Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017R0821-20201119

    Consolidated text: Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/821/2020-11-19

    02017R0821 — MT — 19.11.2020 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2017/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Mejju 2017

    li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli

    (ĠU L 130 19.5.2017, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1588 tal-25 ta’ Ġunju 2020

      L 360

    1

    30.10.2020




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2017/821 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Mejju 2017

    li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għal diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista (“sistema tal-Unjoni”) sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Dan ir-Regolament huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni, u ta' funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli.
    2.  
    Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tantalu, tungstenu jew deheb, kif stipulat fl-Anness I.
    3.  
    Dan ir-Regolament ma japplikax għal importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli, fejn li l-volum annwali tagħhom tal-minerali jew metalli kkonċernati jkun inqas mil-livell limitu tal-volumi stipulat fl-Anness I.

    Il-livelli limitu kollha tal-volum huma stabbiliti f'livell li jiżgura li l-maġġorparti, iżda mhux inqas minn 95 %, tat-total tal-volumi impurtati fl-Unjoni ta' kull mineral u metall skont il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tkun suġġetta għall-obbligi tal-importaturi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    4.  
    Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat, skont l-Artikoli 18 u 19, jekk fattibbli sal-1 ta' April 2020 iżda sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2020, biex temenda l-Anness I billi tistabbilixxi l-livell limitu tal-volumi ta' tantalu jew minerali u konċentrati tan-nijobju, minerali u konċentrati tad-deheb, ossidi u idrossidi tal-landa, tantaliti u karburi tat-tantalu.
    5.  
    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikoli 18 u 19 biex temenda l-livelli limitu eżistenti elenkati fl-Anness I kull tliet snin wara l-1 ta' Jannar 2021.
    6.  
    Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 7(4), dan ir-Regolament ma japplikax għal metalli riċiklati.
    7.  
    Dan ir-Regolament ma japplikax għal ħażniet fejn l-importatur tal-Unjoni juri li dawk il-ħażniet inħolqu fil-forma attwali f'data li tista' tiġi verifikata qabel l-1 ta' Frar 2013.
    8.  
    Dan ir-Regolament japplika għal minerali u metalli msemmija fl-Anness I li jinkisbu bħala prodotti sekondarji kif definit fl-Artikolu 2(t).

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “minerali” tfisser dan li ġej kif inhu elenkat fil-Parti A tal-Anness I:

    — 
    minerali u konċentrati li fihom il-landa, it-tantalu jew it-tungstenu, u
    — 
    deheb;
    (b) 

    “metalli” tfisser metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tantalu, tungstenu jew deheb kif elenkat fil-Parti B tal-Anness I;

    (c) 

    “il-katina tal-provvista minerali” tfisser is-sistema ta' attivitajiet, organizzazzjonijiet, atturi, teknoloġija, informazzjoni, riżorsi u servizzi involuti fil-bdil u l-ipproċessar ta' minerali mis-sit tal-estrazzjoni sal-inkorporazzjoni tagħhom fil-prodott finali;

    (d) 

    “diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista” tfisser l-obbligi ta' importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni tagħhom, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifiki indipendenti ta' partijiet terzi u d-divulgar ta' informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati riskji attwali u potenzjali marbuta ma' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet ta' provenjenza tagħhom;

    (e) 

    “is-sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista” tfisser rekord tas-sekwenza ta' operaturi ekonomiċi li għandhom il-kustodja ta' minerali u metalli meta jiċċaqilqu permezz ta' katina ta' provvista;

    (f) 

    “żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli” tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat jew żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;

    (g) 

    “gruppi armati u forzi tas-sigurtà” tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

    (h) 

    “funderija u raffinerija” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel forom ta' metallurġija estrattiva li jinvolvu passi tal-ipproċessar bil-għan li jipproduċu metall minn mineral;

    (i) 

    “funderiji u raffineriji responsabbli globali” tfisser funderiji u raffineriji li jinsabu ġewwa jew barra mill-Unjoni li huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

    (j) 

    “upstream” tfisser il-katina tal-provvista tal-minerali mis-siti tal-estrazzjoni sal-funderiji u r-raffineriji, inklużi;

    (k) 

    “downstream” tfisser il-katina tal-provvista tal-metall mill-funderiji u r-raffineriji sal-prodott aħħari;

    (l) 

    “importatur tal-Unjoni” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha ssir dikjarazzjoni bħal din, kif tindika fl-elementi tad-data 3/15 u 3/16 skont l-Anness B tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 2 );

    (m) 

    “skema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista” jew “skema ta' diliġenza dovuta” tfisser taħlita ta' proċeduri volontarji ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, għodod u mekkaniżmi, inklużi verifiki indipendenti ta' partijiet terzi, żviluppati u sorveljati minn gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija jew gruppi ta' organizzazzjonijiet interessati;

