1);
ir-regoli u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni u għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali ta' ajrudrom li nħarġu abbażi tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fiċ-ċertifikati tal-ajrudromi msemmija fl-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament, inkluż il-miżuri li diġà jkunu awtorizzati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' differenzi nnotifikati għall-Anness 14 għall-Konvenzjoni ta' Chicago.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 37
Organizzazzjonijiet
Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni ċertifikata u l-ambitu taċ-ċertifikat.
Artikolu 38
Protezzjoni tal-inħawi tal-ajrudromi
Artikolu 39
Setgħat delegati
Għat- tħaddim tal-ajrudromi u l-għoti ta' servizzi fuq l-art u tal-AMS fl-ajrudromi, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128 li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni tal-ajrudromi f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 33;
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 37(1);
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 37(1);
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u minn organizzazzjonijiet li jipprovdu l-AMS f'konformità mal-Artikolu 37(2), inkluż ir-rikonoxximent, mingħajr verifika ulterjuri, mill-operaturi, ta' dawk id-dikjarazzjonijiet;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi fuq l-art u organizzazzjonijiet li jipprovdu AMS li għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 37(2);
TAQSIMA V
ATM/ANS
Artikolu 40
Rekwiżiti essenzjali
Artikolu 41
Fornituri ta' ATM/ANS
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil fornituri ta' ATM/ANS mir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat, meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-fornitur ikollu s-sede prinċipali tan-negozju tiegħu barra mit-territorji li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago;
il-forniment ta' ATM/ANS minn dak il-fornitur jikkonċerna t-traffiku tal-ajru ta' volum żgħir f'parti limitata tal-ispazju tal-ajru li għalih ikun responsabbli l-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni u meta dik il-parti tal-ispazju tkun tmiss mal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta' pajjiż terz;
li fornitur ikun meħtieġ juri l-konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ikun jinvolvi sforz sproporzjonat minn dak il-fornitur minħabba n-natura u r-riskju tal-attività partikolari li jwettaq f'dak l-ispazju tal-ajru;
l-Istat Membru kkonċernat ikun stabbilixxa regoli u proċeduriapplikabbli għall-forniment ta' ATM/ANS mill-fornitur li jiżguraw, f'konformità ma' ►C1 standards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ in kwistjoni, livell aċċettabbli ta' sikurezza u konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, u stabbilixxa mezzi xierqa u effettivi u arranġamenti ta' sorveljanza u infurzar biex tkun żgurata l-konformità ma' dawk ir-regoli u l-proċeduri;
l-ambitu tal-eżenzjoni huwa definit b'mod ċar u l-eżenzjoni tibqa' limitata għal dak li hu strettament neċessarju; meta t-tul tagħha jeċċedi ħames snin, l-eżenzjoni tkun soġġetta għal rieżami regolari f'intervalli xierqa; u l-eżenzjoni tiġi applikata b'mod mhux diskriminatorju.
Fejn Stat Membru jkun biħsiebu jagħti tali eżenzjoni, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija bl-intenzjoni tiegħu u jistabbilixxi l-informazzjoni rilevanti kollha.
Wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ġewx sodisfatti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u inklużi mill-Aġenzija fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti biss l-eżenzjoni jekk l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jkun fihom deċiżjoni pożittiva. Huwa għandu jirtira l-eżenzjoni fejn isir jaf, b'mod partikolari permezz tar-rieżami regolari msemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma jkunux aktar sodisfatti. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar l-għoti ta' kwalunkwe eżenzjoni u, fejn xieraq, l-eżitu ta' dawn ir-rieżamijiet u kwalunkwe rtirar.
Artikolu 42
Organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS
B'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS, jistgħu jkunu meħtieġa, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, biex:
jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom, u d-disponibbiltà tagħhom tal-mezzi, biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-attivitajiet imwettqa f'konformità ma' dawk il-atti ta' implimentazzjoni; jew
ikollhom ċertifikat.
Artikolu 43
Atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-fornituri ta' ATM/ANS u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-produzzjoni jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta' ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-forniment ta' ATM/ANS f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40, inkluż l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' kontinġenza f'konformità mal- punt 5.1(f) tal-Anness VIII;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 41(1);
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-fornituri ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-titjir imsemmija fl-Artikolu 41(5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dikjarazzjonijiet bħal dawn iridu jkunu permessi;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati iridu jkunu meħtieġa;
ir-regoli u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 42(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 41(1) u fil-punt (b) 42(1), u tal-organizzazzjonijiet li jagħmlu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 41(5) u mal-punt (a) tal-Artikolu 42(1);
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 44
Atti ta' implimentazzjoni rigward l-użu tal-ispazju tal-ajru u d-disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u l-konformità magħhom, għall-forniment ta' ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll id-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli tal-operazzjoni relatati mal-użu tal-ispazju tal-ajru, it-tagħmir tal-ispazju tal-ajru u mas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru;
ir-regoli u l-proċeduri għad-disinn ta' strutturi tal-ispazju tal-ajru sabiex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 46.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 45
Sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS
Dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li dawk is-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 ikunu jipprevedu hekk, l-organizzazzjoni involuta fid-disinn, il- jew il-manutenzjoni ta' sistemi tal-ATM/ANS u ta' kostitwenti tal-ATM/ANS għandhom ikunu awtorizzati jiddikjaraw li dawk is-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 40 u li dawk is-sistemi u l-kostitwenti jkunu adattati għall-użu.
Artikolu 46
Disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru huma mfassla, issorveljati u validati kif xieraq qabel ma jkunu jistgħu jiġu attivati u jintużaw bħala inġenji tal-ajru, skont ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 44(1).
Artikolu 47
Setgħat delegati
Għas- sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward:
tal-kondizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u nnotifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS għall-finijiet ta' ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);
tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti ċertifikati bħal dawn jew iridu jkunu permessi dikjarazzjonijiet, kif applikabbli;
tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 45(2);
tal-privileġġi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li joħorġu dikjarazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2);
tal-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni minn fornituri tal-ATM/ANS, f'konformità mal-Artikolu 45(1), u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, iridu jkunu rikjesti dikjarazzjonijiet bħal dawn;
tal-kondizzjonijiet biex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati applikabbli għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(1) u (2).
TAQSIMA VI
Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Artikolu 48
Rekwiżiti essenzjali
Il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru involuti fil-forniment ta' ATM/ANS imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-persuni, l-organizzazzjonijiet u l-apparat sintetiku tat-taħriġ involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika jew il-valutazzjoni medika ta' dawk il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness VIII.
Artikolu 49
Kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Artikolu 50
Atti ta' implimentazzjoni rigward il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 u l-konformità magħhom, għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4, u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
il-kategoriji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet differenti għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi ta' liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-liċenzji, il-klassifikazzjonijiet u l-approvazzjonijiet għal-liċenzji u għaċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49, inkluż ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali għal-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u għaċ-ċertifikati mediċi msemmija fl-Artikolu 49;
ir-regoli u l-proċeduri għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru fir-rigward tal-limitazzjonijiet tal-ħin ta' ħidma u r-rekwiżiti ta' mistrieħ; dawn ir-regoli u l-proċeduri jridu jipproduċu livell għoli ta' sikurezza billi jipproteġu kontra l-effetti tal-għeja filwaqt li, fl-istess ħin, jippermettu biżżejjed flessibbiltà fl-iskedar.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 51
Organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru u ċentri ajrumediċi
Artikolu 52
Għalliema, assessuri u eżaminaturi ajrumediċi
Artikolu 53
Atti ta' implimentazzjoni rigward it-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 48 u l-konformità magħhom, għall-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika ta' kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati imsemmija fl-Artikoli 51 u 52;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-approvazzjonijiet u ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli 51 u 52.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 54
Setgħat delegati
Fir-rigward tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, fl-ittestjar, fil-kontrolli jew fil-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll tal-apparat sintetiku tat-taħriġ, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li temenda l-Anness VIII, meta dan ikun neċessarju għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi jew ta' evidenza tas-sikurezza relatata mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u skont kif ikun meħtieġ biex dan iseħħ.
TAQSIMA VII
Inġenji tal-ajru Mingħajr Bdot Abbord
Artikolu 55
Rekwiżiti Essenzjali għal Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
Id-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir biex inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod tagħhom, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IX, u, fejn l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57 jipprevedu dan, bir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Annessi II, IV u V.
Artikolu 56
Konformità tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord
Artikolu 57
Atti ta' implimentazzjoni rigward inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 u l-konformità magħhom, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn huma kkonċernati inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll il-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-operazzjonijiet;
ir-regoli u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għall-operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, u għas-sitwazzjonijiet li fihom dawn iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; ir-regoli ul-proċeduri għall-ħruġ ta' dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;
ir-regoli u l-proċeduri għar-reġistrazzjoni u l-immarkar ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għar-reġistrazzjoni ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IX;
ir-regoli u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti sistemi ta' reġistrazzjoni nazzjonali diġitali, armonizzati u interoperabbli msemmija fl-Artikolu 56(7).
ir-regoli u l-proċeduri għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1).
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 58
Setgħat delegati
Għad-disinn, il-produzzjoni, u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 2(1), fejn jikkonċerna inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir li bih inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128 biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:
il-kondizzjonijiet speċifiċi għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u l-organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 55 li jistgħu jinkludu l-kondizzjonijiet li skonthom inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord jintalbu li jkunu mgħammra bil-karatteristiċi meħtieġa u l-funzjonalitajiet relatati, b'mod partikolari, mad-distanza massima ta' operazzjoni u l-limitazzjonijiet ta' altitudni, il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni, ir-restrizzjoni fid-dħul ta' żoni ġeografiċi, l-evitar ta' kolliżjoni, l-istabbilizzazzjoni tat-titjiriet u l-inżul awtomatizzat;
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni, jew ir-revoka taċ-ċertifikati, jew biex isiru dikjarazzjonijiet, għad-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, il-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat u t-tagħmir għall-kontroll tal-inġenji tal-ajru mill-bogħod, kif ukoll għall-persunal, inkluż piloti mill-bogħod, u organizzazzjonijiet involuti f'dawk l-attivitajiet, imsemmija fl-Artikolu 56(1) u (5), u għas-sitwazzjonijiet li fihom tali ċertifikati jew dikjarazzjonijiet iridu jkunu meħtieġa; il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex jinħarġu dawk iċ-ċertifikati u biex isiru dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq, jew jikkonsistu mir-rekwiżiti dettaljati msemmija fit-Taqsimiet I, II u III;
il-kondizzjonijiet li skonthom ir-rekwiżiti li jikkonċernaw id-disinn, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom u t-tagħmir għall-kontroll tagħhom mill-bogħod, ma jridux ikunu soġġetti għall-Kapitoli IV u V, għall-fini tal-Artikolu 56(6);
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi taċ-ċertifikati u tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet;
il-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta' ċertifikati nazzjonali fiċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 56(1).
TAQSIMA VIII
Inġenji tal-ajru li jintużaw minn operatur ta' pajjiż terz lejn l-Unjoni, fiha jew 'il barra minnha
Artikolu 59
Regoli applikabbli
Mingħajr preġudizzju għall-punt 1 tal-Anness VIII u r-regoli adottati abbażi tal-punt (a) tal-Artikolu 44(1), l-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll l-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu konformi mal-istandards applikabbli tal-ICAO.
Sal-punt li m'hemmx standards bħal dawn, dawk l-inġenji tal-ajru l-ekwipaġġ tal-kabina tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom għandhom jikkonformaw:
fir-rigward ta' inġenji tal-ajru minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Annessi II, IV u V;
fir-rigward ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness IX u, fejn l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 61 jipprevedu dan, mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Annessi II, IV u V.
Madankollu t-tieni subparagrafu m'għandux japplika fejn dawk ir-rekwiżiti essenzjali jmorru kontra d-drittijiet ta' pajjiżi terzi taħt konvenzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 60
Konformità
Dik l-awtorizzazzjoni tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà li għandu tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dak l-inġenju tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59. L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-ambitu tal-operazzjonijiet.
Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera l-kapaċità tiegħu u d-disponibbiltà li għandu tal-mezzi biex iwettaq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dak l-inġenju tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59.
L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-operatur u l-ambitu tal-operazzjonijiet.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, meta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 61 ikunu jipprovdu hekk, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) li jkunu involuti f'operazzjonijiet għajr it-trasport kummerċjali bl-ajru għandhom jitħallew jiddikjaraw il-kapaċità tagħhom u d-disponibbiltà li għandhom tal-mezzi biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-operazzjoni ta' dawk l-inġenji tal-ajru f'konformità mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 59.
Artikolu 61
Setgħat delegati
Għall-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1), kif ukoll għall-ekwipaġġ tal-ajru tagħhom u għall-operat tagħhom, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar:
l-awtorizzazzjoni ta' inġenji tal-ajru, li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm l-ebda ċertifikat standard tal-ICAO għall-ajrunavigabbiltà, jew l-awtorizzazzjoni ta' bdoti li ma jkollhomx liċenzja standard tal-ICAO, biex joperaw lejn it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati, fih jew 'il barra minnu;
il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru f'konformità mal-Artikolu 59;
kondizzjonijiet alternattivi għal każijiet meta l-konformità mal-istandards u mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 59 ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi sforz sproporzjonat mill-operatur, filwaqt li jiġi żgurat li l-objettivi tal-istandards u tar-rekwiżiti kkonċernati jiġu sodisfatti;
il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revokar tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60, u għas-sitwazzjonijiet li fihom, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u filwaqt li jitqiesu n-natura u r-riskju tal-attività partikolari kkonċernata, ikunu rikjesti awtorizzazzjonijiet bħal dawn jew ikunu permessi dikjarazzjonijiet bħal dawn, kif applikabbli. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom iqisu ċ-ċertifikati li nħarġu mill-istat tar-reġistrazzjoni, l-istat tal-operatur, u, fil-każ ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, l-istat fejn ikun jinsab it-tagħmir biex jikkontrolla mill-bogħod l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u għar-regoli ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan;
il-privileġġi u r-responsabbiltajiet tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2), u, meta rilevanti, l-operaturi ta' inġenji tal-ajru li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 60(2).
Meta tadotta r-regoli msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'mod partikolari, li:
isir użu, kif xieraq, mill-prattiki rakkomandati u mid-dokumenti ta' gwida tal-ICAO;
l-ebda rekwiżit ma jeċċedi dak li huwa meħtieġ skont dan ir-Regolament mill-inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(1) u mill-ekwipaġġ tal-ajru u mill-operaturi ta' inġenji tal-ajru bħal dawn;
il-proċess li permezz tiegħu jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60(1) u (2) ikun sempliċi, proporzjonat, effettiv u kosteffiċjenti u jippermetti li tintwera l-konformità b'mod proporzjonat mal-kumplessità tal-operazzjoni u r-riskju involut f'dik l-operazzjoni. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jittieħed kont ta':
ir-riżultati tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO;
l-informazzjoni li tinġabar fil-qafas ta' programmi ta' spezzjoni tar-rampa stabbiliti f'konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 62(13) u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(14);
informazzjoni rikonoxxuta oħra dwar aspetti ta' sikurezza fir-rigward tal-operatur ikkonċernat;
iċ-ċertifikati li jinħarġu f'konformità mal-liġijiet ta' pajjiż terz.
jitqiesu l-aspetti relatati mal-ATM/ANS.
KAPITOLU IV
SISTEMA KONĠUNTA TA' ĊERTIFIKAZZJONI, SORVELJANZA U INFURZAR
Artikolu 62
Ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar
Sabiex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom:
jirċievu u jivvalutaw l-applikazzjonijiet li jsirulhom, u, fejn ikun applikabbli, joħorġu jew iġeddu ċ-ċertifikati u jirċievu d-dikjarazzjonijiet li jsirulhom, f'konformità mal-Kapitolu III;
jissorveljaw id-detenturi taċ-ċertifikati, ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet, u ta' prodotti, ta' parts, ta' tagħmir, ta' sistemi ATM/ANS u ta' kostitwenti ATM/ANS, ta' apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u ta' ajrudromi li jkunu soġġetti għal dan ir-Regolament;
iwettqu l-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, fosthom spezzjonijiet tar-rampa, l-awditi u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ meħtieġa biex jiġi identifikat ksur possibbli minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi soġġetti għal dan ir-Regolament tar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
jieħdu l-miżuri ta' infurzar meħtieġa kollha, inkluż l-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati li nħarġu minnhom, il-projbizzjoni ta' inġenji tal-ajru mit-titjir u l-applikazzjoni ta' penali, sabiex jintemm il-ksur identifikat;
jipprojbixxu, jillimitaw u jagħmlu soġġett għal ċerti kondizzjonijiet l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu III, fl-interess tas-sikurezza;
jiżguraw livell xieraq ta' kwalifiki tal-persunal tagħhom li jkun involut f'kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar, inkluż billi jipprovdu taħriġ adegwat.
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli fejn dawk il-kompiti jkunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 77 sa 82 u fejn dawk il-kompiti jkunu ġew allokati lilha skont l-Artikoli 64 u 65.
Madankollu, fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 41(6), il-punt (a) tal-Artikolu 80(1) ma għandux jibqa' japplika u l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward tal-fornitur tal-ATM/ANS ikkonċernat kif previst f'dik l-eżenzjoni.
L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 34(1) u taċ-ċertifikat għal operatur ta' ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 37(1).
Dik l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti ta' sorveljanza u infurzar fir-rigward tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi fuq l-art u l-AMS f'dak l-ajrudrom.
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-persuna fiżika jew ġuridika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li qed tagħmel id-dikjarazzjoni jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha jew, fejn dik il-persuna ma jkollha ebda sede prinċipali ta' negozju, ikollha l-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment tagħha, għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza, u l-infurzar ma jkunx jeħtieġ l-allokazzjoni tagħhom lil awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru differenti skont ir-regoli dettaljati msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 14.
Madankollu, meta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 ikunu jipprevedu dan:
l-eżaminaturi ajrumediċi, iċ-ċentri ajrumediċi u t-tobba għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 21(1) u taċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49(1);
l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina li tkun inħarġitilhom approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 24 u l-operaturi ta' inġenju tal-ajru li jkun inħarġilhom ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 30 għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 22.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, b'deroga mill-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru meta jiġu sodisfatti dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:
din ir-responsabbiltà konġunta kienet prevista fi ftehim konkluż bejn dawk l-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 1992;
dawk l-Istati Membri żguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom iwettqu dawn il-kompiti b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom sa mhux aktar mit-12 ta' Marzu 2019, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dik id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta u jipprovdulhom l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-ftehim imsemmi fil-punt (a) u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiżguraw li dawk il-kompiti jitwettqu b'mod effettivi skont il-punt (b).
Fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, tqis li l-kondizzjonijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux ġew sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha għal dan l-għan. Malli l-Kummissjoni tkun innotifikat dawn l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati, dawk l-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jimmodifikaw jew jirrevokaw id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta tagħhom u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kif meħtieġ.
L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal- Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu.
Fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 128, li jistabbilixxu regoli dettaljati li jikkonċernaw:
il-kondizzjonijiet għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditjar u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-Aġenzija tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS, tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;
il-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-Aġenzija u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
il-kondizzjonijiet li skonthom l-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja u rakkomandazzjonijiet mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 76(6), biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-attivitajiet irregolati mill-Kapitolu III;
il-kondizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam informazzjoni obbligatorja mill-Aġenzija, f'konformità mal-Artikolu 77, biex jiġu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa u l-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti, il-parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex l-inġenju tal-ajru jiġi kkontrollat mill-bogħod, u l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' mezzi alternattivi ta' konformità ma' dik l-informazzjoni obbligatorja;
il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-Aġenzija ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69.
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, tal-ispezzjonijiet, tal-awditjar u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ li jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir, tas-sistemi ATM/ANS u tal-kostitwenti ATM/ANS, tal-apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir u tal-ajrudromi li huma soġġetti għal dan ir-Regolament;
ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-awtorità kompetenti nazzjonali u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
ir-regoli u l-proċeduri li skonthom l-attivitajiet rregolati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;
rigward il-paragrafu 4, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar;
ir-regoli u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:
ir-regoli u l-proċeduri għall-ġbir, l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni rilevanti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar inkluż informazzjoni dwar ksur possibbli jew identifikat;
ir-regoli u l-proċeduri għall-kwalifiki tal-persunal tal-Aġenzija u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali involut f'kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar u tal-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tagħhom;
ir-regoli u l-proċeduri għas-sistemi ta' amministrazzjoni u ta' ġestjoni tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni, ta' sorveljanza u ta' infurzar;
rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lill-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi għall-fini li jinħarġu ċertifikati mediċi tal-bdoti u ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom it-tobba jingħataw responsabbiltajiet bħal dawn, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni medika tal-bdoti u tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;
rigward il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet lil organizzazzjonijiet ta' taħriġ għall-ekwipaġġ tal-kabina u l-operaturi ta' inġenji tal-ajru għall-fini li jinħarġu attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 63
Grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni
Għal dak l-għan, l-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, tiddefinixxi l-profili meħtieġa ta' kwalifiki u ta' esperjenza li abbażi tagħhom dawk l-awtoritajiet u l-Aġenzija għandhom jaħtru, soġġett għad-disponibbiltà, kandidati għall-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-akkomunament u l-kondiviżjoni fir-rwol ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni.
Dik l-awtorità tista' tiddeċiedi li tiffinanzja dik l-assistenza permezz ta' tariffi mibgħuta u miġbura fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f'konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 6, mill-persuna ġuridika jew fiżika li kienet soġġetta għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni u sorveljanza li twettqu minn dawk l-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni.
F'dak il-każ, dik l-awtorità għandha tittrasferixxi l-ammont li jkun inġabar lill-awtorità li pprovdiet l-assistenza.
Fir-rigward tal-mekkaniżmu għall-akkomunament u l-kondiviżjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati fir-rigward:
tar-regoli u l-proċeduri li skonthom l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jitolbu, jirċievu jew jipprovdu assistenza permezz ta' dak il-mekkaniżmu;
ir-regoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet u tar-regoli dettaljati applikabbli għall-ispetturi Ewropej tal-avjazzjoni meta jkunu qed jipprovdu assistenza bħal din;
ir-regoli u l-proċeduri għall-iffissar u l-ġbir tat-tariffi msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
Artikolu 64
Riallokazzjoni tar-responsabbiltà fuq talba tal-Istati Membri
Ladarba l-Aġenzija taċċetta din it-talba, hija għandha ssir l-awtorità kompetenti responsabbli mill-kompiti koperti minn dik it-talba u l-Istat Membru rikjedent għandu jinħeles mir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti.
B'rabta mal-eżerċizzju tal-Aġenzija ta' dik ir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti, għandhom japplikaw il-Kapitoli IV u V.
Ladarba l-Istat Membru jaċċetta din it-talba, huwa jsir responsabbli mill-kompiti koperti minn dik it-talba u l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jinħeles mir-responsabbiltà għal dawk il-kompiti.
Fir-rigward tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà għall-kompiti riallokati f'konformità ma' dan il-paragrafu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II u IV u l-Artikoli 131 u 132, kif ukoll id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun aċċetta.
L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, kif applikabbli, għandhom jiżguraw li r-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti tiġi eżerċitata f'konformità ma' dawk l-arranġamenti dettaljati.
L-Aġenzija għandha tieħu kont tar-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti meta twettaq spezzjonijiet u attivitajiet oħrajn ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 85.
