Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017R0565-20220802

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta' April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/565/2022-08-02

02017R0565 — MT — 02.08.2022 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/565

tal-25 ta' April 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 087 31.3.2017, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2294 tat-28 ta' Awwissu 2017

  L 329

4

13.12.2017

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1011 tat-13 ta' Diċembru 2018

  L 165

1

21.6.2019

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/527 tal-15 ta’ Diċembru 2020

  L 106

30

26.3.2021

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1253 tal-21 ta’ April 2021

  L 277

1

2.8.2021

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1254 tal-21 ta’ April 2021

  L 277

6

2.8.2021




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/565

tal-25 ta' April 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

▼M5

1.  
Il-Kapitolu II u t-Taqsimiet 1 sa 4, l-Artikolu 64(4), l-Artikolu 65 u t-Taqsimiet 6 u 8 tal-Kapitolu III u, sa fejn jirrigwardaw dawk id-dispożizzjonijiet, il-Kapitolu I u l-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kumpaniji ta’ ġestjoni meta jipprovdu servizzi f’konformità mal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2009/65/KE u l-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

▼B

2.  
Referenzi għal ditti tal-investiment jinkludu l-istituzzjonijiet tal-kreditu u referenzi għal strumenti finanzjarji jinkludu depożiti strutturati fir-rigward tar-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom kif stabbilit skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 

“persuna rilevanti” fir-rigward ta' ditta tal-investiment, tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

direttur, soċju jew ekwivalenti, diriġent jew aġent marbut mad-ditta

(b) 

direttur, soċju jew ekwivalenti, jew diriġent ta' xi aġent marbut mad-ditta;

(c) 

impjegat tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta, kif ukoll kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni u taħt il-kontroll tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta u li hi involuta fil-fornimentmid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;

(d) 

persuna fiżika li hi direttament involuta fil-forniment ta' servizzi lid-ditta tal-investiment jew lill-aġent marbut tagħha taħt arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-fini tal-forniment mid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;

2. 

“analist finanzjarju” tfisser persuna rilevanti li tipproduċi parti sostanzjali tar-riċerka fl-investiment;

3. 

“esternalizzazzjoni” tfisser arranġament ta' kwalunkwe forma bejn ditta tal-investiment u fornitur tas-servizz li permezz tiegħu dak il-fornitur tas-servizz irendi proċess, servizz jew attività li xort'oħra jitrenda mid-ditta tal-investiment innifisha;

3a. 

“persuna li magħha persuna rilevanti għandha relazzjoni familjari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-konjuġi tal-persuna rilevanti jew is-sieħeb/sieħba ta' dik il-persuna kkunsidrata mil-liġi nazzjonali bħala ekwivalenti għal konjuġi;

(b) 

wild jew wild minn relazzjoni oħra, dipendenti, tal-persuna rilevanti;

(c) 

kull qarib ieħor tal-persuna rilevanti li għamel parti mill-istess familja ta' dik il-persuna għal mill-inqas sena fid-data tat-tranżazzjoni personali konċernata;

4. 

“tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titolu kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

5. 

“rimunerazzjoni” tfisser il-forom kollha ta' pagamenti jew ta' benefiċċji finanzjarji jew non-finanzjarji pprovduti direttament jew indirettament minn ditti lil persuni rilevanti fil-provvediment ta' servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti;

6. 

“komodità” tfisser kwalunkwe oġġett ta' natura funġibbli li jista' jiġi kkonsenjat, inklużi l-metalli u l-minerali u l-ligi tagħhom, il-prodotti agrikoli, u l-enerġija, bħall-elettriku;

▼M4

7. 

“preferenzi tas-sostenibbiltà” tfisser l-għażla ta’ klijent jew klijent potenzjali dwar jekk fl-investiment tiegħu jew tagħha għandux jiġi integrat xi wieħed jew aktar minn wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin u, jekk iva, sa fejn:

(a) 

strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti ambjentalment sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) 

strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(c) 

strument finanzjarju li jqis l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi tas-sostenibbiltà, fejn l-elementi kwalitattivi jew kwantitattivi li juru l-kunsiderazzjoni jiġu ddeterminati mill-klijent jew mill-klijent potenzjali;

8. 

“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser fatturi ta’ sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088;

9. 

“riskji għas-sostenibbiltà” tfisser riskji għas-sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) 2019/2088.

▼B

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għoti tal-informazzjoni

1.  

Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun meħtieġ li l-informazzjoni tkun ipprovduta f'mezz durabbli kif definit fil-punt 62 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu dik l-informazzjoni f'mezz durabbli ieħor minbarra bil-miktub biss jekk:

(a) 

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b) 

il-persuna li lilha tkun ser tingħata l-informazzjoni, meta mogħtija l-għażla bejn informazzjoni fuq il-karta jew f'dak il-mezz durabbli tagħżel b'mod speċifiku li l-informazzjoni tingħatalha b'dak il-mezz l-ieħor.

2.  

Meta, skont l-Artikoli 46, 47, 48, 49, 50 jew 66(3) ta' dan ir-Regolament, ditta tal-investiment tagħti informazzjoni lil klijent permezz ta' sit elettroniku u dik l-informazzjoni ma tkunx indirizzata personalment lill-klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dak il-mezz ikun adattat għall-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun twettaq, jew ikun sejjer jitwettaq;

(b) 

il-klijent għandu jaqbel b'mod speċifiku mal-għoti ta' dik l-informazzjoni f'dik il-forma;

(c) 

il-klijent għandu jiġi nnotifikat b'mod elettroniku bl-indirizz tas-sit elettroniku, u bil-post fis-sit elettroniku fejn jista' jkollu aċċess għall-informazzjoni;

(d) 

l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;

(e) 

l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli kontinwament permezz ta' dak is-sit elettroniku għall-perjodu ta' żmien li l-klijent jista' b'mod raġjonevoli jkollu l-bżonn jikkonsultaha.

3.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-għoti ta' informazzjoni permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi għandu jitqies xieraq fil-kuntest li fih in-negozju bejn id-ditta u l-klijent ikun, jew sejjer ikun, imwettaq jekk ikun hemm provi li l-klijent għandu aċċess regolari għall-internet. L-għoti mill-klijent ta' indirizz elettroniku għall-finijiet ta' twettiq ta' dak in-negozju għandu jkun trattat bħala prova adegwata.

Artikolu 4

Għoti ta' servizz ta' investiment b'mod inċidentali

(Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-eżenzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, sevizz ta' investiment għandu jitqies li huwa pprovdut b'mod inċidentali matul attività professjonali meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta teżisti konnessjoni mill-qrib jew fattwali bejn l-attività professjonali u l-għoti ta' servizz ta' investiment lill-istess klijent, b'tali mod li s-servizz tal-investiment jista' jitqies bħala aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija

(b) 

l-għoti ta' servizzi ta' investiment lill-klijenti tal-attività professjonali ewlenija ma għandux l-għan li jipprovdi sors sistematiku ta' dħul lill-persuna li tipprovdi l-attività professjonali; kif ukoll

(c) 

il-persuna li tipprovdi l-attività professjonali la tikkummerċjalizza u lanqas timpromwovi l-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta' investiment, minbarra meta dawn huma divulgati lill-klijenti bħala li huma aċċessorju għall-attività professjonali ewlenija.

Artikolu 5

Prodott tal-enerġija fil-livell tal-operaturi li għandhom jiġu fiżikament saldati

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, prodott tal-enerġija fil-livell tal-operatur għandu jiġi fiżikament issaldat meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

meta tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet għall-kuntratt għandhom stabbiliti arranġamenti proporzjonati sabiex ikunu jistgħu jirċievu jew jieħdu konsenja ta' komodità sottostanti; ftehim ta' bbilanċjar mal-Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-qasam tal-elettriku u l-gass jiġi kkunsidrat bħala ftehim proporzjonat fejn il-partijiet fil-ftehim għandhom jiżguraw il-konsenja fiżika tal-elettriku jew il-gass.

(b) 

tistabbilixxi obbligi mingħajr kondizzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet u mhux prevedibbli tal-partijiet għall-kuntratt sabiex jirċievu u jikkonsenjaw il-komodità sottostanti;

(c) 

ma tippermettix lil xi parti biex tissostitwixxi konsenja fiżika ma' ħlas fi flus;

(d) 

l-obbligi kuntrattwali ma jistgħux jiġu mpaċija ma' obbligi minn kuntratti oħrajn bejn il-partijiet ikkonċernati, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-partijiet għall-kuntratt, sabiex jinnettjaw l-obbligi ta' pagamenti fi flus.

Għall-finijiet tal-punt(d), innettjar operazzjonali fis-swieq tal-enerġija u tal-gass ma għandux jiġi kkunsidrat bħala t-tpaċija tal-obbligi taħt kuntratt kontra obbligi minn kuntratti oħra.

2.  
L-innettjar operazzjonali jinftiehem bħala kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ta' enerġija u gass li għandhom jiddaħħlu fil-grilja meta dan jiġi mitlub mir-regoli jew it-talbiet ta' Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) għal entità li twettaq funzjoni ekwivalenti għal Operatur tas-Sistema ta' Trażmissjoni fil-livell nazzjonali Kwalunkwe nominazzjoni ta' kwantitajiet ibbażata fuq innettjar operazzjonali ma għandhiex tkun għad-diskrezzjoni tal-partijiet għall-kuntratt.
3.  
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, force majeure tinkludi kwalunkwe avveniment eċċezzjonali jew sett ta' ċirkostanzi li huma lil hinn mill-kontroll tal-partijiet għall-kuntratt, li l-partijiet għall-kuntratt ma setgħux jipprevedu b'mod raġonevoli jew jevitaw permezz tal-eżerċitar ta' diliġenza dovuta xierqa u raġonevoli u li jipprevjenu lil parti waħda jew liż-żewġ partijiet fil-kuntratt milli jissodisfaw l-obbligi kuntrattwali tagħhom.
4.  
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE nuqqas ta' kapaċità bona fide ta' saldu tinkludi kwalunkwe avveniment jew sett ta' ċirkostanzi, li ma jikkwalifikawx bħala force majeure kif imsemmi fil-paragrafu 3, li huma oġġettivament u espressament definiti fit-termini tal-kuntratt, għal parti waħda jew iż-żewġ partijiet għall-kuntratt, li jaġixxu b'rieda tajba, sabiex ma jissodisfawx l-obbligi kuntrattwali tagħhom.
5.  
L-eżistenza ta' force majeure jew ta' nuqqas ta' kapaċità bona fide sabiex jiġu ssaldati provvedimenti ma tipprevjenix kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
6.  
L-eżistenza ta' klawżola ta' inadempjenza li tipprevedi li parti hija intitolata għal kumpens finanzjarju fil-każ ta' eżekuzzjoni difettuża jew mhux difettuża tal-kuntratt, ma tipprevjenix il-kuntratt milli jiġi kkunsidrat bħala “fiżikament issaldat” skont it-tifsirat tat-taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE.
7.  

Il-metodi ta' konsenja għall-kuntratti li qed jiġu kkunsidrati bħala “fiżikament issaldati” skont it-tifsira tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE talinqas jinkludu:

(a) 

konsenja fiżika tal-komoditajiet rilevanti stess;

(b) 

konsenja ta' dokument li jagħti drittijiet ta' natura ta' sjieda lill-komoditajiet rilevanti jew il-kwantità rilevanti tal-komoditajiet ikkonċernati;

(c) 

metodi oħra li jwasslu għat-trasferiment ta' drittijiet ta' natura ta' sjieda fir-rigward tal-kwantità tal-oġġetti rilevanti mingħajr ma jikkonsenjawhom fiżikament inklużi n-notifika, l-iskedar jew in-nomina lill-operatur ta' netwerk ta' provvista tal-enerġija, li jintitola lir-riċevitur għall-kwantità rilevanti tal-oġġetti.

Artikolu 6

Kuntratti tad-derivati tal-enerġija relatati maż-żejt u l-faħam u l-prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti tad-derivati tal-enerġija relatati maż-żejt għandhom ikunu kuntratti b'żejt minerali ta' kwalunkwe deskrizzjoni u gassijiet tal-pitrolju, kemm f'forma likwida kif ukoll fwar, inklużi prodotti, komponenti u derivati taż-żejt u fjuwils tat-trasport magħmula miż-żejt, inklużi dawk b'addittivi tal-bijofjuwil, bħala sottostant.
2.  
Għall-finijiet tat-Taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti ta' derivati tal-enerġija relatati mal-faħam għandhom ikunu kuntratti bil-faħam, definit bħala mineral kombustibbli iswed jew kannella skur li jikkonsisti f'materja veġetali karbonizzata, użat bħala fjuwil, bħala sottostant.
3.  
Għall-finijiet tat-taqsima C(6) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE kuntratti derivati li għandhom il-karatteristiċi ta' prodotti tal-enerġija fil-livell tal-operatur kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 għandhom ikunu derivati bl-elettriku jew il-gass naturali bħala sottostant, b'konformità mal-punti (b) u (d) tal-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt li ma jkunx kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 u li mhux għal finijiet kummerċjali kif stabbilit fil-paragrafu 4 għandu jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

jissodisfa waħda mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

jiġi nnegozjat f'ċentru ta' negozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(ii) 

ikun espliċitament iddikjarat sabiex isir negozju fuqu, jew ikun soġġett għar-regoli ta' suq irregolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar ta' parti terza ta' din ix-xorta;

(iii) 

huwa ekwivalenti għal kuntratt innegozjat f'suq regolat, MTF, OTF jew ċentru ta' negozjar tali f'pajjiż terz, fir-rigward tal-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja u termini kuntrattwali oħrajn;

(b) 

jiġi standardizzat sabiex, il-prezz, il-lott, id-data tal-konsenja jew termini oħrajn jiġu ddeterminati b'mod prinċipali b'referenza għal prezzijiet ippubblikati regolarment, lottijiet standard jew dati standard ta' konsenja.

2.  

Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 ifisser kuntratt għall-bejgħ ta' komodità, ass jew dritt, li skont it-termini tiegħu il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a) 

jumejn (2) ta' negozjar;

(b) 

il-perjodu aċċettat b'mod ġenerali fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja.

Kuntratt ma għandux jiġi kkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fil-paragrafu 2.

3.  

Għall-finijiet tat-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), kuntratt derivattiv relatat ma' titolu sottostanti li jissemma' f'dik it-Taqsima jew fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, jitqies bħala kuntratt li għandu l-karatteristiċi ta' strumenti finanzjari oħrajn ta' derivattivi jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dak il-kuntratt jiġi ssaldat bi flus kontanti jew jista' jiġi ssaldat bi flus kontanti skont kif tagħżel parti waħda jew aktar, għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;

(b) 

jiġi nnegozjat f'suq irregolat, MTF, OTF jew f'ċentru ta' nnegozjar ta' pajjiż terz li jwettaq funzjoni simili għal suq irregolat, MTF jew OTF;

(c) 

il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ġew issodisfati fir-rigward ta' dak il-kuntratt.

4.  

Kuntratt jiġi kkunsidrat li huwa għal finijiet kummerċjali għall-finijiet tat-Taqsima C(7) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, għandu jitqies bħala kuntratt li ma għandux il-karatteristiċi ta' strumenti finanzarji oħrajn ta' derivattivi għall-finijiet tat-Taqsimiet C(7) u (10) ta' dak l-Anness, jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wieħed jidħol għalih ma' jew permezz ta' operatur jew amministratur ta' grilja tat-trażmissjoni tal-enerġija, mekkaniżmu ta' bbilanċjar tal-enerġija jew netwerk ta' pajplajn,

(b) 

jeħtieġ li l-provvisti u l-użi tal-enerġija jinżammu f'bilanċ f'ħin identifikat, inkluż il-każ meta l-kapaċità ta' riserva kkuntrattata minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-elettriku kif definit fl-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2009/72/KE, tiġi trasferita minn fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel għal fornitur ta' servizz ta' bbilanċjar ikkwalifikat minn qabel ieħor bil-kunsens tal-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti.

Artikolu 8

Derivattivi skont Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(L-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Minbarra kuntratti derivattivi msemmija espressament fit-Taqsima C(10) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratt derivattiv ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet f'dik it-Taqsima meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dik it-Taqsima u fl-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament u jkun relatat ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-bandwidth tat-telekomunikazzjonijiet;

(b) 

il-kapaċità għall-ħażna tal-komoditajiet;

(c) 

il-kapaċità tat-trażmissjoni jew tat-trasport relatata mal-komoditajiet sew jekk kabil, pajplajn jew mezzi oħra bl-eċċezzjoni ta' drittijiet ta' trażmissjoni relatati ma' kapaċitajiet transżonali ta' trażmissjoni tal-elettriku meta wieħed jidħol għalihom, fis-suq primarju ma' jew minn operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew kwalunkwe persuna li taġixxi bħala fornitur ta' servizz f'isimhom u sabiex tiġi allokata l-kapaċità tat-trażmissjoni;

(d) 

allowance, kreditu, permess, dritt jew ass simili li huwa marbut direttament mal-provvista, id-distribuzzjoni jew il-konsum ta' enerġija derivata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, minbarra fejn il-kuntratt ikun diġà fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tat-taqsima (C) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE

(e) 

varjant ġeoloġiku, ambjentali jew fiżiku ieħor, minbarra jekk il-kuntratt huwa relatat ma' kwalunkwe unità rikonoxxuta għall-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );

(f) 

kwalunkwe ass jew dritt ieħor ta' natura funġibbli, għajr dritt li jiġi riċevut servizz, li jista' jiġi ttrasferit;

(g) 

indiċi jew miżura relatata mal-prezz jew mal-valur ta', jew mal-volum ta' tranżazzjonijiet fi kwalunkwe ass, dritt, servizz jew obbligu.

