Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018D1986-20200926

    Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1986 tat-13 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1986/2020-09-26

    02018D1986 — MT — 26.09.2020 — 001.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1986

    tat-13 ta' Diċembru 2018

    li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE

    (ĠU L 317 14.12.2018, p. 29)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1320 tat-22 ta’ Settembru 2020

      L 309

    8

    23.9.2020


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 226, 14.9.2023, p.  207 ((UE) 2018/1986)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1986

    tat-13 ta' Diċembru 2018

    li tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd u li tħassar id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE



    Artikolu 1

    Suġġett

    1.  

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni:

    (a) 

    għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet koperti mill-pjanijiet pluriennali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u mill-pjanijiet adottati skont l-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament kif ukoll minn miżuri oħra tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat u li jipprevedu limitazzjonijiet kwantitattivi u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd;

    (b) 

    għas-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (c) 

    għal ċertu sajd li jisfrutta l-istokkijiet jew l-ispeċijiet soġġetti għal miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd,

    kif stabbilit fl-Annessi I sa V.

    2.  
    Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni huma stabbiliti fl-Annessi I sa V u għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri msemmija f'dawk l-Annessi (“l-Istati Membri kkonċernati”).

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom ikopru l-attivitajiet li ġejjin:

    (a) 

    l-attivitajiet tas-sajd skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 fiż-żoni msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni (“żoni kkonċernati”);

    (b) 

    l-attivitajiet relatati mas-sajd, inklużi l-użin, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasport u l-ħżin tal-prodotti tas-sajd;

    (c) 

    l-importazzjoni u l-importazzjoni indiretta kif definiti fl-Artikolu 2(11) u l-Artikolu 2(12) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 2 ), għas-sajd kopert fl-Anness I;

    (d) 

    l-esportazzjoni u r-riesportazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2(13) u l-Artikolu 2(14) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008, għas-sajd kopert fl-Anness I;

    (e) 

    is-sajd rikreattiv kif definit fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta jkun soġġett għal miżuri ta' konservazzjoni tal-Unjoni u meta jkun speċifikat fl-Anness rilevanti;

    (f) 

    il-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-miżuri tal-Kummissjoni f'każ ta' theddida serja għar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    Artikolu 3

    Objettivi

    1.  
    Il-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet u għas-sajd imsemmija fl-Annessi I sa V.
    2.  

    L-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas ta' kull programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandhom jimmiraw b'mod partikolari li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u kwalunkwe kundizzjoni speċifika assoċjata magħha, inkluż il-monitoraġġ tal-użu tal-kwota, ir-reġim tal-isforz u l-miżuri tekniċi applikati fiż-żoni kkonċernati;

    (b) 

    l-obbligi ta' rapportar applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrapportata;

    (c) 

    l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 ( 3 );

    (d) 

    ir-regoli speċjali għall-użin ta' ċerti speċijiet pelaġiċi previsti fl-Artikoli 78 sa 89 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 404/2011 ( 4 );

    (e) 

    id-dispożizzjonijiet speċifiċi approvati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żoni kkonċernati b'din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Prijoritajiet

    1.  
    L-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu kontroll u spezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u tal-attivitajiet relatati mas-sajd fir-rigward tal-istokkijiet u taż-żona/i differenti msemmija fl-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' ġestjoni tar-riskju, skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
    2.  
    Kull Stat Membru kkonċernat għandu jattribwixxi livell ta' prijorità għall-kontroll u għall-ispezzjonijiet abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 5.
    3.  
    Kull bastiment tas-sajd u/jew segment tal-flotta kif imsemmija fl-Artikolu 5(2)b għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 2, sabiex jiġi żgurat li l-istokkijiet kollha tas-sajd elenkati fl-Annessi I sa V ikunu koperti b'mod adegwat.
    4.  
    L-ispezzjonijiet fuq l-art tal-operaturi involuti f'attivitajiet relatati mas-sajd għandhom jitwettqu meta jkun rilevanti b'rabta mal-pass fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u meta jkunu parti mill-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 6.

    Artikolu 5

    Proċeduri għall-valutazzjoni tar-riskju u rabta mal- ►C1  pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt ◄

    1.  
    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw, minn tal-inqas darba fis-sena, ir-riskji fir-rigward tas-sajd elenkat fl-Annessi I sa V b'konformità mal-metodoloġija armonizzata stabbilita mill-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), u abbażi tat-theddidiet li jista' jkun hemm ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.
    2.  

    Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istati Membri:

    (a) 

    jikkunsidraw, billi jużaw l-informazzjoni disponibbli u rilevanti kollha, kemm huwa probabbli li jkun hemm nuqqas ta' konformità u, li kieku kellu jkun hemm dan in-nuqqas, l-impatt(i) potenzjali tiegħu;

    (b) 

    jistabbilixxu l-livell ta' riskju skont l-istokkijiet, l-irkaptu, iż-żona koperta (imsemmija bħala “segment tal-flotta”) u ż-żmien tas-sena, abbażi tal-probabbiltà u l-impatt potenzjali. Il-livell stmat ta' riskju għandu jiġi espress bħala “għoli ħafna”, “għoli”, “medju” jew “baxx”.

    3.  
    Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt stabbilit mill-EFCA skont ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (“pjan ta' eżerċizzju konġunt”), kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu. It-tip identifikat ta' nuqqas ta' konformità (theddidiet) li jista' jkun hemm mar-regoli applikabbli dwar il-Politika Komuni tas-Sajd għandu jiġi deskritt sabiex jiġi ffaċilitat l-ipprogrammar tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-EFCA kwalunkwe tibdil fil-livell stmat ta' riskji.
    4.  
    L-EFCA għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri meta tikkoordina l-valutazzjoni tar-riskju fil-livell reġjonali.
    5.  
    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu lista tal-bastimenti tagħhom li minn tal-inqas tindika l-bastimenti b'riskju medju, għoli u għoli ħafna. Il-lista ta' bastimenti għandha tiġi aġġornata regolarment filwaqt li titqies l-informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni, inkluż il-kontroll u l-ispezzjoni konġunti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta minn Stati Membri oħra.
    6.  
    F'każijiet fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żoni kkonċernati, il-livell ta' riskju skont il-paragrafu 5 għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kostali fejn il-bastiment tas-sajd ikun qiegħed jopera fl-ilmijiet tiegħu, sakemm l-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera jipprovdu, fil-qafas tal-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni, il-livell ta' dak ir-riskju.
    7.  
    Fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt u għal raġunijiet operazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-EFCA l-lista ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafi 5 u 6. It-tip identifikat ta' theddidiet applikabbli għall-bastimenti għandu jiġi deskritt biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet effettivi ta' kontroll u ta' spezzjoni. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw minnufih lill-EFCA dwar kwalunkwe tibdil wara li jsir l-aġġornament tal-lista tagħhom.

    Artikolu 6

    Strateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju

    1.  
    Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi, minn tal-inqas darba fis-sena, strateġija nazzjonali għall-ġestjoni tar-riskju ffukata fuq l-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Tali strateġija għandha tinkludi l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-allokazzjoni ta' riżorsi xierqa, ta' strumenti ta' kontroll u ta' mezzi ta' spezzjoni, filwaqt li jitqies il-livell identifikat ta' riskji, in-natura tat-theddida ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u l-ksib tal-punti ta' riferiment fil-mira.
    2.  
    L-EFCA, abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju reġjonali msemmija fl-Artikolu 5(4) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tistabbilixxi strateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-EFCA għandha tikkoordina u timplimenta din l-istrateġija reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju permezz ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt.

    Artikolu 7

    Punti ta' riferiment fil-mira

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-punti ta' riferiment fil-mira definiti fil-punt 4 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd huma stabbiliti fil-punt 4 rispettivament tal-Annessi I sa V ta' din id-Deċiżjoni.
    2.  

    B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw alternattivament punti ta' riferiment fil-mira differenti, espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità skont il-metodoloġija armonizzata stabbilita f'kooperazzjoni mal-EFCA, sabiex jilħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni, diment li:

    (a) 

    analiżi dettaljata tal-attivitajiet tas-sajd jew tal-attivitajiet relatati mas-sajd u tal-kwistjonijiet relatati mal-infurzar tiġġustifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti punti ta' riferiment fil-mira fil-forma ta' livelli mtejba ta' konformità;

    (b) 

    l-Istati Membri kkonċernati jiddefinixxu l-isforz ta' kontroll u ta' spezzjoni kif ukoll l-istrateġija biex jiksbu l-eżiti mistennija bil-livelli mtejba ta' konformità;

    (c) 

    il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-objettivi, il-prijoritajiet u l-proċeduri bbażati fuq ir-riskju definiti fil-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni;

    (d) 

    il-punti ta' riferiment espressi f'termini ta' livelli mtejba ta' konformità jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u sussegwentement kull sentejn, u din tal-aħħar ma toġġezzjonax għalihom fi żmien 90 jum min-notifika.