Meta, f'konformità ma' dan l-Artikolu, Stat Membru jirrialloka r-responsabbiltà għall-kompiti li jkunu attribwiti lilu bil-Konvenzjoni ta' Chicago, huwa għandu jinnotifika lill-ICAO dwar il-fatt li l-Aġenzija jew Stat Membru ieħor ser iwettqu f'ismu l-funzjonijiet u d-dmirijiet mogħtija lilu skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 65
Riallokazzjoni tar-responsabbiltà wara talba tal-organizzazzjonijiet li joperaw f'aktar minn Stat Membru wieħed
Talba bħal din tista' wkoll issir minn żewġ organizzazzjonijiet jew aktar li jiffurmaw parti mill-istess raggruppament ta' negozju, li kull waħda minnhom ikollha sede prinċipali tan-negozju fi Stat Membru differenti u li jkollha ċertifikat jew tkun eliġibbli biex tapplika għal ċertifikat f'konformità mal-Kapitolu III għall-istess tip ta' attività tal-avjazzjoni.
Malli jirċievu dik it-talba, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkonsultaw lil xulxin u, jekk meħtieġ, jitolbu fehmiet supplimentari mill-organizzazzjonijiet li jkunu għamlu t-talba. F'dawk il-konsultazzjonijiet l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkunsidraw l-użu ta' spetturi u ta' persunal ieħor disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fil-każ ta' qbil dwar ir-riallokazzjoni.
Jekk, wara dawk il-konsultazzjonijiet, l-Aġenzija jew l-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernata tqis li t-talba jista' jkollha effett negattiv fuq l-abbiltà tagħha stess li twettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u skont l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, jew ikun ser ikollha impatt negattiv ieħor fuq il-funzjonament effettiv tal-awtorità, din għandha, f'perijodu massimu ta' mhux aktar minn 180 jum mid-data ta' meta tkun irċeviet dik it-talba, tgħarraf lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati li tikkunsidra li r-raġuni għalfejn tikkunsidra li t-talba jista' jkollha effett negattiv, u tagħti ġustifikazzjoni. Dik l-ittra ta' informazzjoni għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-parti l-oħra. F'dak il-każ, it-talba għandha titqies li ġiet miċħuda.
L-Aġenzija u l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati, kif applikabbli, għandhom jiżguraw li r-riallokazzjoni tar-responsabbiltà għall-kompiti titwettaq f'konformità ma' dawk l-arranġamenti dettaljati. Meta timplimenta dawk l-arranġamenti, l-Aġenzija għandha tuża kemm jista' jkun possibbli l-ispetturi u persunal ieħor disponibbli fl-Istati Membri.
Artikolu 66
Mekkaniżmu ta' appoġġ għas-sorveljanza
Meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imwettqa mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 85 jindikaw nuqqas ta' kapaċità serju u persistenti min-naħa ta' Stat Membru li jwettaq b'mod effettiv uħud mill-kompiti tiegħu ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u ta' infurzar jew kollha kemm huma, skont dan ir-Regolament;
il-Kummissjoni tkun talbet lill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati f'konformità mal-punt (a);
l-Istat Membru ma rrimedjax in-nuqqasijiet b'mod sodisfaċenti u s-sitwazzjoni li tirriżulta minn dan tipperikola s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili,
l-Istat Membru kkonċernat u l-Aġenzija għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jistabbilixxu flimkien programm temporanju ta' għajnuna teknika bl-għan li jiġu rimedjati n-nuqqasijiet identifikati u sabiex jgħinu lill-Istat Membru kkonċernat iġib lura l-ħila tiegħu li jwettaq il-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar koperti minn dan ir-Regolament sa tmiem il-fażi ta' appoġġ. Dak il-programma ta' għajnuna teknika għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-iskeda taż-żmien tal-programm, l-ippjanar u t-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar f'każijiet fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet, it-taħriġ u l-kwalifiki ta' spetturi u persunal rilevanti, u l-organizzazzjoni tal-ħidma tal-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, fejn ikollha influwenza diretta fuq in-nuqqasijiet identifikati.
Waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika l-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' responsabbli għall-kompiti taċ-ċertifikazzjoni, sorveljanza u infurzar, skont l-Artikolu 62(2). L-Aġenzija għandha ġġarrab l-ispejjeż tagħha meta tkun qed tipprovdi għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat.
Fl-implimentazzjoni tal-programm ta' għajnuna teknika, l-Istat Membru kkonċernat għandu, jekk xieraq, skont in-natura tan-nuqqasijiet, jagħmel użu mill-grupp ta' spetturi Ewropej tal-avjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 63, tal-entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 69, u tal-possibilitajiet ta' taħriġ ippjanati skont l-Artikolu 92.
Artikolu 67
Validità u rikonoxximent ta' ċertifikati u dikjarazzjonijiet
Mid-data li fiha l-att tal-implimentazzjoni issir effettiva, b'deroga mill-paragrafu 1, iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni kkonċernata ma għandhiex tibqa' valida u rikonoxxuta fl-ebda wieħed mill-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom dik id-deċiżjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal- proċedura msemmija fl-Artikolu 127(2). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 127(4).
Artikolu 68
Aċċettazzjoni ta' ċertifikazzjoni minn pajjiż terz
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jew joħorġu ċ-ċertifikati previsti f'dan ir-Regolament u fl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu fuq il-bażi taċ-ċertifikati li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jaċċettaw ċertifikati u dokumenti rilevanti oħra li juru l-konformità mar-regoli tal-avjazzjoni ċivili li nħarġu skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, meta possibbiltà bħal din tkun prevista:
fi ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw ir-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz;
fl-atti delegati adottati abbażi tal-paragrafu 3; jew
fin-nuqqas ta' ftehim internazzjonali u ta' att delegat rilevanti kif imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu rispettivament, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 140(6) ta' dan ir-Regolament, ftehim li jikkonċerna r-rikonoxximent ta' ċertifikati konklużi bejn Stat Membru u pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li jkun ġie nnotifikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jew tal-punt (a) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
Artikolu 69
Entitajiet kwalifikati
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jagħmlu użu mill-entitajiet kwalifikati għandhom jistabbilixxu sistema għal dik l-akkreditazzjoni u għall-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet kwalifikati ma' dawk il-kriterji, kemm fil-mument tal-akkreditazzjoni kif ukoll kontinwament wara dan.
Entità kwalifikata għandha tiġi akkreditata individwalment mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali kompetenti, jew konġuntament minn żewġ awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew aktar jew mill-Aġenzija u minn awtorità nazzjonali kompetenti waħda jew aktar.
Madankollu, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ma għandhomx jiġu obbligati jużaw l-ambitu sħiħ tal-akkreditazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra jew mill-Aġenzija, u lanqas li jużaw l-ambitu sħiħ tal-privileġġi li jkunu ngħataw lil dik l-entità kwalifikata minn awtorità kompetenti nazzjonali oħra jew mill-Aġenzija f'konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 70
Dispożizzjonijiet ta' salvagwardja
Dan ir-Regolament u l-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu ma għandhomx jipprevjenu lil Stat Membru milli jirreaġixxi minnufih għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, meta jkunu ġew sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet kollha:
il-problema tinvolvi riskju serju għas-sikurezza tal-avjazzjoni u tkun meħtieġa azzjoni immedjata minn dak l-Istat Membru biex din tiġi indirizzata;
ma jkunx possibbli li l-Istat Membru jindirizza l-problema b'mod adegwat f'konformità mar-Regolament u mal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
l-azzjoni meħuda tkun proporzjonata meta mqabbla mal-gravità tal-problema.
F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar il-miżuri meħuda, kemm ser idumu japplikaw u r-raġunijiet għalfejn ġew meħuda.
Fejn l-Aġenzija tqis li dawk il-kondizzjonijiet ikunu ġew sodisfatti, għandha tivvaluta, mingħajr dewmien żejjed, jekk hijiex kapaċi tindirizza l-problema identifikata mill-Istat Membru billi tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 76(4), u b'dan telimina l-ħtieġa għall-miżuri meħuda mill-Istat Membru. Fejn l-Aġenzija tqis li tista' tindirizza l-problema b'dik il-manjiera, għandha tieħu d-deċiżjoni xierqa għal dan il-għan u tgħarraf lill-Istati Membri dwarha permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74. Meta l-Aġenzija tqis li l-problema ma tkunx tista' tiġi indirizzata b'dak il-mod, għandha tirrakkomanda lill-Kummissjoni li temenda kull att delegat jew ta' implimentazzjoni adottat abbażi ta' dan ir-Regolament bil-mod li tqis li jkun neċessarju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fejn l-Aġenzija tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti għandha toħroġ, mingħajr dewmien żejjed, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-eżitu ta' dik il-valutazzjoni. L-Aġenzija għandha tinkludi dik ir-rakkomandazzjoni fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74.
Hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jiġi nnotifikat b'att ta' implimentazzjoni li tikkonferma li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti, huwa għandu jirrevoka minnufih il-miżura meħuda skont il-paragrafu 1.
Artikolu 71
Dispożizzjonijiet dwar flessibbiltà
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament mir-rekwiżiti li japplikaw għal dik il-persuna skont il-Kapitolu III, għajr ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dak il-Kapitolu, jew l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dak il-Kapitolu f'każ ta' ċirkostanzi urġenti mhux prevedibbli li jkunu qed jaffettwaw lil dawk il-persuni jew fil-każ tal-ħtiġijiet operazzjonali urġenti ta' dawk il-persuni, meta jkunu ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ma jkunx possibbli li dawk iċ-ċirkostanzi jew dawk il-ħtiġijiet jiġu indirizzati b'mod adegwat f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli;
fejn meħtieġ jiġu żgurati s-sikurezza, il-protezzjoni ambjentali u l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali applikabbli, permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' mitigazzjoni;
l-Istat Membru jkun taffa kemm jista' jkun kwalunkwe distorsjoni possibbli tal-kondizzjonijiet tas-suq bħala konsegwenza tal-għoti tal-eżenzjoni; u
l-eżenzjoni tkun limitata fl-ambitu u fit-tul taż-żmien sal-livell strettament meħtieġ u tiġi applikata b'mod mhux diskriminatorju.
F'każ bħal dan, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar l-eżenzjoni li ngħatat, kemm ser iddum tapplika, ir-raġuni għalfejn ingħatat u, fejn applikabbli, il-miżuri meħtieġa ta' mitigazzjoni li ġew applikati.
F'dak il-każ, filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-kondizzjonijiet ikunux ġew sodisfatti. Meta tqis li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti jew meta ma tibqax timxi mal-eżitu tal-valutazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-data li tirċievi dik ir-rakkomandazzjoni, tadotta att ta' implimentazzjoni li jkun fih id-deċiżjoni tagħha f'dak ir-rigward. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74.
Hekk kif l-Istat Membru kkonċernat jiġi nnotifikat b'att ta' implimentazzjoni li tikkonferma li dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti, huwa għandu jirrevoka minnufih l-eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
F'dak il-każ, l-Aġenzija għandha toħroġ, mingħajr dewmien bla bżonn, rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar jekk it-talba tal-Istat Membru tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. Meta jkun meħtieġ bħala riżultat tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, mingħajr dewmien u filwaqt li tqis dik ir-rakkomandazzjoni, li temenda l-att delegat jew ta' implimentazzjoni kkonċernat.
Artikolu 72
Ġbir, skambju u analiżi ta' informazzjoni
Ir-regoli dettaljati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom iqisu l-ħtieġa li:
persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament jiġu pprovduti bl-informazzjoni li jeħtieġu sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u sabiex javvanzawhom;
t-tqassim u l-użu tal-informazzjoni jiġu limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1;
jiġi evitat li l-informazzjoni ssir disponibbli jew li l-informazzjoni tintuża sabiex jiġi attribwit tort jew responsabbiltà, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali nazzjonali applikabbli.
Artikolu 73
Protezzjoni tas-sorsi ta' informazzjoni
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f'każijiet ta' mġiba ħażina volontarja jew f'każijiet meta jiġi injorat b'mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta' responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament il-livell ta' sikurezza tal-avjazzjoni ċivili.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika f'każijiet ta' mġiba ħażina volontarja jew f'każijiet meta jiġi injorat b'mod manifest, gravi u serju riskju ovvju u nuqqas kbir ta' responsabbiltà professjonali li tingħata attenzjoni li tkun evidentement meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, u li tikkawża ħsara prevedibbli lil persuna jew lil proprjetà, jew li tikkomprometti serjament is-sikurezza tal-avjazzjoni.
Artikolu 74
Repożitorju ta' informazzjoni
Dak ir-repożitorju għandu jinkludi informazzjoni dwar:
iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Kapitolu III u l-Artikoli 64 u 65 u l-Artikoli 77 sa 82;
iċ-ċertifikati maħruġa u d-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew l-entitajiet kwalifikati f'isem l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 69(3);
l-akkreditazzjonijiet mogħtija mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lil entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 69, inkluż informazzjoni dwar l-ambitu tal-akkreditazzjoni u l-privileġġi mogħtija;
il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(6) u (7), kif ukoll id-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;
id-deċiżjonijiet tal-Istat Membri meħuda skont l-Artikolu 2(8);
id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri meħuda skont l-Artikolu 41(5);
ir-riallokazzjoni mill-Istati Membri tar-responsabbiltà għall-kompiti lill-Aġenzija jew lil Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikoli 64 u 65, inkluż dettalji dwar il-kompiti riallokati;
id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda f'konformità mal-Artikolu 67;
in-notifiki mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-iskemi ta' speċifikazzjoni individwali tal-ħin tat-titjir li jkunu ntbagħtu lill-Aġenzija abbażi tal-atti delegati adottati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 32(1), u l-opinjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija maħruġin f'konformità mal-Artikolu 76(7);
in-notifiki mill-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda b'reazzjoni immedjata għal problema relatata mas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u dwar l-għoti ta' eżenzjonijiet, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni korrispondenti, skont l-Artikoli 70(1) u 71(1);
it-talbiet mill-Istati Membri dwar mezzi oħra ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali, u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti tal-Aġenzija skont l-Artikolu 71(3);
in-notifiki mill-Aġenzija u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 76(4);
informazzjoni li hija disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li għandha x'taqsam mal-attivitajiet minn inġenji tal-ajru involuti f'operazzjonijiet minbarra trasport kummerċjali bl-ajru;
informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' ►C1 standards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ , kif imsemmi fl-Artikolu 90(4);
deċiżjonijiet tal-Istat Membri u tal-Kummissjoni li ġew notifikati skont l-Artikolu 62(5), inkluż informazzjoni dwar il-kompiti li qed jiġu eżerċitati b'mod konġunt;
l-eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 41(6) u d-deċiżjonijiet korrispondenti tal-Kummissjoni;
miżuri tal-Aġenzija dwar titjiriet fuq żoni ta' kunflitt applikati skont l-Artikolu 88(3);
informazzjoni oħra li tista' tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament.
Fejn rilevanti, il-Kummissjoni u l-Aġenzija jistgħu jqassmu ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju, għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, lill-partijiet interessati jew iqiegħduha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
L-Aġenzija għandha, fi kwalunkwe każ, tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:
kwalunkwe ċertifikat maħruġ u kwalunkwe dikjarazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 2(4);
kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont l-Artikolu 2(6) u (7).
kwalunkwe deċiżjoni ta' Stat Membru nnotifikata lilha skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(11).
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa għall-funzjonament u l-ġestjoni tar-repożitorju u rekwiżiti dettaljati rigward:
l-aspetti tekniċi tal-istabbiliment u l-manutenzjoni tar-repożitorju;
il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi trasmessa mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;
l-aġġornamenti regolari u standardizzati tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju;
l-arranġamenti dettaljati għat-tqassim u l-pubblikazzjoni ta' ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu;
il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-istat mediku tal-bdoti li trid tiġi trasmessa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi, għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;
l--arranġamenti dettaljati għall-protezzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju minn aċċess mhux awtorizzat, li jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni u li jipproteġu kwalunkwe data personali inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, b'mod partikolari kontra l-qerda, it-telf, it-tibdil jew l-iżvelar aċċidentali jew illegali;
il-perijodu massimu ta' ħżin permess fir-rigward tad-data personali inkluża fir-repożitorju, inkluż l-informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti li tikkostitwixxi data personali;
il-kondizzjonijiet dettaljati li skonthom l-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, għall-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir ta' data personali inkluża fir-repożitorju, għall-fini tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).
KAPITOLU V
L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦAS-SIKUREZZA TAL-AVJAZZJONI
TAQSIMA I
Kompiti
Artikolu 75
Stabbiliment u funzjonijiet tal-Aġenzija
Għall-finijiet li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp adatti tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, l-Aġenzija għandha:
twettaq kwalunkwe kompitu u tifformula opinjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament;
tassisti lill-Kummissjoni billi tħejji miżuri li għandhom jittieħdu skont dan ir-Regolament. Meta dawk il-miżuri jkunu jinkludu regoli tekniċi, il-Kummissjoni ma tistax tibdel il-kontenut tagħhom mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Aġenzija;
tipprovdi l-appoġġ tekniku, xjentifiku, u amministrattiv meħtieġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha;
tieħu l-miżuri meħtieġa fil-limiti tas-setgħat li tkun ġiet konferita minn dan ir-Regolament jew minn leġislazzjoni oħra tal-Unjoni;
twettaq spezzjonijiet, attivitajiet oħra ta' monitoraġġ u investigazzjonijiet kif meħtieġ sabiex tissodisfa l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, jew kif mitlub mill-Kummissjoni;
fil-qasam tal-kompetenza tagħha, twettaq, f'isem l-Istati Membri, funzjonijiet u kompiti mogħtija lilhom minn konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Chicago;
tassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, b'mod partikolari billi tipprovdi forum għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' għarfien espert;
tikkontribwixxi, għal kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, fuq talba mill-Kummissjoni, għat-twaqqif, għall-kejl, għar-rappurtar u għall-analiżi ta' indikaturi tal-prestazzjoni, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi skemi ta' prestazzjoni relatati mal-avjazzjoni ċivili;
tippromwovi l-istandards u r-regoli tal-avjazzjoni tal-Unjoni fil-livell internazzjonali billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;
tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni f'oqsma fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-aspetti tekniċi tal-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 76
Miżuri tal-aġenzija
L-Aġenzija tista' tagħti eżenzjonijiet lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika li tkun ħarġitilha ċertifikat fis-sitwazzjonijiet u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1).
F'każ bħal dan, l-Aġenzija għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, permezz tar-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74, dwar l-eżenzjonijiet mogħtija, ir-raġunijiet għalfejn ingħataw u, fejn applikabbli, il-miżuri ta' mitigazzjoni meħtieġa applikati.
Meta eżenzjoni tkun ingħatat għal tul ta' żmien ta' aktar minn tmien xhur konsekuttivi jew meta l-Aġenzija tkun tat l-istess eżenzjoni ripetutament u t-tul ta' żmien totali tagħha jkun aktar minn tmien xhur, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(1) ikunux ġew issodisfati. Meta tqis li dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta atti li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha għal dak l-għan. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jiddaħħlu mill-Aġenzija fir-repożitorju stabbilit skont l-Artikolu 74.
Hekk kif l-Aġenzija tirċievi n-notifika ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, hija għandha tirrevoka l-eżenzjoni minnufih.
L-Aġenzija għandha tirreaġixxi mingħajr dewmien żejjed għal problema urġenti ta' sikurezza li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament billi:
tiddetermina l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi li fir-rigward tagħhom hija taġixxi bħala l-awtorità kompetenti u billi tqassam informazzjoni relatata lil dawk il-persuni, inkluż direttivi jew rakkomandazzjonijiet, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1; l-Aġenzija tista' wkoll toħroġ bullettini ta' sikurezza li jkun fihom informazzjoni jew rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti indirizzati lil persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra involuti f'attivitajiet ta' avjazzjoni;
tiddetermina l-objettivi ta' sikurezza li jridu jintlaħqu u tirrakkomanda l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u billi tqassam informazzjoni relatata lil dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.
Fir-rigward tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien żejjed dwar il-miżuri meħuda biex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' sikurezza determinati mill-Aġenzija. Barra minn hekk, fejn il-problema taffettwa iktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Aġenzija biex jiżguraw li l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi ta' sikurezza jittieħdu b'mod koordinat.
Artikolu 77
Ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali
Fir-rigward tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod, imsemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-Artikolu 2(1), l-Aġenzija għandha, meta jkun applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago jew fl-Annessi tagħha, twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-istat tad-disinn, tal-manifattura jew tar-reġistrazzjoni f'isem l-Istati Membri, meta dawk il-funzjonijiet u l-kompiti jkunu relatati maċ-ċertifikazzjoni tad-disinn u mal-informazzjoni obbligatorja dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa. Għal dak l-għan, b'mod partikolari, l-Aġenzija għandha:
għal kull disinn ta' prodott u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li għalih tkun saret applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11 jew l-Artikolu 56(1) għal ċertifikat tat-tip, ċertifikat ristrett tat-tip, bidla għaċ-ċertifikat tat-tip jew għaċ-ċertifikat ristrett tat-tip, inkluż ċertifikat tat-tip supplimentari, approvazzjoni ta' disinn tat-tiswija jew approvazzjoni tal-idoneità operazzjonali, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;
għal kull disinn ta' part jew ta' tagħmir mhux installat li għalih tkun saret applikazzjoni għal ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 12, 13 jew l-Artikolu 56(1) rispettivament, tistabbilixxi l-bażi taċ-ċertifikazzjoni u tinnotifikaha lill-applikant;
għal inġenju tal-ajru li għalih tkun saret applikazzjoni għal permess tat-titjir f'konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) jew l-Artikolu 56(1), toħroġ l-approvazzjoni għal kondizzjonijiet assoċjati tat-titjir relatati mad-disinn;
tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali li japplikaw għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(5);
tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati tat-tip, iċ-ċertifikati ristretti tat-tip, iċ-ċertifikati tal-bidliet, inkluż iċ-ċertifikati tat-tip supplimentari, u l-approvazzjonijiet tad-disinni tat-tiswija u l-approvazzjonijiet ta' data dwar l-idoneità operazzjonali għad-disinn ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 11, il-punt (b) tal-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 56(1);
tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għad-disinn ta' parts, għal tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod skont l-Artikoli 12, 13 u 56(1);
toħroġ l-iskedi xierqa tad-data ambjentali dwar id-disinn tal-prodotti li tiċċertifika f'konformità mal-Artikolu 11 u 56(1);
tiżgura l-funzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà kontinwa assoċjati mad-disinn ta' prodotti, id-disinn ta' parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod li tkun iċċertifikat u li fir-rigward tagħhom tkun qed twettaq sorveljanza, inkluż billi tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema ta' sikurezza jew ta' sigurtà u toħroġ u tqassam l-informazzjoni obbligatorja applikabbli.
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) rigward:
l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 56(1) u (5);
l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat, u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom u mill-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tal-persunal responsabbli għar-rilaxx tal-prodott, part, tagħmir mhux installat jew tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod f'konformità mal-Artikolu 15, il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u u l-Artikolu 56(1) u (5), meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 78
Ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-ajru
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet għall-apparati ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir f'konformità mal-Artikolu 25 u l-Artikolu 56(1) u (5) f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
l-apparat jitħaddem minn organizzazzjoni li jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago;
l-apparat ikun jinsab barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago.
Artikolu 79
Ċertifikazzjoni ta' Tagħmir tal-Ajrudrom Relatat mas-Sikurezza
Fir-rigward ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza msemmi fl-Artikolu 35, l-Aġenzija għandha:
tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant bl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jkun soġġett għal ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35;
tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għat-tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza li jkun soġġett għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 35;
tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għal, u d-dikjarazzjonijiet magħmula fir-rigward ta' tagħmir tal-ajrudrom relatat mas-sikurezza f'konformità mal-Artikolu 35.