(h) 

indiċi jew miżura bbażata fuq statistika attwarjali.

Artikolu 9

Konsulenza dwar investimenti

(L-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tad-definizzjoni “konsulenza dwar l-investiment” fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, rakkomandazzjoni personali hija kkunsidrata bħala rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali.

Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala adatta għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex wieħed jieħu mis-settijiet ta' passi li ġejjin:

(a) 

ix-xiri, il-bejgħ, l-abbonament, l-iskambju, ir-rimbors, iż-żamma jew is-sottoskrizzjoni ta' strument finanzjarju partikolari;

(b) 

l-eżerċizzju jew in-nuqqas ta' eżerċizzju ta' xi dritt mogħti minn strument finanzjarju partikolari għal xiri, bejgħ, abbonament, skambju, jew rimbors ta' strument finanzjarju.

Rakkomandazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament għall-pubbliku.

Artikolu 10

Karatteristiċi ta' kuntratti derivattivi oħra relatati ma' muniti

1.  

Għall-finijiet tat-Taqsima C (4) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, kuntratti derivattivi oħrajn relatati ma' munita mhumiex strumenti finanzjarji meta l-kuntratt huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

kuntratt spot skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu,

(b) 

mezz ta' pagament li:

(i) 

għandu jiġi fiżikament issaldat għal raġuni oħra għajr minħabba inadempjenza jew avveniment ieħor ta' tmiem;

(ii) 

li għalih tidħol talinqas persuna li mhix kontraparti finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE)] Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );

(iii) 

li wieħed jidħol għalih sabiex jiffaċilita l-pagament għal oġġetti, servizzi jew investiment dirett,identifikabbli, kif ukoll

(iv) 

mhuwiex innegozjat f'ċentru tan-negozjar

2.  

Kuntratt spot għall-finijiet tal-paragrafu 1 huwa kuntratt għall-iskambju ta' munita kontra munita oħra, li skont it-termini tiegħu, il-konsenja tkun skedata biex issir fl-itwal mill-perjodi li ġejjin:

(a) 

Jumejn (2) ta' negozju fir-rigward ta' kwalunkwe par ta' muniti ewlenin stabbiliti fil-paragrafu 3;

(b) 

għal kwalunkwe par muniti, fejn tal-inqas munita waħda mhijiex munita ewlenija, l-itwal mill-jumejn (2) ta' negozju jew il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għal dik il-komodità, assi jew dritt bħala l-perjodu standard ta' konsenja;

(c) 

meta l-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti jintuża għall-iskop ewlieni tal-bejgħ jew ix-xiri ta' titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għal investiment kollettiv, il-perjodu ġeneralment aċċettat fis-suq għas-saldu ta' dik it-titolu trasferibbli jew ta' unità f'intrapriża għall-investiment kollettiv bħala l-perjodu standard ta' konsenja jew ħamest (5) ijiem ta' negozju, skont liema jkun l-iqsar.

Madankollu, kuntratt ma jiġix ikkunsidrat bħala kuntratt spot jekk, irrispettivament mit-termini espliċiti tiegħu, ikun hemm arranġament bejn il-partijiet għall-kuntratt li l-konsenja tat-titolu sottostanti għandha tiġi posposta u m'għandhiex titwettaq fil-perjodu li jissemma' fl-ewwel sottoparagrafu.

3.  
Il-muniti ewlenin għall-iskopijiet tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu biss id-dollaru Amerikan, l-Euro, il-yen Ġappuniż, il-Lira sterlina, id-Dollaru Awstraljan, il-frank Svizzeru, id-dollaru ta' Hong Kong, il-krona Svediża, id-dollaru ta' New Zealand, id-dollaru ta' Singapore, il-krona Norveġiża, il-peso Messikan, il-kuna Kroata, il-lev, il-krona Ċeka, il-krona Daniża, il-forint, iż-złoty u l-leu Rumen.
4.  

Għall-finijiet tal-paragrafu 2, jum ta' negozju għandha tfisser kwalunkwe jum ta' negozju normali fil-ġuriżdizzjoni fejn jiġu skambjati skont il-kuntratt għall-iskambju ta' dawk il-muniti u fil-ġuriżdizzjoni ta' munita terza fejn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a) 

l-iskambju ta' dawk il-muniti jinvolvi l-konverżjoni tagħhom permezz ta' dik il-munita terza għal skopijiet ta' likwidità;

(b) 

il-perjodu standard ta' konsenja għall-iskambju ta' dawk il-muniti jagħmel referenza għall-ġuriżdizzjoni ta' dik il-munita terza.

Artikolu 11

L-Istrumenti tas-suq monetarju

(L-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE)

L-istrumenti tas-suq monetarju, f'konformità mal-Artikolu 4(1)(17) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandhom jinkludu l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati ta' depożitu, il-karti kummerċjali u strumenti oħrajn b'karatteristiċi sostantivament ekwivalenti li jista' jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) 

ikollhom valur li jista' jiġi ddeterminat fi kwalunkwe żmien;

(b) 

mhumiex derivattivi;

(c) 

għandhom maturità legali fil-ħruġ ta' 397 jum jew inqas.

Artikolu 12

Internalizzaturi sistematiċi għall-ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investimenti għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta' kull sehem, irċevuta depożitarja, fondi nnegozjati fil-borża (ETF), ċertifikazzjoni u kwalunkwe strument finanzjarju ieħor simili li jinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 0,4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba kuljum;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-istrument finanzjarju li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(b) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba kuljum;

(c) 

fuq bażi sostanzjali fl-istrument finanzjarju fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn:

(i) 

15 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

0,4 % tal-fatturat totali f'dak l-istrument finanzjarju eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 13

Internalizzaturi sistematiċi għall-obbligazzjonijiet

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kollha li jappartjenu għal klassi ta' obbligazzjonijiet maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' din l-obbligazzjoni, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fl-obbligazzjoni li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c) 

fuq bażi sostanzjali fl-obbligazzjoni fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

25 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

1 % tal-fatturat totali f'dik l-obbligazzjoni eżegwita fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 14

Internalizzaturi sistematiċi għall-prodotti finanzjarji strutturati

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-prodotti finanzjarji strutturati kollha li jappartjenu għal klassi ta' prodotti finanzjarji strutturati maħruġa mill-istess entità jew minn kwalunkwe entità fi ħdan l-istess grupp fejn, f'rabta ma' dan il-prodott finanzjarju strutturat, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fil-prodott finanzjarju strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-prodott finanzjarju strutturat rilevanti eżegwit fl-Unjoni fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent fl-istrument finanzjarju rilevanti jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fi prodott finanzjajru strutturat li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c) 

fuq bażi sostanzjali fi prodott finanzjarju strutturat fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

30 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

2,25 % tal-fatturat totali f'dak il-prodott finanzjarju strutturat eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 15

Internalizzaturi sistematiċi għad-derivattivi

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tad-derivattivi kollha li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi fejn, f'rabta ma' dan id-derivattiv, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 2,5 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-klassi tad-derivattivi rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'din il-klassi ta' derivattivi jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika f'derivattiv li għalih hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c) 

fuq bażi sostanzjali f'derivattiv fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

25 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

1 % tal-fatturat totali f'dik il-klassi ta' derivattivi eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

Artikolu 16

Internalizzaturi sistematiċi għall-kwoti tal-emissjonijiet

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha tiġi kkunsidrata bħala internalizzatur sistematiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet kollha fejn, f'rabta ma' dan l-istrument, tinternalizza skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur:

(i) 

in-numru ta' tranżazzjonijiet OTC li jkunu twettqu minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent ikun daqs jew akbar minn 4 % tan-numru totali ta' tranżazzjonijiet fil-kwoti tal-emissjonijiet rilevanti eżegwit fl-Unjoni jew fi kwalunkwe ċentru tan-negozjar jew OTC matul l-istess perjodu;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet OTC imwettqa minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent f'dan it-tip ta' kwoti tal-emissjonijiet jsiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(b) 

fuq bażi frekwenti u sistematika fi kwota tal-emissjonijiet li għaliha hemm suq likwidu kif definit fl-Artikolu 2(1)(17)(a) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 fejn matul l-aħħar sitt (6) xhur it-tranżazzjonijiet OTC li jkunu saru minnha f'isimha stess fil-klassi ta' derivattivi rilevanti meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent isiru fuq medja ta' darba fil-ġimgħa;

(c) 

fuq bażi sostanzjali fi kwota tal-emissjonijiet fejn id-daqs ta' negozjar OTC imwettaq minnha f'isimha stess meta tkun qed teżegwixxi ordnijiet tal-klijent huwa, matul l-aħħar sitt (6) xhur, daqs jew akbar minn xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

30 % tal-fatturat totali fi kwota tal-emissjonijiet eżegwit minn ditta tal-investiment f'isimha stess jew f'isem il-klijenti u eżegwit f'ċentru tan-negozjar jew OTC;

(ii) 

2,25 % tal-fatturat totali f'dan it-tip ta' kwota tal-emissjonijiet eżegwit fl-Unjoni f'ċentru tan-negozjar jew OTC.

▼M1

Artikolu 16a

Parteċipazzjoni f'arranġamenti ta' tqabbil

Ditta tal-investiment ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala negozjar għan-nom proprju fis-sens tal-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn dik id-ditta tal-investiment tipparteċipa f'arranġamenti ta' tqabbil li jsiru ma' entitajiet barra l-grupp bl-għan jew bil-konsegwenza li twettaq tranżazzjonijiet spalla ma' spalla bla riskju de facto fi strument finanzjarju barra post ta' negozjar.

▼B

Artikolu 17

Perjodi ta' valutazzjoni rilevanti

(L-Artikolu 4(1)(20) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 16 għandhom jiġu vvalutati fuq bażi trimestrali abbażi tad-data mill-aħħar sitt (6) xhur. Il-perjodu ta' valutazzjoni għandu jibda fl-ewwel jum ta' ħidma tax-xhur ta' Jannar, April, Lulju u Ottubru.

Strumenti ġodda maħruġin mill-ġdid jistgħu jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni biss meta d-data storika tkopri perjodu ta' mill-inqas tliet (3) xhur fil-każ ta' ishma, irċevuti depożitarji, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħrajn, u sitt (6) ġimgħat fil-każ ta' obbligazzjonijiet, prodotti finanzjarji strutturati u derivattivi.

Artikolu 18

In-negozjar algoritmiku

(L-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-iskopijiet li tiġi speċifikata ulterjorment id-definizzjoni tan-negozjar algoritmiku f'konformità mal-Artikolu 4(1)(39) tad-Direttiva 2014/65/UE, sistema għandha tiġi kkunsidrata li ma għandha ebda intervent uman jew għandha intervent uman limitat meta, għal kwalunkwe ordni jew proċess ta' ġenerazzjoni tal-kwoti jew kwalunkwe proċess biex tiġi ottimizzata l-eżekuzzjoni tal-ordni, sistema awtomatizzata tieħu deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju tal-bidu, il-ġenerazzjoni, id-direzzjoni jew l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet jew kwoti skont parametri determinati minn qabel.

Artikolu 19

Teknika ta' negozjar algoritmiku ta' frekwenza għolja

(L-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Rata għolja ta' messaġġi fl-istess jum, f'konformità mal-Artikolu 4(1)(40) tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tikkonsisti mill-preżentazzjoni ta' medja ta' waħda (1) minn dawn li ġejjin:

(a) 

tal-inqas żewġ (2) messaġġi kull sekonda fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju uniku negozjat f'ċentru tan-negozjar;

(b) 

tal-inqas erba' (4) messaġġi kull sekonda fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji kollha negozjati f'ċentru tan-negozjar;

2.  
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-messaġġi ppreżentati għall-ordnijiet meta jkunu qed jinnegozjaw f'isimhom fi strumenti finanzjarji li għalihom hemm suq likwidu f'konformità mal-Artikolu 2(1)(17) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu. Il-messaġġi introdotti għall-iskop tan-negozjar li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu.
3.  
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-messaġġi ntrodotti għall-iskop tan-negozjar għan-nom propju għandhom jiġu nklużi fil-kalkolu. Il-messaġġi introdotti b'tekniki ta' negozjar oħra għajr dawk li jiddependu fuq in-nom propju għandhom jiġu nklużi fil-kalkolu meta t-teknika ta' eżekuzzjoni tad-ditta hija strutturata b'mod illi tiġi evitata l-eżekuzzjoni għan-nom propju.
4.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, għall-kalkolu tar-rata għolja ta' messaġġi li jidħlu kuljum b'rabta mal-fornituri DEA, il-messaġġi mibgħuta mill-klijenti DEA tagħhom għandhom jiġu esklużi mill-kalkoli.
5.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jagħtu lid-ditti konċernati, fuq talba tagħhom, stimi tal-għadd medju ta' messaġġi kull sekonda kull xahar, ġimagħtejn (2) wara t-tmiem ta' kull xahar tal-kalendarju, u b'hekk jittieħed kont tal-messaġġi mibgħuta matul it-12-il xahar ta' qabel.

Artikolu 20

Aċċess elettroniku dirett

(L-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Persuna għandha tiġi kkunsidrata mhux kapaċi tittrażmetti b'mod elettroniku l-ordnijiet relatati ma' strument finanzjarju direttament li ċentru tan-negozju f'konformità mal-Artikolu 4(1)(41) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn dik il-persuna ma tistax teżerċita d-diskrezzjoni fir-rigward tal-frazzjoni eżatta ta' sekonda tal-intrata tal-ordni u t-tul tal-ħajja tal-ordni f'dak il-qafas ta' żmien.
2.  
Persuna għandha tiġi kkunsidrata mhux kapaċi li tittrażmetti dan l-ordni elettroniku dirett meta jseħħ permezz ta' arranġamenti għall-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-eżekuzzjoni tal-ordni li jiddeterminaw il-parametri tal-ordni ħlief iċ-ċentru jew ċentri fejn l-ordni għandu jiġi ppreżentat, sakemm dawn l-arranġamenti jiġu integrati fis-sistemi tal-klijenti u mhux f'dawk ta' membru jew parteċipant ta' suq regolat jew ta' MTF jew ta' klijent ta' OTF.



KAPITOLU II

REKWIŻITI ORGANIZZAZZJONALI



TAQSIMA 1

Organizzazzjoni

Artikolu 21

Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali

(L-Artikolu 16(2) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali li ġejjin:

(a) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u struttura organizzazzjonali li b'mod ċar u f'forma dokumentata tispeċifika linji ta' rappurtaġġ u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet;

(b) 

li jiżguraw li l-persuni rilevanti tagħhom huma konxji mill-proċeduri li għandhom ikunu segwiti biex jeżegwixxu tajjeb ir-responsabbiltajiet tagħhom;

(c) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu mekkaniżmi ta' kontroll interni adegwati maħsuba biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u mal-proċeduri fil-livelli kollha tad-ditta tal-investiment;

(d) 

li jimpjegaw persunal bil-kapaċitajiet, bit-tagħrif u bil-kompetenza neċessarja biex jeżegwixxi r-responsabbiltajiet delegati lilhom;

(e) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu rappurtaġġ intern u komunikazzjoni ta' informazzjoni effettivi fil-livelli rilevanti kollha tad-ditta tal-investiment;

(f) 

li jżommu rekords adegwati u fl-ordni tan-negozju u l-organizzazzjoni interna tagħhom.

(g) 

li jiżguraw li l-fatt li jitwettqu funzjonijiet multipli mill-persuni rilevanti tagħhom ma jkunx tali li jista' jipprevjeni lil dawk il-persuni milli jeżegwixxu xi funzjoni partikolari b'mod tajjeb, onest, u professjonali.

▼M4

Id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

▼M4

Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta’ servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.