    3.  
    Il-punti ta' riferiment fil-mira kollha għandhom jiġu vvalutati kull sena abbażi tar-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, fejn ikun xieraq, għandhom jiġi reveduti kif ikun meħtieġ fil-qafas tal-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 11(6).
    4.  
    Fejn ikun applikabbli, pjan ta' eżerċizzju konġunt għandu jagħti effett lill-punti ta' riferiment fil-mira msemmija f'dan l-Artikolu.

    Artikolu 8

    Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi

    1.  
    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.
    2.  
    Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri l-oħra kollha għandhom jikkooperaw mal-Istati Membri kkonċernati u mal-EFCA biex jilħqu l-objettivi tal- ►C1  pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt ◄ .
    3.  
    L-Istati Membri kkonċernati u l-EFCA jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni.

    Artikolu 9

    Attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza

    1.  
    Sabiex iżidu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi nazzjonali tagħhom tal-kontroll tas-sajd, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn ikun xieraq, iwettqu attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom, u fejn ikun applikabbli fl-ilmijiet internazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun applikabbli, dawn l-attivitajiet għandhom jitwettqu fil-qafas ta' ►C1  pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt ◄ kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 768/2005.
    2.  

    Għall-fini tal-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza, kull Stat Membru kkonċernat għandu:

    (a) 

    jiżgura li l-uffiċjali u l-ispetturi tal-Unjoni mill-Istati Membri kkonċernati l-oħra jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza;

    (b) 

    jistabbilixxi proċeduri operazzjonali konġunti applikabbli għall-inġenji tas-sorveljanza tagħhom;

    (c) 

    juża proċeduri standard għall-ispezzjonijiet miftiehma mal-EFCA fil-qafas ta' pjan ta' eżerċizzju konġunt;

    (d) 

    joħloq punti tal-kuntatt kif imsemmi fl-Artikolu 80(5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, fejn ikun xieraq.

    3.  
    L-uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati u l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza.

    Artikolu 10

    Skambju tad-data

    ▼M1

    1.  
    Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni, kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-iskambju elettroniku mal-Istati Membri kkonċernati l-oħrajn u mal-EFCA tad-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd u mal-attivitajiet relatati mas-sajd koperti mill-programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għad-data skambjata skont dan is-subparagrafu.

    ▼B

    L-iskambju tad-data msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u skont l-Artikolu 118 u l-Anness XII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.

    ▼M1

    2.  
    Id-data skambjata skont il-paragrafu 1 tista’ tinkludi data personali. L-EFCA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data personali li jkollhom aċċess għaliha skont il-paragrafu 1 għall-finijiet tal-konformità mal-kompiti u mal-obbligi tagħhom fil-kuntest tal-programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni. F’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EFCA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni x-xierqa tad-data personali.

    ▼B

    3.  
    Id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tinħażen għal perjodu itwal minn 10 snin, għajr jekk tali data personali tkun meħtieġa biex ikun jista' jsir is-segwitu ta' ksur, spezzjoni, jew proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv. F'dan il-każ, tali data personali tista' tinħażen għal 20 sena. Jekk id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tinżamm għal perjodu itwal ta' żmien, id-data għandha tiġi anonimizzata.
    4.  
    B'deroga mill-paragrafu 3, id-data personali fl-informazzjoni skambjata skont il-paragrafu 1 tista' tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 3 unikament għall-finijiet tat-twettiq ta' riċerka xjentifika u tal-għoti ta' pariri xjentifiċi skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679.
    5.  
    L-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-data personali miġbura skont din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.