Artikolu 80
ATM/ANS
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) fir-rigward ta':
iċ-ċertifikati għall-fornituri tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta is-sede prinċipali tan-negozju ta' dawk il-fornituri tkun tinsab barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago u dawk il-fornituri jkunu responsabbli għall-forniment tal-ATM/ANS fl-ispazju tal-ajru fuq it-territorju li għalih japplikaw it-Trattati;
iċ-ċertifikati għall-fornituri ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 41, meta dawk il-fornituri jipprovdu ATM/ANS pan-Ewropew;
iċ-ċertifikati għall- organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42 u tad-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, meta dawk l-organizzazzjonijiet jkunu involuti fid-disinn, fil-produzzjoni jew fil-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti tal- ATM/ANS inkluż meta jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), użata fil-forniment tas-servizzi msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu.
id-dikjarazzjonijiet li jkunu saru mill-fornituri tal-ATM/ANS li l-Aġenzija tkun ħarġitilhom ċertifikat f'konformità mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, fir-rigward tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jitħaddmu minn dawk il-fornituri f'konformità mal-Artikolu 45(1).
Fir-rigward tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS imsemmija fl-Artikolu 45, inkluż fejn jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-SESAR, l-Aġenzija għandha, fejn l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 47 hekk jipprovdu:
tistabbilixxi u tinnotifika lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS, li huma soġġetti għal ċertifikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);
tistabbilixxi u tagħmel disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati għas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li huma soġġetti għal dikjarazzjoni f'konformità mal-Artikolu 45(2);
tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għal sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS u d-dikjarazzjonijiet magħmula fir-rigward tagħhom f'konformità mal-Artikolu 45(2).
Artikolu 81
Ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar f'konformità mal-Artikolu 62(2) fir-rigward taċ-ċertifikati għall-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 51, meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago u, fejn rilevanti, għall-persunal tagħhom.
Artikolu 82
Operaturi ta' inġenji tal-ajru minn pajjiżi terzi u s-sorveljanza tas-sikurezza internazzjonali
Artikolu 83
Investigazzjonijiet mill-Aġenzija
Għall-finijiet ta' twettiq tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:
tirrikjedi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li tkun ħarġitilhom ċertifikat, jew li jkunu għamlulha dikjarazzjoni, jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;
tirrikjedi li dawk il-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk il-persuna tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
tidħol fil-bini, l-art u l-mezzi tat-trasport rilevanti ta' dawk il-persuni;
teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk il-persuni jew li dawk il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.
L-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija, tikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, ikollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha l-informazzjoni rilevanti għal dawk il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha. Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz fejn isseħħ l-investigazzjoni, b'attenzjoni dovuta għad-drittijiet u għall-interessi leġittimi tal-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.
Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat biex wieħed jidħol f'bini, art u mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem.
Artikolu 84
Multi u ħlasijiet penali perjodiċi
Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' timponi fuq persuna ġuridika jew fiżika li l-Aġenzija tkun ħarġitilha ċertifikat, jew li tkun għamlet dikjarazzjoni lill-Aġenzija, f'konformità ma' dan ir-Regolament, waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:
multa, meta dik il-persuna tkun kisret, b'mod intenzjonali jew b'negliġenza, waħda mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
pagament perjodiku ta' penali meta dik il-persuna tkompli tikser waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, sabiex iġġiegħel lil dik il-persuna tikkonforma ma' dawk id-dispożizzjonijiet.
L-ammont tal-multi ma għandux jisboq l-4 % tad-dħul jew tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata. L-ammont tal-penali perjodiku ma għandux jisboq it-2,5 % tad-dħul jew tal-fatturat medju ta' kuljum tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata.
Fir-rigward tal-applikazzjoni ta' multi u ta' ħlasijiet perjodiċi ta' penali f'konformità ma' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 128, li jistabbilixxu:
kriterji dettaljati u metodoloġija dettaljata għall-istabbiliment tal-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali;
regoli dettaljati għat-tiftix, il-miżuri u r-rappurtar assoċjati, kif ukoll għat-teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, l-aċċess għall-fajl, ir-rappreżentanza legali, il-kunfidenzjalità u d-dispożizzjonijiet temporanji; u
proċeduri għall-ġbir tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali.
Artikolu 85
Monitoraġġ tal-Istati Membri
L-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imwettqa skont dan il-paragrafu.
Għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:
tirrikjedi li kwalunkwe awtorità kompetenti nazzjonali u kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;
tirrikjedi li dawk l-awtoritajiet u l-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
tidħol fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport rilevanti ta' dawk l-awtoritajiet u l-persuni;
teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk l-awtoritajiet u l-persuni jew li dawk l-awtoritajiet jew il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.
Meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija għandu jkollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha informazzjoni rilevanti għal dawn il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha.
Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni jew attivitajiet oħra ta' monitoraġġ, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet u l-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat sabiex wieħed jidħol fil-bini, fl-art jew fil-mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem.
Fi żmien debitu qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar is-suġġett, l-għan tal-attività, id-data li fiha tkun ser tibda u l-identità tal-membri tal-persunal tagħha u kwalunkwe espert ieħor li jkun ser iwettaq dik l-attività.
Meta persuna ġuridika jew fiżika ma tikkooperax mal-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu l-assistenza neċessarja lill-Aġenzija sabiex tkun tista' twettaq l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta' monitoraġġ.
Artikolu 86
Riċerka u innovazzjoni
L-Aġenzija għandha timplimenta partijiet relatati mal-avjazzjoni ċivili tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni meta l-Kummissjoni tkun iddelegat is-setgħat rilevanti lilha.
Artikolu 87
Protezzjoni ambjentali
Fit-tħejjija ta' dak ir-rieżami, l-Aġenzija għandha tibbaża ruħha primarjament fuq informazzjoni diġà disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament.
L-Aġenzija għandha tassoċja ruħha mal-Istati Membri u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u l-organizzazzjonijiet rilevanti fl-iżvilupp ta' dak ir-rieżami.
Dak ir-rieżami għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet bil-għan li jtejbu l-livell ta' protezzjoni ambjentali fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni.
Artikolu 88
Interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili
Biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza mhux skont il-liġi fejn ikun hemm interdipendenzi bejn is-sikurezza u s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, l-Aġenzija għandha, fejn meħtieġ, tirreaġixxi mingħajr dewmien bla bżonn għal problema urġenti li tkun ta' interess komuni għall-Istati Membri u li taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi:
tieħu miżuri skont il-punt (h) tal-Artikolu 77(1) biex tindirizza dgħufijiet fid-disinn tal-inġenji tal-ajru;
tirrakkomanda azzjonijiet korrettivi li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew il-persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dan ir-Regolament, u/jew tqassam l-informazzjoni rilevanti lil dawk l-awtoritajiet u l-persuni, fil-każ li l-problema taffettwa l-operazzjoni tal-inġenji tal-ajru, inkluż ir-riskji għall-avjazzjoni ċivili li jkunu ġejjin minn żoni ta' konflitt.
Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Aġenzija għandha tikseb il-kunsens tal-Kummissjoni u tikkonsulta lill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tibbaża dawk il-miżuri, fejn ikun possibbli, fuq valutazzjonijiet tar-riskju komuni tal-Unjoni u tqis il-ħtieġa għal reazzjoni rapida f'każijiet ta' emerġenza.
Artikolu 89
Interdipendenzi bejn is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u fatturi soċjoekonomiċi
Artikolu 90
Kooperazzjoni internazzjonali
L-Aġenzija tista' taġixxi ta' Organizzazzjoni Reġjonali ta' Sorveljanza tas-Sikurezza fil-qafas tal-ICAO.
L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal- Kummissjoni u l-Istati Membri, tinkludi u taġġorna, fejn meħtieġ, l-informazzjoni li ġejja fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74:
informazzjoni dwar il-konformità ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u tal-miżuri meħuda mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament, ►C1 mal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ ;
informazzjoni oħra relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li tkun komuni għall-Istati Membri kollha u li tkun rilevanti għall-monitoraġġ mill-ICAO tal-konformità tal-Istati Membri mal-Konvenzjoni ta' Chicago u ►C1 mal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ .
L-Istati Membri għandhom jużaw dik l-informazzjoni meta jkunu qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u meta jkunu qed jipprovdu informazzjoni lill-ICAO skont il-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO.
Artikolu 91
Maniġġar ta' Kriżijiet fl-Avjazzjoni
Artikolu 92
Taħriġ vokazzjonali
Artikolu 93
Implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew
L-Aġenzija għandha, fejn ikollha l-għarfien espert rilevanti u fuq talba, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni, fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, b'mod partikolari billi:
twettaq spezzjonijiet tekniċi, investigazzjonijiet tekniċi u studji;
tikkontribwixxi, f'materji koperti minn dan ir-Regolament, b'kooperazzjoni mal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, għall-implimentazzjoni ta' skema ta' prestazzjoni għal servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet tan-netwerk;
tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inkluż l-iżvilupp u l-użu tal-programm SESAR.
SEZZJONI II
L-Istruttura interna
Artikolu 94
Status ġuridiku, sede u uffiċċji lokali
Artikolu 95
Persunal
Artikolu 96
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mal-TUE u mat-TFUE, għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.
Artikolu 97
Responsabbiltà
Artikolu 98
Il-Funzjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija
Il-Bord ta' Tmexxija għandu:
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, meta jkun rilevanti, jestendi jew itemm il-mandat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 103;
jadotta rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attività għandu jkun disponibbli għall-pubbliku;
jadotta, kull sena, id-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 117;
jadotta l-baġit annwali tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li jkunu intitolati li jivvotaw u f'konformità mal-Artikolu 120(11);
jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv kif imsemmi fl-Artikoli 115 u 116;
iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 120, 121 u 125;
jaħtar il-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 106;
jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv;
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-regoli relatati mat-tariffi u mal-imposti kif imsemmi fl-Artikolu 126;
jaddotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu;
jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi għall-Aġenzija;
jieħu deċiżjonijiet dwar it-twaqqif tal-istrutturi interni tal-Aġenzija fil-livell tad-diretturi u, meta jkun neċessarju, dwar il-modifiki tagħhom;
f'konformità mal-paragrafu 6, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat konferiti mir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità li jkollha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta' Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra jsiru effettivi f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord tal-Appell;
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) ( 11 );
jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 125;
jaħtar Uffiċjal tal-Kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;
jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata għar-riskji ta' frodi, b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-Programm Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5;
jadotta l-Pjan Ewropew tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 6;
jieħu deċiżjonijiet debitament motivati fir-rigward tat-tneħħija tal-immunità f'konformità mal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TEU u mat-TFUE;
jistabbilixxi proċeduri għal kooperazzjoni espedjenti tal-Aġenzija mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 996/2010 u (UE) Nru 376/2014.
Fejn meħtieġ minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta' Tmexxija jista', permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil xi membru tal-persunal li ma jkunx id-Direttur Eżekuttiv.
Artikolu 99
Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija
Artikolu 100
Il-President tal-Bord ta' Tmexxija
Artikolu 101
Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija
Artikolu 102
Ir-regoli tal-Bord ta' Tmexxija dwar il-votazzjoni
Artikolu 103
Direttur Eżekuttiv
Għall-fini tal-konklużjoni tal-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun irrappreżentata mill-President tal-Bord ta' Tmexxija.
Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' Tmexxija għandu jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 104
Ir-Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija b'dan ir-Regolament jew b'atti oħra tal-Unjoni. B'mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex:
japprova l-miżuri tal-Aġenzija kif definiti fl-Artikolu 76 fil-limiti speċifikati b'dan ir-Regolament u bl-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;
jiddeċiedi dwar investigazzjonijiet, spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ kif previst fl-Artikoli 83 u 85;
jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni ta' kompiti lil entitajiet kwalifikati skont l-Artikolu 69(1) u dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet f'isem l-Aġenzija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew mill-entitajiet kwalifikati f'konformità mal-Artikolu 83(1);
jieħu l-miżuri meħtieġa li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Aġenzija relatati mal-kooperazzjoni internazzjonali f'konformità mal-Artikolu 90;
jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament;
jimplimenta deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' Tmexxija;
iħejji r-rapport konsolidat annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
iħejji l-abbozz tar-rendikont tal-istimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija skont l-Artikolu 120, u jimplimenta l-baġit tagħha skont l-Artikolu 121;
jiddelega s-setgħat tad-Direttur Eżekuttiv tiegħu lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli applikabbli għal tali delegi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2);
iħejji d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jippreżentah lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni, wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kummissjoni;
jimplimenta d-dokument ta' programmazzjoni msemmi fl-Artikolu 117(1), u jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
iħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll tal-investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF, u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b'mod regolari lill-Bord ta' Tmexxija;
jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, billi jwettaq kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti li tħallsu bi żball u, meta dan ikun xieraq, billi jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;
iħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
iħejji abbozz ta' regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija;
iħejji l-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, u jippreżentahom lill-Bord ta' Tmexxija għall-adozzjoni;
jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Ewropew għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni;
iwieġeb għal talbiet ta' assistenza mill-Kummissjoni li jkunu saru f'konformità ma' dan ir-Regolament;
jaċċetta r-riallokazzjoni ta' responsabbiltajiet lill-Aġenzija f'konformità mal-Artikoli 64 u 65;
iwettaq l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-Aġenzija;
jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ, dwar kwalunkwe tibdil fihom, ħlief għal dawk fil-livell tad-diretturi, li ser ikunu approvati mill-Bord ta' Tmexxija;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' konflitti ta' interess fir-rigward ta' parteċipanti fi gruppi ta' ħidma u gruppi ta' esperti, u membri oħra tal-persunal mhux koperti mir-Regolamenti tal-Persunal, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar dikjarazzjonijiet ta' interess u, fejn xieraq, attivitajiet okkupazzjonali ta' wara l-impjieg.
Artikolu 105
Setgħat tal-Bord tal-Appell
Artikolu 106
Membri tal-Bord tal-Appell
Artikolu 107
Esklużjoni u oġġezzjoni
Artikolu 108
Deċiżjonijiet soġġetti għal appell
Artikolu 109
Persuni intitolati għal appell
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm tkun fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, taffettwa direttament u individwalment lill-ewwel persuna. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jkunu parti fil-proċedimenti tal-appell.
Artikolu 110
Limitu ta' żmien u forma
L-appell, flimkien ma' dikjarazzjoni sostanzjata tal-motivazzjoni tiegħu, għandhom jitressqu bil-miktub lis-segretarjat tal-Bord tal-Appell fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk tkun assenti, mill-jum li fih saret taf biha din tal-aħħar, skont xi jkun il-każ.
Artikolu 111
Reviżjoni interlokutorja
Artikolu 112
Eżami ta' appelli
Artikolu 113
Deċiżjonijiet fuq appell
Meta l-Bord tal-Appell jikkonkludi li l-appell ma jkunx ammissibbli jew li ma jkunx hemm bażi għall-appell, dan għandu jiċħad l-appell. Meta l-Bord tal-Appell jikkonkludi li l-appell ikun ammissibbli u li jkun hemm motivazzjoni tajba għall-appell, dan għandu jirreferi l-każ lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni motivata ġdida filwaqt li tqis id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.
Artikolu 114
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
SEZZJONI III
Metodi ta' ħidma
Artikolu 115
Proċeduri għall-iżvilupp ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistabbilixxi proċeduri trasparenti għall-ħruġ ta' opinjonijiet, speċifikazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, mezzi aċċettabbli ta' konformità u materjal ta' gwida msemmija fl-Artikolu 76(1) u (3). Dawk il-proċeduri għandhom:
jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-awtoritajiet ċivili, u fejn adatt, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni militari tal-Istati Membri;
kulfejn meħtieġ, jinvolvu l-esperti minn partijiet interessati rilevanti jew jagħmlu użu mill-kompetenza esperta tal-korpi rilevanti Ewropej ta' standardizzazzjoni jew ta' korpi speċjalizzati oħra;
jiżguraw li l-Aġenzija tippubblika d-dokumenti u tikkonsulta b'mod wiesa' mal-partijiet interessati, f'konformità ma' skeda ta' żmien u ma' proċedura li tinkludi obbligu fuq l-Aġenzija sabiex tagħti tweġiba bil-miktub fil-proċess ta' konsultazzjoni.
Artikolu 116
Proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet
Dawk il-proċeduri għandhom, b'mod partikolari:
jiżguraw li l-persuna fiżika jew ġuridika li trid tiġi indirizzata fid-deċiżjoni tinstema' u li tinstema' kwalunkwe parti oħra li tkun affettwata direttament u individwalment;
jipprevedu n-notifika tad-deċiżjoni lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-pubblikazzjoni tan-notifika, soġġett għar-rekwiżiti tal-Artikoli 123 u 132(2);
jipprevedu li l-persuna fiżika jew ġuridika li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni, u kwalunkwe parti oħra fil-proċedimenti, ikunu informati dwar ir-rimedji ġuridiċi li jkollhom disponibbli skont dan ir-Regolament;
jiżguraw li d-deċiżjoni jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet.
Artikolu 117
Programmazzjoni annwali u pluriennali
Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata meta dan ikun xieraq, u b'mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 124.
Artikolu 118
Rapport annwali kkonsolidat dwar l-attività
Artikolu 119
Trasparenza u komunikazzjoni
TAQSIMA IV
Rekwiżiti finanzjarji
Artikolu 120
Baġit
Mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor, id-dħul tal-Aġenzija għandu jinkludi:
kontribuzzjoni mill-Unjoni;
kontribuzzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz Ewropew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 129;
it-tariffi mħallsa mill-applikanti għaċ-ċertifikati li jinħarġu mill-Aġenzija, u mid-detenturi tagħhom, kif ukoll minn persuni li rreġistraw dikjarazzjonijiet mal-Aġenzija;
imposti għall-pubblikazzjonijiet, għat-taħriġ u għal servizzi oħra pprovduti u għall-ipproċessar tal-appelli mill-Aġenzija;
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi jew minn entitajiet oħra, dment li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija;
għotjiet.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu, abbażi ta' dak l-abbozz, jadotta abbozz proviżorju tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara. L-abbozz proviżorju tal-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar ta' kull sena.
Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikun innotifika l-intenzjoni tiegħu li jagħti opinjoni, dan għandu jibgħat l-opinjoni tiegħu lill-Bord ta' Tmexxija fi żmien sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.
Artikolu 121
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
Artikolu 122
Ġlieda kontra l-frodi
Artikolu 123
Ir-regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata
L-Aġenzija għandha tadotta regoli proprji ta' sigurtà li jkunu ekwivalenti għar-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u l-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 ( 17 ) u (UE, Euratom) 2015/444 ( 18 ). Ir-regoli ta' sigurtà tal-Aġenzija għandhom ikopru, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' tali informazzjoni.
Artikolu 124
Evalwazzjoni
Artikolu 125
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013, ħlief jekk tali devjazzjoni tkun meħtieġa b'mod speċifiku għall-operazzjoni tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.
Artikolu 126
Tariffi u imposti
Għandhom jiġu applikati tariffi u imposti:
għall-ħruġ u għat-tiġdid taċ-ċertifikati u għar-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament, kif ukoll għall-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-attivitajiet li dawk iċ-ċertifikati u d-dikjarazzjonijiet ikunu relatati magħhom;
għall-pubblikazzjoni, it-taħriġ u l-għoti ta' kwalunkwe servizz ieħor mill-Aġenzija, li għandu jirrifletti l-ispiża reali ta' kull servizz individwali li jiġi pprovdut;
għall-ipproċessar tal-appelli.
It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u għandhom jitħallsu, f'euro.
KAPITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 127
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 128
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 129
Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej
L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi Ewropej li jkunu partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Chicago u li jkunu daħlu fi ftehimiet internazzjonali mal-Unjoni li skonthom huma adottaw il-liġi tal-Unjoni u qed japplikawha fl-oqsma koperti b'dan ir-Regolament.
Dawk il-ftehimiet internazzjonali jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura u l-firxa tal-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. L-Aġenzija tista', f'konformità mal-Artikolu 90(2), tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma mal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz Ewropew ikkonċernat sabiex dawk id-dispożizzjonijiet isiru effettivi.
Artikolu 130
Il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kondizzjonijiet tal-operat
Artikolu 131
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 132
Proċessar ta' data personali
Artikolu 133
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005
Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-paragrafi 1 sa 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:
Artikolu 134
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 4, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) ikollha ĊOA validu maħruġ f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ) jew minn awtorità nazzjonali ta' Stat Membru, jew minn diversi awtoritajiet nazzjonali ta' Stati Membri li jaġixxu b'mod konġunt f'konformità mal-Artikolu 62(5) ta' dak ir-Regolament jew mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.
L-Artikolu 6 hu sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 6
Iċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru
L-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-liċenzji malajr kemm jista' jkun bi kwalunkwe bidla proposta rilevanti fiċ-ĊOA.
Dak l-iskambju jista' jinkludi, mingħajr ma jkun limitat għal, informazzjoni marbuta mal-arranġamenti finanzjarji, organizzattivi u dwar is-sjieda tat-trasportatur tal-ajru Komunitarju li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza jew is-solvenza tal-operazzjonijiet tagħha jew li jistgħu jassistu lill-awtorità kompetenti għaċ-ĊOA fit-twettiq tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħha relatati mas-sikurezza. Meta l-informazzjoni tingħata b'mod kunfidenzjali, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi protetta b'mod adegwat.
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 135
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 996/2010
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 hu sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 5
Obbligu ta' investigazzjoni
Artikolu 136
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 376/2014
Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 376/2014, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalihom ma jkunx meħtieġ ċertifikat jew dikjarazzjoni skont l-Artikolu 56(1) u (5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, ħlief jekk l-okkorrenza jew l-informazzjoni l-oħra relatata mas-sikurezza li tkun tinvolvi tali inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord tkun irriżultat f'dannu fatali jew serju ta' persuna jew tkun involviet xi inġenju tal-ajru li ma jkunx inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw dan ir-Regolament anke għal okkorrenzi u għal informazzjoni oħra relatata mas-sikurezza li jkunu jinvolvu l-inġenji tal-ajru li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) 2018/1139.
Artikolu 137
Emendi għad-Direttiva 2014/30/UE
Fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/30/UE, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(b) It-tagħmir tal-avjazzjoni li ġej, fejn dak it-tagħmir jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ) u huwa maħsub esklużivament għall-użu fl-ajru:
inġenji tal-ajru, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati;
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett.
Artikolu 138
Emendi għad-Direttiva 2014/53/UE
Fl-Anness I għad-Direttiva 2014/53/UE, il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“3. It-tagħmir tal-avjazzjoni li ġej, fejn dak it-tagħmir jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ) u huwa maħsub esklużivament għall-użu fl-ajru:
inġenji tal-ajru, minbarra inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, partijiet u tagħmir mhux installat assoċjati;
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, partijiet u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) ta' dak ir-Regolament u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett.