▼B

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistemi u proċeduri li jkunu adegwati għall-ħarsien tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li jqisu n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni.
3.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' kontinwità kummerċjali adegwata li timmira li tiżgura, fil-każ ta' interruzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tagħhom, il-preżervazzjoni ta' data u funzjonijiet essenzjali, u ż-żamma ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f'waqtu ta' din id-data u l-funzjonijiet u jerġgħu jibdew jipprovdu malajr is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tagħhom.
4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri ta' kontabilità li jippermettulhom, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti f'ħin f'waqtu rapporti finanzjarji li jirriflettu ħarsa reali u ġusta lejn il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u li jikkonformaw mal-istandards u mar-regoli ta' kontabilità applikabbli.
5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontrolli interni u l-arranġamenti stabbiliti tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 4, u li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.

Artikolu 22

Konformità

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri adegwati maħsuba biex jittraċċjaw kull riskju ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll ir-riskji assoċjati, u jqiegħdu fis-seħħ miżuri u proċeduri adegwati maħsuba biex jimminimizzaw dan ir-riskju u biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod effettiv taħt dik id-Direttiva.

Id-ditti tal-investiment iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.

2.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni permanenti u effettiva tal-konformità li topera indipendentement u li jkollha r-responsabbilitajiet li ġejjin:

(a) 

li jagħmlu monitoraġġ fuq bażi permanenti ta', u jivvalutaw fuq bażi regolari, l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri u tal-proċeduri fis-seħħ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tal-azzjonijiet meħuda biex ikunu indirizzati xi nuqqasijiet fil-konformità tad-ditta mal-obbligi tagħha;

(b) 

li jagħtu konsulenza u jassistu lill-persuni rilevanti responsabbli biex iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment biex jikkonformaw mal-obbligi tad-ditta taħt id-Direttiva 2014/65/UE;

(c) 

li jirrapportaw lill-korp maniġerjali, tal-inqas fuq bażi annwali, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-ambjent ġenerali tal-kontroll għas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, dwar ir-riskji li ġew identifikati u dwar ir-rapportar fuq it-trattament tal-ilmenti kif ukoll ir-rimedji meħuda jew li għandhom jiġu meħuda;

(d) 

li jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tat-trattament tal-ilmenti u jikkunsidraw l-ilmenti bħala sors ta' informazzjoni rilevanti fil-kuntest tar-responsabbiltajiet ġenerali tal-monitoraġġ tagħhom.

Sabiex jikkonformaw mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-funzjoni ta' konformità għandha tmexxi valutazzjoni abbażi ta' liema se jiġi stabbilit programm ta' monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju li jikkunsidra l-oqsma kollha tas-servizzi ta' investiment, l-attivitajiet u kwalunkwe servizz anċillarju tad-ditta tal-investimenti, inkluża l-informazzjoni rilevanti miġbura f'rabta mal-monitoraġġ tat-trattament tal-ilmenti. Il-programm ta' monitoraġġ għandu jistabbilixxi prijoritajiet determinati mill-valutazzjoni tar-riskju ta' konformità li jiżgura li r-riskju ta' konformità huwa kopert b'mod komprensiv.

3.  

Sabiex il-funzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 2 tkun tista' teżegwixxi r-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u indipendentement, id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-funzjoni ta' konformità jkollha l-awtorità, ir-riżorsi, il-kompetenza u l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa;

(b) 

għandu jinħatar uffiċjal għall-kontroll tal-konformità u għandu jiġi sostitwit minn korp maniġerjali u għandu jkun responsabbli għall-funzjoni ta' kontroll ta' konformità u għal kull rappurtaġġ fejn tidħol il-konformità meħtieġa kif rikjest mid-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament;

(c) 

il-funzjoni ta' konformità tirrapporta, fuq bażi ad-hoc, direttament lill-korp maniġerjali fejn tindika riskju sinifikanti ta' nuqqas mid-ditta li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE;

(d) 

il-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandhomx ikunu involuti fil-forniment tas-servizzi jew tal-attivitajiet li huma inkarigati biex iwettqu l-monitoraġġ tagħhom;

(e) 

il-metodu biex tkun determinata r-remunerazzjoni tal-persuni rilevanti involuti fil-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ma għandux jikkomprometti l-oġġettività tagħhom u anqas ma għandu jkollu t-tendenza li jagħmel dan.

4.  
Ditta tal-investiment ma għandhiex tkun meħtieġa tikkonforma mal-punt (d) jew mal-punt (e) tal-paragrafu 3 jekk tista' turi li fejn jidħlu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment, li l-obbligi skont il-punti (d) jew (e) mhumiex proporzjonati u l-funzjoni għall-kontroll tal-konformità tagħha tkompli tkun effettiva. F'dak il-każ, id-ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk l-effettività tal-funzjoni għall-kontroll tal-konformità ġietx kompromessa. Il-valutazzjoni għandha tiġi riveduta fuq bażi regolari.

Artikolu 23

Ġestjoni tar-riskju

(L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu l-azzjonijiet li ġejjin relatati mal-ġestjoni tar-riskju:

▼M4

(a) 

jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju li jidentifikaw ir-riskji relatati mal-attivitajiet, mal-proċessi u mas-sistemi tad-ditta, u, fejn xieraq, jistabbilixxu l-livell ta’ riskju ttollerat mid-ditta. Waqt li jagħmlu dan, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà;

▼B

(b) 

jadottaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi effettivi biex jimmaniġġjaw ir-riskji li jirrelataw mal-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi tad-ditta, fid-dawl ta' dak il-livell ta' tolleranza tar-riskju;

(c) 

jagħmlu monitoraġġ ta' dawn li ġejjin:

(i) 

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-politiki u tal-proċeduri għall-ġestjoni tar-riskju tad-ditta tal-investiment;

(ii) 

il-livell ta' konformità tad-ditta tal-investiment u l-persuni rilevanti tagħha mal-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi addottati skont il-punt (b);

(iii) 

l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex jindirizzaw xi nuqqasijiet f'dawk il-politiki, proċeduri, arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi, inklużi nuqqasijiet mill-persuni rilevanti li jikkonformaw ma' dawn l-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi jew li jsegwu dawn il-politiki u proċeduri.

2.  

Id-ditti tal-investiment, meta xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment eżegwiti matul dak in-negozju, jistabbilixxu u jżommu funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju li topera indipendentement u twettaq ix-xogħlijiet li ġejjin:

(a) 

l-implimentazzjoni tal-politika u tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

il-preżentazzjoni ta' rapporti u konsulenza lid-diriġenti prinċipali skont l-Artikolu 25(2).

Meta ditta tal-investiment ma tistabbilixxix u żżomm funzjoni għall-ġestjoni tar-riskju skont l-ewwel subparagrafu, għandha madankollu tkun tista' turi, meta mitlub, li l-politiki u l-proċeduri li tkun adottat skont il-paragrafu 1 jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dak il-paragrafu u huma effettivi b'mod konsistenti.

Artikolu 24

Awditjar intern

(L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment, meta xieraq u proporzjonat fid-dawl tan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment eżegwiti matul dak in-negozju, jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' awditjar intern li hija separata u indipendenti mill-funzjonijiet u l-attivitajiet l-oħrajn tad-ditta tal-investimenti u li għandha r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) 

tistabbilixxi, timplimenta u żżomm pjan ta' verifika biex tikkontrolla u tivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, tal-mekkaniżmi u tal-arranġamenti ta' kontroll interni tad-ditta tal-investiment;

(b) 

tifformula rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultat ta' xogħol imwettaq skont il-punt (a) u tivverifika l-konformità ma' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

(c) 

tirrapporta fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw verifika interna skont l-Artikolu 25(2).

Artikolu 25

Ir-responsabbiltà tad-diriġenti prinċipali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment, meta jallokaw funzjonijiet interni, jiżguraw li d-diriġenti prinċipali, u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza, huma responsabbli sabiex jiżguraw li d-ditta tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, id-diriġenti prinċipali u, meta xieraq, il-funzjoni ta' sorveljanza għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw u perjodikament jirrevedu l-effikaċja tal-politiki, tal-arrangamenti u tal-proċeduri mqiegħda fis-seħħ biex jikkonformaw mal-obbligi taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw xi nuqqasijiet.

L-allokazzjoni ta' funzjonijiet sinifikanti fost id-diriġenti prinċipali għandha tistabbilixxi b'mod ċar min huwa responsabbli għall-kontroll u ż-żamma tar-rekwiżiti organizzazzjonali tad-ditta. Ir-rekords tal-allokazzjoni tal-funzjonijiet sinifikanti għandhom jinżammu aġġornati.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-diriġenti prinċipali tagħhom jirċievu fuq bażi frekwenti, għallinqas darba fis-sena, rapporti bil-miktub dwar il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 li jindikaw b'mod partikolari jekk ikunux ittieħdu l-miżuri ta' rimedju xierqa fil-każ ta' xi nuqqasijiet.
3.  
Id-ditti ta' investiment għandhom jiżguraw li fejn hemm funzjoni superviżorja, jirċievu rapporti bil-miktub dwar kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 22, 23 u 24 fuq bażi regolari.
4.  
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “funzjoni ta' sorveljanza” tfisser il-funzjoni fi ħdan ditta tal-investiment responsabbli għas-sorveljanza tad-diriġenti prinċipali tagħha.

Artikolu 26

It-trattament tal-ilmenti

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti ta' investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki effettivi u trasparenti dwar it-trattament tal-ilmenti sabiex jiġu ttrattati b'mod rapidu l-ilmenti tal-klijenti jew klijenti potenzjali. Id-ditti ta' investiment għandhom iżommu rekord tal-ilmenti rċevuti u l-miżuri li ttieħdu għar-rimedju.

Il-politika ta' ġestjoni tal-ilmenti għandha tipprovdi informazzjoni ċara, preċiża u aġġornata dwar il-proċess ta' trattament tal-ilmenti. Din il-politika għandha tiġi appoġġjata mill-korp ta' ġestjoni tad-ditta.

2.  
Id-ditti ta' investiment għandhom jippubblikaw id-dettalji tal-proċess li għandu jiġi segwit fit-trattament ta' lment. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar il-politika tal-ġestjoni tal-ilmenti u d-dettalji tal-kuntatt tal-funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti. L-informazzjoni għandha tingħata lill-klijenti jew klijenti potenzjali, fuq talba, jew meta tiġi kkonfermata l-irċevuta ta' lment. Id-ditti tal-investiment għandhom jippermettu lill-klijenti u l-klijenti potenzjali jippreżentaw l-ilmenti tagħhom mingħajr ħlas.
3.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu funzjoni ta' ġestjoni tal-ilmenti responsabbli mill-investigazzjoni tal-ilmenti. Din il-funzjoni tista' titwettaq mill-funzjoni ta' konformità.
4.  
Fit-trattament ta' lment, id-ditti ta' investiment għandhom jikkomunikaw mal-klijenti jew klijenti potenzjali b'mod ċar, b'lingwa sempliċi li tista' tinftiehem faċilment, u għandhom iwieġbu għall-ilment mingħajr dewmien żejjed.
5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jikkomunikaw il-pożizzjoni tad-ditta dwar l-ilment lill-klijenti jew klijenti potenzjali u jinformaw lill-klijenti jew klijenti potenzjali dwar l-opzjonijiet tagħhom, inklużi dawk li jistgħu jirreferu l-ilment lil entità għar-riżoluzzjoni tat-tilwim alternattiva, kif iddefinit fl-Artikolu 4(h) tad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, jew li l-klijent jista' jieħu azzjoni ċivili.
6.  
Id-ditti ta' investiment għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ilmenti u t-trattament tal-ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u, fejn ikun applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.
7.  
Il-funzjoni ta' konformità tad-ditti tal-investiment għandha tanalizza lmenti u data dwar it-trattament tal-ilmenti biex jiġi żgurat li jiġi identifikat u indirizzat kwalunkwe riskju jew kwistjoni.

Artikolu 27

Politiki u prattiki ta' remunerazzjoni

(L-Artikoli 16, 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċeduri u prattiki ta' remunerazzjoni skont proċeduri interni xierqa li jqisu l-interessi tal-klijenti kollha tad-ditta, bl-għan li jiġi żgurat li l-klijenti jiġu ttrattati b'mod ġust u li l-interessi tagħhom ma jiġux imfixkla mill-prattiki ta' remunerazzjoni adottati mid-ditta fuq żmien qasir, medju jew twil.

Il-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni għandhom jiġu mfassla b'tali mod li ma joħolqux kunflitt ta' interess jew inċentiv li jista' jwassal lill-persuni rilevanti sabiex jiffavorixxu l-interessi tagħhom stess jew tad-ditta għad-detriment potenzjali ta' kwalunkwe klijent.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-politiki u l-prattiki ta' rimunerazzjoni tagħhom japplikaw għall-persuni kollha rilevanti b'impatt, dirett jew indirett, fuq is-servizzi tal-investiment u s-servizzi anċillari pprovduti mid-ditta tal-investiment jew fuq l-imġiba korporattiva tagħha, indipendentament mit-tip ta' klijenti, sal-punt li dawn il-persuni u inċentivi simili jistgħu joħolqu kunflitt ta' interess li jinkoraġġihom jaġixxu kontra l-interessi ta' kwalunkwe klijent tad-ditta.
3.  
Il-korp tal-maniġment tad-ditta tal-investiment għandu japprova l-politika ta' remunerazzjoni wara li jkun ħa l-parir tal-funzjoni ta' konformità. Id-diriġenti prinċipali tad-ditta tal-investiment għandhom ikunu responsabbli mill-implimentazzjoni ta' kuljum tal-politika ta' remunerazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji ta' konformità relatati mal-politika.
4.  
Ir-remunerazzjoni u inċentivi simili m'għandhomx ikunu biss jew predominantement ibbażati fuq il-kriterji kummerċjali kwantitattivi, u għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ il-kriterji kwalitattivi xierqa li jirriflettu l-konformità mar-regolamenti applikabbli, it-trattament xieraq tal-klijenti u l-kwalità tas-servizzi pprovduti lill-klijenti.

Għandu jinżamm bilanċ bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni, sabiex l-istruttura tar-remunerazzjoni ma tiffavorixxix l-interessi tad-ditta tal-investiment jew tal-persuni rilevanti tagħha kontra l-interessi tal-klijenti.

Artikolu 28

L-kamp ta' applikazzjoni ta' tranżazzjoni personali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-Artikolu 29 u l-Artikolu 37, tranżazzjoni personali tfisser kummerċ fi strument finanzjarju magħmul minn jew għan-nom ta' persuna rilevanti, meta tkun sodisfatta għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

dik il-persuna rilevanti tkun qiegħda taġixxi barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li twettaq fil-kapaċità professjonali tagħha;

(b) 

il-funzjoni titwettaq għan-nom ta' xi waħda mill-persuni li ġejjin:

(i) 

il-persuna rilevanti;

(ii) 

kull persuna li magħha jkollha relazzjoni familjari, jew li magħha jkun hemm konnessjonijiet mill-qrib;

(iii) 

persuna li r-relazzjoni tagħha mal-persuna rilevanti tkun tali li dik il-persuna rilevanti jkollha interess materjali dirett jew indirett fl-eżitu tal-kummerċ, ta' xort' oħra minn tariffa jew kommissjoni biex ikun eżegwit dan il-kummerċ.

Artikolu 29

Tranżazzjonijiet personali

(L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti adegwati li jimmiraw lejn il-prevenzjoni tal-attivitajiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fil-każ ta' kull persuna rilevanti li tkun involuta f'attivitajiet li jistgħu jikkawżaw kunflitt ta' interess, jew li jkollha aċċess għal informazzjoni interna fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 jew għal xi informazzjoni kunfidenzjali oħra li tirrelata għal klijenti jew tranżazzjonijiet ma' jew għal klijenti permezz ta' attività mwettqa minnha għan-nom tad-ditta
2.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jidħlux fi tranżazzjoni personali li tissodisfa għall-inqas waħda mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

dik il-persuna tkun ipprojbita milli tinvolvi ruħha skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

(b) 

hemm involut l-użu ħażin jew l-iżvelar mhux addattat ta' dik l-informazzjoni kunfidenzjali;

(c) 

jikkonfliġġi ma' jew x'aktarx jikkonfliġġi ma' obbligu tad-ditta tal-investiment taħt id-Direttiva 2014/65/UE

3.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-persuni rilevanti ma jagħtux konsulenza jew inkoraġġiment, f'kamp ta' applikazzjoni li ma jaqax fin-norma tal-impjieg tagħhom jew tal-kuntratt tas-servizzi tagħhom, lil xi persuna oħra biex tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kienet tkun koperta mill-paragrafu 2 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew mill-Artikolu 67(3);
4.  

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw illi persuni rilevanti ma jiżvelawx, barra mill-kors normali tal-impieg jew tal-kuntratt għal servizzi tagħhom, informazzjoni jew opinjoni lil xi persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew b'mod raġjonevoli jmissha tkun taf, li bħala riżultat ta' dak l-iżvelar dik il-persuna l-oħra x'aktarx tieħu wieħed mill-passi li ġejjin:

(a) 

tidħol fi tranżazzjoni fi strumenti finanzjarji li, jekk tkun tranżazzjoni personali tal-persuna rilevanti, kien tkun koperta mill-paragrafi 2 jew 3 jew mill-Artikolu 37(2)(a) jew (b) jew l-Artikolu 67(3);

(b) 

tagħti konsulenza jew tinkoraġġixxi lil persuna oħra biex tidħol għal tali tranżazzjoni.