    ▼M1

    6.  
    L-EFCA, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali li jsir skont din id-Deċiżjoni. L-EFCA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fuq il-kompiti relatati mas-sigurtà.
    7.  
    L-EFCA, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni x-xierqa tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jirċievu skont din id-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    ▼B

    Artikolu 11

    Informazzjoni u evalwazzjoni

    1.  
    Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni u lill-EFCA rapport dwar l-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fil-qafas tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni tas-sena kalendarja preċedenti.
    2.  
    Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu minn tal-inqas jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness VI.
    3.  
    L-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tkompli tiġi elenkata u aġġornata f'kull rapport sakemm l-azzjoni tiġi konkluża skont il-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat. Fejn ma tkunx ittieħdet azzjoni wara li jiġi individwat ksur serju, għandha tiġi inkluża spjegazzjoni.
    4.  
    Għas-sajd imsemmi fl-Anness I, l-informazzjoni msemmija fil-punt IV tal-Anness VI għandha tiġi trażmessa b'mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u lill-EFCA sal-15 ta' Settembru u għandha tiġi aġġornata sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.
    5.  
    Għall-valutazzjoni annwali tagħha tal-effettività tal- ►C1  pjanijiet ta’ eżerċizzju konġunt ◄ msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 768/2005, l-EFCA għandha tqis ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
    6.  
    Minn tal-inqas kull sentejn, il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u tiġi evalwata l-adegwatezza u l-effettività tal-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni u l-impatt kumplessiv tagħhom fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u mill-operaturi.

    Artikolu 12

    Tħassir u perjodu ta' tranżizzjoni

    Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE jitħassru.

    Madankollu, id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE, 2013/328/UE, 2013/305/UE u 2014/156/UE għandhom ikomplu japplikaw għar-rapport li jrid jiġi ppreżentat mill-Istati Membri fl-2019 fir-rigward tal-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni mwettqa fl-2018.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2019.

    ▼M1




    ANNESS I

    DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA’ KONTROLL U TA’ SPEZZJONI GĦAS-SAJD LI JISFRUTTA L-ISPEĊIJIET TAL-ICCAT  ( 5 ) FIL-LVANT TAL-ATLANTIKU U FIL-MEDITERRAN U GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-MEDITERRAN

    (1) Dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u ta’ spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

    (a) 

    “il-Lvant tal-Atlantiku” tfisser is-subżoni 7, 8, 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES ( 6 )) kif iddefiniti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u d-diviżjoni 34.1.2 tal-FAO ( 8 );

    (b) 

    “il-Mediterran” tfisser is-subżoni 37.1, 37.2 u 37.3 tal-FAO jew is-subżoni ġeografiċi 1 sa 27 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

    (c) 

    “it-Tramuntana tal-Adrijatiku” u “in-Nofsinhar tal-Adrijatiku” ifissru s-subżoni ġeografiċi 17 u 18 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

    (d) 

    “il-Fliegu ta’ Sqallija” tfisser is-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

    (e) 

    “il-Baħar Jonju” tfisser is-subżoni ġeografiċi 19, 20 u 21 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

    (f) 

    “il-Baħar tal-Lvant” tfisser is-subżoni ġeografiċi 24, 25, 26 u 27 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011;

    (g) 

    “il-Baħar Alboran” tfisser is-subżoni ġeografiċi 1 sa 3 kif iddefiniti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

    (2) L-Istati Membri kkonċernati huma l-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja.

    (3) Għandu jitqies is-sajd li ġej:

    — 
    is-sajd (inkluż dak rikreattiv) li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;
    — 
    is-sajd (inkluż dak rikreattiv) li jisfrutta l-pixxispad fil-Mediterran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-alonga fil-Mediterran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta s-sardin u l-inċova fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-merluzz (Merluccius merluccius) fil-Fliegu ta’ Sqallija, fis-subżoni 1, 5, 6, 7, 9, 10 u 11 tal-GFCM, u fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) fil-Fliegu ta’ Sqallija, fis-subżoni 1, 5, 6, 9, 10 u 11 tal-GFCM, u fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-gambli tal-qiegħ fil-Baħar tal-Lvant u fil-Baħar Jonju;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-gamblu l-blu u aħmar (Aristeus antennatus) fis-subżoni 1, 5, 6 u 7 tal-GFCM u fil-Fliegu ta’ Sqallija;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-gamblu l-aħmar il-kbir (Aristaeomorpha foliacea) fis-subżoni 9, 10 u 11 tal-GFCM u fil-Fliegu ta’ Sqallija;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-iskampu (Nephrops norvegicus) fis-subżoni 5, 6, 9 u 11 tal-GFCM u fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku;
    — 
    is-sajd li jisfrutta t-trilja tal-ħama (Mullus barbatus) fis-subżoni 1, 5, 6, 7, 9, 10 u 11 tal-GFCM u fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-Adrijatiku;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-paġella l-ħamra fil-Baħar Alboran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-lingwata komuni fis-subżona 17 tal-GFCM;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-qroll l-aħmar fil-Mediterran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-lampuki fl-ilmijiet internazzjonali tal-Mediterran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Mediterran;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4) Il-punti ta’ riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