Artikolu 139
Tħassir
Artikolu 140
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Mhux aktar tard mit-12 ta' Settembru 2023 ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u (KE) Nru 552/2004 għandhom jiġu adattati għal dan ir-Regolament. Sa ma jsir l-adattament, kwalunkwe referenza f'dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni għal:
“operazzjoni kummerċjali” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (i) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
“inġenju tal-ajru mħaddem b'magna kumplessa” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (j) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
“tagħmir” għandha tinftiehem bħala referenza għall-punt (29) tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;
“liċenzja ta' bdot għal titjir rikreattiv” għandha tinftiehem bħala referenza għal-liċenzja msemmija fl-Artikolu 7(7) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008;
Artikolu 141
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3)
1. Il-kategoriji ta' inġenji tal-ajru bi bdot abbord li għalihom ma japplikaw dan ir-Regolament:
inġenji tal-ajru storiċi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
inġenji tal-ajru li:
jew
inġenji tal-ajru li għandhom rilevanza storika ċara, marbuta ma':
jew
inġenji tal-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għal skopijiet sperimentali, xjentifiċi jew ta' riċerka, u x'aktarx prodotti f'numri limitati ħafna;
inġenji tal-ajru, inkluż dawk fornuti f'forma ta' kit, fejn mill-inqas 51 % tal-kompiti ta' fabbrikazzjoni u assemblaġġ jitwettqu minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta' dilettanti mingħajr skop ta' profitt, għall-finijiet tagħhom stess u mingħajr ebda għan kummerċjali;
inġenji tal-ajru li kienu fis-servizz tal-forzi militari, ħlief jekk l-inġenju tal-ajru huwa ta' tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard tad-disinn;
ajruplani li jkollhom veloċità minima ta' titjir li tista' titkejjel jew veloċità kostanti ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma taqbiżx il-35 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS), ħelikopters, paraxuts bil-mutur, gliders u gliders bil-mutur, li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits u massa massima ta' tluq (MTOM), kif irreġistrata mill-Istati Membri, ta' mhux aktar minn:
|
Ajruplan/Ħelikopter/Paraxut bil-mutur/glider bil-mutur |
Gliders |
Amfibju jew ajruplan galleġġjanti/ħelikopter |
Paraxut ta' rkupru totali mmuntat fuq qafas ta' inġenju tal-ajru |
B'sit wieħed |
300 kg MTOM |
250 kg MTOM |
Żieda ta' 30 kg MTOM |
Żieda ta' 15 kg MTOM |
B'żewġ sits |
450 kg MTOM |
400 kg MTOM |
Żieda ta' 45 kg MTOM |
Żieda ta' 25 kg MTOM |
Meta amfibju jew ajruplan galleġġjanti/ħelikopter jopera kemm bħala ajruplan galleġġjanti/ħelikopter kif ukoll bħala ajruplan tal-art/ħelikopter, dan għandu jaqa' taħt il-limitu MTOM applikabbli. |
ġiroplani b'sit wieħed jew b'żewġ sits b'MTOM li ma teċċedix is-600 kg;
repliki ta' inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kriterji tal-punti (a) jew (d), li d-disinn strutturali tagħhom huwasimili għal dak tal-inġenji tal-ajru oriġinali;
blalen tal-arja u iġfna tal-ajru li għandhom post għal wieħed jew tnejn u volum massimu ta' disinn ta' mhux aktar minn 1 200 m3, u fil-każ ta' gassijiet reffejja oħra mhux aktar minn 400 m3;
kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor bi bdot abbord b'massa vojta massima, inkluż il-fjuwil, ta' mhux aktar minn 70 kg.
2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma japplikax għal:
inġenji tal-ajru marbuta mingħajr ebda sistema ta' propulsjoni, fejn it-tul massimu tal-irbit huwa ta' 50 m, u fejn:
il-MTOM tal-inġenju tal-ajru, inkluż it-tagħbija tiegħu, hija ta' inqas minn 25 kg, jew
fil-każ ta' inġenji tal-ajru eħfef mill-arja, il-volum tad-disinn massimu tal-inġenju tal-ajru huwa ta' inqas minn 40 m3;
inġenji tal-ajru marbuta b'MTOM ta' mhux aktar minn 1 kg.
ANNESS II
Rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà
1. INTEGRITÀ TAL-PRODOTT
L-integrità tal-prodott, inkluż il-protezzjoni kontra t-theddid għas-sigurtà tal-informazzjoni, trid tiġi aċċertata għall-kondizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mar-rekwiżiti kollha trid tintwera permezz ta' valutazzjoni jew ta' analiżi, sostnuta, fejn hemm bżonn, b'testijiet.
1.1. Strutturi u materjali
1.1.1. |
L-integrità tal-istruttura trid tiġi aċċertata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali għall-inġenju tal-ajru, inkluż is-sistema ta' propulsjoni tiegħu, u trid tinżamm għall-ħajja operattiva tal-inġenju tal-ajru. |
1.1.2. |
Il-parts kollha tal-inġenju tal-ajru, li jekk tinqalgħalhom il-ħsara jistgħu jnaqqsu l-integrità strutturali, iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew ħsara. Dan jinkludi l-oġġetti kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' trażżin.
(a)
Iridu jiġu kkunsidrati l-kombinazzjonijiet kollha ta' tagħbija li jkunu raġonevolment mistennija li jseħħu fil-piżijiet, fil-firxa taċ-ċentru tal-gravità, fiż-żona operazzjonali u fil-ħajja tal-inġenju tal-ajru u biżżejjed lil hinn minnhom. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal buffuri, manuvri, pressjoni għolja, superfiċji mobbli, sistemi ta' kontroll u ta' propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.
(b)
Trid tingħata kunsiderazzjoni lit-tagħbijiet u lill-ħsarat probabbli kkawżati bi nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar.
(c)
Skont kif inhu adatt għat-tip ta' operazzjoni, l-effetti dinamiċi jridu jiġu koperti fir-rispons strutturali għal dawk it-tagħbijiet, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. |
1.1.3. |
L-inġenju tal-ajru ma jrid ikollu ebda instabbiltà ajruelastika u vibrazzjoni eċċessiva. |
1.1.4. |
Il-proċessi tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru jridu jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali. |
1.1.5. |
Hemm bżonn li jiġi żgurat li sa fejn huwa prattikabbli, l-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħsara aċċidentali u li ġejja minn sors diskret ma jnaqqsux l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati. |
1.2. Propulsjoni
1.2.1. |
L-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-magna u, meta jkun xieraq, l-iskrun) trid tintwera f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni u trid tinżamm tul il-ħajja operattiva tas-sistema ta' propulsjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rwol tas-sistema ta' propulsjoni fil-kunċett ġenerali tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru. |
1.2.2. |
Is-sistema ta' propulsjoni trid tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-forza propulsiva jew il-potenza mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjir, filwaqt li jitqiesu l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali. |
1.2.3. |
Il-proċess tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni jridu jirriżultaw f'imġiba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali. |
1.2.4. |
L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operazzjonali u ħsarat sussegwenti probabbli fil-parts ma għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati. |
1.2.5. |
L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-interfaċċa sikura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju tal-ajru jridu jiġu promulgati. |
1.3. Sistemi u tagħmir (għajr it-tagħmir mhux installat):
1.3.1. |
L-inġenju tal-ajru ma jridx ikollu karatteristiċi jew dettalji ta' disinn li l-esperjenza wriet li huma perikolużi. |
1.3.2. |
L-inġenju tal-ajru, inkluż dawk is-sistemi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tad-disinn tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, irid jiffunzjona dejjem, kif ippjanat f'kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista, u biżżejjed lil hinn, mill-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, b'konsiderazzjoni xierqa tas-sistema jew tal-ambjent tal-operazzjoni tat-tagħmir. Sistemi jew tagħmir oħra mhux meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, ma jridux inaqqsu s-sikurezza u ma jridux jaffettwaw ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kull tip ta' sistema jew tagħmir ieħor. Is-sistemi u t-tagħmir iridu jkunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu ħila jew saħħa eċċezzjonali. |
1.3.3. |
Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, ikkunsidrati separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, iridu jiġu ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' ħsara katastrofika ma tirriżultax minn ħsara waħda li ma tidhirx li hija estremament improbabbli u trid teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà ta' kondizzjoni ta' xi ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq l-inġenju tal-ajru u fuq l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju ta' ħsara waħda msemmi hawn fuq, huwa aċċettat li jrid ikun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa tal-inġenju tal-ajru u li dan jista' jostakola lil dan il-kriterju ta' ħsara waħda milli jiġi sodisfatt fir-rigward ta' xi parts u xi sistemi fuq ħelikopters u ajruplani żgħar. |
1.3.4. |
L-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq sikur tat-titjira u l-informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux sikuri trid tiġi pprovduta lill-ekwipaġġ, jew lill-persunal ta' manutenzjoni, kif xieraq, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Iridu jiġu ddisinjati u mpoġġija sistemi, tagħmir u kontrolli, inkluż sinjali u avviżi biex jiġu minimizzati l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikli. |
1.3.5. |
Iridu jittieħdu prekawzjonijiet tad-disinn sabiex jitnaqqsu l-perikli għall-inġenji tal-ajru u għall-okkupanti minn theddid raġonevolment probabbli, inkluż theddidiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju tal-ajru, inkluż il-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' ħsara sinifikanti jew ta' tfixkil f'xi tagħmir mhux installat. |
1.4. Tagħmir mhux installat
1.4.1. |
It-tagħmir mhux installat irid iwettaq il-funzjoni ta' sikurezza tiegħu jew funzjoni rilevanti għas-sikurezza kif maħsub fi kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista sakemm dik il-funzjoni ma tkunx tista' titwettaq ukoll permezz ta' mezzi oħra. |
1.4.2. |
It-tagħmir mhux installat irid ikun operabbli mingħajr ma jeħtieġ ħila jew saħħa eċċezzjonali. |
1.4.3. |
It-tagħmir mhux installat, kemm jekk jiffunzjona kif suppost kif ukoll jekk le, ma jridx inaqqas is-sikurezza u ma jridx jaffettwa ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kwalunkwe tagħmir, sistema, jew apparat ieħor. |
1.5. Ajrunavigabbiltà kontinwa
1.5.1. |
Id-dokumenti kollha meħtieġa inkluż l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà relatat mat-tip ta' inġenju tal-ajru u kwalnukwe parti assoċjata tul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. |
1.5.2. |
Iridu jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' parts u ta' tagħmir mhux installat kif meħtieġ għall-ajrunavigabbiltà kontinwa. |
1.5.3. |
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jkunu fil-forma ta' manwal jew ta' manwali, kif adattat għall-kwantità ta' data li trid tiġi pprovduta. Il-manwali jridu jkopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni dwar is-servizz ta' manutenzjoni, proċeduri ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u ta' spezzjoni, f'format li jipprevedi arranġament prattiku. |
1.5.4. |
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jrid ikun fihom limitazzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà li jistabbilixxu kull ħin obbligatorju ta' sostituzzjoni, intervall ta' spezzjoni u proċedura relatata ta' spezzjoni. |
2. ASPETTI TA' AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-OPERAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. |
Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex tiġi żgurata is-sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul l-operazzjoni tal-prodott:
(a)
It-tipi ta' operazzjoni li għalihom l-inġenju tal-ajru huwa approvat iridu jiġu stabbiliti u l-limitazzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa għal operazzjoni sikura, inkluż il-limitazzjonijiet ambjentali u l-prestazzjoni, iridu jiġu stabbiliti;
(b)
L-inġenju tal-ajru jrid jkun kontrollabbli u manuvrabbli b'mod sikur fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni inkluż wara li tinqala' ħsara f'sistema ta' propulsjoni waħda jew skont il-każ, f'iktar minn waħda, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jiġu kkunsidrati s-saħħa tal-bdot, l-ambjent tal-kabina tal-bdot, l-ammont ta' xogħol tal-bdot u kunsiderazzjonijiet oħra tal-fattur uman u l-fażi tat-titjira u t-tul tagħha;
(c)
Irid ikun possibbli li ssir transizzjoni mingħajr xkiel minn fażi waħda ta' titjira għal oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi ħila eċċezzjonali ta' pilotaġġ, riflessi tajba, saħħa jew ammont ta' xogħol f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni probabbli;
(d)
L-inġenju tal-ajru jrid ikollu din it-tip ta' stabbiltà sabiex ikun żgurat li dak li hu mistenni mill-bdot ma jkunx eċċessiv filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fażi u t-tul tat-titjira;
(e)
Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għall-operazzjoni normali, il-ħsara u l-kondizzjonijiet ta' emerġenza;
(f)
Iridu jiġu pprovduti twissijiet jew deterrenti oħra maħsuba sabiex jevitaw li titħarbat in-normalità tat-titjira, b'mod adattat għat-tip ta' inġenju tal-ajru;
(g)
Il-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu jridu jippermettu ritorn sikur mill-estremi tat-titjira li jistgħu jiġu ffaċċjati. |
2.2. |
Il-limitazzjonijiet tal-operazzjoni u informazzjoni oħra meħtieġa għal operazzjoni sikura jridu jkunu disponibbli għall-membri tal-ekwipaġġ. |
2.3. |
L-operazzjonijiet tal-prodotti jridu jiġu protetti minn perikli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inkluż kondizzjonijiet ambjentali.
(a)
B'mod partikolari u skont it-tip ta' operazzjoni, l-ebda kondizzjoni mhux sikura ma trid tinħoloq mill-esponiment għal fenomeni bħal, iżda mhux biss, temp ikrah, sajjetti, ħbit ma' għasafar, għelieqi radjati bi frekwenza għolja, l-ożonu, eċċ., raġonevolment mistennija li jseħħu tul l-operazzjoni tal-prodott, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(b)
Il-kompartimenti tal-kabina, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport adattati u bi protezzjoni adegwata kontra kwalunkwe periklu mistenni li jirriżulta fl-operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżulta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż perikli ta' nar, duħħan, gassijiet tossiċi u dekompressjoni rapida, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jsiru dispożizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġonevoli sabiex jiġi evitat korriment serju, sabiex jiġu evakwati malajr mill-inġenju tal-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi ta' deċelerazzjoni fil-każ ta' nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar. Iridu jiġu pprovduti sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi, kif meħtieġ, sabiex l-okkupanti jingħataw struzzjonijiet dwar imġiba sikura adattata u dwar il-post u l-użu korrett tat-tagħmir tas-sikurezza. It-tagħmir ta' sikurezza meħtieġ irid ikun faċilment aċċessibbli;
(c)
Il-kompartimenti tal-ekwipaġġ, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jiġu rranġati sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' titjir, inkluż mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni, u ġestjoni ta' kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni u emerġenza previsti. L-ambjent tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ ma jridx jipperikola l-abbiltà tal-ekwipaġġ milli jwettaq il-kompiti tiegħu u jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li jevita l-interferenza matul l-operazzjoni u l-użu ħażin tal-kontrolli. |
3. ORGANIZZAZZJONIJIET (INKLUŻ PERSUNI FIŻIĊI RESPONSABBLI MID-DISINN, IL-PRODUZZJONI, IL-ĠESTJONI JEW IL-MANUTENZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA)
3.1. |
Kif adatt għat-tip ta' attività, l-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet iridu jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta' dik is-sistema;
(c)
l-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiżgura konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà stabbiliti f'dan l-Anness;
(d)
l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (b) u l-arranġamenti skont il-punt (c), sabiex tikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. |
3.2. |
Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-manutenzjoni, il-kondizzjonijiet fil-punti 3.1(c) u 3.1(d) ma japplikawx. |
3.3. |
Persuni fiżiċi li jwettqu l-manutenzjoni għandhom jiksbu u jżommu livelli ta' għarfien teoretiku, ħiliet prattiċi u esperjenza kif xieraq għat-tip ta' attività. |
ANNESS III
Rekwiżiti essenzjali ta' kompatibbiltà ambjentali relatata mal-prodotti
1. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jnaqqsu kemm jista' jkun l-istorbju, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
2. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
3. Il-prodotti jridu jkunu ddisinjati b'mod li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet li huma kkawżati mill-evaporazzjoni jew mir-rilaxx ta' fluwidi, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-punt 4.
4. Kwalunkwe tip ta' kompromess bejn il-miżuri dwar id-disinn maħsuba biex inaqqsu l-istorbju, l-emissjonijiet ta' speċijiet differenti u r-rilaxx ta' fluwidi jrid jiġi kkunsidrat.
5. Il-medda totali ta' kondizzjonijiet normali ta' operazzjoni u ż-żoni ġeografiċi fejn l-istorbju u l-emissjonijiet mill-inġenji tal-ajru huma ta' tħassib, għandha tiġi kkunsidrata meta jiġu mnaqqsa l-istorbju u l-emissjonijiet.
6. Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenju tal-ajru meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent iridu jkunu ddisinjati, prodotti u miżmuma b'mod li jiffunzjonaw kif ippjanat f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni prevista. L-affidabbiltà tagħhom trid tkun adegwata fir-rigward tal-effett ippjanat tagħhom fuq il-kompatibbiltà ambjentali tal-prodott.
7. Kwalunkwe tip ta' struzzjoni, proċedura, mezz, manwal, limitazzjoni u spezzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-konformità kontinwa ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness jridu jiġu stabbiliti u pprovduti għall-utenti intenzjonati b'mod ċar.
8. L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni u fil-manutenzjoni ta' prodotti tal-avjazzjoni:
irid ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness; u
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' prodott tal-avjazzjoni mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness.
ANNESS IV
Rekwiżiti essenzjali għall-ekwipaġġ tal-ajru
1. IT-TAĦRIĠ TAL-BDOTI
1.1. Ġenerali
Persuna li tkun qed titħarreġ biex ittajjar inġenju tal-ajru trid tkun matura biżżejjed fl-edukazzjoni, fiżikament u mentalment biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.
1.2. Għarfien teoretiku
Bdot irid jikseb u jżomm livell xieraq ta' għarfien fir-rigward tal-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru u li jkun proporzjonat mar-riskji marbuta ma' din it-tip ta' attività. Tali għarfien irid jinkludi mill-anqas dawn li ġejjin:
il-liġi tal-ajru;
għarfien ġenerali dwar l-inġenji tal-ajru;
kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kategorija tal-inġenju tal-ajru;
prestazzjoni u ppjanar fit-titjir;
prestazzjoni u limitazzjonijiet umani;
meteoroloġija;
navigazzjoni;
proċeduri operazzjonali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi;
prinċipji tat-titjir;
komunikazzjonijiet; u
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji.
1.3. Dimostrazzjoni u manutenzjoni tal-għarfien teoretiku
1.3.1. |
L-akkwist u ż-żamma tal-għarfien teoretiku jridu jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, u fejn hu xieraq, permezz ta' eżamijiet. |
1.3.2. |
Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fl-għarfien teoretiku. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività. |
1.4. Ħila prattika
Bdot irid jakkwista u jżomm il-ħiliet prattiċi li huma xierqa għall-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fuq l-inġenji tal-ajru. Dawn il-ħiliet iridu jkunu proporzjonati mar-riskji marbuta mat-tip ta' attività u jridu jkopru, jekk adattati għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru, dawn li ġejjin:
l-attivitajiet qabel u waqt it-titjira, inkluż il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, id-determinazzjoni tal-massa u tal-bilanċ, l-ispezzjoni u l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, l-ippjanar tal-fjuwil/tal-enerġija, għarfien dwar it-temp, l-ippjanar tar-rotta, ir-restrizzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u d-disponibbiltà ta' runway;
l-operazzjonijiet tal-ajrudrom u x-xejriet tat-traffiku;
il-prekawzjonijiet u l-proċeduri biex jiġu evitati l-kolliżjonijiet;
il-kontroll tal-inġenju tal-ajru permezz ta' referenza viżiva esterna;
il-manuvri tat-titjir, inkluż dawk f'sitwazzjonijiet kritiċi, u l-manuvri “upset” assoċjati, kif teknikament possibbli;
it-tlugħ u l-inżul normali u f'riħ laterali;
it-titjir b'referenza għall-istrumenti biss, skont kif adatt għat-tip ta' attività;
il-proċeduri operazzjonali, inkluż il-ħiliet f'tim u l-ġestjoni tar-riżorsi, kif adatt għat-tip ta' operazzjoni, kemm jekk b'ekwipaġġ ta' persuna waħda jew aktar;
in-navigazzjoni u l-implimentazzjoni ta' regoli tal-ajru u proċeduri relatati, bl-użu kif jixraq, ta' referenza viżiva jew ta' għajnuniet għan-navigazzjoni;
l-operazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza, inkluż is-simulazzjonijiet ta' funzjonament ħażin tat-tagħmir tal-inġenji tal-ajru;
il-konformità mas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-proċeduri ta' komunikazzjoni;
it-tip ta' inġenju tal-ajru jew aspetti speċifiċi tal-klassi;
it-taħriġ addizzjonali fil-ħiliet prattiċi li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitnaqqsu r-riskji marbuta ma' attivitajiet speċifiċi; u
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi.
1.5. Dimostrazzjoni u żamma ta' ħila prattika
1.5.1. |
Bdot irid juri l-kapaċità li jesegwixxi l-proċeduri u l-manuvri b'livell ta' kompetenza adattat skont il-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru, billi:
(a)
jopera l-inġenju tal-ajru fil-limiti tiegħu;
(b)
jeżerċita ġudizzju tajjeb u ħila fit-titjir;
(c)
japplika għarfien ajrunawtiku;
(d)
iżomm il-kontroll tal-inġenju tal-ajru f'kull ħin b'mod li l-eżitu b'suċċess ta' proċedura jew ta' manuvra jkun żgurat; u
(e)
ħiliet mhux tekniċi, inkluż ir-rikonoxximent u l-ġestjoni ta' theddidiet u ta' żbalji bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni xierqa flimkien mal-valutazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi. |
1.5.2. |
Irid jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-ħiliet prattiċi. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjonijiet, eżamijiet, testijiet jew kontrolli regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet, tat-testijiet jew tal-kontrolli jridu jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju marbut mal-attività. |
1.6. Profiċjenza fil-lingwi
Bdot irid ikollu profiċjenza fil-lingwi sa livell xieraq għall-funzjonijiet eżerċitati fuq l-inġenju tal-ajru. Tali profiċjenza għandha tinkludi:
l-abbiltà li jifhem id-dokumenti ta' informazzjoni dwar it-temp;
l-użu ta' mapep ajrunawtiċi waqt ir-rotta, ta' ċarts tat-tluq u tal-approċċ u ta' dokumenti ta' informazzjoni ajrunawtika marbuta magħhom; u
l-abbiltà li jikkomunika ma' ekwipaġġ tat-titjira ieħor u mas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjira, inkluż il-preparazzjoni għat-titjira, bil-lingwa użata għall-komunikazzjonijiet bir-radju involuti fit-titjira.
1.7. Apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir
Meta apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (FSTD) jintuża għat-taħriġ, jew biex jintwera li tkun inkisbet jew inżammet ħila prattika, dan l-FSTD irid jilħaq livell partikolari ta' prestazzjoni f'dawk l-oqsma, li huma rilevanti għall-eżekuzzjoni tal-azzjoni kkonċernata. B'mod partikolari, ir-replikazzjoni tal-konfigurazzjoni, il-kwalitajiet tal-immaniġġjar, il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, u l-prestazzjoni tas-sistemi jridu jirrappreżentaw b'mod adegwat lill-inġenju tal-ajru.
1.8. Kors ta' taħriġ
1.8.1. |
It-taħriġ irid isir permezz ta' kors ta' taħriġ. |
1.8.2. |
Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; u
(b)
il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u struzzjoni prattika fit-titjir (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli. |
1.9. Għalliema
1.9.1. Tagħlim teoretiku
It-tagħlim teoretiku jrid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Huma jridu:
ikollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; u
ikunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati.
1.9.2. Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir
Struzzjoni fit-titjir u fis-simulazzjoni tat-titjir trid tiġi mogħtija minn għalliema kwalifikati kif jixraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għarfien teoretiku u l-esperjenza xierqa għat-tagħlim li jkun qed jingħata;
jkunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati;
ikunu pprattikaw tekniki ta' struzzjoni f'dawk il-manuvri u fil-proċeduri tat-titjir li fihom huwa ppjanat li jipprovdu struzzjoni fit-titjir;
ikunu wrew l-abbiltà li jgħallmu f'dawk l-oqsma li fihom tkun ser tingħata l-istruzzjoni fit-titjir, inkluż l-istruzzjoni għal qabel it-titjira, wara t-titjira, u fuq l-art; u
jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandards tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.