    (n) 

    “l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru” tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10 b'għarfien espert fir-rigward tal-materja prima, il-proċessi industrijali u l-verifika;

    (o) 

    “Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta” tfisser il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Katini ta' Provvista Responsabbli ta' Minerali minn Żoni Affettwati minn Kunflitti u ta' Riskju Għoli (It-tieni edizzjoni, pubblikazzjoni tal-OECD 2013), inklużi l-Annessi u s-Supplimenti kollha tagħha;

    (p) 

    “mekkaniżmu ta' ilmenti” tfisser mekkaniżmu ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija li jippermetti lil kwalunkwe parti interessata, inklużi informaturi, li jesprimu t-tħassib tagħhom rigward iċ-ċirkustanzi tal-estrazzjoni, il-kummerċ u l-immaniġġar tal-minerali fi u l-esportazzjoni minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;

    (q) 

    “mudell tal-politika tal-katina tal-provvista” tfisser politika tal-katina tal-provvista li tikkonforma mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta li tiddeskrivi r-riskji ta' impatt ħżiena sinifikanti li jistgħu jkunu assoċjati mal-estrazzjoni, il-kummerċ, u l-immaniġġar u l-esportazzjoni ta' minerali minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;

    (r) 

    “pjan ta' ġestjoni tar-riskji” tfisser it-tweġiba bil-miktub ta' importatur tal-Unjoni għar-riskji fil-katina ta' provvista identifikati bbażati fuq l-Anness III tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

    (s) 

    “metalli riċiklati” tfisser prodotti riġenerati, li kienu intenzjonati għall-utent finali jew li ġa għaddew minn konsumatur, jew fdal ta' metalli pproċessati maħluq waqt il-fabbrikazzjoni ta' prodott, inklużi materjali żejda, skaduti, difettużi, u ruttam tal-metall li jkun fihom metalli raffinati jew ipproċessati li huma adattati għar-riċiklar fil-produzzjoni ta' landa, tantalu, tungstenu, jew deheb. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, minerali ipproċessati parzjalment, mhux ipproċessati jew prodotti sekondarji minn mineral ieħor mhumiex ikkunsidrati bħala metalli riċiklati;

    (t) 

    “prodott sekondarju” tfisser minerali u metalli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li nkisbu mill-ipproċessar ta' minerali jew metalli li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li oriġinarjament kien fih minerali jew metalli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u li ma setgħux jinkisbu mingħajr l-ipproċessar ta' minerali jew metalli primarji li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;

    (u) 

    “data verifikabbli” tfisser data li tista' tiġi vverifikata permezz tal-ispezzjoni ta' timbri fiżiċi tad-data fuq prodotti jew listi ta' inventarji.

    Artikolu 3

    Konformità tal-importaturi tal-Unjoni mal-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista

    1.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli għandhom jikkonformaw mal-obbligi ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'dan ir-Regolament u għandhom ijżommu dokumentazzjoni li turi l-konformità tagħhom ma' dawk l-obbligi, inklużi r-riżultati tal-verifiki tal-partijiet terzi indipendenti.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mit-twettiq ta' kontrolli ex post xierqa skont l-Artikolu 11.
    3.  
    Skont l-Artikolu 8(1), il-partijiet interessati jistgħu jissottomettu skemi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għal rikonoxximent mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jiffaċilitaw il-konformità ta' importaturi tal-Unjoni mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 7.

    Artikolu 4

    L-obbligi tas-sistema ta' ġestjoni

    L-importaturi tal-Unjoni tal-minerali jew metalli għandhom:

    (a) 

    jadottaw, u jikkomunikaw b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku informazzjoni aġġornata dwar, il-politika tal-katina tal-provvista tagħhom għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli;

    (b) 

    jinkorporaw fil-katina tal-provvista tagħhom l-istandards li magħhom għandha titmexxa d-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, b'mod konsistenti mal-istandards stabbiliti fil-mudell tal-politika tal-katina tal-provvista fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

    (c) 

    jistrutturaw is-sistemi interni ta' ġestjoni tal-katina tal-provvista rispettivi tagħhom biex jappoġġaw id-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista billi jassenjaw ir-responsabbiltà lill-maniġment superjuri, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika, biex jissorvelja l-proċess ta' diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista kif ukoll iżomm ir-rekords ta' dawk is-sistemi għal minimu ta' ħames snin;

    (d) 

    isaħħu l-impenn tagħhom mal-fornituri billi jinkorporaw l-politika tal-katina tal-provvista tagħhom f'kuntratti u ftehimiet mal-fornituri konsistenti mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