    Il-punti ta’ riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

    (a) 

    L-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar:

    Fuq bażi annwali, tal-inqas 60 % mill-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (minbarra s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta’ riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u (2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta t-tnejn ikunu koperti b’mod adegwat u proporzjonat.

    (b) 

    L-ispezzjonijiet mal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ):

    Fuq bażi annwali, tal-inqas 60 % mill-ispezzjonijiet totali mal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta’ riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u (2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta t-tnejn ikunu koperti b’mod adegwat u proporzjonat.

    (c) 

    L-ispezzjonijiet tan-nases u tal-installazzjonijiet tat-trobbija relatati mas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran:

    Fuq bażi annwali għandhom jiġu spezzjonati 100 % mill-operazzjonijiet tat-tqegħid fil-gaġeġ u tat-trasferiment fin-nases u fl-installazzjonijiet tat-trobbija, inkluż ir-rilaxx tal-ħut.




    ANNESS II

    DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA’ KONTROLL U TA’ SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD FIL-BAĦAR L-ISWED

    (1) Dan il-programm speċifiku ta’ kontroll u ta’ spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

    l-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar l-Iswed, fejn “il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran) kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011.

    (2) L-Istati Membri kkonċernati huma l-Bulgarija u r-Rumanija.

    (3) Għandu jitqies is-sajd li ġej:

    — 
    is-sajd li jisfrutta l-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-laċċ ikħal fil-Baħar l-Iswed;
    — 
    is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4) Il-punti ta’ riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

    Il-punti ta’ riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

    (a) 

    L-attivitajiet ta’ spezzjoni fuq il-baħar:

    Fuq bażi annwali, tal-inqas 60 % mill-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (minbarra s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta’ riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta t-tnejn ikunu koperti b’mod adegwat u proporzjonat.

    (b) 

    L-ispezzjonijiet mal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ):

    Fuq bażi annwali, tal-inqas 60 % mill-ispezzjonijiet totali mal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta’ riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta t-tnejn ikunu koperti b’mod adegwat u proporzjonat.

    ▼B




    ANNESS III

    DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD PELAĠIKU U DEMERSALI FIL-BAĦAR BALTIKU

    (1) Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

    l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku, fejn “ il-Baħar Baltiku ” tfisser iż-żoni IIIb, IIIc u IIId tal-ICES;

    (2) L-Istati Membri kkonċernati huma d-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja.

    (3) Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw (inkluż is-sajd rikreattiv fis-sottodiviżjonijiet 22-24), l-aringa, is-salamun u l-laċċa kaħla;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4) Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

    Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

    (a) 

    L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

    (b) 

    L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.




    ANNESS IV

    DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FIL-BAĦAR TAT-TRAMUNTANA U FID-DIVIŻJONI IIa TAL-ICES

    (1) Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

    — 
    l-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar tat-Tramuntana, fejn “il-Baħar tat-Tramuntana” tfisser iż-żoni IIIa u IV tal-ICES;
    — 
    l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES.

    (2) L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

    (3) Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-kavall, l-aringa, is-sawrell, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla; is-sallura tar-ramel u l-merluzz tan-Norveġja; il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-pollakkju iswed, l-iskampu, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz, il-gamblu tat-Tramuntana;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4) Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

    Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

    (a) 

    L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

    (b) 

    L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.