L-għalliema tat-titjir li jħarrġu fl-inġenju tal-ajru jridu wkoll ikunu awtorizzati li jagħmluha ta' bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru li fuqu jkun qed jingħata t-tagħlim, ħlief fil-każ ta' taħriġ fuq tipi ġodda ta' inġenji tal-ajru.
1.10. Eżaminaturi
Persuni responsabbli mill-valutazzjoni tal-ħila ta' bdoti jridu:
jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' għalliema tat-titjir jew ta' simulazzjoni tat-titjir; u
ikunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni ta' bdot u jwettqu testijiet u kontrolli tat-titjir.
2. REKWIŻITI TAL-ESPERJENZA - IL-BDOTI
Persuna li taġixxi bħala membru tal-ekwipaġġ, għalliem jew eżaminatur fuq titjira trid tikseb u żżomm esperjenza suffiċjenti għall-funzjonijiet li jkunu qed jiġu eżerċitati, sakemm l-atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dan ir-Regolament ma jipprevedux li l-kompetenza trid tintwera skont il-punt 1.5.
3. STAT MEDIKU TAJJEB - IL-BDOTI
3.1. Kriterji mediċi
3.1.1. |
Il-bdoti kollha jridu perjodikament juru stat mediku tajjeb biex jesegwixxu l-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika, b'kunsiderazzjoni għat-tip ta' attività u l-possibbiltà ta' deterjorazzjoni mentali u fiżika minħabba l-età. Stat mediku tajjeb, li jinkludi s-saħħa fiżika u mentali, ifisser li ma jkunx hemm problemi ta' mard jew diżabbiltà, li jirrendu l-bdot inkapaċi:
(a)
li jesegwixxi l-kompiti meħtieġa biex jopera inġenju tal-ajru;
(b)
li jesegwixxi doveri assenjati f'kwalunke ħin; jew
(c)
milli jagħraf korrettament l-ambjent tiegħu jew tagħha. |
3.1.2. |
Meta l-istat mediku tajjeb ma jintweriex b'mod sħiħ, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti fit-titjir. |
3.2. Eżaminaturi ajrumediċi
Eżaminatur ajrumediku jrid:
ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;
ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu aġġornati; u
jkun kiseb għarfien prattiku u esperjenza fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom il-bdoti jaqdu dmirijiethom.
3.3. Ċentri ajrumediċi
Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa ma' dawk ir-rekwiżiti.
4. MEMBRI TAL-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA
4.1. Ġenerali
Il-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:
ikunu mħarrġa u kkontrollati fuq bażi regolari biex jilħqu u jżommu livell adegwat ta' kompetenza biex jaqdu d-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom; u
jiġu vvalutati perjodikament għal stat mediku tajjeb biex jaqdu b'mod sikur id-dmirijiet ta' sikurezza assenjati lilhom. Il-konformità trid tintwera permezz ta' valutazzjoni adattata bbażata fuq l-aħjar prattika ajrumedika.
4.2. Kors ta' taħriġ
4.2.1. |
Jekk adatt għat-tip ta' operazzjoni jew privileġġi, it-taħriġ irid isir permezz ta' kors ta' taħriġ. |
4.2.2. |
Kors ta' taħriġ irid jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
irid jiġi żviluppat sillabu għal kull tip ta' kors; u
(b)
il-kors ta' taħriġ irid ikun imqassam bejn għarfien teoretiku u tagħlim prattiku (inkluż taħriġ sintetiku), jekk applikabbli. |
4.3. Għalliema tal-Ekwipaġġ tal-Kabina
It-tagħlim irid jingħata minn għalliema kwalifikati kif jixraq. Dawk l-għalliema jridu:
jkollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru;
jkunu kapaċi jużaw it-tekniki ta' struzzjoni adattati; u
jirċievu regolarment taħriġ ta' aġġornament biex jiġi żgurat li l-istandards tal-kapaċità tal-għalliema jinżamm aġġornat.
4.4. Eżaminaturi tal-Ekwipaġġ tal-Kabina
Il-persuni responsabbli għall-eżaminar tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina jridu:
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' għalliema tal-ekwipaġġ tal-kabina; u
jkunu kapaċi jivvalutaw il-prestazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina u jwettqu l-eżamijiet.
5. ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ
Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi taħriġ għall-bdoti jew għall-ekwipaġġ tal-kabina trid tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
kif adatta għat-tip ta' taħriġ mogħti u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza, inkluż riskji marbuta mad-deterjorazzjoni fl-istandard tat-taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex tiżgura konformità kontinwa ma' dawk ir-rekwiżiti.
ANNESS V
Rekwiżiti essenzjali għal operazzjonijiet bl-ajru
1. ĠENERALI
1.1. |
Titjira ma tridx issir jekk il-membri tal-ekwipaġġ u, kif adatt, kull persunal ta' operazzjonijiet ieħor li huwa involut fil-preparazzjoni u fl-eżekuzzjoni tagħha ma jkunux familjari mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-proċeduri applikabbli, pertinenti għall-eżekuzzjoni ta' dmirijiethom, preskritti għaż-żoni li jridu jiġu ttraversati, l-ajrudromi ppjanati li jintużaw u l-faċilitajiet ta' navigazzjoni fl-ajru relatati magħhom. |
1.2. |
Titjira trid issir b'tali mod li jiġu segwiti l-proċeduri operazzjonali speċifikati fil-Manwal tat-Titjir jew, fejn meħtieġ fil-Manwal tal-Operat, għall-preparazzjoni u għall-eżekuzzjoni tat-titjira. |
1.3. |
Qabel kull titjira, ir-rwoli u d-dmirijiet ta' kull membru tal-ekwipaġġ iridu jiġu ddefiniti. Il-bdot fil-kmand irid ikun responsabbli għall-operazzjoni u għas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u għas-sikurezza tal-membri kollha tal-ekwipaġġ, tal-passiġġieri u tal-merkanzija abbord. |
1.4. |
Oġġetti jew sustanzi, li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-proprjetà jew għall-ambjent, fosthom oġġetti perikolużi, armi u munizzjon, ma jridux jinġarru fuq kwalunkwe inġenju tal-ajru, ħlief jekk proċeduri u struzzjonijiet speċifiċi ta' sikurezza jkunu ġew applikati biex jitnaqqsu r-riskji relatati. |
1.5. |
Kull data, dokument, rekord u informazzjoni meħtieġa biex jiġi rreġistrat ir-rispett tal-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 5.3 iridu jinżammu għal kull titjira u jibqgħu disponibbli u protetti minn kwalunkwe modifika mhux awtorizzata għal perijodu minimu ta' żmien kompattibbli mat-tip ta' operazzjoni. |
2. TĦEJJIJA GĦAT-TITJIRA
Titjira ma tridx tinbeda jekk ma jkunx ġie aċċertat b'mezz raġonevoli disponibbli li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
Faċilitajiet adegwati direttament meħtieġa għat-titjira u għall-operazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru, inkluż il-faċilitajiet ta' komunikazzjoni u l-għajnuniet tan-navigazzjoni, huma disponibbli għall-eżekuzzjoni tat-titjira, b'kunsiderazzjoni għad-dokumentazzjoni disponibbli tas-Servizzi ta' Informazzjoni Ajrunawtika;
L-ekwipaġġ irid ikun familjari ma' fejn jinsab u kif jintuża t-tagħmir ta' emerġenza rilevanti, u l-passiġġieri jridu jkunu infurmati dwar dan. L-informazzjoni suffiċjenti, relatata mal-operazzjoni u speċifika għat-tagħmir installat, li tirrigwarda l-proċeduri ta' emerġenza u l-użu tat-tagħmir tas-sikurezza tal-kabina trid tkun disponibbli għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri;
Il-bdot fil-kmand irid ikun sodisfatt li:
l-inġenju tal-ajru huwa ajrunavigabbli skont kif speċifikat fil-punt 6;
jekk meħtieġ, l-inġenju tal-ajru jkun irreġistrat kif suppost u li ċ-ċertifikati adattati kollha fir-rigward tiegħu huma abbord l-inġenju tal-ajru;
strumenti u tagħmir meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dik it-titjira kif speċifikat fil-punt 5, huma installati fuq l-inġenju tal-ajru u huma operattivi, sakemm mhux eżenti permezz tal-MEL jew ta' dokument ekwivalenti applikabbli;
il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-punt taċ-ċentru tal-gravità huma b'tali mod li t-titjira tista' tiġi eżegwita fil-limiti msemmijin fid-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà;
il-bagalji tal-kabina, il-bagalji tal-istiva u l-merkanzija kollha huma mgħobbija kif suppost u maqfula sew; u
il-limiti tal-operat tal-inġenju tal-ajru kif speċifikat fil-punt 4 mhux ser jinqabżu fl-ebda ħin matul it-titjira;
L-informazzjoni li tirrigwarda l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi tat-tluq, tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tal-ajrudromi alternattivi, kif ukoll il-kondizzjonijiet għal waqt ir-rotta, iridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ tat-titjira. Trid tingħata attenzjoni speċjali lil kondizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi;
Irid jkun hemm mezzi xierqa ta' mitigazzjoni jew pjanijiet ta' kontinġenza biex jittrattaw kondizzjonijiet atmosferiċi potenzjalment perikolużi li huma mistennija fit-titjira;
Għal titjira bbażata fuq regoli viżivi tat-titjir, il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi matul ir-rotta tat-titjira jridu jkunu tali li jippermettu l-konformità ma' dawk ir-regoli tat-titjir. Għal titjira bbażata fuq regoli tat-titjir bl-istrumenti, id-destinazzjoni u, fejn hu applikabbli, l-ajrudrom(i) alternattiv(i) fejn l-inġenju tal-ajru jista' jinżel, iridu jintgħażlu, b'kunsiderazzjoni b'mod partikolari għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mbassra, għad-disponibbiltà ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, għad-disponibbiltà ta' faċilitajiet tal-art u għall-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti approvati mill-Istat fejn jinsab l-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew l-ajrudrom alternattiv;
L-ammont ta' fjuwil/enerġija għall-propulsjoni u ta' oġġetti konsumabbli li jkunu abbord irid ikun biżżejjed biex jiġi żgurat li t-titjira ppjanata tista' tiġi kkompletata mingħajr periklu, b'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi, kull tip ta' element li jaffettwa l-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru u xi dewmien mistenni fit-titjira. Barra dan, trid tinġarr riżerva ta' fjuwil/enerġija għal li jista' jinqala'. Il-proċeduri għall-ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira jridu jkunu stabbiliti meta rilevanti.
3. OPERAZZJONIJIET TA' TITJIR
F'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjonijiet ta' titjir, irid ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
fejn rilevanti għat-tip tal-inġenju tal-ajru, waqt it-tlugħ u l-inżul, u kull meta jkun meqjus meħtieġ mill-bdot fil-kmand fl-interess tas-sikurezza, kull membru tal-ekwipaġġ irid ikun bilqiegħda fil-post tal-ekwipaġġ u jrid juża s-sistemi ta' rbit ipprovduti;
fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju tal-ajru, il-membri kollha tal-ekwipaġġ tat-titjira li huma meħtieġa jkunu xogħol fil-kabina tal-ekwipaġġ iridu jkunu fil-post tagħhom u jridu jibqgħu hemm, biċ-ċinturini tas-sikurezza maqfula ħlief tul ir-rotta għal ħtiġijiet fiżjoloġiċi u operazzjonali;
fejn rilevanti għat-tip ta' inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni, qabel it-tlugħ u l-inżul, waqt it-taxiing u kull meta jkun meħtieġ fl-interess tas-sikurezza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li kull passiġġier jkun bilqiegħda u maqful sew;
titjira trid issir b'tali mod li tinżamm separazzjoni xierqa minn inġenji tal-ajru oħra u jkun żgurat spazju adegwat ħieles minn ostakli, matul il-fażijiet kollha tat-titjira. Separazzjoni ta' dan it-tip trid tkun minn tal-inqas dik stabbilita mir-regoli tal-ajru applikabbli, kif adatt għat-tip ta' operazzjoni;
titjira ma tridx titkompla jekk il-kondizzjonijiet magħrufa ma jibqgħux ikunu almenu ekwivalenti għal dawk fil-punt 2. Barra minn hekk, għal titjira bbażata fuq regoli ta' titjira bl-istrumenti, approċċ lejn ajrudrom ma jridx jitkompla jekk ikun inqas minn ċertu għoli speċifikat jew lil hinn minn ċertu pożizzjoni, jekk il-kriterji ta' viżibbiltà preskritti ma jintlaħqux;
f'emerġenza, il-bdot fil-kmand irid jiżgura li l-passiġġieri kollha jingħataw struzzjonijiet xierqa dwar l-azzjoni ta' emerġenza meħtieġa fiċ-ċirkostanzi;
bdot fil-kmand irid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas kemm jista' jkun il-konsegwenzi fuq it-titjira ta' passiġġieri li jġibu ruħhom ħażin;
inġenju tal-ajru ma jridx jittajjar fuq iż-żona tal-moviment ta' ajrudrom, jew ir-rotor tiegħu ma jridx jitħaddem, ħlief jekk il-persuna mal-kontrolli tkun kompetenti kif jixraq;
il-proċeduri applikabbli ta' ġestjoni tal-fjuwil/tal-enerġija waqt it-titjira jridu jintużaw, meta rilevanti.
4. LIMITAZZJONIJIET TA' PRESTAZZJONI U TA' OPERAZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU
4.1. |
Inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu u skont il-proċeduri u l-limitazzjonijiet operazzjonali kollha relatati, kif espressi fil-manwal approvat tat-titjir tiegħu jew f'dokumentazzjoni ekwivalenti, skont il-każ. Il-manwal tat-titjira jew id-dokumentazzjoni ekwivalenti jridu jkunu disponibbli għall-ekwipaġġ u miżmuma aġġornati għal kull inġenju tal-ajru. |
4.2. |
Minkejja l-punt 4.1., għal operazzjonijiet bil-ħelikopters tista' tiġi permessa titjira momentarja fil-limiti taż-żona ta' veloċità għolja, sakemm tkun żgurata s-sikurezza. |
4.3. |
L-inġenju tal-ajru jrid jitħaddem skont id-dokumentazzjoni ambjentali applikabbli. |
4.4. |
Titjira ma tridx tinbeda jew titkompla ħlief jekk il-prestazzjoni ppjanata tal-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għall-fatturi kollha li jaffettwaw b'mod sinifikanti l-livell tal-prestazzjoni tiegħu, tippermetti li kull fażi tat-titjira tkun eżegwita fil-limiti tad-distanzi/taż-żoni u fi spazji ħielsa minn ostakli applikabbli għall-massa tal-operazzjoni ppjanata. Il-fatturi tal-prestazzjoni li jaffettwaw b'mod sinifikanti t-tlugħ, it-titjira u l-approċċ/l-inżul huma, b'mod partikolari:
(a)
il-proċeduri tal-operazzjoni;
(b)
il-pressjoni tal-altitudni tal-ajrudrom;
(c)
il-kondizzjonijiet tat-temp (temperatura, riħ, preċipitazzjoni u medda tal-viżibbiltà);
(d)
id-daqs, ix-xaqliba tal-art u l-kondizzjoni taż-żona tat-tlugħ/tal-inżul; u
(e)
il-kondizzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru, tal-impjant tal-enerġija jew tas-sistemi, b'kunsiderazzjoni ta' deterjorazzjoni possibbli. |
4.5. |
Tali fatturi jridu jiġu kkunsidrati direttament bħala parametri operazzjonali jew indirettament permezz ta' tolleranzi jew ta' marġni, li jistgħu jiġu pprovduti fl-ippjanar tad-data tal-prestazzjoni, skont it-tip ta' operazzjoni. |
5. STRUMENTI, DATA U TAGĦMIR
5.1. |
Inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar b'kull tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni u b'tagħmir ieħor meħtieġ għat-titjira ppjanata, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u għar-regoli tal-ajru applikabbli waqt kwalunkwe fażi tat-titjira. |
5.2. |
Meta rilevanti, inġenju tal-ajru jrid ikun mgħammar bit-tagħmir kollu ta' sikurezza, mediku, ta' evakwazzjoni u ta' sopravivenza meħtieġ, b'kunsiderazzjoni għar-riskji marbuta maż-żoni ta' operazzjoni, mar-rotot tat-titjir, mal-altitudni u mat-tul tat-titjira. |
5.3. |
Id-data kollha meħtieġa mill-ekwipaġġ għall-eżekuzzjoni tat-titjira trid tkun aġġornata u disponibbli abbord l-inġenju tal-ajru, b'kunsiderazzjoni għar-regolamenti dwar it-traffiku tal-ajru, ir-regoli tal-ajru, l-altitudnijiet tat-titjira u ż-żoni ta' operazzjoni applikabbli. |
6. AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA U KOMPATIBBILTÀ AMBJENTALI TAL-PRODOTTI
6.1. |
L-inġenju tal-ajru ma jridx jitħaddem ħlief jekk:
(a)
l-inġenju tal-ajru jista' jittajjar u hu f'kondizzjoni tajba biex jitħaddem b'mod sikur u li jirrispetta l-ambjent;
(b)
it-tagħmir operazzjonali u ta' emerġenza meħtieġ għat-titjira ppjanata hu fi stat tajjeb biex jintuża;
(c)
id-dokument tal-ajrunavigabbiltà u, skont il-każ, iċ-ċertifikat tal-istorbju tal-inġenju tal-ajru huwa validu; u
(d)
l-manutenzjoni tal-inġenju tal-ajru ssir skont ir-rekwiżiti applikabbli. |
6.2. |
Qabel kull titjira jew serje ta' titjiriet konsekuttivi, l-inġenju tal-ajru jrid jiġi spezzjonat, permezz ta' kontroll ta' qabel it-titjira, biex jiġi stabbilit jekk huwiex tajjeb għat-titjira ppjanata. |
6.3. |
L-inġenju tal-ajru ma jridx jitħaddem ħlief jekk jiġi rilaxxat għas-servizz minn persuni jew minn organizzazzjonijiet kwalifikati, wara manutenzjoni. Ir-rilaxx iffirmat għas-servizz irid ikun fih b'mod partikolari, id-dettalji bażiċi tal-manutenzjoni li tkun twettqet. |
6.4. |
Ir-rekords meħtieġa li juru l-istatus tal-ajrunavigabbiltà u tal-kompatibbiltà ambjentali tal-inġenju tal-ajru jridu jinżammu, u jiġu mħarsa minn modifiki mhux awtorizzati għal perijodu ta' żmien li jikkorrispondi mar-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà kontinwa, sakemm l-informazzjoni li jkun fihom ma tiġix sostitwita b'informazzjoni ġdida ekwivalenti fl-ambitu u fid-dettall imma jkun xi jkun il-każ għal mhux inqas minn 24 xahar. |
6.5. |
Il-modifiki u t-tiswijiet kollha jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tal-ajrunavigabbiltà u, jekk applikabbli, mal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti. Id-data li ssostni l-konformità mar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà u mar-rekwiżiti tal-kompatibbiltà ambjentali tal-prodotti trid tinżamm u tkun protetta minn modifiki mhux awtorizzati. |
6.6. |
Hija r-responsabbiltà tal-operatur tal-inġenju tal-ajru li jiżgura li parti terza li twettaq il-manutenzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tas-sikurezza tal-operatur. |
7. MEMBRI TAL-EKWIPAĠĠ
7.1. |
In-numru u l-kompożizzjoni tal-ekwipaġġ iridu jiġu determinati b'kunsiderazzjoni:
(a)
għal-limitazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluż jekk applikabbli, id-dimostrazzjoni rilevanti ta' evakwazzjoni f'emerġenza;
(b)
għall-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru; u
(c)
għat-tip u għat-tul tal-operazzjonijiet. |
7.2. |
Il-bdot fil-kmand irid ikollu l-awtorità li jagħti l-ordnijiet kollha u li jieħu kwalunkwe azzjoni xierqa biex jassigura l-operazzjoni u s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u tal-persuni u/jew tal-proprjetà li jkunu qed jinġarru fih. |
7.3. |
F'sitwazzjoni ta' emerġenza, li tipperikola l-operazzjoni jew is-sikurezza tal-inġenju tal-ajru u/jew tal-persuni abbord, il-bdot fil-kmand irid jieħu kwalunkwe azzjoni li huwa jikkunsidra meħtieġa fl-interess tas-sikurezza. Meta azzjoni bħal din tinvolvi ksur ta' regolamenti jew ta' proċeduri lokali, il-bdot fil-kmand irid ikollu r-responsabbiltà li jinnotifika lill-awtoritajiet lokali rilevanti mingħajr dewmien. |
7.4. |
Mingħajr preġudizzju għall-punt 8.12, meta persuni oħra jinġarru abbord, sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew anormali jistgħu jiġu simulati biss jekk dawk il-persuni ġew infurmati kif xieraq u huma konxji tar-riskji assoċjati qabel ma jitilgħu fuq it-titjira. |
7.5. |
L-ebda membru tal-ekwipaġġ ma jista' jippermetti li l-kisba tal-kompiti/it-teħid tad-deċiżjonijiet jiddeterjoraw sal-punt li s-sikurezza tat-titjira tista' tiġi pperikolata minħabba l-effetti ta' għejja, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-akkumulazzjoni ta' għejja, in-nuqqas ta' rqad, in-numru ta' setturi ta' titjir, ix-xiftijiet ta' billejl jew it-tibdil taż-żoni ta' ħin. Perijodi ta' mistrieħ iridu jipprovdu ħin suffiċjenti biex il-membri tal-ekwipaġġ ikunu jistgħu jegħlbu l-effetti tad-dmirijiet ta' qabel u jkunu mistrieħa biżżejjed sal-bidu tal-perijodu ta' titjir li jkun imiss. |
7.6. |
Membru tal-ekwipaġġ ma jridx jesegwixxi d-dmirijiet allokati lilu abbord inġenju tal-ajru meta jkun taħt l-influwenza ta' sustanzi psikoattivi jew ta' alkoħol jew meta ma jkunx f'sikktu minħabba korriment, għejja, medikazzjoni, mard jew raġunijiet oħra simili. |
8. REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU U GĦAL OPERAZZJONIJIET OĦRA LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL REKWIŻIT TA' ĊERTIFIKAZZJONI JEW TA' DIKJARAZZJONI MWETTQA B'AJRUPLANI, ĦELIKOPTERS JEW INĠENJI TAL-AJRU B'TILT ROTOR
8.1. |
L-operazzjoni m'għandhiex issir jekk ma jiġġġux sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid ikollu direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi meħtieġa skont l-iskala u l-ambitu tal-operazzjonijiet. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: inġenji tal-ajru, faċilitajiet, struttura ta' ġestjoni, persunal, tagħmir, dokumentazzjoni ta' kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għad-data rilevanti u żamma ta' rekords;
(b)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ sew u jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll għall-membri tal-ekwipaġġ u għal persunal ieħor rilevanti li huma meħtieġa biex jiżguraw il-validità taċ-ċertifikati, il-klassifikazzjonijiet u l-kwalifiki tagħhom;
(c)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
(d)
l-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi, bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (c), sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. |
8.2. |
L-operazzjoni trid issir biss skont manwal tal-operazzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru. Manwal ta' dan it-tip irid ikun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-inġenji tal-ajru kollha mħaddma u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu. Iridu jkunu speċifikati l-limitazzjonijiet applikabbli għall-ħin tat-titjira, għall-perjodi ta' xogħol fit-titjiriet u għall-perjodi ta' mistrieħ għall-membri tal-ekwipaġġ. Il-manwal tal-operazzjonijiet u r-reviżjonijiet tiegħu jridu jkunu konformi mal-manwal approvat tat-titjir u jrid jiġi emendat skont il-ħtieġa. |
8.3. |
L-operatur tal-inġenju tal-ajru għandu jistabbilixxi proċeduri, skont il-każ, biex inaqqas il-konsegwenzi li xi mġiba ħażina tal-passiġġieri jista' jkollha fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet tat-titjir. |
8.4. |
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżviluppa u jżomm programmi ta' sigurtà adattati għall-inġenju tal-ajru u għat-tip ta' operazzjoni li jkunu jinkludu partikularment:
(a)
is-sigurtà tal-kompartiment tal-ekwipaġġ tat-titjira;
(b)
il-lista ta' kontroll tal-proċedura ta' tfittxija fuq l-inġenju tal-ajru;
(c)
il-programmi ta' taħriġ; u
(d)
il-protezzjoni tas-sistemi elettroniċi u tal-kompjuter għall-prevenzjoni ta' interferenza u ta' korruzzjoni intenzjonati u mhux intenzjonati fis-sistemi. |
8.5. |
Meta l-miżuri ta' sigurtà jistgħu jaffettwaw ħażin is-sikurezza tal-operazzjonijiet, ir-riskji jridu jiġu vvalutati u l-proċeduri adattati jridu jiġu żviluppati biex jitnaqqsu r-riskji ta' sikurezza, dan jista' jirrikjedi l-użu ta' tagħmir speċjalizzat. |
8.6. |
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jaħtar bdot wieħed minn fost l-ekwipaġġ tat-titjira bħala l-bdot fil-kmand. |
8.7. |
Il-prevenzjoni tal-għejja trid tiġi ġestita permezz ta' sistema ta' ġestjoni tal-għejja. Għal titjira, jew għal serje ta' titjiriet, sistema ta' dan it-tip trid tindirizza l-ħinijiet tat-titjir, il-ħinijiet ta' xogħol fit-titjir, ix-xogħol u l-perjodi ta' mistrieħ adattati. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema tal-ġestjoni tal-għejja jridu jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għejja bħal mhuma, b'mod partikolari, in-numru ta' setturi tat-titjir, il-qsim ta' żoni tal-ħin, in-nuqqas ta' rqad, it-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' billejl, il-pożizzjonament, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet tax-xogħol għal perjodi speċifiċi, il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost membri tal-ekwipaġġ, u kif ukoll il-provvediment ta' ekwipaġġi miżjuda. |
8.8. |
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżgura li l-kompiti speċifikati fil-punt 6.1 u dawk deskritti fil-punti 6.4 u 6.5 huma kkontrollati minn organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa li trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, il-punt 3.1, u l-Anness III, il-punti 7 u 8. |
8.9. |
L-operatur tal-inġenju tal-ajru jrid jiżgura li r-rilaxx għas-servizz meħtieġ mill-punt 6.3 jinħareġ minn organizzazzjoni kwalifikata għall-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts u tat-tagħmir mhux installat. Din l-organizzazzjoni trid tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II, il-punt 3.1. |
8.10. |
L-organizzazzjoni msemmija fi 8.8 għandha tistabbilixxi manwal tal-organizzazzjoni għall-użu u għall-gwida tal-persunal ikkonċernat li jagħti deskrizzjoni tal-proċeduri ta' ajrunavigabbiltà kontinwa kollha tal-organizzazzjoni. |
8.11. |
Sistema ta' lista ta' kontroll għandha tkun disponibbli, kif applikabbli, mill-membri tal-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha tal-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru f'kondizzjonijiet u f'sitwazzjonijiet normali u dawk ta' emerġenza u mhux normali. Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għal kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza raġonevolment prevedibbli. |
8.12. |
Ma tridx issir simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew mhux normali waqt li jkunu qed jinġarru passiġġieri jew merkanzija. |
ANNESS VI
Rekwiżiti Essenzjali għall-entitajiet kwalifikati
1. L-entità kwalifikata, id-Direttur tagħha u l-persunal responsabbli għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u tal-kompiti ta' sorveljanza, ma jistgħux jinvolvu ruħhom, la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, fil-produzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fil-manutenzjoni tal-prodotti, tal-parts, tat-tagħmir mhux installat, tal-kostitwenti jew tas-sistemi jew fl-operazzjonijiet tagħhom, il-provvediment ta' servizz jew l-użu. Dan ma jeskludix il-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn l-organizzazzjonijiet involuti u l-entità kwalifikata.