5.  

L-arranġamenti meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandhom b'mod partikolari jkunu mfassla biex jiżguraw li:

(a) 

kull persuna rilevanti koperta mill-paragrafi 1, 2, 3 u 4 tkun konxja mir-restrizzjonijiet fuq tranżazzjonijiet personali, u mill-miżuri stabbiliti mid-ditta tal-investiment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet personali u l-iżvelar, skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4;

(b) 

id-ditta tkun infurmata malajr b'kull tranżazzjoni personali li tidħol għaliha persuna rilevanti, jew b'avviż ta' dik it-tranżazzjoni jew permezz ta' proċeduri oħra li jippermettu lid-ditta tidentifika tali tranżazzjoni;

(c) 

jinżamm rekord tat-tranżazzjoni personali nnotifikata lid-ditta jew identifikata minnha, inkluża kull awtorizzazzjoni jew projbizzjoni fir-rigward ta' tali tranżazzjoni.

Fil-każ ta' arranġamenti ta' esternalizzazzjoni, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li dik id-ditta li lilha hija esternalizzata l-attività żżomm rekord ta' tranżazzjonijiet personali li tidħol għalihom kull persuna rilevanti u tipprovdi dik l-informazzjoni lil ditta tal-investiment minnufih fuq talba.

6.  

Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għat-tip ta' tranżazzjonijiet personali li ġejjin:

(a) 

tranżazzjonijiet personali realizzati fil-qafas ta' servizz ta' ġestjoni ta' portafoll b'diskrezjoni meta ma jkun hemm ebda komunikazzjoni preċedenti fir-rigward tat-tranżazzjoni bejn il-ġestitur tal-portafoll u l-persuna rilevanti jew il-persuna l-oħra li għaliha tkun eżegwita t-tranżazzjoni;

(b) 

tranżazzjonijiet personali f'impriża ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) jew f'AIFs li jkunu soġġetti għal superviżjoni skont il-liġi ta' Stat Membru li titlob livell ekwivalenti ta' tifrix tar-riskji fl-assi tagħhom, fejn il-persuna rilevanti u kwalunkwe persuna oħra li f'isimha jiġu attwati t-tranżazzjonijiet ma jkunux involuti fil-immaniġġjar ta' dik l-impriża.



TAQSIMA 2

Esternalizzazzjoni

Artikolu 30

Id-definizzjoni ta' funzjonijiet ta' ħidma kritiċi u importanti

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE, funzjoni ta' ħidma operattiva għandha titqies bħala kritika jew importanti jekk difett jew nuqqas fil-prestazzjoni tagħha jipperikola b'mod materjali l-konformità kontinwa ta' ditta tal-investiment mal-kundizzjonijiet u l-obbligi tal-awtorizzazzjoni tagħha jew tal-obbligi l-oħra tagħha skont id-Direttiva 2014/65/UE, jew il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi u tal-attivitajiet tal-investiment tagħha.
2.  

Mingħajr preġudizzju għall-istatus ta' xi funzjoni oħra, il-funzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu kkunsidrati bħala kritiċi jew importanti għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a) 

l-għoti ta' servizzi ta' konsulenza, u servizzi oħra li ma jiffurmawx parti min-negozju tad-ditta fl-investiment, inkluża l-prestazzjoni ta' konsulenza legali lid-ditta, it-taħriġ ta' persunal tad-ditta, servizzi ta' fatturar u s-sigurtà tal-post u tal-persunal tad-ditta;

(b) 

ix-xiri ta' servizzi standardizzati, inklużi servizzi ta' informazzjoni dwar is-suq u informazzjoni dwar il-prezzijiet.

Artikolu 31

L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet ta' ħidma kritiċi jew importanti

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment li jesternalizzaw funzjonijiet ta' ħidma jew xi servizzi jew attivitajiet tal-investiment kritiċi jew importanti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli biex jeżegwixxu l-obbligi kollha tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u jikkonformaw, b'mod partikolari, mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega mid-diriġenza prinċipali tar-responsabbiltajiet tagħha;

(b) 

ir-relazzjoni u l-obbligi tad-ditta tal-investiment lejn il-klijenti tagħha skont it-termini tad-Direttiva 2014/65/UE ma għandhiex tkun modifikata;

(c) 

il-kundizzjonijiet li magħhom għandha tikkonforma ditta tal-investiment sabiex tkun awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, u biex tibqa' hekk, ma jiġux affetwati b'mod negattiv;

(d) 

ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħrajn li fuqhom kien soġġett l-għoti tal-awtorizzazzjoni tad-ditta ma għandha titneħħa jew tkun modifikata.

2.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jeżerċitaw il-kapaċità, l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta meta jidħlu għal, jiġġestixxu jew iġibu fit-tmiem kull arranġament għall-esternalizzazzjoni lil fornitur tas-servizz ta' funzjonijiet kritiċi jew importanti u għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fornitur tas-servizz għandu jkollu l-kompetenza, il-kapaċità, riżorsi suffiċjenti, struttura organizzattiva xierqa li tappoġġja l-prestazzjoni ta' funzjonijiet u kull awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi biex iwettaq il-funzjonijiet b'mod affidabbli u professjonali;

(b) 

il-fornitur tas-servizz għandu jwettaq is-servizzi esternalizzati effettivament u f'konformità mal-liġi applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji, u għal dan l-għan id-ditta għandha tistabbilixxi metodi biex tivvaluta l-istandard ta' rendiment tal-fornitur tas-servizz u biex tivvaluta, fuq bażi kontinwa, is-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizz;

(c) 

il-fornitur tas-servizz għandu jissorvelja b'mod xieraq it-twettiq tal-funzjonijiet esternalizzati, u għandu jiġġestixxi b'mod adegwat ir-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(d) 

għandha tittieħed azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista' ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv u f'konformità ma' liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(e) 

id-ditta tal-investiment għandha żżomm il-kompetenza neċessarja biex tissorvelja funzjonijiet jew servizzi esternalizzati b'mod effettiv u biex tiġġestixxi r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni u għal dan l-għan għandha tissorvelja dawk il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u tiġġestixxi dawk ir-riskji;

(f) 

il-fornitur tas-servizz għandu jiżvela lid-ditta tal-investiment kull żvilupp li jista' jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tagħha li twettaq il-funzjonijiet esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mal-liġijiet applikabbli u mar-rekwiżiti regolatorji;

(g) 

id-ditta tal-investiment għandha tkun tista' ġġib fit-tmiem l-arranġament għall-esternalizzazzjoni meta jkun hemm bżonn, b'effett immedjat meta jkun fl-interess tal-klijenti tagħha, mingħajr ħsara għall-kontinwità u għall-kwalità tal-forniment ta' servizzi tagħha lil klijenti;

(h) 

il-fornitur tas-servizz għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-funzjonijiet esternalizzati;

(i) 

id-ditta tal-investiment, l-awdituri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħha għandu jkollhom aċċess effettiv għal data relatata mal-funzjonijiet esternalizzati, kif ukoll għall-post tan-negozju rilevanti tal-fornitur tas-servizz, meta jkun neċessarju għall-iskop ta' sorveljanza effettiva f'konformità ma' dan l-artikolu, u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkunu jistgħu jeżerċitaw dawn id-drittijiet ta' aċċess;

(j) 

il-fornitur tas-servizz għandu jipproteġi kull informazzjoni kunfidenzjali li tirrelata għad-ditta tal-investiment u għall-klijenti tagħha;

(k) 

id-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu pjan ta' emerġenza għall-irkupru tas-sistema f'każ ta' diżastru u l-verifika perjodika ta' miżuri ta' sostenn, meta dan ikun neċessarju fir-rigward tal-funzjoni, is-servizz jew l-attività li tkun ġiet esternalizzata;

(l) 

id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-kontinwità u l-kwalità tal-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati jinżammu wkoll fil-każ ta' tmiem tal-esternalizzazzjoni jew billi tittrasferixxi l-funzjonijiet jew servizzi esternalizzati lil parti terza oħra jew billi twettaqhom hi stess;

3.  
Id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-kumpaniji tal-investiment u tal-fornitur tas-servizz għandhom ikunu allokati b'mod ċar u stabbiliti fi ftehim bil-miktub. Partikolarment, id-ditta tal-investiment għandha tiżgura d-drittijiet tagħha ta' struzzjoni u terminazzjoni, id-drittijiet tagħha għall-informazzjoni, u d-dritt tagħha għall-ispezzjonijiet u aċċess għal kotba u l-bini. Il-ftehim għandu jiżgura li l-esternalizzazzjoni mill-fornitur tas-servizz isseħħ biss bil-kunsens, bil-kitba, tad-ditta tal-investiment.
4.  
Meta d-ditta tal-investiment u l-fornitur tas-servizz ikunu membri tal-istess grupp, id-ditta tal-investiment tista', għall-finijiet ta' konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 32, tqis sa fejn il-kumpanija tikkontrolla lill-fornitur tas-servizz jew għandha l-kapaċità tinfluwenzah fl-azzjonijiet tiegħu.
5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu disponibbli fuq talba lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex l-awtorità tkun tista' tissorvelja l-konformità tal-funzjonijiet esternalizzati realizzati mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha.

Artikolu 32

Il-fornituri tas-servizz stabbiliti f'pajjiżi terzi

(L-Artikolu 16(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 31, meta ditta tal-investiment testernalizza funzjonijiet marbuta mas-servizz ta' investiment tal-ġestjoni tal-portafoll ipprovdut lill-klijenti mhux professjonali lil fornitur tas-servizz stabbilit f'pajjiż terz, dik id-ditta tal-investiment tiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fornitur tas-servizz għandu jkun awtorizzat jew irreġistrat fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu biex jipprovdi dak is-servizz u għandu jkun sorveljat minn awtorità kompetenti f'dak il-pajjiż terz;

(b) 

għandu jkun hemm ftehim xieraq ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tad-ditta tal-investiment u l-awtorità ta' sorveljanza tal-fornitur tas-servizz.

2.  

Il-ftehim ta' kooperazzjoni msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tad-ditta tal-investiment għandhom il-kapaċità, tal-inqas, li:

(a) 

jiksbu, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom skont id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b) 

jiksbu aċċess għad-dokumenti rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji tagħhom li jinżammu fil-pajjiż terz;

(c) 

jirċievu informazzjoni mill-awtorità superviżorja fil-pajjiż terz kemm jista' jkun malajr għall-iskop li jiġi investigat ksur apparenti tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(d) 

jikkooperaw fl-infurzar skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni fil-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri implimentattivi tagħha u l-liġi nazzjonali rilevanti.

3.  
L-awtoritjiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom lista tal-awtoritajiet ta' sorveljanza f'pajjiżi terzi li magħhom għandhom ftehim ta' kooperazzjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw il-ftehimiet ta' kooperazzjoni konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fi żmien sitt (6) xhur minn dik id-data.



TAQSIMA 3

Kunflitti ta' interess

▼M4

Artikolu 33

Kunflitti ta’ interess li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal klijent

(Artikolu 16(3) u Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE)

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tat-tipi ta’ kunflitti ta’ interess li jirriżultaw matul il-forniment tas-servizzi tal-investiment u servizzi anċillari jew il-kombinazzjoni tagħhom u li l-eżistenza tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ klijent, inklużi l-preferenzi tiegħu jew tagħha ta’ sostenibbiltà, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu, permezz ta’ kriterji minimi, jekk id-ditta tal-investiment jew persuna rilevanti, jew persuna direttament jew indirettament marbuta mad-ditta permezz ta’ kontroll, b’riżultat tal-għoti ta’ servizzi tal-investiment jew servizzi anċillari jew attivitajiet tal-investiment, tkunx qiegħda f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

id-ditta jew dik il-persuna x’aktarx li tagħmel qligħ finanzjarju, jew tevita telf finanzjarju, għad-detriment tal-klijent;

(b) 

id-ditta jew dik il-persuna jkollha interess fir-riżultat ta’ servizz ipprovdut lill-klijent jew ta’ tranżazzjoni mwettqa għan-nom tal-klijent, li jkun differenti mill-interess tal-klijent f’dak ir-riżultat;

(c) 

id-ditta jew dik il-persuna jkollha inċentiv finanzjarju jew inċentiv ieħor li tiffavorixxi l-interess ta’ klijent ieħor jew ta’ grupp ieħor ta’ klijenti fuq l-interessi tal-klijent;

(d) 

id-ditta jew dik il-persuna twettaq l-istess attività bħall-klijent;

(e) 

id-ditta jew dik il-persuna tirċievi jew tkun se tirċievi minn persuna li ma tkunx il-klijent inċentiv fir-rigward ta’ servizz ipprovdut lill-klijent, fil-forma ta’ benefiċċji jew servizzi monetarji jew mhux monetarji.

▼B

Artikolu 34

Politika dwar il-kunflitti ta' interess

(L-Artikoli 16(3) u 23 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' kunflitti ta' interess stabbilita bil-miktub u addattata għad-daqs u għall-organizzazzjoni tal-kumpanija u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha.

Meta l-kumpanija tkun membru ta' grupp, il-politika għandha tqis ukoll kull ċirkostanza li tagħha l-kumpanija hi jew għandha tkun konxja, li tista' tikkawża kunflitt tal-interess li jirriżulta bħala riżultat tal-istruttura u l-attivitajiet kummerċjali ta' membri oħra tal-grupp.

2.  

Il-politika tal-kunflitti ta' interess stabbilita skont il-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kontenut li ġej:

(a) 

għandha tidentifika, b'referenza għas-servizzi u għall-attivitajiet speċifiċi tal-investiment u għas-servizzi anċillari mwettqa minn jew għan-nom tad-ditta tal-investiment, iċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu jew li jistgħu jikkawżaw kunflitt tal-interess li jinvolvi riskju materjali ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iktar;

(b) 

għandha tispeċifika proċeduri li għandhom ikunu segwiti u miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex tiġġestixxi dawn il-kunflitti.

3.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-miżuri previsti fil-paragrafu 2(b) huma maħsuba biex jiżguraw li persuni rilevanti involuti f'attivitajiet kummerċjali differenti li jinvolvu kunflitt ta' interess tat-tip speċifikat fil-paragrafu 2(a) jwettqu dawk l-attivitajiet f'livell ta' indipendenza adattat għad-daqs u għall-attivitajiet tad-ditta tal-investiment u tal-grupp li tappartjeni għalih, u għall-materjalità tar-riskju ta' ħsara għall-interessi tal-klijent.

Għall-finijiet tal-paragrafu 2(b), il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati għandhom jinkludu tal-inqas dawk il-punti minn dawn li ġejjin li huma neċessarji biex id-ditta tiżgura l-grad rekwiżit ta' indipendenza:

(a) 

proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta' informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f'attivitajiet li jinvolvu riskju ta' kunflitt tal-interessi meta l-iskambju ta' dik l-informazzjoni jista' jkun ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iżjed;

(b) 

is-sorveljanza separata ta' persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta' attivitajiet għan-nom ta', jew il-forniment ta' servizzi lil klijenti li l-interessi tagħhom jistgħu jikkonfliġġu, jew li xort'oħra jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu ta' kunflitt, inklużi dawk tal-kumpanija;

(c) 

it-tneħħija ta' kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta' persuni rilevanti involuti prinċipalment f'attività u r-rimunerazzjoni ta', jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f'attività oħra, fejn jista' jinħoloq kunflitt ta' interess marbut ma' dawk l-attivitajiet;

(d) 

miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw lil xi persuna milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod li bih persuna rilevanti twettaq servizzi ta' investiment jew servizzi jew jew attivitajiet anċillari;

(e) 

miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta' persuna rilevanti f'servizzi jew attivitajiet separati ta' investiment jew anċillari meta dak l-involviment jista' jkun ta' ħsara għall-ġestjoni tajba tal-kunflitti ta' interess.

4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-iżvelar lill-klijenti, skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun miżura tal-aħħar istanza li għandha tintuża biss meta l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jiġu evitati jew ġestiti l-kunflitti tal-interess f'konformità mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2014/65/UE ma jkunux suffiċjenti biex jiżguraw, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent se jiġu evitati.