    ANNESS V

    DETTALJI DWAR IL-PROGRAMM SPEĊIFIKU TA' KONTROLL U TA' SPEZZJONI GĦAL ĊERTU SAJD DEMERSALI U PELAĠIKU FL-ILMIJIET TAL-PUNENT FIL-GRIGAL TAL-ATLANTIKU

    (1) Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jkopri ż-żoni ġeografiċi ddefiniti kif ġej:

    l-ilmijiet tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Punent fil-Grigal tal-Atlantiku, fejn “l-ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku” tfisser: iż-żoni V (eskluż iż-żona Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss taż-żona Vb), VI u VII, VIII, IX u X (l-ilmijiet madwar l-Azores) tal-ICES, u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF ( 10 ) (l-ilmijiet madwar Madeira u l-Gżejjer Kanarji).

    (2) L-Istati Membri kkonċernati huma l-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit.

    (3) Is-sajd li ġej għandu jiġi kkunsidrat:

    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-kavall, tal-aringa, tas-sawrell, tas-stokkafixx, tal-minfaħ, tal-inċova, tal-arġentina, tas-sardin u tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-sottożoni V, VI, VII, VIII u IX tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona 34.1.11 tas-CECAF;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz li jgħixu fid-diviżjonijiet Vb (l-ilmijiet tal-Unjoni) u VIa (l-ilmijiet tal-Unjoni) tal-ICES, fis-sottożona VII tal-ICES u fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d, e tal-ICES (normalment magħrufa bħala l-istokk tal-merluzz tat-Tramuntana);
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-istokkijiet li jgħixu fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa, kif delinjat mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (normalment magħrufa bħala l-istokk tal-merluzz tan-Nofsinhar); l-istokk tal-iskampu li jgħix fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-istokk tal-lingwata fid-diviżjonijiet VIIIa, VIIIb u VIIe tal-ICES ( 11 );
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-lingwata u l-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIIa u VIId tal-ICES;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta s-sallura tal-ispeċi Anguilla anguilla fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VI, VII, VIII u IX tal-ICES;
    — 
    Is-sajd li jisfrutta l-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4) Il-punti ta' riferiment fil-mira għall-ispezzjonijiet

    Il-punti ta' riferiment li ġejjin għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri speċifikati fil-punt 2 ta' dan l-Anness.

    (a) 

    L-attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar;

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali fuq il-baħar (eskluża s-sorveljanza mill-ajru) għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.

    (b) 

    L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ);

    Fuq bażi annwali, minn tal-inqas 60 % tal-ispezzjonijiet totali tal-ħatt l-art għandhom jitwettqu fuq il-bastimenti tas-sajd tas-segmenti tal-flotta fl-ogħla żewġ kategoriji tal-livell ta' riskju identifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2) sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żewġ segmenti tal-flotta jkunu koperti b'mod adegwat u proporzjonat.




    ANNESS VI

    KONTENUT TAR-RAPPORT TA' EVALWAZZJONI

    Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom minn tal-inqas jinkludu din l-informazzjoni:

    I.    Analiżi ġenerali tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V:

    — 
    Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju, b'deskrizzjoni tar-riskji u tat-theddidiet identifikati mill-Istat Membru kkonċernat għas-sajd kopert mill-programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni (bl-għoti ta' informazzjoni dwar il-proċess ta' rieżami/aġġornament fejn ikun xieraq);
    — 
    Tabella b'sommarju tas-segmenti tal-flotta identifikati u l-livell ta' riskju tagħhom;
    — 
    Kontenut dettaljat tal-istrateġija għall-ġestjoni tar-riskju.

    II.    Analiżi dettaljata tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni skont il-baċir tal-baħar b'konformità mal-Annessi I sa V.



    Tabella 1

    Data b'sommarju tal-ispezzjonijiet fuq il-baħar

    Jiem ta' pattulja [jiem]

     

    Nru ta' spezzjonijiet totali fuq il-baħar

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Medja tar-rata totali ta' ksur serju (*1) [%]

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju [%]

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju [%]

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%]

     

    (*1)   

    Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%



    Tabella 2

    Data b'sommarju tas-sorveljanza fuq il-baħar

    Nru ta' sigħat ta' sorveljanza mill-ajru

     

    Nru ta' avvistamenti totali permezz tas-sorveljanza mill-ajru

     

    Nru ta' avvistamenti totali permezz tal-bastimenti tal-pattulja

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

     