L-ewwel subparagrafu ma għandux iċaħħad organizzazzjoni maħluqa bil-għan li tippromwovi sport tal-ajru jew avjazzjoni ta' divertiment milli tkun eliġibbli għall-akkreditazzjoni bħala entità kwalifikata, bil-kondizzjoni li hija turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità responsabbli mill-akkreditazzjoni, li daħħlet fis-seħħ arranġamenti adegwati għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess.
2. L-entità kwalifikata u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jridu jesegwixxu dmirijiethom bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u jridu jkunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv ta' kull tip, b'mod partikolari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju u d-deċiżjonijiet tagħhom jew ir-riżultati taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tagħhom, b'mod partikolari minn persuni jew minn gruppi ta' persuni affettwati minn dawk ir-riżultati.
3. L-entità kwalifikata trid timpjega persunal u jkollha l-mezzi meħtieġa biex twettaq b'mod adegwat il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza; għandu jkollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal kontrolli eċċezzjonali.
4. L-entità kwalifikata u l-persunal tagħha li huwa responsabbli għall-investigazzjoni jrid ikollhom:
taħriġ tekniku u vokazzjonali sod, jew għarfien espert suffiċjenti miksub permezz tal-esperjenza ta' attivitajiet rilevanti;
għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza li jwettqu u esperjenza adegwata ta' dawn it-tipi ta' proċessi;
l-abbiltà meħtieġa biex jippreparaw dikjarazzjonijiet, rekords u rapporti li juru li l-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza jkunu twettqu.
5. Trid tkun garantita l-imparzjalità tal-persunal responsabbli għal kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza. Ir-remunerazzjoni tagħhom ma tridx tkun tiddependi fuq in-numru ta' investigazzjonijiet magħmula jew fuq ir-riżultati ta' tali investigazzjonijiet.
6. L-entità kwalifikata jrid ikollha polza ta' assigurazzjoni ta' terzi ħlief meta r-responsabbiltà tagħha tkun meħuda minn Stat Membru wieħed skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
7. Il-persunal tal-entità kwalifikata jrid josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha li jkun kiseb waqt l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.
ANNESS VII
Rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi
1. KARATTERISTIĊI FIŻIĊI, INFRASTRUTTURA U TAGĦMIR
1.1. Żona ta' moviment
1.1.1. |
L-ajrudromi għandu jkollhom żona apposta għat-tlugħ u għall-inżul tal-inġenji tal-ajru, li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandu jkollha dimensjonijiet u karatteristiċi xierqa għall-inġenji tal-ajru maħsuba biex jużaw il-faċilità;
(b)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, fejn applikabbli, għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex tiflaħ għal operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża. Dawk iż-żoni li mhumiex maħsuba għal operazzjonijiet ripetittivi jridu jkunu biss kapaċi jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(c)
iż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-ilma jiskula minnha u li ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(d)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' din iż-żona ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(e)
il-karatteristiċi tas-superfiċe taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża; u
(f)
ż-żona għat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. |
1.1.2. |
Fejn ikun hemm bosta żoni tat-tlugħ u tal-inżul deżinjati, dawn għandhom ikunu tali li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. |
1.1.3. |
Iż-żona deżinjata tat-tlugħ u tal-inżul għandha tkun imdawra b'żoni definiti. Dawk iż-żoni huma maħsuba biex iħarsu l-inġenji tal-ajru li jtiru minn fuqhom waqt operazzjonijiet ta' tlugħ jew ta' nżul, jew biex itaffu l-konsegwenzi ta' nżul li jsir qabel tibda r-runway, il-ħruġ mill-ġenb tar-runway jew moviment lil hinn mil-limiti taż-żona tat-tlugħ u tal-inżul, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk iż-żoni għandu jkollhom dimensjonijiet xierqa għall-operazzjonijiet antiċipati tal-inġenji tal-ajru;
(b)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' dawk iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(c)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi li jkun hemm tagħmir fraġli f'dawk iż-żoni, jekk ikun meħtieġ biex jassisti l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru; u
(d)
kull waħda minn dawk iż-żoni għandha tkun b'saħħitha biżżejjed biex taqdi l-iskop tagħha. |
1.1.4. |
Dawk iż-żoni ta' ajrudrom, bil-madwar immedjat assoċjat tagħhom, li jridu jintużaw għat-taxiing jew għall-ipparkjar ta' inġenji tal-ajru, għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jippermettu l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru li mistenni juża l-faċilità partikolari fil-kondizzjonijiet kollha li sar pjan għalihom, u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk iż-żoni għandhom ikunu b'saħħithom biżżejjed biex jifilħu għall-operazzjonijiet ripetittivi tal-inġenju tal-ajru li huwa ppjanat li jintuża, ħlief iż-żoni fejn hu mistenni biss użu okkażjonali u li jeħtieġu biss ikunu jifilħu l-inġenju tal-ajru;
(b)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ddisinjati biex l-ilma jiskula minnhom u biex l-ilma qiegħed ma jkunx jista' jsir riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(c)
ix-xaqliba u l-bidliet fix-xaqliba ta' dawk iż-żoni ma għandhomx joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru;
(d)
il-karatteristiċi tas-superfiċe ta' dawk iż-żoni għandhom ikunu xierqa għall-użu mill-inġenju tal-ajru li ser jintuża; u
(e)
dawk iż-żoni għandhom ikunu ħielsa minn oġġetti li jistgħu joħolqu riskju inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru. Dan ma għandux jipprekludi tagħmir għall-parkeġġ meħtieġ għal dik iż-żona f'pożizzjonijiet jew f'żoni speċifikament identifikati. |
1.1.5. |
Infrastruttura oħra maħsuba biex tintuża minn inġenji tal-ajru għandha tkun iddisinjata b'tali mod li l-użu ta' dik l-infrastruttura ma joħloqx riskju inaċċettabbli għall-inġenji tal-ajru li jużawha. |
1.1.6. |
Kostruzzjonijiet, binjiet, tagħmir jew imħażen għandhom ikunu f'postijiet u ddisinjati b'tali mod li ma joħolqux riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. |
1.1.7. |
Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa li jżommu lil persuni mhux awtorizzati, vetturi jew annimali mhux awtorizzati li jkunu kbar biżżejjed li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru milli jidħlu fiż-żona tal-moviment, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali dwar il-ħarsien tal-annimali. |
1.2. Separazzjoni mill-ostakli
1.2.1. |
Sabiex jiġu protetti l-inġenji tal-ajru li jkunu resqin lejn ajrudrom għall-inżul, jew għat-tluq tagħhom minn ajrudrom, għandhom jiġu stabbiliti rotot jew żoni ta' wasla u ta' tluq. Rotot jew żoni bħal dawn għandhom jipprovdu l-inġenji tal-ajru bis-separazzjoni meħtieġa mill-ostakli li jkunu qegħdin fiż-żona madwar l-ajrudrom wara li jitqiesu l-karatteristiċi fiżiċi lokali. |
1.2.2. |
Din is-separazzjoni mill-ostakli għandha tkun xierqa għall-fażi tat-titjir u għat-tip ta' operazzjoni li qed titwettaq. Għandha wkoll tqis it-tagħmir li jkun qed jintuża sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-inġenju tal-ajru. |
1.3. Tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza, inkluż għajnuniet viżivi u mhux viżivi
1.3.1. |
L-għajnuniet iridu jkunu adattati għall-iskop tagħhom, jintgħarfu u jipprovdu informazzjoni mhux ambigwa lill-utenti skont il-kondizzjonijiet tal-operazzjoni kollha maħsuba. |
1.3.2. |
It-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza għandu jaħdem kif maħsub fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni previsti. Fil-kondizzjonijiet tal-operazzjoni jew fil-każ ta' ħsara, it-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza ma għandux jikkawża riskju inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
1.3.3. |
L-għajnuniet u s-sistema tal-provvista tal-elettriku tagħhom għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li l-ħsarat ma jirriżultawx f'għoti ta' informazzjoni mhux xierqa, qarrieqa jew insuffiċjenti lill-utenti, jew f'interruzzjoni ta' xi servizz essenzjali. |
1.3.4. |
Għandhom jiġu pprovduti mezzi xierqa ta' protezzjoni sabiex jiġu evitati l-ħsarat jew it-tfixkil ta' dawn l-għajnuniet. |
1.3.5. |
Sorsi tar-radjazzjoni jew il-preżenza ta' oġġetti jiċċaqalqu jew fissi ma għandhomx jinterferixxu jew jolqtu ħażin il-prestazzjoni tas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika. |
1.3.6. |
Għandu jkun hemm informazzjoni disponibbli lill-persunal rilevanti dwar l-operat u l-użu tat-tagħmir tal-ajrudrom marbut mas-sikurezza, inkluż indikazzjonijiet ċari tal-kondizzjonijiet li jistgħu joħolqu riskji inaċċettabbli għas-sikurezza tal-avjazzjoni. |
1.4. Data dwar l-ajrudromi
1.4.1. |
Id-data rilevanti għall-ajrudrom u s-servizzi disponibbli għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma aġġornati. |
1.4.2. |
Id-data għandha tkun preċiża, tista' tinqara, kompluta u mhux ambigwa. Għandhom jinżammu l-awtentiċità u livelli xierqa ta' integrità. |
1.4.3. |
Id-data għandha tkun disponibbli għall-utenti u għall-fornituri tal-ANS rilevanti fi żmien xieraq, billi jintuża metodu sigur u veloċi ta' komunikazzjoni. |
2. OPERAZZJONIJIET U ĠESTJONI
2.1. Responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom
L-operatur tal-ajrudrom huwa responsabbli mill-operat tal-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-operatur tal-ajrudrom huma kif ġej:
l-operatur tal-ajrudrom għandu jkollu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-operazzjoni sikura tal-inġenju tal-ajru fl-ajrudrom. Dawk il-mezzi għandhom jinkludu faċilitajiet, persunal, tagħmir u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri, iżda mhumiex limitati għal dawn;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li jkun hemm konformità f'kull ħin mar-rekwiżiti tal-punt 1 jew jieħu miżuri xierqa biex itaffi r-riskji assoċjati man-nonkonformità. Il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti u applikati sabiex l-utenti kollha jkunu konxji f'kull ħin minn dawn il-miżuri;
l-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jistabbilixxi u jimplimenta programm xieraq ta' ġestjoni tar-riskji marbuta mal-preżenza ta' fawna selvaġġa fl-ajrudrom;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, li l-movimenti tal-vetturi u l-persuni fiż-żona tal-moviment u żoni operazzjonali oħra jkunu kkoordinati mal-movimenti tal-inġenji tal-ajru biex jiġu evitati kolliżjonijiet u ħsarat lill-inġenji tal-ajru;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li jiġu stabbiliti u implimentati proċeduri li jtaffu r-riskji marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom waqt l-operat tiegħu fix-xitwa, f'kondizzjonijiet ħżiena tat-temp, f'viżibbiltà ħażina jew bil-lejl, fejn applikabbli;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra sabiex tiġi żgurata l-konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrudromi stabbiliti f'dan l-Anness. Dawk l-organizzazzjonijiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, operaturi tal-inġenji tal-ajru, fornituri tal-ANS, fornituri ta' servizzi fuq l-art, fornituri tal-AMS u organizzazzjonijiet oħra li l-attivitajiet jew il-prodotti tagħhom jista' jkollhom effett fuq is-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jivverifika li l-organizzazzjonijiet involuti fil-ħżin u fl-għoti tal-fjuwil/enerġija għall-propulsjoni lill-inġenji tal-ajru jkollhom proċeduri biex jiżguraw li l-inġenji tal-ajru jingħataw fjuwil/enerġija għall-propulsjoni li mhix ikkontaminata u bl-ispeċifikazzjoni l-korretta;
għandhom ikunu disponibbli manwali għall-operat u manutenzjoni tat-tagħmir tal-ajrudromi, u għandhom ikunu applikabbli fil-prattika u jkopru tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta' spezzjoni;
l-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' emerġenza għall-ajrudrom, li jkopri xenarji ta' emerġenza li jistgħu jseħħu fl-ajrudrom jew fl-inħawi ta' madwaru. Il-pjan għandu jkun ikkoordinat mal-pjan ta' emerġenza għall- komunità lokali, kif meħtieġ;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, li huma pprovduti servizzi xierqa ta' salvataġġ u ta' tifi tan-nar fl-ajrudrom. Dawn is-servizzi għandhom iwieġbu għal inċident jew aċċident b'biżżejjed urġenza u għandhom jinkludu mill-inqas tagħmir, sustanzi għat-tifi tan-nar u għadd suffiċjenti ta' persunal;
l-operatur tal-ajrudrom għandu juża biss persunal imħarreġ u kwalifikat għall-operazzjonijiet u għall-manutenzjoni tal-ajrudromi, u għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;
l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li kull persuna li tingħata l-permess ikollha aċċess mingħajr skorta fiż-żona tal-moviment jew f'żoni operazzjonali oħra tkun imħarrġa kif xieraq u kwalifikata għal dan it-tip ta' aċċess;
il-persunal tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar għandu jkun imħarreġ kif xieraq u kwalifikat biex jopera fl-ambjent tal-ajrudrom. L-operatur tal-ajrudrom għandu, direttament jew b'arranġamenti ma' partijiet terzi, jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll sabiex tiġi żgurata l-kompetenza kontinwa ta' dan il-persunal; u
il-persunal kollu tas-salvataġġ u tat-tifi tan-nar li jkun potenzjalment meħtieġ li jaġixxi f'emerġenzi tal-avjazzjoni għandu jagħti perjodikament prova ta' stat mediku tajjeb biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu b'mod sodisfaċenti, filwaqt li tiġi kkunsidrata t-tip ta' attività. F'dan il-kuntest, l-istat mediku tajjeb, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, ifisser li dak li jkun ma jkunx ibati minn ebda marda jew diżabbiltà li tista' twassal li dan il-persunal ma jkunx jista':
2.2. Sistemi ta' ġestjoni
2.2.1. |
Skont it-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-operatur tal-ajrudrom għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza, u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema. |
2.2.2. |
L-operatur tal-ajrudrom għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 2.2.1, sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. L-analiżi ta' informazzjoni minn din is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tinvolvi l-partijiet elenkati fil-punt 2.1(f), kif xieraq. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. |
2.2.3. |
L-operatur tal-ajrudrom għandu jiżviluppa manwal tal-ajrudrom u jopera skont dak il-manwal. Dawn il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-ajrudrom, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet u tal-manutenzjoni biex iwettaq dmirijietu. |
3. L-INĦAWI TA' MADWAR L-AJRUDROM
3.1.1. |
L-ispazju tal-ajru madwar iż-żoni ta' moviment tal-ajrudrom għandhom ikunu protetti mill-ostakli sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-operazzjonijiet maħsuba tal-inġenji tal-ajru fl-ajrudromi mingħajr ma jinħoloq riskju inaċċettabbli kkawżat mill-iżvilupp ta' ostakli madwar l-ajrudrom. Għalhekk, għandhom jiġu żviluppati, implimentati u mmonitorjati kontinwament superfiċe għall-monitoraġġ tal-ostakli sabiex tiġi identifikata kwalunkwe penetrazzjoni mhux permessa. |
3.1.2. |
Kwalunkwe infrazzjoni ta' dawk is-superfiċe tkun teħtieġ valutazzjoni biex jiġi identifikat jekk l-oġġett huwiex qed joħloq riskju inaċċettabbli. Kwalunkwe oġġett li jippreżenta riskju inaċċettabbli għandu jitneħħa jew għandha tittieħed azzjoni xierqa ta' mitigazzjoni biex jiġi protett l-inġenju tal-ajru. |
3.1.3. |
Kwalunkwe ostaklu li jkun fadal għandu jiġi ppubblikat u, skont il-ħtieġa, għandu jiġi mmarkat u, fejn meħtieġ, ikun viżibbli permezz ta' dwal. |
3.2. |
Għandhom jiġu mmonitorjati perikli marbuta ma' attivitajiet tal-bniedem u mal-użu tal-art, bħal dawk elenkati fil-lista li ġejja, iżda mhux limitat għalihom. Ir-riskju kkawżat minnhom għandu jiġi vvalutat u mitigat kif xieraq:
(a)
kwalunkwe żvilupp jew bidla fl-użu tal-art fiż-żona tal-ajrudrom;
(b)
il-possibbiltà ta' turbolenza kkaġunata minn ostaklu;
(c)
l-użu ta' dwal perikolużi, li jfixklu jew li jqarrqu;
(d)
it-tgħammix ikkawżat minn superfiċe kbar li jirriflettu ħafna;
(e)
il-ħolqien ta' żoni li għandhom mnejn jinkoraġġixxu attività ta' fawna selvaġġa fl-inħawi taż-żoni ta' moviment tal-ajrudrom; jew
(f)
is-sorsi ta' radjazzjoni mhux viżibbli jew il-preżenza ta' oġġetti li jiċċaqalqu jew li huma fissi u li jistgħu jinterferixxu mas-sistemi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza ajrunawtika jew jolqtuhom ħażin. |
3.3. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pjan ta' emerġenza huwa stabbilit għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza tal-avjazzjoni li jseħħu fiż-żona lokali tal-ajrudromi. |
4. SERVIZZI FUQ L-ART
4.1. Responsabbiltajiet tal-fornitur tas-servizzi fuq l-art
Il-fornitur tas-servizzi tal-fuq l-art huwa responsabbli għall-operazzjoni sikura tal-attivitajiet tiegħu fl-ajrudrom. Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur huma kif ġej:
il-fornitur għandu jkollu l-mezzi neċessarji kollha biex jiżgura l-provvista sikura tas-servizz fl-ajrudrom. Dawk il-mezzi għandhom jinkludu, imma ma jkunux limitati għal, faċilitajiet, persunal, tagħmir u materjal;
il-fornitur għandu jikkonforma mal-proċeduri li jinsabu fil-manwal tal-ajrudrom, inkluż dawk marbuta mal-movimenti tal-vetturi, tat-tagħmir u tal-persunal tiegħu u mar-riskju marbut mal-operazzjonijiet tal-ajrudrom fix-xitwa, bil-lejl jew f'kondizzjonijiet tat-temp ħżiena;
il-fornitur għandu jipprovdi s-servizzi fuq l-art skont il-proċeduri u l-istruzzjonijiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru li jkun qed jaqdi;
il-fornitur għandu jiżgura li l-manwali għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tat-tagħmir għas-servizzi fuq l-art ikunu disponibbli, applikati fil-prattika u li jkopru struzzjonijiet dwar l-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija, tagħrif dwar is-servizz ta' manutenzjoni, l-individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u l-proċeduri ta' spezzjoni;
il-fornitur għandu juża biss persunal imħarreġ b'mod adegwat u kwalifikat u għandu jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u ta' kontroll li jiżguraw il-kompetenza kontinwa tal-persunal rilevanti kollu;
il-fornitur għandu jiżgura li l-persunal tiegħu jkun fiżikament u mentalment adatt biex iwettaq il-funzjonijiet tagħhom b'mod sodisfaċenti, b'kont meħud tat-tip ta' attività u b'mod partikolari l-impatt potenzjali fuq is-sikurezza u s-sigurtà relatata mas-sikurezza.