L-iżvelar għandu jiddikjara b'mod ċar li l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi stabbiliti mid-ditta tal-investiment biex jevitaw jew jimmaniġġjaw dak il-kunflitt, mhumiex suffiċjenti biex jiġi żgurat, b'fiduċja raġjonevoli, li r-riskji tal-ħsara għall-interessi tal-klijent għandhom jiġu evitati. L-iżvelar għandu jinkludi deskrizzjoni speċifika tal-kunflitti ta' interess li jistgħu jirriżultaw fl-għoti ta' servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillarji, filwaqt li titqies in-natura tal-klijent li lilu jkun qed isir l-iżvelar. Id-deskrizzjoni għandha tispjega wkoll in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess, kif ukoll ir-riskji lill-klijent li jistgħu jirriżultaw b'riżultat tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda biex jittaffew dawn ir-riskji, b'dettall suffiċjenti li jippermetti lil dak il-klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz ta' investiment jew anċillari li fil-kuntest tiegħu jirriżulta l-kunflitt ta' interess.

5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw u perjodikament jeżminaw, tal-inqas darba fis-sena, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess stabbilita f'konformità mal-paragrafi 1 u 4 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas. Id-dipendenza żejda fuq l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess għandha tiġi kkunsidrata bħala nuqqas fil-politika tal-kunflitti tal-interess tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 35

Rekord ta' servizzi jew attivitajiet li jikkawżaw kunflitt ta' interess li jkun ta' ħsara

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu u jaġġornaw b'mod regolari rekord tat-tipi ta' servizz ta' investiment jew anċillari jew attività ta' investiment imwettqa minn jew għan-nom tal-kumpanija li fihom ikun irriżulta, jew, fil-każ ta' servizz jew attività li jkunu qegħdin jitwettqu, jista' jirriżulta, kunflitt tal-interess li jinvolvi riskju materjali ta' ħsara għall-interessi ta' klijent wieħed jew iktar.

Il-maniġment superjuri għandu jirċievi fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba fis-sena, rapporti bil-miktub dwar is-sitwazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 36

Ir-riċerka fl-investiment u komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

(L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għall-finijiet tal-Artikolu 37, “riċerka fl-investiment” għandha tkun riċerka jew informazzjoni oħra li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija tal-investiment, li espliċitament jew impliċitament, tikkonċerna strument finanzjarju wieħed jew diversi strumenti finanzjarji, jew lil dawk li joħorġu l-istrumenti finanzjarji, inkluża kull opinjoni fejn jidħol il-valur jew il-prezz preżenti jew fil-ġejjieni ta' dawn l-istrumenti, maħsuba għal kanali ta' distribuzzjoni jew għall-pubbliku, u li fir-rigward tagħhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ir-riċerka jew l-informazzjoni tkun maħsuba jew deskritta bħala riċerka fl-investiment jew f'termini simili, jew tkun xort'oħra ppreżentata bħala spjegazzjoni oġġettiva jew indipendenti tal-kwistjonijiet trattati fir-rakkomandazzjoni;

(b) 

jekk ir-rakkomandazzjoni inkwistjoni tkun saret minn ditta tal-investiment lil klijent, din ma tikkostitwixxix konsulenza fis-suġġett tal-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE.

2.  
Rakkomandazzjoni tat-tip koperta mill-punt (35) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 596/2014 li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tiġi trattata bħala komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE u d-ditti tal-investiment li jipproduċu jew iqassmu r-rakkomandazzjoni għandhom jiżguraw li tiġi identifikata b'mod ċar bħala tali.

Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li kull rakkomandazzjoni ta' dan it-tip ikun fiha dikjarazzjoni ċara u prominenti li (jew, fil-każ ta' rakkomandazzjoni orali, dikjarazzjoni bl-istess effett) ma kinitx ippreparata skont ir-rekwiżiti legali maħsuba biex jippromwovu l-indipendenza tar-riċerka fl-investiment u li ma hi soġġetta għal ebda projbizzjoni fuq it-trattament bil-quddiem tat-tqassim tar-riċerka fl-investiment.

Artikolu 37

Rekwiżiti organizzazzjonali addizzjonali marbuta mar-riċerka fl-investiment jew fil-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni

(L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jipproduċu, jew jorganizzaw għall-produzzjoni ta', riċerka fl-investiment li hi maħsuba għal jew x'aktarx tkun sussegwentement imqassma lil klijenti tal-kumpanija jew lill-pubbliku, taħt ir-responsabbiltà tagħhom jew taħt dik ta' membru fil-grupp tagħhom, għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha stabbiliti fl-Artikolu 34(3) fir-rigward tal-analisti finanzjarji involuti fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment u persuni rilevanti oħra li r-responsabbiltajiet jew l-interessi kummerċjali tagħhom jistgħu jikkonfliġġu mal-interessi tal-persuni li lilhom hi mqassma r-riċerka fl-investiment.

L-obbligi fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw ukoll f'rabta mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(2).

2.  

Id-ditti tal-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti maħsuba biex jiżguraw li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħra ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjoni jew kummerċ personali, ħlief bħala kreaturi tas-suq li jaġixxu f'bona fede u fit-twettiq normali tal-ħolqien tas-suq jew fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' klijent mhux mitluba, għan-nom ta' xi persuna oħra, inkluża d-ditta tal-investiment, fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'kull strument finanzjarju relatat, jekk ikunu mgħarrfa biż-żmien u bil-kontenut probabbli ta' dik ir-riċerka fl-investiment u din l-informazzjoni ma tkunx pubblikament disponibbli jew disponibbli għal klijenti u ma jistax wieħed jiddeduċiha b'mod faċli minn informazzjoni li tkun disponibbli, sakemm id-destinatarji tar-riċerka fl-investiment ma jkunx kellhom opportunità raġjonevoli biex jaġixxu fuqha;

(b) 

f'ċirkostanzi mhux koperti mill-punt (a), analisti finanzjarji u kull persuna rilevanti oħra involuta fil-produzzjoni ta' riċerka fl-investiment ma għandhomx jidħlu għal tranżazzjonijiet personali fi strumenti finanzjarji li r-riċerka fl-investiment tirrelata għalihom, jew f'xi strumenti finanzjarji relatati, kuntrarji għar-rakkomandazzjonijiet preżenti, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali u bl-approvazzjoni minn qabel ta' membru tas-servizz ġuridiku jew tal-funzjoni tal-kontroll ta' konformità tal-kumpanija;

(c) 

teżisti separazzjoni fiżika bejn l-analisti finanzjarji involuti fil-produzzjoni ta' riċerka għall-investiment u l-persuni rilevanti l-oħrajn li r-responsabbilitajiet jew interessi kummerċjali tagħhom jistgħu jkunu f'kunflitt mal-interessi tal-persuni li lilhom qed tiġi mqassma r-riċerka fl-investiment jew, meta meqjus bħala mhux xieraq għad-daqs u l-organizzazzjoni tal-kumpanija kif ukoll in-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' barrieri alternattivi xierqa għall-informazzjoni.

(d) 

id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx jaċċettaw inċentivi minn dawk b'interess materjali fis-suġġett tar-riċerka fl-investiment;

(e) 

id-ditti tal-investiment stess, analisti finanzjarji, u persuni rilevanti oħrajn involuti fil-produzzjoni tar-riċerka fl-investiment ma għandhomx iwiegħdu lill-mittenti trattament pożittiv fir-riċerka tagħhom;

(f) 

qabel it-tqassim tal-mittenti tar-riċerka fl-investiment, persuni rilevanti ħlief l-analisti finanzjarji, u kwalunkwe persuna oħra, m'għandhomx jitħallew jirrevedu abbozz tar-riċerka fl-investiment bil-għan li jivverifikaw l-eżattezza ta' dikjarazzjonijiet fattwali magħmula f'dik ir-riċerka, jew għal xi skop ieħor ta' xort'oħra mill-verifika tal-konformità mal-obbligi legali tal-kumpanija, fejn l-abbozz ikun jinkludi rakkomandazzjoni jew prezz fil-mira.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “strument finanzjarju relatat” għandha tkun kull strument finanzjarju li l-prezz tiegħu huwa effettwat ħafna minn ċaqliq fil-prezz fi strument finanzjarju ieħor li jkun is-suġġett ta' riċerka fl-investiment, u jinkludi derivattiv fuq dak l-istrument finanzjarju.

3.  

Id-ditti tal-investiment li jqassmu r-riċerka fl-investiment prodotta minn persuna oħra lill-pubbliku jew lill-klijenti għandhom ikunu eżenti milli jikkonformaw mal-paragrafu 1 jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-persuna li tipproduċi r-riċerka fl-investiment ma tkunx membru tal-grupp li tappartjeni għalih id-ditta tal-investiment;

(b) 

id-ditta tal-investiment ma timmodifikax sostanzjalment ir-rakkomandazzjonijiet fir-riċerka fl-investiment;

(c) 

id-ditta tal-investiment ma tippreżentax ir-riċerka fl-investiment bħala prodotta minnha stess;

(d) 

id-ditta tal-investiment tivverifika li l-produttur tar-riċerka hu soġġett għal rekwiżiti ekwivalenti għar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-produzzjoni ta' dik ir-riċerka, jew tkun stabbilixxiet politika li tistabbilixxi dawn ir-rekwiżiti.

Artikolu 38

Rekwiżiti ġenerali addizzjonali relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza fuq l-istrateġija finanzjarja korporattiva, kif stipulat fit-Taqsima B(3) tal-Anness I, u jipprovdu s-servizz ta' sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji għandhom, qabel jaċċettaw il-mandat biex jimmaniġġjaw l-offerta, ikollhom arranġamenti fis-seħħ biex jinfurmaw lill-klijent tal-emittent dwar dan li ġej:

(a) 

l-alternattivi ta' finanzjament differenti disponibbli mad-ditta, u indikazzjoni tal-ammont ta' drittijiet ta' tranżazzjoni assoċjati ma' kull alternattiva;

(b) 

iż-żmien u l-proċess tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar l-ipprezzar ta' din l-offerta;

(c) 

iż-żmien u l-proċess fir-rigward tal-konsulenza finanzjarja korporattiva dwar it-tqegħid fis-suq ta' din l-offerta;

(d) 

id-dettalji tal-investituri li d-ditta għandha l-għan li toffrilhom l-istrumenti finanzjarji;

(e) 

il-karigi u d-dipartimenti tal-individwi rilevanti involuti fl-għoti ta' konsulenza finanzjarja korporattiva dwar il-prezz u l-allokazzjoni ta' strumenti finanzjarji; u

(f) 

l-arranġamenti tad-ditta biex tevita jew timmaniġġja kunflitti ta' interess li jistgħu jitqajmu meta l-kumpanija tpoġġi l-istrumenti finanzjarji rilevanti mal-klijenti tal-investiment tagħha jew mal-ktieb proprjetà tagħha stess.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ proċess ċentralizzat li jidentifika kull operazzjoni ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq tal-kumpanija u għandhom jirreġistraw din l-informazzjoni, inkluża d-data li fiha l-kumpanija ġiet informata dwar l-operazzjonijiet potenzjali ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq. Il-kumpaniji għandhom jidentifikaw il-kunflitti ta' interess potenzjali kollha li jirriżultaw minn attivitajiet oħrajn tal-kumpanija ta' investiment, jew grupp, u jimplimentaw proċeduri xierqa ta' ġestjoni. Fil-każijiet fejn kumpanija ta' investiment ma tistax timmaniġġja kunflitt ta' interess billi timplimenta proċeduri xierqa, id-ditta tal-investiment m'għandhiex tinvolvi ruħha fl-operazzjoni.
3.  
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-eżekuzzjoni u servizzi ta' riċerka kif ukoll iwettqu attivitajiet ta' sottoskrizzjoni u tqegħid fis-suq għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ kontrolli xierqa biex jimmaniġġjaw kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali bejn dawn l-attivitajiet u bejn il-klijenti differenti tagħhom li jirċievu dawk is-servizzi.

Artikolu 39

Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-ipprezzar tal-offerti relatati mal-ħruġ tal-istrumenti finanzjarji

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jipprevjenu jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw f'rabta mal-ipprezzar baxx jew eċċessiv jew l-involviment ta' partijiet rilevanti fil-proċess. B'mod partikolari, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu, bħala rekwiżit minimu, arranġamenti interni biex jiżguraw dawn li ġejjin:

(a) 

li l-ipprezzar tal-offerta ma jippromwovix l-interessi ta' klijenti oħrajn jew tal-kumpanija stess, b'mod li jistgħu jkunu ta' kunflitt mal-interessi tal-klijent tal-emittent; u

(b) 

il-prevenzjoni jew ġestjoni ta' sitwazzjoni fejn il-persuni responsabbli għall-għoti tas-servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-konsulenza finanzjarja korporattiva fuq l-ipprezzar lill-klijent tal-emittent.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti b'informazzjoni dwar kif tiġi determinata r-rakkomandazzjoni dwar il-prezz tal-offerta u ż-żmien involut. B'mod partikolari, il-kumpanija għandha tinforma u tinvolvi ruħha mal-klijent tal-emittent dwar kwalunkwe strateġija ta' ħħeġġjar jew stabilizzazzjoni li tixtieq twettaq fir-rigward tal-offerta, inkluż kif dawn l-istrateġiji jista' jkollhom impatt fuq l-interessi tal-klijenti tal-emittent. Matul il-proċess tal-offerta, il-kumpaniji għandhom ukoll jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex iżommu lill-klijent tal-emittent informat dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-ipprezzar tal-offerta.

Artikolu 40

Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jpoġġu fis-suq l-istrumenti finanzjarji għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi biex jevitaw li r-rakkomandazzjonijiet fuq it-tqegħid jiġu influwenzati b'mod mhux xieraq minn relazzjonijiet eżistenti jew futuri.
2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti effettivi interni biex jevitaw jew jimmaniġġjaw kunflitti ta' interess li jirriżultaw meta l-persuni responsabbli mill-għoti ta' servizzi lill-klijenti tad-ditta tal-investiment huma direttament involuti f'deċiżjonijiet dwar rakkomandazzjonijiet lill-klijent tal-emittent dwar l-allokazzjoni.
3.  

Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jaċċettaw pagamenti lil terzi persuni jew benefiċċji jekk dawn il-ħlasijiet jew benefiċċji ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar l-inċentivi stipulati fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/65/UE. B'mod partikolari, il-prattiki li ġejjin għandhom jitqiesu mhux konformi ma' dawk ir-rekwiżiti u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati inaċċettabbli:

(a) 

allokazzjoni magħmula biex jiġi inċentivat il-ħlas ta' drittijiet sproporzjonatament għoljin għal servizzi mhux relatati pprovduti mid-ditta tal-investiment (“laddering”), bħal miżati jew kommissjonijiet sproporzjonatament għoljin imħallsa minn klijent tal-investiment, jew volumi sproporzjonatament għoljin ta' negozju b'livelli normali ta' kommissjoni pprovduti mill-klijenti tal-investiment bħala kumpens għall-irċevuta ta' allokazzjoni ta' din l-offerta;

(b) 

allokazzjoni magħmula lil diriġent ewlieni jew uffiċjal korporattiv ta' klijent tal-emittent eżistenti jew potenzjali, f'kunsiderazzjoni tal-għoti futur jew passat ta' negozju finanzjarju korporattiv (“spinning”);

(c) 

allokazzjoni li hija espressament jew impliċitament kondizzjonali fuq l-irċevuta ta' ordnijiet futuri jew l-akkwist ta' kwalunkwe servizz ieħor mid-ditta tal-investiment minn klijent tal-investiment, jew kwalunkwe entità li tagħha l-investitur huwa uffiċjal korporattiv.

4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' allokazzjoni li tistabbilixxi l-proċess għall-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjonijiet. Il-politika dwar l-allokazzjonijiet għandha tiġi fornuta lill-klijent tal-emittent qabel ma jsir il-ftehim għall-parteċipazzjoni f'servizzi ta' tqegħid fis-suq. Il-politika għandha tistabbilixxi l-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli f'dak l-istadju dwar il-metodoloġija ta' allokazzjoni proposta għall-offerta.
5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jinvolvu lill-klijent tal-emittent f'diskussjonijiet dwar il-proċess tat-tqegħid sabiex il-kumpanija tkun tista' tifhem u tikkunsidra l-interessi u l-objettivi tal-klijent. Id-ditta tal-investiment għandha tikseb il-ftehim tal-klijent tal-emittent għall-allokazzjoni proposta minnha għal kull tip ta' klijent għat-tranżazzjoni f'konformità mal-politika ta' allokazzjoni.