    (e) 

    jistabbilixxu mekkaniżmu ta' ilmenti bħala sistema ta' sensibilizzazzjoni għar-riskji bi twissija bikrija jew jipprovdu mekkaniżmu bħal dan permezz ta' arranġamenti kollaborattivi ma' operaturi ekonomiċi jew organizzazzjonijiet oħra, jew billi jiffaċilitaw rikors għal espert jew korp estern bħall-ombudsman;

    (f) 

    fir-rigward ta' minerali, joperaw sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista li tipprovdi, appoġġata bid-dokumentazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

    (i) 

    deskrizzjoni tal-mineral, inkluż l-isem u t-tip kummerċjali tiegħu;

    (ii) 

    l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-importatur tal-Unjoni;

    (iii) 

    il-pajjiż ta' oriġini tal-minerali;

    (iv) 

    il-kwantitajiet u dati ta' estrazzjoni, jekk disponibbli, espressi f'volum jew piż;

    (v) 

    meta minerali joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli jew, meta riskji oħra fil-katina tal-provvista kif elenkati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta ġew aċċertati mill-importatur tal-Unjoni, informazzjoni addizzjonali f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi upstream kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, bħall-minjiera ta' oriġini tal-mineral, il-postijiet fejn il-minerali jiġu konsolidati, ikkummerċjalizzati u pproċessati, u taxxi, tariffi u drittijiet imħallsa;

    (g) 

    fir-rigward tal-metalli, joperaw sistema ta' traċċabbiltà tal-katina ta' kustodja jew tal-katina tal-provvista li tipprovdi, appoġġata bid-dokumentazzjoni, l-informazzjoni li ġejja:

    (i) 

    deskrizzjoni tal-metall, inkluż l-isem u t-tip kummerċjali tiegħu;

    (ii) 

    l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-importatur tal-Unjoni;

    (iii) 

    l-isem u l-indirizz tal-funderiji u tar-raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importatur tal-Unjoni;

    (iv) 

    jekk disponibbli, rekords tar-rapporti ta' verifika ta' partijiet terzi tal-funderiji u raffineriji, jew evidenza ta' konformità ma' skemi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8;

    (v) 

    jekk ir-rekords imsemmija fil-punt (iv) ma jkunux disponibbli:

    — 
    il-pajjiżi ta' oriġini tal-minerali fil-katina tal-provvista tal-funderiji u r-raffineriji;
    — 
    fejn il-metalli jkunu bbażati fuq minerali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, jew ikunu ġew aċċertati riskji oħra fil-katina tal-provvista kif elenkati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta mill-importatur tal-Unjoni, informazzjoni addizzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal operaturi ekonomiċi downstream stipulati f'dik il-Gwida;
    (h) 

    fir-rigward ta' prodotti sekondarji, jipprovdu informazzjoni sostnuta minn dokumentazzjoni mill-punt ta' oriġini ta' dawk il-prodotti sekondarji, jiġifieri l-punt fejn il-prodott sekondarju jiġi l-ewwel separat mill-minerali jew metall primarju tiegħu li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    L-obbligi ta' ġestjoni tar-riskji

    1.  

    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali għandhom:

    (a) 

    jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta' impatti negattivi fil-katina tal-provvista tal-minerali tagħhom fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta skont l-Artikolu 4 mal-istandards tal-politika tal-katina ta' provvista tiegħu, konsistenti mal-Anness II u mar-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

    (b) 

    jimplimentaw strateġija biex iwieġbu għar-riskji identifikati mfassla sabiex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti negattivi billi:

    (i) 

    jirrapportaw sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-katina tal-provvista lill-maniġment superjuri maħtur għal dak l-għan, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika;

    (ii) 

    jadottaw miżuri ta' ġestjoni tar-riskju konsistenti mal-Anness II u mar-rakkomandazzjonijiet tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, minħabba l-ħila tagħhom biex jinfluwenzaw, u fejn meħtieġ jieħdu passi biex jagħmlu pressjoni fuq fornituri li jistgħu b'mod effettiv jevitaw jew inaqqsu r-riskju identifikat, billi jagħmluha possibbli jew li:

