EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017R2417-20220518

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2417 tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2417/2022-05-18

02017R2417 — MT — 18.05.2022 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417

tas-17 ta' Novembru 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 343 22.12.2017, p. 48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/749 tat-8 ta’ Frar 2022

  L 138

4

17.5.2022




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2417

tas-17 ta' Novembru 2017

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar

Id-derivattivi mniżżla fl-Anness għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tan-negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Derivattiva msemmija fit-Tabella 1, it-Tabella 2 u t-Tabella 3 tal-Anness għandha tiġi meqjusa li jkollha maturità ta' 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 15, 20 jew 30 sena meta l-perjodu ta' żmien bejn id-data li fiha l-obbligi taħt dak il-kuntratt jidħlu fis-seħħ u d-data tat-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt ikun ugwali għal wieħed minn dawk il-perjodi, biż-żieda jew bit-tnaqqis ta' ħamest ijiem.

Artikolu 2

Id-dati li minnhom jibda l-obbligu tan-negozjar

L-obbligu ta' negozjar imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandu, għal kull kategorija ta' kontropartijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2205 u l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592, jidħol fis-seħħ fl-aħħar waħda mid-dati li ġejjin:

(a) 

it-3 ta' Jannar 2018;

(b) 

id-data msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2205 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/592 għal dik il-kategorija ta' kontropartijiet.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

Derivattivi soġġetti għall-obbligu ta' negozjar



Tabella 1

Swaps tar-rati tal-imgħax fixed-to-float denominati f'EUR

Swaps tar-rati tal-imgħax tal-munita unika fixed-to-float — f'EUR EURIBOR 3 u 6M

Il-munita tas-saldu

EUR

EUR

It-tip tal-bidu tan-negozjar

Spot (T+2)

Spot (T+2)

Opzjonalità

Le

Le

Il-perjodu ta' maturità

2,3,4,5,6,7,8,9,10,12,15,20,30S

2,3,4,5,6,7,10,15,20,30S

Tip Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Kostanti Nozzjonali

Il-komponent fiss

Frekwenza tal-pagament

Annwali jew semi-annwali

Annwali jew semi-annwali

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

30/360 jew Propja/360

30/360 jew Propja/360

Il-komponent varjabbli

Indiċi ta' referenza

EURIBOR 6M

EURIBOR 3M

Frekwenza ta' bidu mill-ġdid

Kull sitt xhur jew kull tliet xhur

Kull tliet xhur

Konvenzjoni għall-għadd tal-jiem

Propja/360

Propja/360

▼M1 —————

▼B



Tabella 4

Indiċi tas-CDS

Tip

Tip sekondarju

Żona ġeografika

Indiċi ta' referenza

Munita tas-Saldu

Serje

Il-perjodu ta' maturità

Indiċi tas-CDS

Indiċi mhux segmentat

Ewropa

iTraxx Europe Main

EUR

serje on-the-run

l-ewwel serje off-the-run

5s

Indiċi tas-CDS

Indiċi mhux segmentat

Ewropa

iTraxx Europe Crossover

EUR

serje on-the-run

l-ewwel serje off-the-run

5s

Top