    Tabella 3

    Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni tal-ħatt l-art (l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ)

    Spetturi/jiem [fakultattiva]

     

    Nru ta' spezzjonijiet totali tal-ħatt l-art

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Medja tar-rata ta' ksur serju (*1) (it-total)

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bl-ogħla riskju

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta bit-tieni l-ogħla riskju

     

    Rata ta' ksur serju (*1) għall-bastimenti tas-sajd fil-kategoriji tas-segmenti tal-flotta għajr dawk bl-ogħla u bit-tieni l-ogħla riskju [%]

     

    (*1)   

    Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%



    Tabella 4

    Data b'sommarju tal-attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art fuq l-operaturi (eskluż l-ispezzjonijiet fil-portijiet u qabel l-ewwel bejgħ irrapportati fit-Tabella 3)

    Spetturi/jiem fuq l-art [fakultattiva]

     

    Nru ta' spezzjonijiet totali fuq l-art

     

    Nru ta' suspetti ta' ksur serju totali

     

    Rata ta' ksur serju (*1)

     

    (*1)   

    Ir-rata ta' ksur għandha tinftiehem bħala l-proporzjon bejn in-Nru ta' suspetti ta' ksur u n-Nru ta' spezzjonijiet, espress f'%

    III.    Kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art

    L-Istati Membri għandhom jagħtu dettalji speċifiċi dwar ir-riżorsi, l-istrumenti u l-mezzi previsti għall-kontroll tal-obbligu ta' ħatt l-art, u r-riżultati tal-kontroll.

    B'mod partikolari, jenħtieġ li minn tal-inqas tingħata din l-informazzjoni:

    1. 

    In-numru totali ta' bastimenti b'osservatur tal-kontroll abbord;

    2. 

    In-numru ta' bastimenti mgħammra b'televiżjoni b'ċirkwit magħluq CCTV;

    3. 

    In-numru ta' spezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa b'analiżi tal-aħħar refgħa;

    4. 

    Il-mezzi ta' kontroll li ntużaw għajr dawk elenkati fil-punti 1 sa 3, u jiġi speċifikat liema mezzi oħra ta' kontroll intużaw (eż. is-sorveljanza mill-ajru b'inġenji tal-ajru, b'REM, bi dron);

    5. 

    In-numru totali ta' ksur tal-obbligu ta' ħatt l-art, u jiġi speċifikat in-numru tal-ksur relatat man-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet fil-pjanijiet rilevanti għar-rimi tal-ħut.

    IV.    Informazzjoni perjodika dwar il-ksur individwat



    Tabella 5

    Il-format għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont l-Artikolu 11 għal kull spezzjoni b'suspett ta' ksur li trid tiddaħħal fir-rapport:

    Isem l-element

    Kodiċi

    Deskrizzjoni u kontenut

    Identifikazzjoni tal-ispezzjoni

    II

    Kodiċi tal-pajjiż alfa2 tal-ISO + 9 figuri, eż. DK201900001

    Data tal-ispezzjoni

    DA

    SSSS-XX-JJ

    Tip ta' spezzjoni jew ta' kontroll

    IT

    Fuq il-baħar, il-ħatt l-art, it-trasport, l-ewwel bejgħ, il-ħżin, il-kummerċjalizzazzjoni, it-trasferiment, it-trasferiment tal-kontroll, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-trasbord, ir-rilaxx, id-dokument (irid jiġi indikat)

    Identifikazzjoni ta' kull bastiment, vettura jew operatur tas-sajd

    ID

    Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Unjoni u isem il-bastiment tas-sajd, u n-Nru tar-reġistrazzjoni tal-ICCAT (jekk ikun applikabbli)

    Identifikazzjoni tan-nases jew tal-vettura, u/jew isem il-kumpanija tal-operatur, inklużi l-installazzjonijiet tat-trobbija.

    Tip ta' rkaptu tas-sajd

    GE

    Il-kodiċi tal-irkaptu abbażi tal-Klassifikazzjoni Statistika Standard Internazzjonali tal-Irkaptu tas-Sajd tal-FAO

    Tip ta' ksur issuspettat

    TS

    Deskrizzjoni tal-ksur b'indikazzjoni tad-dispożizzjoni(jiet) (i)kkonċernata/i.