    — 
    jitkompla l-kummerċ filwaqt li fl-istess ħin jiġu implimentati sforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju li jistgħu jitkejlu;
    — 
    jiġi sospiż il-kummerċ b'mod temporanju filwaqt li jitwettqu sforzi kontinwi ta' mitigazzjoni tar-riskju li jistgħu jitkejlu; jew
    — 
    tintemm ir-rabta ma' fornitur wara tentattivi falluti għall-mitigazzjoni tar-riskju;
    (iii) 

    jimplimentaw il-pjan ta' ġestjoni tar-riskju; jissorveljaw u jittraċċaw l-prestazzjoni tal-isforzi tal-mitigazzjoni tar-riskju; jirrapportaw lura lill-maniġment superjuri maħtur għal dan l-għan, f'każijiet fejn l-importatur tal-Unjoni mhuwiex persuna fiżika; u jqisu s-sospensjoni jew it-twaqqif tal-impenn ma' fornitur wara l-falliment ta' tentattivi għall-mitigazzjoni;

    (iv) 

    iwettqu aktar valutazzjonijiet tal-fatti u tar-riskju għal riskji li jeħtieġu l-mitigazzjoni, jew wara bidla ta' ċirkostanzi.

    2.  
    Jekk importatur tal-Unjoni ta' minerali jsegwi l-isforzi ta' mitigazzjoni tar-riskju filwaqt li jkompli l-kummerċ jew jissospendi l-kummerċ b'mod temporanju, dan għandu jikkonsulta mal-fornituri u mal-l-partijiet interessati kkonċernati, inklużi l-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà internazzjonali jew ċivili u l-partijiet terzi affettwati, u jaqbel dwar strateġija li tista' titkejjel ta' mitigazzjoni tar-riskju fil-pjan tal-immaniġġar tar-riskji.
    3.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali għandhom, sabiex ifasslu strateġiji sensittivi ta' kunflitt u ta' riskju għoli għall-mitigazzjoni fil-pjan tal-immaniġġar tar-riskji, jiddependu fuq il-miżuri u l-indikaturi msemmija fl-Anness III tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u jkejlu t-titjib progressiv.
    4.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' metalli għandhom jidentifikaw u jivvalutaw, f'konformità mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi stipulati f'dik il-Gwida, r-riskji fil-katina tal-provvista tagħhom abbażi ta' rapporti ta' verifika ta' partijiet terzi disponibbli li jikkonċernaw il-funderiji u r-raffineriji f'dik il-katina, u permezz ta' valutazzjoni, kif xieraq, tal-prattiki tad-diliġenza dovuta ta' dawk il-funderiji u r-raffineriji. Dawk ir-rapporti ta' verifika għandhom ikunu f'konformità mal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta' tali rapporti ta' verifika ta' partijiet terzi tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina tal-provvista tagħhom, l-importaturi tal-Unjoni ta' metalli għandhom jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji fil-katina tal-provvista tagħhom bħala parti mis-sistema tal-immaniġġar tar-riskju tagħhom stess. F'tali każijiet, l-importaturi tal-Unjoni ta' metalli għandhom iwettqu l-verifiki tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom stess permezz ta' parti terza indipendenti, f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.
    5.  
    Fil-każijiet huma ma jkunux persuni fiżiċi, l-importaturi tal-Unjoni ta' metalli għandhom jirrapportaw is-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-pararafu 4 lill-maniġment superjuri tagħhom maħtur għal dan l-għan u huma għandhom jimplimentaw strateġija ta' reazzjoni mfassla sabiex tipprevjeni jew ittaffi l-impatti negattivi, konsistenti mal-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi stipulati f'dik il-Gwida.

    Artikolu 6

    L-obbligi ta' verifiki ta' partijiet terzi

    1.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli għandhom iwettqu verifiki permezz ta' parti terza indipendenti (“verifika tal-parti terza”).

    Dik il-verifika ta' parti terzi indipendenti għandha:

    (a) 

    tinkludi fl-ambitu tagħha l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-importatur tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista dwar minerali jew metalli, inklużi s-sistema ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju, u l-iżvelar ta' informazzjoni tal-importatur tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikoli 4, 5 u 7 rispettivament;

    (b) 

    jkollha bħala l-objettiv id-determinazzjoni ta' konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importatur tal-Unjoni mal-Artikoli 4, 5 u 7;

    (c) 

    tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-importatur tal-Unjoni dwar kif jistgħu jitjiebu l-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista; u

    (d) 

    tirrispetta l-prinċipji tal-verifika ta' indipendenza, kompetenza u kontabbiltà kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.

    2.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' metalli għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jwettqu verifiki ta' partijiet terzi skont il-paragrafu 1, sakemm dawn jagħmlu disponibbli evidenza sostantiva, inklużi rapporti ta' verifika ta' partijiet terzi, li turi li l-funderiji u r-raffineriji kollha fil-katina tal-provvista tagħhom huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

    Ir-rekwiżit ta' evidenza sostantiva għandu jitqies li ġie sodisfatt meta l-importaturi tal-Unjoni ta' metalli juru li qed jakkwistaw esklużivament mingħand il-funderiji u r-raffineriji elenkati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9.