Artikolu 41

Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-parir, id-distribuzzjoni u t-tqegħid awtomatiku

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jimmaniġġjaw il-kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-għoti ta' servizz tal-investiment lill-klijent tal-investiment sabiex jipparteċipa f'offerta ġdida, fejn id-ditta tal-investiment tirċievi kummissjonijiet, drittijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju fir-rigward tal-arranġament tal-offerta. Kwalunkwe kommissjoni, dritt jew benefiċċju monetarju jew mhux monetarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 24(7), 24(8) u 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiġu ddokumentati fil-politiki tad-ditta tal-investiment dwar il-kunflitt ta' interess u għandhom jiġu riflessi fil-ftehimiet tal-kumpanija dwar l-inċentivi.
2.  
Id-ditti tal-investiment involuti fit-tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp, lill-klijenti tagħhom stess, inklużi l-klijenti depożitarji eżistenti fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fondi ta' investiment ġestiti minn entitajiet tal-grupp tagħhom, għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti ċari u effettivi għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni jew il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali li jirriżultaw f'rabta ma' dan it-tip ta' attività. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-kunsiderazzjoni li ma jkunx hemm involviment f'attività fejn il-kunflitti ta' interess ma jistgħux jiġu ġestiti b'mod xieraq sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-klijenti.
3.  
Meta l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess huwa meħtieġ, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 34(4), inkluża spjegazzjoni tan-natura u s-sors tal-kunflitti ta' interess inerenti għal din it-tip ta' attività, u jipprovdu dettalji dwar ir-riskji speċifiċi relatati ma' dawn il-prattiki sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment.
4.  
Id-ditti tal-investiment li joffru strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp lill-klijenti tagħhom stess u li huma inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti prudenzjali speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti b'informazzjoni addizzjonali li tispjega d-differenzi bejn l-istrument finanzjarju u d-depożiti bankarji f'termini ta' rendiment, riskju, likwidità u kwalunkwe protezzjoni pprovduta f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

Artikolu 42

Rekwiżiti addizzjonali relatati mas-self jew fornitura ta' kreditu fil-kuntest tas-sottoskrizzjoni jew tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Meta kwalunkwe self jew kreditu preċedenti lill-klijent tal-emittent minn ditta tal-investiment jew minn entità fi ħdan l-istess grupp jista' jitħallas lura mill-introjtu ta' offerta, id-ditta tal-investiment għandu jkollha arranġamenti fis-seħħ sabiex tidentifika u tipprevjeni kwalunkwe kunflitt ta' interess li jista' jirriżulta.
2.  
Meta l-arranġamenti li jkunu saru biex jiġu ġestiti l-kunflitti ta' interess ma jkunux suffiċjenti biex jiġi żgurat li jiġi evitat ir-riskju tal-ħsara lill-klijent tal-emittent, id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw lill-klijent tal-emittent il-kunflitti ta' interess speċifiċi li jkunu rriżultaw f'rabta mal-attivitajiet tagħhom, jew tal-entitajiet tal-grupp, fil-kapaċità ta' fornitur tal-kreditu, u l-attivitajiet tagħhom relatati mal-offerta ta' titoli.
3.  
Il-politika dwar il-kunflitt ta' interessi tad-ditti tal-investiment għandha tirrikjedi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent bl-entitajiet tal-grupp jaġixxu bħala fornituri tal-kreditu, sakemm dan ma jiksirx il-barrieri għall-informazzjoni stabbiliti mill-kumpanija biex tipproteġi l-interessi ta' klijent.

Artikolu 43

Żamma tar-rekords relatati mas-sottoskrizzjoni jew it-tqegħid fis-suq

(L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu rekords tal-kontenut u ż-żmien tal-istruzzjonijiet irċevuti mill-klijenti. Għandu jinżamm rekord tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni għal kull operazzjoni sabiex ikun hemm rendikont tal-entrati bejn il-movimenti reġistrati fil-kontijiet tal-klijenti u l-istruzzjonijiet riċevuti mill-kumpanija ta' investiment. B'mod partikolari, l-allokazzjoni finali li tkun saret għal kull klijent tal-investiment għandha tiġi ġġustifikata u rrekordjata b'mod ċar. Ir-rendikont komplut tal-entrati tal-passi materjali fis-sottoskrizzjoni u l-proċess tat-tqegħid għandu jkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.



KAPITOLU III

KUNDIZZJONIJIET TA' ĦIDMA GĦAL DITTI TAL-INVESTIMENT



TAQSIMA 1

Informazzjoni lil klijenti u lil klijenti potenzjali

Artikolu 44

Rekwiżiti ta' informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa

(L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jindirizzaw lil, jew li jqassmu b'tali mod li x'aktarx tkun riċevuta minn klijenti mhux professjonali u professjonali jew minn klijenti mhux professjonali u professjonali potenzjali, inklużi komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni, tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8.
2.  

Id-ditta tal-investiment għandha tiżgura li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni għandha tinkludi isem id-ditta tal-investiment,

(b) 

għandha tkun preċiża u tagħti dejjem indikazzjoni ġusta u prominenti ta' xi riskji rilevanti meta tagħmel referenza lejn il-benefiċċji potenzjali ta' servizz tal-investiment jew strument finanzjarju,

(c) 

l-informazzjoni għandha tuża daqs tat-tipa fl-indikazzjoni tar-riskji rilevanti li hija tal-inqas daqs it-tipografija li tintuża fl-informazzjoni pprovduta, kif ukoll disinn li jiżgura li din l-indikazzjoni tkun prominenti,

(d) 

l-informazzjoni għandha tkun suffiċjenti għal, u tkun ippreżentata b'mod li tinftiehem b'kull probabbiltà minn membru medju tal-grupp li lejh hi diretta, jew li x'aktarx jirċeviha,

(e) 

l-informazzjoni m'għandhiex tgħatti, tnaqqas jew taħbi elementi, dikjarazzjonijiet jew twissijiet importanti,

(f) 

l-informazzjoni hija konsistentement ippreżentata fl-istess lingwa fil-forom kollha tal-materjali ta' informazzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jingħataw lil kull klijent, sakemm il-klijent ma jkunx aċċetta li jirċievi l-informazzjoni f'aktar minn lingwa waħda

(g) 

l-informazzjoni hija aġġornata u rilevanti għall-mezzi ta' komunikazzjoni użati.

3.  

Meta l-informazzjoni tipparaguna servizzi tal-investiment jew anċillari, strumenti finanzjarji, jew persuni li jipprovdu servizzi ta' investiment jew anċillari, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) 

il-paragun huwa ta' sinfikat u jkun ippreżentat b'mod ġust u bilanċjat;

(b) 

is-sorsi tal-informazzjoni użati għall-paragun huma speċifikati;

(c) 

il-fatti u l-ipotesi prinċipali użati biex isir dan il-paragun huma inklużi.

4.  

Meta l-informazzjoni jkun fiha indikazzjoni ta' riżultati fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju, indiċi finanzjarju jew servizz tal-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

dik l-indikazzjoni mhijiex l-iktar element prominenti tal-komunikazzjoni;

(b) 

l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni xierqa dwar il-prestazzjoni li tkopri l-5 snin preċedenti, jew il-perjodu sħiħ li matulu kien offrut l-istrument finanzjarju, kien stabbilit l-indiċi finanzjarju, jew kien fornut is-servizz tal-investiment jekk inqas minn ħames (5) snin, jew għal perjodu itwal li l-kumpanija tista' tiddeċiedi fuqu, u f'kull każ dik l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq perjodi kompleti ta' 12-il xahar;

(c) 

il-perjodu ta' referenza u s-sors tal-informazzjoni huma ddikjarati b'mod ċar;

(d) 

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għall-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija għal riżultati fil-ġejjieni;

(e) 

meta l-indikazzjoni tiddependi fuq figuri denominati f'munita ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru li fih ikun residenti l-klijent mhux professjonali jew il-klijent potenzjali mhux professjonali, il-munita għandha tkun iddikjarata b'mod ċar, flimkien ma' twissija li r-rendiment jista' jiżdied jew jonqos b'riżultat ta' fluttwazzjoni fil-munita;

(f) 

meta l-indikazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat.

5.  

Meta l-informazzjoni tinkludi jew tirreferi għal simulazzjonijiet ta' riżultati fl-imgħoddi, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun tirrelata għal strument finanzjarju jew għal indiċi finanzjarju, u għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

riżultati simulati fl-imgħoddi huma bbażati fuq riżultati attwali fl-imgħoddi ta' strument finanzjarju jew indiċi finanzjarju wieħed jew iżjed li jkunu l-istess jew sostanzjalment l-istess bħal, jew fil-bażi tal-istrument finanzjarju kkonċernat;

(b) 

fir-rigward ta' riżultati attwali fl-imgħoddi msemmija fil-punt (a), għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c), (e) u (f) tal-paragrafu 4

(c) 

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li l-figuri jirreferu għal riżultati simulati fl-imgħoddi u li riżultati fl-imgħoddi mhumiex garanzija affidabbli għal prestazzjoni fil-ġejjieni.

6.  

Meta l-informazzjoni tinkludi fiha informazzjoni dwar riżultati fil-ġejjieni, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni mhijiex ibbażata fuq jew tirreferi għal riżultati simulati fl-imgħoddi;

(b) 

l-informazzjoni hija bbażata fuq ipotesi raġjonevoli bis-sostenn ta' data oġġettiva;

(c) 

meta l-informazzjoni tkun ibbażata fuq riżultati inġenerali, l-effett tal-kommissjonijiet, tat-tariffi jew ta' ħlasijiet oħra huwa żvelat;

(d) 

l-informazzjoni hija bbażata fuq xenarji ta' prestazzjoni fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq (kemm xenarji negattivi kif ukoll pożittivi) u tirrifletti n-natura u r-riskji ta' tipi speċifiċi ta' strumenti inklużi fl-analiżi;

(e) 

l-informazzjoni tinkludi fiha twissija prominenti li dawn il-previżjonijiet mhumiex indikatur ta' garanzija għal riżultati fil-ġejjieni.

7.  
Meta l-informazzjoni tirreferi għal trattament fiskali partikolari, għandha tiddikjara b'mod prominenti li t-trattament fiskali jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali tal-klijent u jista' jkun soġġett għal bidla fil-ġejjieni.
8.  
L-informazzjoni ma għandhiex tuża l-isem ta' xi awtorità kompetenti b'tali mod li tindika jew tissuġġerixxi approvazzjoni minn dik l-awtorità tal-prodotti jew tas-servizzi tad-ditta tal-investiment.

Artikolu 45

Informazzjoni li tikkonċerna l-kategorizzazzjoni tal-klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom javżaw lil klijenti ġodda, u lill-klijenti eżistenti li d-ditta tal-investiment tkun riċentement ikkategorizzat kif meħtieġ mid-Direttiva 2014/65/UE, tal-kategorizzazzjoni tagħhom bħala klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali jew kontroparti eliġibbli skont dik id-Direttiva.
2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom f'mezz permanenti b'kull dritt li dak il-klijent għandu biex jitlob kategorizzazzjoni differenti u b'kull limitazzjoni għal-livell ta' protezzjoni tal-klijent li tista' tinvolvi kategorizzazzjoni differenti.
3.  

Id-ditti tal-investiment, jew fuq l-inizjattiva proprja jew fuq it-talba tal-klijent ikkonċernat, għandhom jittrattaw lil klijent bil-mod li ġej:

(a) 

bħala klijent professjonali jew mhux professjonali lil klijent li jista' xort'oħra jkun ikklassifikat bħala kontroparti eliġibbli skont l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

bħala klijent mhux professjonali meta dak il-klijent huwa kkunsidrat bħala klijent professjonali skont it-Taqsima I tal-Anness II għad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 46

Rekwiżiti ġenerali għal informazzjoni lil klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom, fi żmien tajjeb qabel ma klijent jew klijent potenzjali jkun marbut minn xi ftehim għall-għoti ta' servizzi tal-investiment jew servizzi anċillari jew qabel l-għoti ta' dawk is-servizzi, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, jipprovdu lil dak il-klijent jew klijent potenzjali bl-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-termini ta' kull tip ta' ftehim ta' din ix-xorta;

(b) 

l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 47 li tirrelata għal dak il-ftehim jew għal dawk is-servizzi tal-investiment jew anċillari.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom, fi żmien bikri biżżejjed, qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikoli 47 sa 50.
3.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandha tingħata f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.
4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom javżaw lill-klijent fi żmien tajjeb b'kull bidla materjali għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 47 sa 50 li tkun rilevanti għal servizz li l-kumpanija tkun qiegħda tipprovdi lil dak il-klijent. Dak l-avviż għandu jingħata f'mezz permanenti jekk l-informazzjoni li jirrelata għaliha tingħata f'mezz permanenti.
5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li informazzjoni li tinsab f'komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni tkun konsistenti ma' kull informazzjoni li l-kumpanija tipprovdi lill-klijenti matul il-forniment ta' servizzi tal-investiment u anċillari.
6.  

Komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni li tinkludi fiha offerta jew stedina tan-natura li ġejja u li tispeċifika l-mod ta' tweġiba jew tinkludi formola li permezz tagħha tista' tingħata tweġiba, għandha tinkludi infomazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikoli 47 sa 50 li tkun rilevanti għal dik l-offerta jew stedina:

(a) 

offerta biex ikun konkluż ftehim fir-rigward ta' strument finanzjarju jew servizz ta' investiment jew servizz anċillari ma' kull persuna li twieġeb għall-komunikazzjoni;

(b) 

stedina lil kull persuna li twieġeb għall-komunikazzjoni biex issir offerta għall-konklużjoni ta' ftehim fir-rigward ta' strument finanzjarju jew servizz tal-investiment jew servizz anċillari.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk, biex iwieġeb għal offerta jew għal stedina li tkun tinsab fil-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni, il-klijent potenzjali jkollu jirreferi għal dokument ieħor jew għal dokumenti oħra, li, weħidhom jew flimkien, ikun fihom dik l-informazzjoni.

Artikolu 47

Informazzjoni dwar id-ditta tal-investiment u s-servizzi tagħha għal klijenti u għal klijenti potenzjali

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lil klijenti mhux professjonali jew lil klijenti mhux professjonali potenzjali bl-informazzjoni ġenerali li ġejja, meta rilevanti:

(a) 

l-isem u l-indirizz tad-ditta tal-investiment, u d-dettalji ta' kuntatt neċessarji biex klijenti jkunu jistgħu jikkomunikaw mal-kumpanija b'mod effettiv;

(b) 

il-lingwi li bihom il-klijent jista' jikkomunika mad-ditta tal-investiment, u jirċievi dokumenti u informazzjoni oħra mill-kumpanija;

(c) 

il-metodi ta' komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent li jinkludu, meta rilevanti, dawk biex jintbagħtu u jkunu riċevuti l-ordnijiet;

(d) 

dikjarazzjoni tal-fatt li d-ditta tal-investiment hi awtorizzata u l-isem u l-indirizz tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tkun awtorizzatha;

(e) 

meta d-ditta tal-investiment tkun qiegħda taġixxi permezz ta' aġent kollegat, dikjarazzjoni ta' dan il-fatt li tispeċifika l-Istat Membru li fih dak l-aġent ikun irreġistrat;

(f) 

in-natura, il-frekwenza u ż-żmien tar-rapporti dwar il-forniment tas-servizz li d-ditta tal-investiment għandha tagħti lill-klijent skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g) 

meta d-ditta tal-investiment ikollha strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti, deskrizzjoni fil-qosor tal-passi li tieħu biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom, inklużi dettalji fil-qosor ta' kull kumpens jew skema ta' garanzija ta' depożiti rilevanti għall-investitur li tapplika għall-kumpanija minħabba l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru;

(h) 

deskrizzjoni, li tista' tingħata f'forma fil-qosor, tal-politika dwar il-kunflitti ta' interess li tħaddan il-kumpanija skont l-Artikolu 34;

(i) 

fuq talba tal-klijent, dettalji ulterjuri ta' dik il-politika dwar kunflitti ta' interess f'mezz permanenti jew permezz ta' sit web (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) huma ssodisfati.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (i) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

2.  
Meta jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu metodu xieraq ta' valutazzjoni u paragun bħal parametru ta' riferiment sinifikati, ibbażat fuq il-miri tal-investiment tal-klijent u fuq it-tipi ta' strumenti finanzjarji inklużi fil-portafoll tal-klijent, sabiex il-klijent li lilu jkun qed jingħata s-servizz ikun jista' jivvaluta l-eżekuzzjoni tal-kumpanija.
3.  

Meta l-kumpaniji tal-investiment jipproponu li jipprovdu servizzi ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijent jew lil klijent potenzjali, għandhom jipprovdu lill-klijent, minbarra bl-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 1, bl-informazzjoni li ġejja kif applikabbli:

(a) 

informazzjoni dwar il-metodu u l-frekwenza ta' valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji fil-portafoll tal-klijent;

(b) 

dettalji ta' kull delegazzjoni tal-ġestjoni b'diskrezzjoni tal-istrumenti finanzjarji kollha jew parti minnhom jew tal-fondi fil-portafoll tal-klijent;

(c) 

speċifikazzjoni ta' kull parametru ta' riferiment li miegħu tkun ipparagunata l-prestazzjoni tal-portafoll tal-klijenti;

(d) 

it-tipi ta' strument finanzjarju li jistgħu jkunu inklużi fil-portafoll tal-klijenti u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'dawn l-istrumenti, inklużi limiti eventwali;

(e) 

il-miri tal-ġestjoni, il-livell ta' riskju li għandu jkun rifless fl-eżerċitar tad-diskrezzjoni tad-diriġent, u kull limitazzjoni speċifika fuq dik id-diskrezzjoni.