4.2. Sistemi ta' ġestjoni
4.2.1. |
Kif xieraq għall-attività mwettqa u għad-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema. Sistema bħal din għandha tiġi kkoordinata mas-sistema ta' ġestjoni tal-operatur tal-ajrudrom. |
4.2.2. |
Il-fornitur għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 4.2.1 sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rappurtar, il-fornitur għandu jibgħat l-okkorrenzi kollha lis-sistema ta' rappurtar tal-operatur tal-ajrudrom, l-operatur tal-inġenju tal-ajru u, jekk rilevanti, lil dik tal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. |
4.2.3. |
Il-fornitur għandu jiżviluppa manwal ta' servizzi fuq l-art u jopera skont dak il-manwal. Manwal ta' dan it-tip għandu jkun fih l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għas-servizz, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tas-servizz biex iwettaq dmirijietu. |
5. SERVIZZI TA' ĠESTJONI TAR-RAMPA (AMS)
5.1. |
Il-fornitur tal-AMS għandu jipprovdi s-servizzi tiegħu skont il-proċeduri ta' operazzjoni inklużi fil-manwal tal-ajrudrom. |
5.2. |
Kif xieraq għall-attività mwettqa u għad-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tal-AMS għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni, inkluż il-ġestjoni tas-sikurezza, sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness. |
5.3. |
Il-fornitur tal-AMS għandu jistabbilixxi arranġamenti formali mal-operatur tal-ajrudrom u mal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jiddeskrivu l-firxa tas-servizzi li għandhom jingħataw. |
5.4. |
Il-fornitur tal-AMS għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt 5.2 sabiex jikkontribwixxi għall-għan tat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra ta' rappurtar, il-fornitur għandu jibgħat l-okkorrenzi kollha lis-sistema ta' rappurtar tal-operatur tal-ajrudrom, u, jekk rilevanti, lil dik tal-fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru. |
5.5. |
Il-fornitur tal-AMS għandu jieħu sehem fil-programmi ta' sikurezza stabbiliti mill-operatur tal-ajrudrom. |
6. OĦRAJN
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-operatur tal-inġenju tal-ajru, l-operatur tal-ajrudrom għandu jiżgura li ajrudrom jew partijiet minnu ma għandhomx jintużaw minn inġenji tal-ajru li d-disinn jew il-proċeduri ta' operazzjoni tal-ajrudrom normalment mhumiex intenzjonati għalihom, ħlief f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza tal-inġenji tal-ajru, meta ssir devjazzjoni għal ajrudrom alternattiv, jew b'kondizzjonijiet speċifikati f'kull każ.
ANNESS VIII
Rekwiżiti essenzjali għal ATM/ANS u għall-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru
1. L-UŻU TAL-ISPAZJU TAL-AJRU
1.1. |
Kull inġenju tal-ajru, barra dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), f'kull fażi tat-titjir jew fiż-żona ta' moviment tal-ajrudrom, għandu jkun operat skont regoli ġenerali komuni tal-operat u skont kwalunkwe proċedura speċifikata applikabbli għall-użu tal-ispazju tal-ajru. |
1.2. |
Kull inġenju tal-ajru, barra dawk involuti fl-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), għandu jkun mgħammar bil-kostitwenti meħtieġa u jkun operat kif xieraq. Il-kostitwenti użati fis-sistema tal-ATM/ANS għandhom ukoll jikkonformaw mar-rekwiżiti fil-punt 3. |
2. SERVIZZI
2.1. Informazzjoni ajrunawtika u data għall-utenti tal-ispazju tal-ajru għall-iskop tan-navigazzjoni bl-ajru
2.1.1. |
Id-data użata bħala sors ta' informazzjoni ajrunawtika għandha tkun ta' kwalità suffiċjenti, kompluta, kurrenti u pprovduta f'waqtha. |
2.1.2. |
L-informazzjoni ajrunawtika għandha tkun preċiża, kompluta, attwali, mhux ambigwa, minn sors leġittimu, u ta' integrità adegwata, kif ukoll f'format adattat għall-utenti. |
2.1.3. |
It-tqassim ta' din l-informazzjoni ajrunawtika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru għandu jkun f'waqtu, u jkun jagħmel użu minn mezzi ta' komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti minn interferenza u minn korruzzjoni intenzjonati jew mhux intenzjonati. |
2.2. Informazzjoni meteoroloġika
2.2.1. |
Id-data użata bħala sors ta' informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun ta' kwalità suffiċjenti, kompluta u kurrenti. |
2.2.2. |
Sa fejn hu possibbli, l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun biżżejjed preċiża, kompluta, attwali, ta' integrità adegwata u mhux ambigwa biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika għandha tkun minn sors leġittimu. |
2.2.3. |
It-tqassim ta' din l-informazzjoni ajrunawtika meteoroloġika lill-utenti tal-ispazju tal-ajru jrid ikun f'waqtu u jkun juża mezzi ta' komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed li jkunu protetti mill-interferenza u mill-korruzzjoni. |
2.3. Servizzi tat-traffiku tal-ajru
2.3.1. |
Id-data użata bħala sors għall-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru għandha tkun korretta, kompluta, u kurrenti. |
2.3.2. |
Il-forniment ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru għandu jkun biżżejjed preċiż, komplut, kurrenti, u mhux ambigwu biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' sikurezza tal-utenti. |
2.3.3. |
L-għodod awtomatizzati li jipprovdu informazzjoni jew pariri lill-utenti għandhom ikunu ddisinjati, prodotti u miżmuma b'mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom. |
2.3.4. |
Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-proċessi relatati għandhom jipprevedu separazzjoni adegwata bejn l-inġenji tal-ajru u jevitaw kolliżjonijiet bejn l-inġenji tal-ajru u l-ostakli fiż-żona tal-manuvrar tal-ajrudrom, u fejn xieraq, jassistu fil-protezzjoni minn ostakli u minn perikli oħra fl-ajru, u għandhom jiżguraw koordinazzjoni f'waqtha u fil-pront mal-utenti rilevanti kollha u mal-volumi fil-qrib ta' spazji tal-ajru. |
2.3.5. |
Il-komunikazzjoni bejn is-servizzi tat-traffiku tal-ajru u bejn l-unitajiet rilevanti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom ikunu f'waqthom, ċari, korretti, mhux ambigwi, protetti mill-interferenzi u mifhuma minn kulħadd u, fejn applikabbli, magħrufa minn kull min huwa involut. |
2.3.6. |
Għandu jkun hemm mezzi fis-seħħ sabiex jintgħarfu emerġenzi possibbli u, fejn xieraq, tinbeda azzjoni effettiva ta' tiftix u ta' salvataġġ. Dawn il-mezzi għandhom, bħala minimu, jinkludu mekkaniżmi xierqa ta' twissija, miżuri u proċeduri ta' koordinazzjoni, mezzi u persunal biex jiġi kopert b'mod effiċjenti l-qasam ta' responsabbiltà. |
2.4. Servizzi ta' komunikazzjoni
Is-servizzi tal-komunikazzjoni għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-integrità, tal-kontinwità u tal-puntwalità tagħhom. Huma għandhom ikunu veloċi u mħarsa mill-korruzzjoni u l-interferenza.
2.5. Servizzi ta' navigazzjoni
Is-servizzi ta' navigazzjoni għandu jikseb u jżomm livell suffiċjenti ta' prestazzjoni fir-rigward tal-gwida, il-pożizzjonament u, meta pprovduta, l-informazzjoni dwar il-ħinijiet. Il-kriterji tal-prestazzjoni jinkludu l-preċiżjoni, l-integrità, il-leġittimità tas-sors, id-disponibbiltà, u l-kontinwità tas-servizz.
2.6. Servizzi ta' sorveljanza
Is-servizzi ta' sorveljanza għandhom jiddeterminaw il-pożizzjoni rispettiva tal-inġenju tal-ajru fl-ajru u ta' inġenji tal-ajru oħra u ta' vetturi tal-art fuq is-superfiċe tal-ajrudrom, bi prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-preċiżjoni, tal-integrità, tal-leġittimità tas-sors, tal-kontinwità u tal-probabbiltà tal-lokalizzazzjoni.
2.7. Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
Il-ġestjoni tattika tal-flussi tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-Unjoni għandha tuża u tagħti tagħrif li jkun preċiż u aġġornat biżżejjed dwar il-volum u n-natura tat-traffiku tal-ajru ppjanat li jaffettwa l-forniment tas-servizz u għandha tikkoordina u tinnegozja l-bdil tar-rotot jew id-dewmien tal-flussi tat-traffiku sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm sitwazzjonijiet ta' konġestjoni fl-ajru jew fl-ajrudromi. Il-ġestjoni tal-flussi għandha titwettaq bl-għan li tintuża bl-aħjar mod il-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u li jitjiebu l-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-sikurezza, it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-kapaċità tiġi pprovduta b'mod flessibbli u f'waqtha, b'konsistenti mal-Pjan Ewropew ta' Navigazzjoni bl-Ajru.
Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 43 dwar il-ġestjoni tal-fluss għandhom isostnu d-deċiżjonijiet operazzjonali meħuda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-operaturi tal-ajrudromi u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin:
l-ippjanar tat-titjir;
l-użu tal-kapaċità disponibbli tal-ispazju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tat-titjir, inkluż l-assenjazzjoni ta' slots tul ir-rotta;
l-użu tar-rotot mit-traffiku ġenerali tal-ajru, inkluż:
il-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjir u s-slots tal-ajruporti kif ukoll il-koordinazzjoni meħtieġa mar-reġjuni li jmissu magħhom, skont il-każ.
2.8. Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru
L-allokazzjoni ta' volumi speċifiċi ta' spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u promulgata f'waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' telf ta' separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f'kull ċirkostanza. Filwaqt li jqis l-organizzazzjoni tal-attivitajiet militari u l-aspetti relatati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandha ssostni wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat bir-Regolament (KE) Nru 551/2004, biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.
2.9. It-tfassil tal-proċedura tat-titjir
Il-proċeduri tat-titjir għandhom ikunu mfassla, mistħarrġa u vvalidati sew qabel ma jkunu disponibbli u qabel ma jintużaw mill-inġenji tal-ajru.
3. SISTEMI U KOSTITWENTI
3.1. Ġenerali
Is-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS li jipprovdu informazzjoni relatata mal-inġenju tal-ajru, minnu u fuq l-art għandhom ikunu ddisinjati, prodotti, installati, miżmuma, imħarsa kontra interferenza mhux awtorizzata u operati b'mod xieraq sabiex jiġi żgurat li huma adattati għall-iskop tagħhom.
Is-sistemi u l-proċeduri għandhom jinkludu b'mod partikolari dawk meħtieġa biex jiġu appoġġati l-funzjonijiet u s-servizzi li ġejjin:
Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru;
Ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru;
Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru, b'mod partikolari s-sistemi tal-ipproċessar tad-data tat-titjir, is-sistemi tal-ipproċessar tad-data tas-sorveljanza u s-sistemi ta' interfaċċa bejn il-bniedem u l-magni;
Il-komunikazzjonijiet inkluż dawk mill-art għall-art/għall-ispazju tal-ajru, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru/għall-ispazju tal-ajru;
In-navigazzjoni;
Is-sorveljanza;
Is-servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika; u
Is-servizzi meteoroloġiċi.
3.2. Integrità, prestazzjoni u affidabbiltà tas-sistema u tal-kostitwenti
L-integrità u l-prestazzjoni relatata mas-sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti, ikunux fuq l-inġenju tal-ajru, fuq l-art jew fl-ispazju, għandhom ikunu adattati għall-iskop tagħhom. Għandhom jissodisfaw il-livell meħtieġ ta' prestazzjoni operazzjonali għall-kondizzjonijiet ta' operazzjoni prevedibbli kollha tagħhom u għall-ħajja operazzjonali kollha tagħhom.
Is-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tal-ATM/ANS għandhom ikunu ddisinjati, mibnija, miżmuma u mħaddma billi jintużaw il-proċeduri xierqa u validati, f'manjiera tali li tiżgura li l-operat tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN) jimxi ħarir f'kull ħin u tul il-fażijiet kollha ta' titjir. Operat li jimxi ħarir jista' jiġi espress, b'mod partikolari, f'termini ta' kondiviżjoni tal-informazzjoni, inkluż l-informazzjoni dwar l-istatus operattiv rilevanti, il-fehim komuni tal-informazzjoni, il-prestazzjonijiet komparabbli ta' pproċessar u l-proċeduri assoċjati li jippermettu prestazzjonijiet operazzjonali komuni maqbula għal-EATMN jew għal partijiet minnu.
L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw, fuq bażi kkoordinata, kunċetti ġodda ta' operat maqbula u validati li jtejbu l-kwalità, is-sostenibbiltà u l-effikaċja ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, b'mod partikolari f'termini ta' sikurezza u ta' kapaċità.
L-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni progressiva tal-kordinazzjoni ċivili/militari, sal-punt meħtieġ għal ġestjoni effettiva tal-spazju tal-ajru u tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, u għal użu sikur u effiċjenti tal-ispazju tal-ajru mill-utenti kollha, permezz tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.
Biex jinkisbu dawk l-għanijiet, l-EATMN, is-sistemi tiegħu u l-kostitwenti tagħhom għandhom jappoġġaw il-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni korretta u konsistenti li tkopri l-fażijiet kollha tat-titjir, bejn il-partijiet ċivili u militari, mingħajr preġudizzju għall-interessi tas-sigurtà jew tal-politika tad-difiża, inkluż ir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità.
3.3. Disinn tas-sistemi u tal-kostitwenti
3.3.1. |
Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza u ta' sigurtà applikabbli. |
3.3.2. |
Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament, separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li tkun teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà li l-ħsara li tista' tirriżulta f'falliment totali tas-sistema u bejn is-severità tal-effett tagħhom fuq is-sikurezza tas-servizzi. |
3.3.3. |
Is-sistemi u l-kostitwenti, meqjusa kollettivament u mħallta ma' xulxin, għandhom ikunu ddisinjati billi jitqiesu l-limitazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet u mal-prestazzjoni tal-bniedem. |
3.3.4. |
Is-sistemi u l-kostitwenti għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu protetti, kemm huma kif ukoll id-data li qed iwasslu, minn interazzjonijiet perikolużi ma' elementi interni u esterni. |
3.3.5. |
L-informazzjoni meħtieġa għall-produzzjoni, għall-installazzjoni, għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistemi u tal-kostitwenti, kif ukoll l-informazzjoni dwar kondizzjonijiet mhux sikuri għandha tiġi pprovduta lill-persunal b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. |
3.4. Livell kontinwu ta' servizz
Il-livelli ta' sikurezza tas-sistemi u tal-kostitwenti għandhom ikunu miżmuma tajjeb waqt is-servizz u waqt kwalunkewe tip ta' modifika tas-servizz.
4. KWALIFIKI TAL-KONTROLLURI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU
4.1. Ġenerali
Persuna li qed titħarreġ bħala kontrollur tat-traffiku tal-ajru jew bħala student kontrollur tat-traffiku tal-ajru, għandha tkun matura biżżejjed f'sens edukattiv, fiżiku u mentali biex tikseb, iżżomm u turi l-għarfien teoretiku u l-ħila prattika rilevanti.
4.2. Għarfien teoretiku
4.2.1. |
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm livell ta' għarfien xieraq għall-funzjonijiet li jwettaq u proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta' servizz. |
4.2.2. |
Il-kisba u ż-żamma tal-għarfien teoretiku għandhom jintwerew permezz ta' valutazzjoni kontinwa waqt it-taħriġ, jew permezz ta' eżamijiet xierqa. |
4.2.3. |
Għandu jinżamm livell xieraq ta' għarfien teoretiku. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjonijiet jew permezz ta' eżamijiet regolari. Il-frekwenza tal-eżamijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta' servizz. |
4.3. Ħila prattika
4.3.1. |
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu jikseb u jżomm il-ħiliet prattiċi xierqa għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha. Dawn il-ħiliet għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji assoċjati mat-tip ta' servizz u għandhom ikopru mill-inqas, jekk xierqa għall-funzjonijiet imwettqa, dawn li ġejjin:
(a)
il-proċeduri operazzjonali;
(b)
l-aspetti speċifiċi għall-kompitu;
(c)
is-sitwazzjonijiet mhux normali u ta' emerġenza; u
(d)
il-fatturi umani. |
4.3.2. |
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri l-abbiltà li jwettaq il-proċeduri u l-kompiti assoċjati b'livell ta' kompetenza xieraq għall-funzjonijiet imwettqa. |
4.3.3. |
Għandu jinżamm livell xieraq ta' kompetenza fil-ħila prattika. Il-konformità għandha tkun verifikata permezz ta' valutazzjonijiet regolari. Il-frekwenza ta' dawk il-valutazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-kumplessità u għal-livell tar-riskju assoċjat mat-tip ta' servizz u mal-kompiti mwettqa. |
4.4. Profiċjenza fil-lingwi
4.4.1. |
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu juri profiċjenza li jitkellem u jifhem l-Ingliż sa tali punt li jkun jista' jikkomunika effettivament f'sitwazzjonijiet ta' leħen biss (telefown/radjutelefown) u f'sitwazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ, dwar suġġetti konkreti u marbuta max-xogħol, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. |
4.4.2. |
Kull meta jkun meħtieġ f'volum definit ta' spazju tal-ajru għall-iskopijiet ta' forniment tas-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (ATS), kontrollur tat-traffiku tal-ajru għandu wkoll ikollu l-profiċjenza li jitkellem u jifhem l-ilsien/l-ilsna nazzjonali sal-punt deskritt hawn fuq. |
4.5. Mezzi sintetiċi ta' taħriġ (STD)
Meta jintuża STD għat-taħriġ prattiku dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-fatturi umani jew biex jintwera li l-ħiliet inkisbu jew inżammu, dan għandu jkollu livell ta' prestazzjoni li jippermetti simulazzjoni xierqa tal-ambjent tax-xogħol u tas-sitwazzjonijiet operazzjonali li jkunu adattati għat-taħriġ li jingħata.
4.6. Kors ta' taħriġ
4.6.1. |
It-taħriġ għandu jingħata permezz ta' kors ta' taħriġ, li jista' jinkludi tagħlim teoretiku u prattiku, inkluż taħriġ fuq STD, jekk applikabbli. |
4.6.2. |
Kors għandu jiġi ddefinit u approvat għal kull tip ta' taħriġ. |
4.7. Għalliema
4.7.1. |
It-tagħlim teoretiku għandu jingħata minn għalliema kwalifikati kif xieraq. Huma:
(a)
għandu jkollhom għarfien xieraq fil-qasam li qed jingħata t-tagħlim dwaru; u
(b)
għandhom ikunu wrew l-abbiltà li jużaw tekniki ta' tagħlim xierqa. |
4.7.2. |
It-tagħlim dwar il-ħiliet prattiċi għandu jingħata minn għalliema kwalifikati kif xieraq, li jkollhom il-kwalifiki li ġejjin:
(a)
jissodisfaw l-għarfien teoretiku u r-rekwiżiti ta' esperjenza li huma adattati għat-tagħlim li qed jingħata;
(b)
ikunu wrew abbiltà li jgħallmu u li jużaw tekniki ta' tagħlim xierqa;
(c)
ikunu pprattikaw tekniki ta' tagħlim f'dawk li proċeduri li dwarhom ikun ser jingħata t-tagħlim; u
(d)
jirċievu taħriġ ta' aġġornament b'mod regolari biex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-għalliema jinżammu aġġornati. |
4.7.3. |
Barra minn hekk, l-għalliema tal-ħiliet prattiċi għandhom jkunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. |
4.8. Valutaturi
4.8.1. |
Il-persuni responsabbli għall-valutazzjoni tal-ħila tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru għandhom:
(a)
ikun wrew il-ħila li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, u jwettqu testijiet u kontrolli fuqhom; u
(b)
jirċievu korsijiet ta' aġġornament regolari sabiex jiġi żgurat li l-kompetenzi tal-valutazzjoni tagħhom jinżammu. |
4.8.2. |
Il-valutaturi tal-ħiliet prattiċi għandhom, barra minn hekk, ikunu intitolati jew inkella diġà kienu intitolati li jaġixxu bħala kontrolluri tat-traffiku tal-ajru f'dawk l-oqsma li fihom trid issir l-evalwazzjoni. |
4.9. Stat mediku tajjeb ta' kontrollur tat-traffiku tal-ajru
4.9.1. |
Il-kontrolluri kollha tat-traffiku tal-ajru għandhom perjodikament jagħtu prova li l-istat mediku tagħhom huwa tajjeb biex iwettqu l-funzjonijiet tiegħu b'mod sodisfaċenti. Il-konformità għandha tintwera permezz ta' valutazzjoni xierqa li tqis id-deterjorament mentali u fiżiku possibbli minħabba l-età. |
4.9.2. |
Il-wiri ta' stat mediku tajjeb, li jinkludi kemm l-aspett fiżiku kif ukoll l-aspett mentali, għandu jinkludi l-prova tal-assenza ta' kwalunkwe marda jew diżabbiltà, li tista' żżomm lill-persuna li qed tipprovdi servizz ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) milli:
(a)
twettaq kif xieraq il-kompiti meħtieġa biex jiġi pprovdut servizz ta' ATC,
(b)
twettaq id-dmirijiet assenjati lilha fi kwalunkwe ħin, jew
(c)
milli tagħraf korrettament l-ambjent tagħha. |
4.9.3. |
Meta l-istat mediku tajjeb ma jkunx jista' jintwera għalkollox, jistgħu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni li jipprovdu sikurezza ekwivalenti. |
5. FORNITURI TAS-SERVIZZI U ORGANIZZAZZJONIJIET TAT-TAĦRIĠ
5.1. |
Il-forniment tas-servizz ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
il-fornitur tas-servizz għandu jkollu, direttament jew permezz ta' ftehimiet ma' partijiet terzi, il-mezzi neċessarji għall-iskala u għall-ambitu tas-servizz. Dawk il-mezzi għandhom ikunu dawn li ġejjin, għalkemm mhux limitati għalihom: sistemi, faċilitajiet, inkluż il-provvista tal-enerġija, struttura ta' ġestjoni, persunal, tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(b)
il-fornitur tas-servizz għandu jiżviluppa u jżomm aġġornati manwali tal-ġestjoni u tal-operazzjonijiet marbuta mal-forniment tas-servizzi tiegħu u għandu jopera skont dawk il-manwali. Dawk il-manwali għandu jkun fihom l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri kollha meħtieġa għall-operazzjonijiet, għas-sistema ta' ġestjoni u għall-persunal tal-operazzjonijiet biex iwettaq dmirijietu;
(c)
kif ikun adatt skont it-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta' ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza u jimmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema;
(d)
il-fornitur tas-servizz għandu juża biss persunal kwalifikat u mħarreġ kif xieraq u jimplimenta u jżomm programmi ta' taħriġ u kontrolli għall-persunal;
(e)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi interfaċċi formali mal-partijiet ikkonċernati kollha li jistgħu jinfluwenzaw b'mod dirett is-sikurezza tas-servizz tagħhom sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness;
(f)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan ta' kontinġenza li jkopri sitwazzjonijiet ta' emerġenza u anormali li jistgħu jseħħu b'rabta mas-servizzi tiegħu, inkluż fil-każ ta' avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni jew interruzzjoni sinifikanti tal-operazzjonijiet tiegħu;
(g)
il-fornitur tas-servizz għandu jistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (c) sabiex jikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni; u
(h)
il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel arranġamenti biex jivverifika li r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tas-sikurezza ta' kwalunkwe sistema u kostitwent li huwa jopera jintlaħqu f'kwalunkwe ħin. |
5.2. |
Il-forniment tas-servizz ATC ma għandux isir jekk ma jiġux issodisfati dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
il-prevenzjoni tal-għejja tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta' sistema ta' roster. Sistema ta' roster bħal din trid tindirizza l-perjodi ta' xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi adattati ta' mistrieħ. Il-limitazzjonijiet stabbiliti fis-sistema ta' roster għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti li jikkontribwixxu għall-għejja bħal ma' huma, in-nuqqas ta' rqad, lit-tfixkil taċ-ċikli bijoloġiċi ta' kuljum, is-sigħat ta' bil-lejl, l-akkumulazzjoni ta' ħinijiet ta' xogħol għal perjodi speċifiċi kif ukoll il-kondiviżjoni ta' kompiti allokati fost il-membri tal-persunal;
(b)
il-prevenzjoni tal-istress tal-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tkun ġestita permezz ta' programmi ta' edukazzjoni u ta' prevenzjoni;
(c)
il-fornitur tas-servizz ATC għandu jkollu stabbiliti proċeduri li jivverifikaw li l-persunal li jipprovdi s-servizzi ATC m'għandux il-ġudizzju konjittiv tiegħu mxekkel jew l-istat mediku mhux tajjeb biżżejjed; u
(d)
il-fornitur tas-servizz ATC għandu jikkunsidra l-limitazzjonijiet operazzjonali u tekniċi kif ukoll il-prinċipji tal-fatturi umani fl-ippjanar u fl-operazzjonijiet tiegħu. |
5.3. |
Il-forniment tas-servizzi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u/jew tas-sorveljanza ma għandhomx isiru ħlief sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kondizzjonijiet: Il-fornitur tas-servizzi għandu jżomm lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u lill-unitajiet ATS rilevanti infurmati dwar l-istatus operazzjonali (u l-bidliet fih) tas-servizzi tagħhom ipprovduti għal skopijiet ATS. |
5.4. |
Organizzazzjonijiet tat-taħriġ Organizzazzjoni tat-taħriġ li tipprovdi t-taħriġ għall-persunal li jipprovdi servizz ATC għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikollha l-mezzi kollha neċessarji għall-ambitu tar-responsabbiltajiet assoċjati mal-attività tagħha. Dawk il-mezzi jinkludu dawn li ġejjin, għalkemm mhumiex limitati għalihom: faċilitajiet, persunal, tagħmir, metodoloġija, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u ż-żamma ta' reġistri;
(b)
kif xieraq għat-taħriġ mogħti u għad-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza, inkluż ir-riskji relatati ma' deterjorament fl-istandard tat-taħriġ, u timmira għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
(c)
tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness. |
6. EŻAMINATURI AJRUMEDIĊI U ĊENTRI AJRUMEDIĊI
6.1. Eżaminaturi ajrumediċi
Eżaminatur ajrumediku jrid:
ikun kwalifikat u jkollu liċenzja fil-prattika tal-mediċina;
ikun irċieva taħriġ fil-mediċina tal-avjazzjoni u taħriġ ta' aġġornament regolari fil-mediċina tal-avjazzjoni biex ikun żgurat li l-istandards ta' valutazzjoni jinżammu aġġornati; u
ikun kiseb għarfien u esperjenza prattiċi fir-rigward tal-kondizzjonijiet li fihom il-kontrolluri tat-traffiku jaqdu dmirijiethom.