    Artikolu 7

    Obbligi dwar x'għandu jiġi żvelat

    1.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru r-rapporti ta' kwalunkwe verifika ta' parti terza mwettqa skont l-Artikolu 6 jew evidenza ta' konformità ma' skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8.
    2.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli għandhom jagħmlu disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tagħhom l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom b'kont meħud kif xieraq għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib ieħor mil-lat kompetittiv.
    3.  
    L-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli għandhom fuq bażi annwali jirrapportaw pubblikament bl-aktar mod wiesa' possibbli, inkluż fuq l-internet dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta u l-prattiċi ta' provenjenza responsabbli tal-katina tal-provvista tagħhom. Dak ir-rapport għandu jkollu fih il-miżuri li ttieħdu minnhom biex jimplimentaw l-obbligi rigward is-sistema ta' ġestjoni tagħhom skont l-Artikolu 4, u l-ġestjoni tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 5, kif ukoll rapport ta' sinteżi tal-verifiki ta' partijiet terzi, inklużi l-isem tal-awditur, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib ieħor mil-lat kompetittiv.
    4.  

    Fejn importatur tal-Unjoni jista' jikkonkludi b'mod raġonevoli li l-metalli ġejjin biss minn sorsi riċiklati jew ta' skart, huwa għandu, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib ieħor mil-lat kompetittiv:

    (a) 

    jiżvela pubblikament dak li jkun ikkonkluda; u

    (b) 

    jiddeskrivi b'dettalji raġonevoli l-miżuri ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista li ħaddem biex ikun wasal għal dik il-konklużjoni.

    Artikolu 8

    Rikonoxximent ta' skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista

    1.  
    Gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija u gruppi ta' organizzazzjonijiet interessati li jkollhom fis-seħħ skemi ta' diliġenza dovuta (“sidien ta' skema”) jistgħu japplikaw mal-Kummissjoni biex l-iskemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista żviluppati u sorveljati minnhom, jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni. Tali applikazzjonijiet għandhom jiġu ssostanzjati b'evidenza u informazzjoni adegwati.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 19, li jissupplimentaw dan ir-Regolament biex tistabbilixxi l-metodoloġija u l-kriterji li jippermettu lill-Kummissjoni tevalwa jekk skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista jiffaċilitawx l-issodisfar tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament mill-operaturi ekonomiċi, u b'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tirrikonoxxi l-iskemi.
    3.  
    Fejn, abbażi tal-evidenza u l-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 u skont il-metodoloġija u l-kriterji ta' rikonoxximent stabbiliti skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni tiddetermina li l-iskema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, meta tiġi implimentata b'mod effettiv minn importatur tal-Unjoni ta' minerali jew metalli, tippermetti lil dak l-importatur jikkonforma ma' dan ir-Regolament, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jagħti lil dik l-iskema rikonoxximent ta' ekwivalenza mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Is-Segretarjat tal-OECD għandu, kif xieraq, jiġi ikkonsultat qabel l-adozzjoni ta' dawn l-atti ta' implimentazzjoni.

    Meta tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent ta' skema ta' diliġenza dovuta, il-Kummissjoni għandha tqis il-prattiki diversi tal-industrija koperti minn dik l-iskema u għandha tqis ukoll l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju u l-metodu użat minn dik l-iskema biex jiġu identifikati żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, u r-riżultati elenkati tagħhom. Dawk ir-riżultati msemmija jiġu żvelati mis-sid ta' skema.

    L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-pararafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

    4.  
    Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll, kif xieraq, fuq bażi perjodika li skemi rikonoxxuti ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista jibqgħu jissodisfaw il-kriterji li jkunu wasslu għad-deċiżjoni ta' rikonoxximent tal-ekwivalenza adottata skont il-paragrafu 3.
    5.  
    Is-sid ta' skema ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista li għaliha ingħata rikonoxximent tal-ekwivalenza f'konformità mal-paragrafu 3 għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bidla jew aġġornament li jsir lil dik l-iskema.
    6.  
    Jekk ikun hemm evidenza ta' każijiet ripetuti jew sinifikanti fejn operaturi ekonomiċi li qed jimplimentaw skema rikonoxxuta skont il-paragrafu 3 naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teżamina, f'konsultazzjoni ma' sid l-iskema rikonoxxuta, jekk dawk il-każijiet jindikawx defiċjenzi fl-iskema.
    7.  
    Fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament jew defiċjenzi fi skema rikonoxxuta ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista, din tista' tagħti lil sid l-iskema perijodu xieraq ta' żmien biex jieħu azzjoni ta' rimedju.