L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (e) għandha tiġi pprovduta fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali.

Artikolu 48

Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti potenzjali b'deskrizzjoni ġenerali tan-natura u tar-riskji ta' strumenti finanzjarji, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kategorizzazzjoni tal-klijenti jew bħala klijenti mhux professjonali, klijenti professjonali jew kontroparti eliġibbli. Dik id-deskrizzjoni għandha tispjega n-natura tat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat, il-funzjonament u l-prestazzjoni tal-istrument finanzjarju fil-kundizzjonijiet differenti tas-suq, inklużi l-kundizzjonijiet kemm pożittivi kif ukoll negattivi, kif ukoll ir-riskji partikolari għal dak it-tip speċifiku ta' strument f'dettall suffiċjenti sabiex il-klijent ikun jista' jieħu deċiżjonijiet tal-investiment fuq bażi infurmata.
2.  

Id-deskrizzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, meta rilevanti għat-tip speċifiku ta' strument ikkonċernat u l-istatus u l-livell ta' tagħrif tal-klijent, l-elementi li ġejjin:

(a) 

ir-riskji assoċjati ma' dak it-tip ta' strument finanzjarju inkluża spjegazzjoni tal-istimolu u l-effetti tiegħu u r-riskji li jintilef l-investiment kollu inkluż ir-riskji assoċjati mal-insolvenza tal-emittent jew avveniment relatati, bħal bail in;

(b) 

il-volatilità tal-prezz ta' dawn l-istrumenti u kull limitazzjoni fis-suq disponibbli għal dawn l-istrumenti;

(c) 

informazzjoni dwar impedenti jew restrizzjonijiet għad-diżinvestiment, pereżempju kif jista' jkun il-każ ta' strumenti finanzjarji mhux likwidi jew strumenti finanzjarji b'terminu ta' investiment fiss, inkluża turija ta' metodi possibbli ta' ħruġ u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe ħruġ, restrizzjonijiet possibbli u l-iskala taż-żmien stmata għall-bejgħ ta' strument finanzjarju qabel l-irkupru tal-ispejjeż inizjali ta' tranżazzjoni f'dak it-tip ta' strumenti finanzjarji;

(d) 

il-fatt li investitur jista' jassumi, bħala riżultat ta' tranżazzjonijiet f'dawn l-istrumenti, impenni finanzjarji u obbligi addizzjonali oħra, inklużi responsabbiltajiet kontinġenti, addizzjonali għall-ispiża biex jinkisbu l-istrumenti;

(e) 

kull eżiġenza ta' marġini jew obbligi simili, applikabbli għal strumenti ta' dak it-tip.

3.  
Meta ditta tal-investiment tipprovdi lil klijent mhux professjonali jew lil klijent mhux professjonali potenzjali b'informazzjoni dwar strument finanzjarju li jkun is-suġġett ta' offerta lill-pubbliku u jkun ġie ppubblikat prospett f'konnessjoni ma' dik l-offerta skont id-Direttiva 2003/71/KE, dik id-ditta għandha, fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tal-investiment jew tas-servizzi anċillari lil klijenti jew lil klijenti, tinforma lil klijent jew lil klijent potenzjali meta dak il-prospett ikun magħmul disponibbli għall-pubbliku.
4.  
Meta strument finanzjarju jkun kompost minn żewġ strumenti jew servizzi finanzjarji jew iżjed, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tan-natura legali tal-istrument, tal-komponenti ta' dak l-istrument u tal-mod li bih l-interazzjoni bejn il-komponenti taffettwa r-riskji tal-investiment.
5.  
Fil-każ ta' strumenti finanzjarji li jinkorporaw garanzija jew protezzjoni tal-kapital, id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lil klijent jew klijent potenzjali b'informazzjoni dwar l-kamp ta' applikazzjoni u n-natura ta' din il-garanzija jew protezzjoni tal-kapital. Meta garanzija tiġi pprovduta minn parti terza, l-informazzjoni dwar il-garanzija għandha tinkludi dettall suffiċjenti dwar il-garanti u l-garanzija biex tippermetti lill-klijent jew lill-klijent potenzjali biex jagħmel valutazzjoni ġusta tal-garanzija.

Artikolu 49

Rekwiżiti ta' informazzjoni li jikkonċernaw is-salvagwardja ta' strumenti finanzjarji tal-klijenti jew tal-fondi tal-klijenti

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jżommu strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għall-klijenti għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti jew il-klijenti potenzjali bl-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2 sa 7 meta jkun rilevanti.
2.  
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali jekk l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi ta' dak il-klijent jistgħux jinżammu minn parti terza għan-nom tad-ditta tal-investiment u bir-responsabbiltà tad-ditta tal-investiment taħt il-liġi nazzjonali applikabbli għal xi atti jew ommissjonijiet tal-parti terza u l-konsegwenzi għall-klijent fil-każ li l-parti terza tirriżulta insolventi.
3.  
Meta strumenti finanzjarji tal-klijent jew tal-klijent potenzjali jistgħu, jekk jitħallew mil-liġi nazzjonali, jinżammu f'kont omnibus minn parti terza, id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent b'dan il-fatt u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.
4.  
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta ma jkunx possibbli taħt il-liġi nazzjonali li strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn parti terza jkunu separatament identifikabbli mill-istrumenti finanzjarji ta' proprjetà ta' dik il-parti terza jew tad-ditta tal-investiment u għandha tipprovdi twissija prominenti tar-riskji li jirriżultaw.
5.  
Id-ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent jew lill-klijent potenzjali meta kontijiet li jkun fihom strumenti finanzjarji jew fondi li jappartjenu għal dak il-klijent jew għal dak il-klijent potenzjali jkunu jew ikunu ser jiġu soġġetti għal-liġi ta' pajjiż ieħor ta' xort'oħra minn dik tal-Istat Membru u għandha tindika li d-drittijiet tal-klijent jew tal-klijent potenzjali li jirrelataw għal dawk l-istrumenti finanzjarji jew għall-fondi jistgħu jvarjaw b'mod konsiderevoli.
6.  
Ditta tal-investiment għandha tinforma lill-klijent bl-eżistenza u bit-termini ta' kull garanzija jew privileġġ li l-kumpanija jkollha jew jista' jkollha fl-istrumenti finanzjarji jew fil-fondi ta' klijenti, jew drittijiet eventwali ta' kumpens li jkollha fir-rigward ta' dawk il-fondi jew strumenti. Meta applikabbli, għandha tinforma wkoll lill-klijent bil-fatt li depożitarju jista' jkollu dritt ta' garanzija jew privileġġ jew dritt ta' kumpens fejn jidħlu dawk l-istrumenti jew fondi.
7.  
Ditta tal-investiment, qabel ma tidħol għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fejn jidħlu strumenti finanzjarji miżmuma minnha għan-nom ta' klijent, jew qabel ma tuża dawk l-istrumenti finanzjarji xort'oħra akkont proprju jew akkont ta' klijent ieħor, għandha fi żmien tajjeb qabel l-użu ta' dawk l-istrumenti tipprovdi lill-klijent mhux professjonali, f'mezz permanenti, b'informazzjoni ċara, sħiħa u preċiża dwar l-obbligi u r-responsabbiltajiet tad-ditta tal-investiment fir-rigward tal-użu ta' dawk l-istrumenti finanzjarji, inklużi t-termini għar-restituzzjoni tagħhom, u dwar ir-riskji involuti.

Artikolu 50

Informazzjoni dwar spejjeż u ħlasijiet assoċjati

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Għall-iskopijiet li tiġi pprovduta l-informazzjoni lill-klijenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi kollha skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti dettaljati fil-paragrafi 2 sa 10.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi tal-investimenti lil klijenti professjonali għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stabbiliti f'dan l-Artikolu ma' dawn il-klijenti. Id-ditti tal-investiment m'għandhomx jitħallew jaqblu ma' dawn il-limitazzjonijiet meta s-servizzi ta' konsulenza fl-investimenti jew ġestjoni tal-portafoll huma pprovduti jew meta, irrispettivament mill-investiment jew is-servizzi pprovduti, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment li jipprovdu servizzi ta' investiment lill-kontropartijiet eliġibbli għandhom id-dritt jaqblu fuq applikazzjoni limitata tar-rekwiżiti dettaljati stipulati f'dan l-Artikolu ħlief meta, irrispettivament mis-servizz ta' investiment ipprovdut, l-istrumenti finanzjarji kkonċernati jintegraw derivattiv u l-kontroparti eliġibbli għandha l-intenzjoni toffrihom lill-klijenti tagħha.

2.  

Għall-iżvelar “ex-ante” u “ex-post” tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż u t-tariffi lill-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom jaggregaw dan li ġej:

(a) 

l-ispejjeż kollha u t-tariffi assoċjati imposti mid-ditta tal-investiment jew partijiet oħrajn fejn il-klijent ikun ġie dirett lejn dawn il-partijiet, għas-servizzi ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent; u

(b) 

l-ispejjeż kollha u l-imposti assoċjati marbuta mal-manifattura u l-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji.

L-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b) huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għall-iskopijiet tal-punt (a) il-pagamenti minn partijiet terzi li jkunu ġew irċevuti mill-kumpaniji tal-investiment f'rabta mas-servizz tal-investiment fornut lil klijent għandhom jiġu elenkati separatament u l-ispejjeż u t-tariffi aggregati għandhom jingħaddu flimkien u jiġu espressi kemm bħala ammont f'kontanti kif ukoll bħala perċentwal.

3.  
Meta xi parti mill-ispejjeż u t-tariffi totali għandha titħallas fi jew tirrappreżenta ammont ta' munita barranija, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu indikazzjoni tal-munita involuta u r-rati u l-ispejjeż ta' konverżjoni applikabbli ta' dik il-munita; Id-ditti tal-investiment għandhom jinfurmaw ukoll dwar l-arranġamenti għall-ħlas jew prestazzjoni oħra.
4.  
Fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-ispejjeż tal-prodotti u l-ispejjeż li mhumiex inklużi fl-UCITS KIID, id-ditti tal-investiment għandhom jikkalkulaw u jiżvelaw dawn l-ispejjeż, pereżempju, billi jiksbu l-informazzjoni rilevanti mill-kumpaniji ta' ġestjoni tal-UCITS.
5.  

L-obbligu li jiġi pprovdut fi żmien tajjeb żvelar sħiħ ex-ante tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż aggregati u t-tariffi relatati mal-istrument finanzjarju u l-investiment jew servizzi anċillarji pprovduti għandu japplika għad-ditti tal-investiment fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

meta d-ditta tal-investiment tirrakkomanda jew tikkumerċjalizza strumenti finanzjarji lill-klijenti; jew

(b) 

meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi servizzi ta' investiment tkun meħtieġa tipprovdi lill-klijenti b'UCITS KIID jew PRIIPs KID f'rabta mal-istrumenti rilevanti finanzjarji, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

6.  
Id-ditti tal-investiment li ma jirrakkomandawx jew ma jikkumerċjalizzawx strument finanzjarju lill-klijent jew li mhumiex obbligati li jipprovdu lill-klijent b'KID/KIID skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar l-ispejjeż u l-imposti kollha fir-rigward tal-investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti.
7.  
Fejn aktar minn ditta tal-investiment waħda tipprovdi l-investiment jew servizzi anċillari lill-klijent, kull ditta tal-investiment għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-investiment jew servizzi anċillari li tipprovdi. Ditta tal-investiment li tirrakkomanda jew tikkummerċjalizza s-servizzi pprovduti minn ditta oħra lill-klijenti tagħha, għandha taggrega l-ispiża u l-imposti tas-servizzi tagħha flimkien mal-ispiża u l-imposti tas-servizzi pprovduti mid-ditta l-oħra. Ditta tal-investiment għandha tqis l-ispejjeż u l-imposti assoċjati mad-dispożizzjoni ta' investiment jew servizzi anċillari minn ditti oħrajn fejn idderiġiet il-klijent lejn dawn id-ditti l-oħrajn.
8.  
Meta jikkalkolaw l-ispejjeż u l-imposti fuq bażi ex-ante, id-ditti tal-investiment għandhom jużaw spejjeż li twettqu attwalment bħala indikaturi għall-ispejjeż u l-imposti mistennija. Fejn spejjeż attwali mhumiex disponibbli, id-ditta tal-investiment għandha tagħmel stimi raġonevoli ta' dawn l-ispejjeż. Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu reviżjoni ta' assunzjonijiet ex-ante abbażi tal-esperjenza ex-post u għandhom jagħmlu aġġustament għal dawn l-assunzjonijiet, fejn meħtieġ.
9.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni ex-post annwali dwar l-ispejjeż u l-imposti fir-rigward ta' kemm l-istument(i) finanzjarju(i) u investiment kif ukoll is-servizz(i) anċillarju(i) fejn huma rrakkomandaw jew ikkumerċjalizzaw l-istrument(i) finanzjarju(i) jew fejn ipprovdew lill-klijent bil-KID/KIID fir-rigward tal-istrument(i) finanzjarju(i) u li għandhom jew kellhom relazzjoni li għadha għaddejja mal-klijent matul is-sena. Informazzjoni bħal din għandha tkun abbażi tal-ispejjeż imġarrba u għandha tkun ipprovduta fuq bażi personalizzata.

Id-ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jipprovdu informazzjoni aggregata bħal din dwar l-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi tal-investiment u l-istrumenti finanzjarji flimkien ma' kwalunkwe rapportar perjodiku eżistenti lill-klijenti.

10.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bi stampa li turi l-effett kumulattiv tal-ispejjeż fuq ir-redditu meta jipprovdu servizzi tal-investiment. Stampa bħal din għandha tkun ipprovduta fuq bażi ex-ante u ex-post. Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-istampa tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

l-istampa turi l-effett tal-ispejjeż u l-imposti globali fuq ir-redditu tal-investiment;

(b) 

l-istampa turi kull żieda drastika jew ċaqlieqa fil-prezzijiet; u

(c) 

l-istampa hija akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-illustrazzjoni.

Artikolu 51

Informazzjoni pprovduta skont id-Direttiva 2009/65/KE u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment li jqassmu unitajiet f'intrapriżi ta' investiment kollettiv jew PRIIPs għandhom barraminhekk jinfurmaw lill-klijenti tagħhom bl-ispejjeż u bl-imposti l-oħrajn kollha assoċjati relatati mal-prodott li jistgħu ma kinux inklużi fl-UCITS KID jew PRIIPs KID u dwar l-ispejjeż u l-imposti relatati mal-forniment tagħhom ta' servizzi tal-investiment fir-rigward ta' dak l-istrument finanzjarju.



TAQSIMA 2

Konsulenza dwar investimenti

Artikolu 52

Informazzjoni dwar konsulenza dwar l-investiment

(L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw b'mod ċar u konċiż jekk u kif il-konsulenza dwar l-investiment tikkwalifika bħala indipendenti jew mhux indipendenti u t-tip u n-natura tar-restrizzjonijiet li japplikaw, inkluż, meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti, il-projbizzjoni li jirċievu u jżommu inċentivi.

Fejn il-konsulenza hija offruta jew ipprovduta lill-istess klijent kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll mhux indipendenti, id-ditti tal-investiment għandhom jispjegaw il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ servizzi sabiex jippermettu lill-investituri jifhmu d-differenzi bejniethom u ma jippreżentawx lilhom infushom bħala konsulenti indipendenti dwar l-investiment għall-attivita ġenerali. Id-ditti ma għandhomx jagħtu prominenza bla bżonn lis-servizzi tal-konsulenza indipendenti dwar l-investiment tagħhom fuq servizzi tal-investiment mhux indipendenti fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-klijenti.

2.  
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, fuq bażi indipendenti jew mhux indipendenti, għandhom jispjegaw lill-klijent il-firxa ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rakkomandati, inkluż ir-relazzjoni tad-ditta mal-emittenti jew il-fornituri tal-istrumenti.

▼M4

3.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu deskrizzjoni ta’:

(a) 

it-tipi ta’ strumenti finanzjarji meqjusa;

(b) 

il-firxa ta’ strumenti finanzjarji u fornituri, analizzati għal kull tip ta’ strument skont l-ambitu tas-servizz;

(c) 

fejn rilevanti, tal-fatturi tas-sostenibbiltà meqjusa fil-proċess tal-għażla tal-istrumenti finanzjarji;

(d) 

meta jipprovdu konsulenza indipendenti, kif is-servizz ipprovdut jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti, u l-fatturi meqjusa fil-proċess tal-għażla użat mid-ditta tal-investiment għar-rakkomandazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, inklużi r-riskji, il-kostijiet u l-kumplessità tal-istrumenti finanzjarji.