    Jekk ikun applikabbli, indika t-tip ta' ksur individwat, billi tuża l-kodiċijiet li ġejjin:

    — Għal ksur serju:

    — 

    — Il-kodiċi 1 sa 12 b'referenza għan-numru (il-kolonna tax-xellug) fl-Anness XXX tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011,

    — Il-kodiċi “13”, “14” u “15” b'referenza għall-Artikolu 90(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament dwar il-Kontroll rispettivament,

    — Il-kodiċi “a” sa “p” b'referenza għall-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),

    — Għal ksur li ma jaqax fil-qafas tar-regolamentazzjoni tal-UE uża l-kodiċi 99.

    Il-ksur relatat mal-leġiżlazzjoni adottata mill-RFMOs u trasposta fid-dritt tal-UE għandu jiġi identifikat permezz tad-dispożizzjoni u r-Regolament rilevanti li ma ġewx irrispettati.

    Ammont ta' ħut ikkonċernat u relatat mal-ksur, skont l-ispeċi

    AF

    Indika l-kwantitajiet ikkonċernati ta' kull waħda mill-ispeċijiet abbord jew (għat-tonn ħaj) fil-gaġġa (għat-tonn: il-piż u n-numri).

    Segwitu tal-qagħda attwali

    FU

    Indika l-qagħda attwali: PENDENTI, APPELL PENDENTI, IKKONFERMAT jew IRRIFJUTAT

    Multa (meta tkun disponibbli)

    SF

    Multa f'EUR

    Konfiska

    SC

    QABDA/IRKAPTU/OĦRAJN għal konfiska fiżika. L-ammont ikkonfiskat f'każ ta' valur tal-qabda/tal-irkaptu f'EUR, eż. 10 000 ;

    Oħrajn

    SO

    F'każ ta' rtirar tal-liċenzja/tal-awtorizzazzjoni, indika LI jew AU + in-numru ta' jiem, eż: AU30

    Punti (meta jkunu disponibbli)

    SP

    Numru ta' punti assenjati skont l-Artikolu 126(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, eż. 12;

    Rimarki

    RM

    F'każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni, wara li jiġi individwat ksur serju, agħti spjegazzjoni għaliex fil-forma ta' test liberu.

    (1)   

    Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).

    V.    Analiżi tal-punti ta' riferiment fil-mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba

    Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment fil-mira li jkunu alternattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja:



    Tabella 6

    Il-ksib ta' livelli ta' konformità mtejba

     

    Livell ta' riskju [Għoli ħafna/għoli/medju/baxx]

    Deskrizzjoni tat-theddida/tar-riskju/tas-segment tal-flotta tal-attività

    — Livell tat-theddida/tar-riskju fil-bidu tas-sena, espress f'livelli ta' konformità

    — Titjib fil-mira tal-livell ta' konformità

    — Livell ta' theddida/riskju fi tmiem is-sena, espress f'livelli ta' konformità

    — Nru ta' spezzjonijiet għal kull theddida/riskju

    — Nru ta' ksur serju individwat għal kull theddida/riskju, inkluż ir-rata u x-xejra tal-ksur serju (meta mqabbla ma' sentejn preċedenti)

    — Proporzjon ta' spezzjonijiet fuq il-bastimenti/l-operaturi tas-sajd li jirriżultaw fi ksur serju wieħed jew iktar

    — Analiżi ex post, inkluż l-evalwazzjoni tal-effett ta' deterrent u l-ispjega f'każ li ma ntlaħaqx il-livell ta' konformità fil-mira

    VI.    Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u ta' kontroll: it-trasbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni

    VII.    Azzjonijiet bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew ta' informazzjoni maħsuba biex ikollhom impatt fuq il-konformità mill-bastimenti u mill-operaturi tas-sajd

    VIII.    Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar (għal kull Stat Membru kkonċernat)



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    ( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar, (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

    ( 4 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404//2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1).

    ( 5 ) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku.

    ( 6 ) Iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

    ( 7 ) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

    ( 8 ) L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.

    ( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

    ( 10 ) Iż-żoni tas-CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona 34 tas-sajd maġġuri tal-FAO) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

    ( 11 ) Sakemm joħorġu r-riżultati tal-proposti attwali għal Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu pjanijiet pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd demersali fl-ilmijiet tal-Punent tal-UE.

    Top