    Fejn sid l-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta' rimedju neċessarja, u fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat li l-falliment jew id-defiċjenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-pararafu jikkompromettu l-kapaċità li importatur tal-Unjoni li jkun qed jimplimenta skema li jikkonforma ma' dan ir-Regolament, jew meta każijiet ripetuti jew sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità minn operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema ikunu dovuti għad-defiċjenzi fl-iskema, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), li jirtira r-rikonoxximent tal-iskema.

    8.  
    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru ta' skemi rikonoxxuti ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Dak ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament fuq l-internet.

    Artikolu 9

    Lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli globali

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu jew jemendaw il-lista tal-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli globali.

    Dik il-lista għandha titfassal billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni il-funderiji u raffineriji responsabbli globali koperti minn skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 u l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17(1).

    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tidentifika dawk il-funderiji u raffineriji inklużi fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jkollhom il-provenjenza tas-sors tagħhom, għall-anqas b'mod parzjali, minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, b'mod partikolari billi tirreferi għall-informazzjoni pprovduta mis-sidien ta' skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxuti skont l-Artikolu 8.
    3.  
    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jew temenda l-lista billi tuża l-mudell fl-Anness II u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-Segretarjat tal-OECD għandu jiġi kkonsultat, kif xieraq, qabel l-adozzjoni ta' dik il-lista.
    4.  
    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tneħħi mil-lista l-ismijiet u l-indirizzi tal-funderiji u r-raffineriji li ma għadhomx rikonoxxuti bħala responsabbli abbażi ta' informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 8, u l-Artikolu 17(1). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).
    5.  
    Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq, taġġorna u tagħmel disponibbli għall-pubbliku, inkluż fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli globali.

    Artikolu 10

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

    1.  
    Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti sad-9 ta' Diċembru 2017. L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull bidla fl-ismijiet jew l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti.

    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament, inkluż fuq l-internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti billi tuża l-mudell fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-lista aġġornata.
    3.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u uniformi ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.

    Artikolu 11

    Kontrolli ex post fuq l-importaturi tal-Unjoni

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw li l-importaturi tal-Unjoni ta' minerali jew metalli jikkonformaw mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 sa 7.
    2.  
    Il-kontrolli ex post imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju, kif ukoll f'każijiet meta awtorità kompetenti jkollha fil-pussess tagħha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' importatur tal-Unjoni ma' dan ir-Regolament
    3.  

    Il-kontrolli ex post imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, inter alia:

    (a) 

    eżami tal-obbligi ta' implimentazzjoni tal-importatur tal-Unjoni tal-katina tal-provvista skont dan ir-Regolament, inkluż rigward is-sistema tal-ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi indipendenti;

    (b) 

    eżami ta' dokumentazzjoni u rekords li juru konformità xierqa mal-obbligi msemmija fil-punt (a);

    (c) 

    eżami ta' obbligi ta' verifika skont il-kamp ta' applikazzjoni, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6.

    Il-verifiki ex post imsemmija fil-paragrafu 1 jenħtieġ li jinkludu spezzjonijiet fuq il-post, fosthom fil-proprjetà tal-importatur tal-Unjoni.

    4.  
    L-importaturi tal-Unjoni għandhom joffru kull għajnuna meħtieġa biex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kontrolli ex post imsemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-proprjetà u l-preżentazzjoni ta' dokumenti u rekords.
    5.  
    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-kompiti u l-konsistenza tal-azzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tħejji linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal li jispjega l-passi li jridu jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jwettqu l-kontrolli ex post imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu, kif xieraq, mudelli ta' dokumenti li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 12

    Rekords ta' kontrolli ex post dwar importaturi tal-Unjoni

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-kontrolli ex post imsemmijin fl-Artikolu 11(1), li jindikaw b'mod partikolari n-natura u r-riżultati ta' tali kontrolli, kif ukoll ir-rekord ta' kwalunkwe notifika ta' azzjonijiet ta' rimedju maħruġa skont l-Artikolu 16(3).

    Ir-rekords tal-kontrolli ex post imsemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom jinżammu għal mill-inqas ħames snin.

    Artikolu 13

    Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni

    1.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni, inkluż mal-awtoritajiet doganali rispettivi tagħhom, dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista u kontrolli ex post imwettqa.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar nuqqasijiet serji li jinstabu permezz tal-kontrolli ex post imsemmija fl-Artikolu 11(1) u dwar ir-regoli applikabbli għall-ksur f'konformità mal-Artikolu 16 mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Kummissjoni.
    3.  
    Il-kooperazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 għandha tirrispetta bis-sħiħ id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) rigward il-protezzjoni tad-data u r-Regolament (UE) Nru 952/2013 rigward l-iżvelar ta' informazzjoni kunfidenzjali.