6.2. Ċentri ajrumediċi
Iċ-ċentri ajrumediċi jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
ikollhom il-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu ta' responsabbiltajiet marbuta mal-privileġġi tagħhom. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjal, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, jimplimentaw u jżommu sistema ta' ġestjoni sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, jiġġestixxu r-riskji tas-sikurezza u jimmiraw għal titjib kontinwu ta' din is-sistema; u
jistabbilixxu arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, skont il-ħtieġa, biex jiżguraw konformità kontinwa mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Anness.
ANNESS IX
Rekwiżiti essenzjali għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
1. REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAD-DISINN, GĦALL-PRODUZZJONI, GĦALL-MANUTENZJONI U GĦALL-OPERAT TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
1.1. |
L-operatur u l-pilota mill-bogħod ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu konxji tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali relatati mal-operazzjonijiet ippjanati, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza, tal-privatezza, tal-protezzjoni tad-data, tar-responsabbiltà, tal-assigurazzjoni, tas-sigurtà u tal-protezzjoni ambjentali. L-operatur u l-pilota mill-bogħod iridu jkunu kapaċi jiżguraw is-sikurezza tal-operat u s-separazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-persuni fuq l-art u mill-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra. Dan jinkludi għarfien tajjeb tal-istruzzjonijiet operattivi pprovduti mill-produttur, tal-użu sikur u li jirrispetta l-ambjent ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord fl-ispazju tal-ajru, u tal-funzjonalitajiet rilevanti kollha tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord u regoli applikabbli tal-proċeduri tal-ajru u ATM/ANS. |
1.2. |
Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jiġi iddisinjat u jinbena b'mod li jkun tajjeb għall-funzjoni maħsuba tiegħu, u jista' jitħaddem, jiġi aġġustat u miżmum mingħajr ma jpoġġi lil persuni f'riskju. |
1.3. |
Jekk ikun meħtieġ u biex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-sikurezza, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, is-sigurtà jew l-ambjent, li jirriżultaw mill-operazzjoni, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid ikollu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet korrispondenti u speċifiċi li permezz tad-disinn u b'mod awtomatiku jikkunsidraw il-prinċipji ta' privatezza u ta' protezzjoni tad-data personali. Skont il-ħtiġijiet dawk l-elementi u l-funzjonalitajiet iridu jiżguraw identifikazzjoni faċli tal-inġenju tal-ajru u tan-natura u tal-iskop tal-operazzjoni; u jridu jiżguraw li l-limitazzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew il-kondizzjonijiet applikabbli jiġu osservati, b'mod partikolari fir-rigward tal-operat f'żoni ġeografiċi partikolari, lil hinn minn ċerti distanzi mill-operatur jew f'ċerti altitudnijiet. |
1.4. |
L-organizzazzjoni responsabbli għall-produzzjoni jew għall-kummerċjalizzazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord trid tipprovdi informazzjoni lill-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u, fejn rilevanti, lill-organizzazzjoni tal-manutenzjoni fuq it-tip ta' operazzjonijiet li għalihom l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa ddisinjat flimkien mal-limitazzjonijiet u mal-informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni sikura tiegħu, inkluż il-prestazzjoni operazzjonali u ambjentali, il-limitazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà u l-proċeduri ta' emerġenza. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Il-kapaċitajiet operazzjonali ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li jistgħu jintużaw f'operazzjonijiet li ma jeħtiġux ċertifikat jew dikjarazzjoni jridu jippermettu l-possibbiltà li jiġu introdotti limitazzjonijiet li jissodisfaw ir-regoli applikabbli tal-ispazju tal-ajru għal operazzjonijiet bħal dawn. |
2. REKWIŻITI ADDIZZJONALI ESSENZJALI GĦAD-DISINN, GĦALL-PRODUZZJONI, GĦALL-MANUTENZJONI U GĦALL-OPERAZZJONI TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 56(1) U (5)
B'kunsiderazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1, ir-rekwiżiti li ġejjin iridu jiġu ssodisfati biex tiġi żgurata s-sikurezza għall-persuni fuq l-art u għall-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra matul l-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell ta' riskju tal-operazzjoni kif meħtieġ:
2.1. Ajrunavigabbiltà
2.1.1. |
Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu ddisinjati b'tali mod, jew ikun fihom karatteristiċi jew dettalji li, is-sikurezza tal-persuna li tkun qed topera l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jew ta' partijiet terzi, fl-ajru jew fuq l-art, inkluż il-proprjetà, tkun tista' tintwera b'mod sodisfaċenti. |
2.1.2. |
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jipprovdu integrità tal-prodott li hija proporzjonata għar-riskju f'kull tip ta' kondizzjoni ta' titjir antiċipata. |
2.1.3. |
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jkunu kontrollabbli u manuvrabbli, kif meħtieġ fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni, inkluż wara li sistema ta' propulsjoni waħda jew aktar, skont kif ikun il-każ, jinqalgħalha l-ħsara. Kunsiderazzjoni xierqa tal-fattur uman, b'mod partikolari għarfien disponibbli dwar il-fatturi li jwasslu għal tħaddim sikur tat-teknoloġija mill-bnedmin, hija importanti ħafna. |
2.1.4. |
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts u t-tagħmir mhux installat tagħhom, u t-tagħmir li jikkontrolla l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord mill-bogħod, jridu jiffunzjonaw kif ippjanat f'kull tip ta' kondizzjoni ta' operazzjoni prevista, dejjem, u biżżejjed lil hinn mill-operazzjoni li għalih l-inġenju tal-ajru kien iddisinjat. |
2.1.5. |
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u l-magni, l-iskrejjen, il-parts, it-tagħmir mhux installat tagħhom, u t-tagħmir għall-kontroll mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ikkunsidrati separatament u f'rabta ma' xulxin, iridu jkunu ddisinjati b'tali mod li l-probabbiltà li tinqalgħalhom ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq il-persuni fuq l-art u fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra tittaffa abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4(2). |
2.1.6. |
Kwalunkwe tagħmir li jikkontrolla mill-bogħod inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li jkun involut fl-operazzjoni jrid ikun tat-tip li jiffaċilita l-operazzjonijiet ta' titjir, inkluż mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni kif ukoll il-ġestjoni ta' kull tip ta' sitwazzjoni u ta' emerġenza prevista. |
2.1.7. |
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, ta' magni u ta' skrejjen iridu jieħdu prekawzjonijiet sabiex inaqqsu l-perikli li jinqalgħu minn kondizzjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, għall-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u għas-sistemi tagħhom, li skont l-esperjenza ntwera li għandhom impatt fuq is-sikurezza. Dan jinkludi l-protezzjoni kontra l-interferenza b'mezzi elettroniċi. |
2.1.8. |
Il-proċessi ta' manifattura, il-materjali u l-komponenti użati għall-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jirriżultaw fi proprjetajiet u fi prestazzjoni li jkunu adegwati, riproduċibbli u konformi mal-karatteristiċi tad-disinn. |
2.2. Organizzazzjonijiet
L-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni, fl-operazzjoni, fis-servizzi relatati u fit-taħriġ tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
L-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol tagħha u trid tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali u mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 58 u l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl- Artikolu 57, rilevanti għall-attività tagħha.
L-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura konformità ma' dawn ir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà, u timmira għat-titjib kontinwu ta' din is-sistema. Sistema ta' ġestjoni bħal din trid tkun proporzjonata għat-tip ta' attività u d-daqs tal-organizzazzjoni.
L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza, sabiex tikkontribwixxi għat-titjib kontinwu tas-sikurezza. Sistema ta' rappurtar bħal din trid tkun proporzjonata għat-tip tal-attività u d-daqs tal-organizzazzjoni.
L-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti, fejn ikun rilevanti, ma' organizzazzjonijiet oħra sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.
2.3. Persuni involuti f'operazzjoni ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord
Kwalunkwe persuna involuta fl-operazzjoni ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, inkluż pilota mill-bogħod, għandu jkollha l-għarfien meħtieġ u l-ħiliet meħtieġa biex tiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni u li dan ikun proporzjonat għar-riskji assoċjati mat-tip ta' operazzjoni. Din il-persuna għandha wkoll turi stat mediku tajjeb, jekk dan huwa meħtieġ biex jittaffew ir-riskji involuti fl-operazzjoni kkonċernata.
2.4. Operazzjonijiet
2.4.1. |
L-operatur tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord huwa responsabbli għall-operazzjoni u jrid jieħu kwalnukwe azzjoni xierqa biex jiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni. |
2.4.2. |
Titjira trid issir skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli, li huma pertinenti għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet, preskritti għaż-żona, għall-ispazju tal-ajru, għall-ajrudromi jew għas-siti li huma ppjanati li jridu jintużaw u, fejn applikabbli, mas-sistemi tal-ATM/ANS relatati. |
2.4.3. |
L-operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jiżguraw is-sikurezza ta' partijiet terzi fuq l-art u tal-utenti tal-ispazju tal-ajru l-oħra u jridu jnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inkluż kondizzjonijiet ambjentali, billi jżommu distanza ta' separazzjoni xierqa matul il-fażijiet kollha tat-titjira. |
2.4.4. |
Inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jitħaddem biss jekk ikun f'kondizzjoni tajba ta' ajrunavigabbiltà u meta t-tagħmir u l-komponenti l-oħra u s-servizzi meħtieġa għall-operazzjoni ppjanata jkunu disponibbli u qegħdin fi stat tajjeb biex jintużaw. |
2.4.5. |
Inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iridu jikkonformaw mad-drittijiet rilevanti ggarantiti mil-liġi tal-Unjoni. |
2.4.6. |
L-operatur ta' inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord irid jiżgura li l-inġenju tal-ajru jkollu t-tagħmir meħtieġ ta' navigazzjoni, ta' komunikazzjoni, ta' sorveljanza, ta' detezzjoni u ta' evitar, kif ukoll kwalunkwe tagħmir ieħor li huwa meħtieġ għas-sikurezza tat-titjira ppjanata, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni n-natura tal-operazzjoni, ir-regolamenti tat-traffiku tal-ajru u r-regoli tal-ajru applikabbli tul il-fażijiet kollha tat-titjira. |
2.5. Rekwiżiti essenzjali relatati mal-kompatibilità elettromanjetika u l-ispettru tar-radju, għal inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif ukoll magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat assoċjati, li d-disinn tagħhom huwa ċċertifikat skont l-Artikolu 56(1) u li huma maħsuba biex joperaw biss fuq frekwenzi allokati mir-Regolamenti tar-Radju tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni għal użu ajrunawtiku protett
2.5.1. |
Dawk l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b'tali mod, b'kunsiderazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, sabiex jiżguraw li:
(a)
id-disturb elettromanjetiku li jiġġeneraw ma jaqbiżx il-livell li 'l fuq minnu tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir ieħor ma jkunx jista' jopera kif maħsub; u
(b)
jkollhom livell ta' immunità għad-disturb elettromanjetiku li jippermettilhom joperaw mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli tal-użu maħsub tagħhom. |
2.5.2. |
Dawk l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, magni, skrejjen, parts u tagħmir mhux installat għandhom ikunu ddisinjati u prodotti b'tali mod, b'kunsiderazzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, sabiex jiġi żgurat li jużaw b'mod effettiv u jappoġġaw l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju sabiex tiġi evitata interferenza li tagħmel ħsara. |
3. REKWIŻITI AMBJENTALI ESSENZJALI GĦAL INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
L-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali stabbiliti fl-Anness III.
4. REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD U L-OPERATURI TAGĦHOM U L-IMMARKAR TA' INĠENJI TAL-AJRU MINGĦAJR BDOT ABBORD
4.1. |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Chicago, inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 56(1) għandhom jiġu rreġistrati f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57. |
4.2. |
L-operaturi ta' inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord għandhom jiġu rreġistrati skont l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57, meta joperaw kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li, fil-każ ta' impatt, jistgħu jittrasferixxu għal enerġija kinetika umana 'l fuq minn 80 Joules;
(b)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li t-tħaddim tagħhom jippreżenta riskji għall-privatezza, il-protezzjoni ta' data personali, is-sigurtà jew l-ambjent;
(c)
inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tagħhom huwa soġġett għal ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 56(1); |
4.3. |
Fejn rekwiżit ta' reġistrazzjoni japplika skont il-punt 4.1 jew 4.2, l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord ikkonċernat għandu jkun immarkat u identifikat individwalment, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 57. |
ANNESS X
Tabella ta' korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 216/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2(1) u (2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 2 |
Artikolu 1 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 2(1)(a) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 2(1)(b)(i) |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 2(1)(b)(ii) |
— |
Artikolu 2(1)(b)(iii) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 2(1)(c) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 2(1)(b) u (c) |
Artikolu 4(3a) |
Artikolu 2(1)(d),(e) u (2) |
— |
Artikolu 2(4) |
— |
Artikolu 2(6) |
Artikolu 4(3b) |
Artikolu 2(7) |
Artikolu 4(3c) |
Artikolu 2(1)(g) u (2) |
Artikolu 4(4) u (5) |
Artikolu 2(3)(d) |
Artikolu 4(6) |
— |
— |
Artikolu 2(8) sa (11) |
— |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 5(1), (2) u (3) |
Artikoli 9 sa 16 |
Artikolu 5(4)(a) u (b) |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 5(4)(c) |
Artikolu 18(1)(b) |
— |
Artikolu 18(1)(a) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 17 u 19 |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 4 |
Artikolu 6 |
Artikoli 9 (2) u 19(3) |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikoli 20 u 21 |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 22 |
Artikolu 7(3) sa (7) |
Artikoli 23 sa 28 |
Artikolu 8(1) sa (3) |
Artikoli 29, 30(1) sa (3) |
— |
Artikolu 30(4) sa (7) |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 31 u 32 |
Artikolu 8(6) |
Artikolu 4 |
Artikolu 8a(1) sa (5) |
Artikoli 33 sa 39 |
Artikolu 8a(6) |
Artikolu 4 |
Artikolu 8b(1) sa (6) |
Artikoli 40 sa 47 |
Artikolu 8b(7) |
Artikolu 4 |
Artikolu 8c(1) sa (10) |
Artikoli 48 sa 54 |
Artikolu 8c(11) |
Artikolu 4 |
— |
Artikoli 55 sa 58 |
Artikolu 9 |
Artikoli 59 sa 61 |
Artikolu 10(1) sa (3) |
Artikolu 62(1) u (2) |
— |
Artikolu 92(4) sa (8) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 62(9) |
— |
Artikolu 62(10) sa (12) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 62(13) sa (15) |
— |
Artikolu 63 |
— |
Artikolu 64 |
— |
Artikolu 65 |
— |
Artikolu 66 |
Artikolu 11(1) sa (3) |
Artikolu 67(1) sa (3) |
Artikolu 11(4) sa (5b) |
— |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 67(4) |
Artikolu 12 |
Artikolu 68 |
Artikolu 13 |
Artikolu 69 |
Artikolu 14(1) sa (3) |
Artikolu 70 |
Artikolu 14(4) sa (7) |
Artikolu 71 |
Artikolu 15 |
Artikolu 72 |
Artikolu 16 |
Artikolu 73 |
— |
Artikolu 74 |
Artikolu 17 |
Artikolu 75 |
Artikolu 18 |
Artikolu 76(1) sa (5) |
Artikolu 19 |
Artikolu 76(1) sa (5) |
Artikolu 20 |
Artikolu 77 |
Artikolu 21 |
Artikolu 78 |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 76(6) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 76(7) |
— |
Artikolu 79 |
Artikolu 22a |
Artikolu 80 |
Artikolu 22b |
Artikolu 81 |
Artikolu 23 |
Artikolu 82(1) u (2) |
— |
Artikolu 82(3) |
Artikoli 24 u 54 |
Artikolu 85 |
Artikolu 25 |
Artikolu 84 |
Artikolu 26 |
Artikolu 86(1) - (4) |
— |
Artikolu 86(5) |
— |
Artikolu 87 |
— |
Artikolu 88 |
— |
Artikolu 89 |
Artikolu 27 |
Artikolu 90(1) sa (3) |
— |
Artikolu 90(4) sa (6) |
— |
Artikolu 91 |
— |
Artikolu 92 |
— |
Artikolu 93 |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 94(1) u (2) |
— |
Artikolu 94(3) |
Artikolu 28(3) u (4) |
Artikolu 94(4) u (5) |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 95(1) |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 98(2)(m) u (6) |
Artikolu 29(3) |
— |
— |
Artikolu 95(2) |
Artikolu 30 |
Artikolu 96 |
Artikolu 31 |
Artikolu 97 |
Artikolu 32(1) |
Artikolu 119(3) |
Artikolu 32(2) |
Artikolu 119(6) |
Artikolu 33 |
Artikolu 98(1) sa (5) |
Artikolu 34(1) |
Artikolu 99(1) u (2) |
— |
Artikolu 99(3) |
Artikolu 34(2) u (3) |
Artikolu 99(4) u (5) |
Artikolu 35 |
Artikolu 100 |
Artikolu 36 |
Artikolu 101 |
Artikolu 37(1) sa (3) |
Artikolu 102(1) sa (3) |
— |
Artikolu 102(4) |
Artikolu 38(1) sa (3) |
Artikolu 104(1) sa (3) |
— |
Artikolu 104(4) |
Artikolu 39 |
— |
— |
Artikolu 103 |
Artikolu 40 |
Artikolu 105 |
Artikolu 41(1) |
— |
Artikolu 41(2) u (3) |
Artikolu 106(1) |
Artikolu 41(4) |
— |
Artikolu 41(5) |
Artikolu 106(6) |
Artikolu 42 |
Artikolu 106(2) sa (5) |
Artikolu 43 |
Artikolu 107 |
Artikolu 44 |
Artikolu 108 |
Artikolu 45 |
Artikolu 109 |
Artikolu 46 |
Artikolu 110 |
Artikolu 47 |
Artikolu 111 |
Artikolu 48 |
Artikolu 112 |
Artikolu 49 |
Artikolu 113 |
Artikoli 50 |
Artikolu 114(1), (2) u (4) |
Artikolu 51 |
Artikolu 114(3) |
Artikolu 52(1) sa (3) |
Artikolu 115 |
Artikolu 52(4) |
Artikolu 76(6) |
Artikolu 53(1) u (2) |
Artikolu 116 |
Artikolu 53(3) |
Artikolu 76(6) |
Artikolu 54 |
Artikolu 85 |
Artikolu 55 |
Artikolu 83 |
Artikolu 56 |
Artikolu 117 |
Artikolu 57 |
Artikolu 118 |
Artikolu 58(1) u (2) |
Artikolu 119(1) u (2) |
— |
Artikolu 119(4) |
Artikolu 58(3) |
Artikolu 119(5) |
Artikolu 58(4) |
Artikolu 132(2) |
Artikolu 59(1) sa (4) |
Artikolu 120(1) sa (4) |
— |
Artikolu 120(5) |
Artikolu 59(5) sa (11) |
Artikolu 120(6) sa (12) |
Artikolu 60 |
Artikolu 121 |
Artikolu 61 |
Artikolu 122 |
— |
Artikolu 123 |
Artikolu 62 |
Artikolu 124 |
Artikolu 63 |
Artikolu 125 |
Artikolu 64(1) sa (5) |
Artikolu 126(4) |
Artikolu 64(2) |
— |
Artikolu 64(4) |
Artikolu 126(1) |
Artikolu 64(5) |
Artikolu 126(2) |
— |
Artikolu 126(3) |
Artikolu 65 |
Artikolu 127 |
Artikolu 65a |
— |
— |
Artikolu 128 |
Artikolu 66 |
Artikolu 129 |
— |
Artikolu 130 |
Artikolu 67 |
— |
Artikolu 68 |
Artikolu 131 |
— |
Artikolu 132(1) |
Artikolu 58(4) |
Artikolu 132(2) |
Artikolu 69 |
— |
— |
Artikolu 133 |
— |
Artikolu 134 |
— |
Artikolu 135 |
— |
Artikolu 136 |
— |
Artikolu 137 |
— |
Artikolu 138 |
— |
Artikolu 139 |
— |
Artikolu 140 |
Artikolu 70 |
Artikolu 141 |
( 1 ) Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE tat-30 ta' Marzu 2009 li tendorsja il-Pjan Direttur Ewropew għall-Ġestjoni tal-Ajru tal-proġett ta' Riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR)(ĠU L 95, 9.4.2009, p. 41).
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
( 6 ) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
( 7 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
( 8 ) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
( 11 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
( 13 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
( 14 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
( 15 ) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
( 16 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
( 17 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
( 18 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;
( *2 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamentu (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).;”.
( *3 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).;”.
( *4 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”
( *5 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”.
( 19 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta' inġenji tal-ajru u ta' prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
( 20 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
( 21 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
( 22 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).