    Artikolu 14

    Linji gwida

    1.  
    Sabiex tinħoloq ċarezza u ċertezza u konsistenza fost il-prattiki tal-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-OECD, tipprepara linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal għall-operaturi ekonomiċi, fejn tispjega l-aħjar mod kif jiġu applikati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. Dak il-manwal għandu jkun ibbażat fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli kif stipulat fl-Artikolu 2(f) ta' dan ir-Regolament u għandu jqis il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam, inklużi riskji oħra tal-katina tal-provvista li jiskattaw allarmi kif definiti fis-supplimenti rilevanti għal dik il-Gwida.
    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq esperti esterni li jipprovdu lista indikattiva, mhux eżawrjenti, aġġornata regolarment ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq l-analiżi tal-esperti esterni tal-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 u informazzjoni eżistenti minn, inter alia, akkademiċi u skemi ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. L-importaturi tal-Unjoni li jkollhom is-sors ta' provenjenza tagħhom minn żoni li mhumiex imsemmija fuq dik il-lista għandhom ukoll iżżommu r-responsabbiltà tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi ta' diliġenza dovuta skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Proċedura ta' kumitat

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
    2.  
    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

    Artikolu 16

    Regoli applikabbli għal ksur

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-regoli msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.
    3.  
    F'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw notifika ta' azzjoni ta' rimedju li tittieħed mill-importatur tal-Unjoni.

    Artikolu 17

    Rappurtar u analiżi

    1.  
    Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, l-avviżi ta' azzjonijiet ta' rimedju ppubblikati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 16(3) u dwar ir-rapporti ta' verifika minn partijiet terzi disponibbli skont l-Artikolu 7(1).
    2.  
    Sal-1 ta' Jannar 2023 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Dik ir-reviżjoni għandha tqis l-impatt ta' dan ir-Regolament fil-post, inkluż fuq il-promozzjoni u l-ispiża tal-provenjenza responsabbli tal-minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli u l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, inklużi l-SMEs, kif ukoll il-miżuri ta' akkumpanjament deskritti fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-5 ta' Marzu 2014. Il-Kummissjoni għandha tiddiskuti r-rapport ta' reviżjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. Ir-reviżjoni għandha tinkludi valutazzjoni indipendenti tal-proporzjon ta' operaturi ekonomiċi downstream totali tal-Unjoni li għandhom landa, tantalu, tungstenu jew deheb fil-katina tal-provvista tagħhom, li jkollhom fis-seħħ skemi ta' diliġenza dovuta. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza u l-implimentazzjoni ta' dawn l-iskemi ta' diliġenza dovuta u l-impatt tas-sistema tal-Unjoni fuq il-post kif ukoll il-ħtieġa għal aktar miżuri mandatorji sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed influwenza fuq is-suq kollu tal-Unjoni dwar katina tal-provvista globali responsabbli tal-minerali.
    3.  
    Abbażi tas-sejbiet tar-reviżjoni skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandux ikollhom il-kompetenza li jimponu penali fuq importaturi tal-Unjoni f'każ ta' nuqqas persistenti ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Hija tista', kif xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f'dan ir-rigward.

    Artikolu 18

    Metodoloġija għall-kalkolu tal-livelli limitu

    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, abbażi ta' informazzjoni doganali li għandha tiġi provduta fuq talba tal-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar il-volumi ta' importazzjoni annwali minn importatur tal-Unjoni u mill-Kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda kif elenkat fl-Anness I fit-territorji rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħżel l-ogħla volum ta' importazzjoni annwali għal kull importatur tal-Unjoni u skont il-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 95 % tat-total annwali tal-volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni għal dak il-kodiċi ta' Nomenklatura Magħquda bħala l-livell limitu l-ġdid li għandu jiddaħħal fl-Anness I. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni ta' importazzjoni għal kull importatur tal-Unjoni li tkun ingħatat mill-Istati Membri għas-sentejn preċedenti.

    Artikolu 19

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  
    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
    2.  
    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) u l-Artikolu 8(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-8 ta' Ġunju 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 1(5) u l-Artikolu 8(2) għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
    3.  
    Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) u l-Artikolu 8(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Ghandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
    4.  
    Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
    5.  
    Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
    6.  
    Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(4) u (5) u l-Artikolu 8(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 20

    Id-dħul fis-seħħ u d-data ta' applikazzjoni

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
    2.  
    Bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, dan ir-Regolament għandu japplika mid-9 ta' Lulju 2017.
    3.  
    L-Artikoli 1(5), 3(1), 3(2), l-Artikoli 4 sa 7, l-Artikoli 8(6), 8(7), 10(3), 11(1), 11(2), 11(3), 11(4), l-Artikoli 12 u 13, l-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Lista ta' minerali u metalli fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/821 ikklassifikati taħt in-Nomenklatura Magħquda

    Parti A: Minerali



    Deskrizzjoni

    Kodiċi NM

    Subdiviżjoni tat-TARIC

    Livell limitu tal-Volum (Kg)

    Minerali u konċentrati tal-landa

    2609 00 00

     

    5 000

    Minerali u konċentrati tat-tungstenu

    2611 00 00

     

    250 000

    ▼M1

    Minerali u konċentrati tat-tantalu jew in-nijobju

    Ex 2615 90 00

    10

    100 000

    Minerali u konċentrati tad-deheb

    Ex 2616 90 00

    10

    4 000 000

    ▼B

    Deheb, maħdum jew f'forom parzjalment maħdumin, jew f'forma ta' trab b'konċentrazzjoni tad-deheb anqas minn 99,5 % li ma jkunx għadda l-istadju ta' raffinar

    ex  71 08  (*1)

     

    100

    (*1)   

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-limitu, il-volum importat miksub billi jiġu applikati l-metodoloġija u l-kriterji tal-Artikolu 18 jiġi stabbilit bħala l-livell limitu għaż-żewġ linji tariffarji ex  71 08 inklużi fl-Anness I.

    Parti B: Metalli



    Deskrizzjoni

    Kodiċi NM

    Subdiviżjoni tat-TARIC

    Livell limitu tal-Volum (Kg)

    Ossidi u idrossidi tat-tungstenu

    2825 90 40

     

    100 000

    ▼M1

    Ossidi u idrossidi tal-landa

    Ex 2825 90 85

    10

    3 600

    ▼B

    Klorur tal-landa

    2827 39 10

     

    10 000

    Tungstati

    2841 80 00

     

    100 000

    ▼M1

    Tantalati

    Ex 2841 90 85

    30

    30

    ▼B

    Karbidi tat-tungstenu

    2849 90 30

     

    10 000

    ▼M1

    Karbidi tat-tantalu

    Ex 2849 90 50

    10

    770

    ▼B

    Deheb, maħdum jew f'forom parzjalment maħdumin, jew f'forma ta' trab b'konċentrazzjoni tad-deheb ta' 99,5 % jew aktar li ma jkunx għadda l-istadju ta' raffinar

    ex  71 08  (*1)

     

    100

    Ferrotungstenu u tungstenuferrosiliko

    7202 80 00

     

    25 000

    Landa, mhux maħduma

    8001

     

    100 000

    Vireg tal-landa, ħadid, profili u wajers

    8003 00 00

     

    1 400

    Landa, oġġetti oħra

    8007 00

     

    2 100

    Tungstenu, trab

    8101 10 00

     

    2 500

    Tungstenu mhux maħdum, inklużi biċċiet u vireg magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni

    8101 94 00

     

    500

    Wajer tat-tungstenu

    8101 96 00

     

    250

    Biċċiet u vireg tat-tungstenu, minbarra dawk miksuba sempliċement bis-sinterizzazzjoni, profili, pjanċi, folji, strixxi u fojl, u oħrajn

    8101 99

     

    350

    Tantalu mhux maħdum, inklużi biċċiet u vireg magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni; trabijiet

    8103 20 00

     

    2 500

    Biċċiet u vireg tat-tantalu, ħlief dawk magħmulin sempliċiment bis-sinterizzazzjoni, profili, wajer, pjanċi, folji, strixxa u fojl u oħrajn

    8103 90

     

    150

    (*1)   

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-limitu, il-volum importat miksub billi jiġu applikati l-metodoloġija u l-kriterji tal-Artikolu 18 jiġi stabbilit bħala l-livell limitu għaż-żewġ linji tariffarji ex  71 08 inklużi fl-Anness I.




    ANNESS II

    Lista ta' mudelli ta' funderiji u raffinaturi responsabbli globali msemmija fl-Artikolu 9



    Kolonna A:

    Isem il-funderiji u r-raffineriji f'ordni alfabetiku

    Kolonna B:

    L-indirizz tal-funderija jew ir-raffinatur

    Kolonna C:

    (*) indikatur, jekk il-funderija jew raffinatur jissorsja minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli



    A

    B

    C




    ANNESS III

    Lista ta' mudelli tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 10



    Kolonna A:

    L-isem tal-Istati Membri f'ordni alfabetiku

    Kolonna B:

    L-isem tal-awtorità kompetenti

    Kolonna C:

    L-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti



    A

    B

    C



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

    ( 3 ) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

    ( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    Top