▼B

4.  
Meta l-firxa ta' strumenti finanzjarji ivvalutati mid-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti tinkludi l-istrumenti finanzjarji tad-ditta tal-investiment stess jew dawk maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li għandhom rabtiet mill-qrib jew kwalunkwe relazzjoni mill-qrib legali jew ekonomika mad-ditta tal-investiment kif ukoll emittenti jew fornituri oħra li mhumiex marbuta jew relatati, id-ditta tal-investiment għandha tiddistingwi, għal kull tip ta' strument finanzjarju il-firxa tal-istrumenti finanzjarji maħruġa jew ipprovduti minn entitajiet li ma għandhom l-ebda rabta mad-ditta tal-investiment.
5.  

Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet ipprovduti skont l-Artikolu 54(12) għandhom jiżvelaw dan li ġej kollu:

(a) 

il-frekwenza u l-limitu tal-valutazzjoni perjodika dwar l-adegwatezza u fejn rilevanti, il-kundizzjonijiet jagħtu bidu għal dik il-valutazzjoni;

(b) 

il-limitu sa fejn l-informazzjoni miġbura minn qabel ser tkun soġġetta għal valutazzjoni mill-ġdid; u

(c) 

l-mod li rakkomandazzjoni aġġornata ser tkun ikkomunikata lill-klijent.

Artikolu 53

Konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti

(L-Artikolu 24(4) u 24(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment li jipprovdu konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw proċess tal-għażla sabiex jivvalutaw u jqabblu firxa suffiċjenti ta' strumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq skont l-Artikolu 24(7)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE. Il-proċess tal-għażla għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma proporzjonati għall-kamp tal-applikazzjoni tas-servizzi ta' konsulenza dwar l-investimenti offruti mill-konsulent indipendenti dwar l-investiment;

(b) 

in-numru u l-varjetà ta' strumenti finanzjarji meqjusa huma rappreżentattivi b'mod adegwat tal-istrumenti finanzjarji disponibbli fuq is-suq;

(c) 

il-kwalità tal-istrumenti finanzjarji maħruġa mid-ditta tal-investiment stess jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mad-ditta tal-investiment stess hija proporzjonata mal-ammont totali ta' strumenti finanzjarji meqjusa; u

(d) 

il-kriterji għall-għażla tad-diversi strumenti finanzjarji għandhom jinkludu l-aspetti rilevanti kollha bħar-riskji, l-ispejjeż u ll-kumplessità kif ukoll il-karatteristiċi tal-klijenti tad-ditta tal-investiment, u għandhom jiżguraw li l-għażla tal-istrumenti li jistgħu jiġu rrakkomandati mhijiex preġudikata.

Fejn tqabbil bħal dan mhuwiex possibbli minħabba l-mudell tan-negozju jew il-kamp tal-applikazzjoni speċifiku tas-servizz ipprovdut, id-ditta tal-investiment li tipprovdi l-konsulenza dwar l-investiment ma għandhiex tippreżenta lilha nnifisiha bħala indipendenti.

2.  

Id-ditta tal-investiment li tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti u li tiffoka fuq ċerti kategoriji jew firxa speċifika ta' strumenti finanzjarji għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

id-ditta għandha tikkumerċjalizza lilha nnifisha b'mod li hija intiża biss sabiex tattira klijenti bi preferenza għal dawk il-kategoriji jew firxa ta' strumenti finanzjarji;

(b) 

id-ditta għandha titlob lill-klijenti sabiex jindikaw li huma biss interessati li jinvestu fil-kategorija speċifika jew firxa ta' ta' strumenti finanzjarji; u

(c) 

qabel l-għoti tas-servizz, id-ditta għandha tiżgura li s-servizz tagħha huwa adegwat għal kull klijent ġdid fuq il-bażi li l-mudell tan-negozju tagħha jaqbel mal-bżonnijiet u l-għanijiet tal-klijent, u l-firxa ta' strumenti finanzjarji li huma adegwati għall-klijent. Fejn dan mhuwiex il-każ id-ditta ma għandhiex tipprovdi servizz bħal dan lill-klijent.

3.  

Ditta tal-investiment li toffri konsulenza dwar l-investiment kemm fuq bażi indipendenti kif ukoll fuq bażi mhux indipendenti għandha tkun konformi mal-obbligi li ġejjin:

(a) 

fi żmien tajjeb qabel l-għoti tas-servizzi tagħha, id-ditta tal-investiment tkun infurmat lill-klijenti tagħha, b'mezz li jibqa', jekk il-konsulenza ser tkun indipendenti jew mhux indipendenti skont l-Artikolu 24(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri rilevanti ta' implimentazzjoni;

(b) 

id-ditta tal-investiment ippreżentat lilha nnifisha bħala indipendenti għas-servizzi li għalihom tipprovdi konsulenza dwar l-investiment fuq bażi indipendenti;

(c) 

id-ditti tal-investiment għandhom rekwiżiti organizzazzjonali adegwati u kontrolli fis-seħħ sabiex jiżguraw li ż-żewġ tipi ta' servizzi ta' konsulenza u konsulenti huma separati b'mod ċar minn xulxin u li l-klijenti mhumiex mistennija li jitħawwdu dwar it-tip ta' konsulenza li jkunu qegħdin jirċievu u jingħataw it-tip ta' konsulenza li hija adegwata għalihom. Id-ditta tal-investiment ma għandhiex tippermetti persuna fiżika milli tipprovdi kemm konsulenza indipendenti kif ukoll mhux indipendenti.



TAQSIMA 3

Valutazzjoni tal-adegwatezza u adattabilità

Artikolu 54

Valutazzjoni ta' adegwatezza u rapporti ta' adegwatezza

(L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment ma għandhom joħolqu l-ebda ambigwità jew konfużjoni dwar ir-responsabilitajiet tagħhom fil-proċess meta jivvalutaw l-adegwatezza tas-servizzi tal-investiment jew l-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta twettaq il-valutazzjoni ta' adegwatezza, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali, b'mod ċar u sempliċi, li r-raġuni għall-valutazzjoni tal-adegwatezza hija sabiex tippermetti lid-ditta taġixxi fl-aħjar interess tal-klijent.

Fejn il-konsulenza dwar l-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji huma pprovduti b'mod sħiħ jew b'mod parzjali permezz ta' sistema awtomatizzata jew semi-awtomatizzata, ir-responsabilità li titwettaq il-valutazzjoni tal-adegwatezza hija tad-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz u ma għandhiex titnaqqas mill-użu ta' sistema elettronika meta ssir ir-rakkomandazzjoni personali jew id-deċiżjoni għall-kummerċ.

2.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw il-limitu tal-informazzjoni li għandha tinġabar mill-klijenti fid-dawl tal-karatteristiċi kollha tal-konsulenza tal-investiment jew is-servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li għandhom jiġu pprovduti lil dawk il-klijenti. Id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu minn klijenti jew minn klijenti potenzjali dik l-informazzjoni neċessarja sabiex id-ditta tifhem il-fatti essenzjali dwar il-klijent u sabiex ikollha bażi raġonevoli biex tiddetermina, wara li tagħti l-konsiderazzjoni dovuta għan-natura u għal-livell ta' servizz ipprovdut, li t-tranżazzjoni speċifika li għandha tkun irrakkomandata, jew irrealizzata matul l-għoti ta' servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

▼M4

(a) 

tissodisfa l-objettivi tal-investiment tal-klijent inkwistjoni, inkluż it-tolleranza għar-riskju tal-klijent u kull preferenza ta’ sostenibbiltà;

▼B

(b) 

tkun tali li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju relatat ta' investiment konsistenti mal-għanijiet ta' investiment tiegħu;

(c) 

tkun tali li l-klijent ikollu l-esperjenza u l-għarfien neċessarji sabiex jifhem ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni jew fil-ġestjoni tal-portafoll tiegħu.

3.  
Meta ditta tal-investiment tipprovdi servizz tal-investiment lil klijent professjonali għandha tkun intitolata tassumi li, fir-rigward tal-prodotti, it-tranżazzjonijiet u s-servizzi li għalihom il-klijent huwa kklassifikat, dan ikollu l-livell neċessarju ta' esperjenza u tagħrif għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 2.

Meta dak is-servizz tal-investiment jikkonsisti fl-għoti ta' konsulenza dwar l-investiment lil klijent professjonali kopert mit-Taqsima 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2 li l-klijent ikun jista' jiflaħ b'mod finanzjarju għal kull riskju ta' investiment relatat konsistenti mal-għanijiet tal-investiment ta' dak il-klijent.

4.  
L-informazzjoni li tirrigwarda s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni dwar is-sors u l-limitu tad-dħul regolari tiegħu, l-assi tiegħu, inklużi l-assi likwidi, l-investimenti u l-proprjetà immobbli, u l-impenji finanzjarji regolari tiegħu.

▼M4

5.  
L-informazzjoni dwar l-objettivi tal-investiment tal-klijent jew tal-klijent potenzjali għandha tinkludi, meta rilevanti, informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien li l-klijent jixtieq iżomm l-investiment, il-preferenzi tiegħu jew tagħha rigward it-teħid tar-riskju, it-tolleranza tiegħu jew tagħha tar-riskju, l-iskop tal-investiment, kif ukoll il-preferenzi tas-sostenibbiltà tiegħu jew tagħha.

▼B

6.  
Meta klijent huwa persuna ġuridika jew grupp ta' żewġ persuni naturali jew aktar jew fejn persuna fiżika waħda jew aktar huma rrappreżentati minn persuna fiżika oħra, id-ditta tal-investiment għandha tistabbilixxi u timplimenta politika dwar min għandu jkun soġġett għall-valutazzjoni ta' adegwatezza u kif din il-valutazzjoni ser issir fil-prattika, inkluż minn min għandha tinġabar l-informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment. Id-ditta tal-investiment għandha tirreġistra din il-politika.

Fejn persuna fiżika hija rrappreżentata minn persuna fiżika oħra jew fejn persuna ġuridika talbet trattament bħala klijent professjonali skont it-Taqsima 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE għandha titqies għal valutazzjoni ta' adegwatezza, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-għanijiet tal-investiment għandhom ikunu dawk tal-persuna ġuridika jew, fir-rigward tal-persuna fiżika, il-klijent sottostanti aktar milli tar-rappreżentant. L-għarfien u l-esperjenza għandhom ikunu dawk tar-rappreżentant tal-persuna fiżika jew il-persuna awtorizzata li twettaq it-tranżazzjonijiet f'isem il-klijent sottostanti.

7.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-informazzjoni miġbura dwar il-klijenti jew il-klijenti potenzjali tagħhom hija affidabbli. Dan għandu jinkludi, imma mhuwiex limitat għal, dan li ġej:

(a) 

l-iżgurar li l-klijenti huma konxji tal-importanza li jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata;

(b) 

l-iżgurar li l-għodod kollha, bħall-għodod tal-profili tal-valutazzjoni tar-riskju jew għodod li jivvalutaw l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent, imħaddma fil-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza huma adatti għall-iskop tagħhom u huma mfassla b'mod adegwat għall-użu mal-klijenti tagħhom, bi kwalunkwe limitu identifikat u mitigat b'mod attiv permezz tal-proċess tal-valutazzjoni ta' adegwatezza;

(c) 

l-iżgurar li l-mistoqsijiet użati fil-proċess huma probabbli li jinftiehmu mill-klijenti, jiġbru riflessjoni preċiża tal-għanijiet u l-bżonnijiet tal-klijent, u l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-valutazzjoni ta' adegwatezza; u

(d) 

t-teħid ta' passi, kif xieraq, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-informazzjoni tal-klijent, bħall-ikkunsidrar ta' jekk hemmx ineżattezzi ovvji fl-informazzjoni pprovduta mill-klijenti.

Id-ditti tal-investiment li għandhom relazzjoni għaddejja mal-klijent, bħall-għoti kontinwu ta' konsulenza jew servizz ta' ġestjoni tal-portafoll, għandu jkollhom, u jkunu kapaċi juru, politiki u proċeduri xierqa sabiex iżommu informazzjoni adegwata u aġġornata dwar klijenti sal-limitu neċessarju sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt paragrafu 2.

8.  
Fejn, filwaqt li tipprovdi servizz tal-investiment ta' konsulenza dwar l-investiment jew immaniġġjar ta' portafolji, id-ditta tal-investiment ma tiksibx l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditta ma għandhiex tirrakkomanda servizzi tal-investiment jew strumenti finanzjarji lill-klijent jew lill-klijent potenzjali.

▼M4

9.  
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ, u jkunu kapaċi juru li għandhom fis-seħħ, politiki u proċeduri adegwati sabiex jiżguraw li jifhmu n-natura, il-karatteristiċi, inkluż il-kostijiet u r-riskji tas-servizzi ta’ investiment u tal-istrumenti finanzjarji magħżula għall-klijenti tagħhom, inkluż kull fattur ta’ sostenibbiltà, u li jivvalutaw, filwaqt li jqisu l-kost u l-kumplessità, jekk is-servizzi ta’ investiment jew l-istrumenti finanzjarji ekwivalenti jistgħux jissodisfaw il-profil tal-klijent tagħhom.
10.  
Meta tipprovdi s-servizz ta’ investiment ta’ konsulenza b’rabta mal-investimenti jew ta’ ġestjoni tal-portafoll, id-ditta tal-investiment la għandha tirrakkomanda u lanqas tiddeċiedi li tinnegozja jekk l-ebda servizz jew strument ma jkun adegwat għall-klijent.

Ditta tal-investiment ma għandhiex tirrakkomanda strumenti finanzjarji jew tiddeċiedi li tinnegozja b’tali strumenti bħala li jissodisfaw il-preferenzi tas-sostenibbiltà ta’ klijent jew klijent potenzjali meta dawn l-istrumenti finanzjarji ma jissodisfawx dawk il-preferenzi. Id-ditta tal-investiment għandha tispjega lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali r-raġunijiet għaliex ma għamlitx dan, u żżomm rekords ta’ dawn ir-raġunijiet.

Jekk l-ebda strument finanzjarju ma jissodisfa l-preferenzi tas-sostenibbiltà tal-klijent jew tal-klijent potenzjali, u l-klijent jiddeċiedi li jadatta l-preferenzi tas-sostenibbiltà, id-ditta tal-investiment għandha żżomm rekords tad-deċiżjoni tal-klijent, inklużi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

▼B

11.  
Meta jipprovdu konsulenza tal-investiment jew servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji li jinvolvu t-tibdil ta' investimenti, jew permezz tal-bejgħ ta' strument u x-xiri ta' ieħor jew billi jeżerċitaw dritt li jagħmlu bidla fir-rigward ta' strument eżistenti, id-ditti tal-investiment għandhom jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar l-investimenti eżistenti tal-klijent u l-investimenti ġodda rrakkomandati u għandhom iwettqu analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tibdil, b'tali mod li huma kapaċi b'mod raġonevoli juru li l-benefiċċji tat-tibidil huma akbar mill-ispejjeż.

▼M4

12.  
Meta jipprovdu konsulenza dwar l-investiment, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu rapport lill-klijent konsumatur li jkun jinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-konsulenza mogħtija u li jispjega kif ir-rakkomandazzjoni pprovduta hija adatta għall-klijent konsumatur, inkluż kif ir-rakkomandazzjoni tissodisfa l-objettivi tal-investiment tal-klijent, iċ-ċirkostanzi personali tiegħu jew tagħha fir-rigward tat-terminu tal-investiment meħtieġ, l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent kif ukoll l-attitudni tal-klijent għar-riskju, il-kapaċità tiegħu jew tagħha ta’ tiġrib ta’ telf u l-preferenzi ta’ sostenibbiltà tiegħu jew tagħha.

▼B

Id-ditti tal-investiment għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-klijent lejn u għandhom jinkludu fir-rapport ta' adegwatezza informazzjoni dwar jekk is-servizzi jew strumenti rrakkomandati jeħtiġux x'aktarx lill-klijent mhux professjonali sabiex ifittex reviżjoni perjodika tal-arranġamenti tagħhom.

Fejn ditta tal-investiment tipprovdi servizz li jinvolvi valutazzjonijiet tal-adegwatezza u rapporti perjodiċi, ir-rapporti sussegwenti wara li s-servizz tal-bidu jkun stabbilit jistgħu jkopru biss bidliet fis-servizzi jew l-istrumenti involuti u/jew iċ-ċirkostanzi tal-klijent u jistgħu ma jeħtiġux jirrepetu d-dettalji kollha tal-ewwel rapport.

13.  
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu valutazzjoni perjodika ta' adegwatezza għandhom jirrevedu, sabiex itejbu s-servizz, l-adegwatezza tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija għallinqas darba fis-sena. Il-frekwenza ta' din il-valutazzjoni għandha tiżdied skont il-profil tar-riskju tal-klijent u t-tip ta' strumenti finanzjarji rrakkomandati.

▼M4

Ir-rekwiżiti biex jiġu ssodisfati l-preferenzi tas-sostenibbiltà tal-klijenti jew tal-klijenti potenzjali, fejn rilevanti, ma għandhomx ibiddlu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

▼B

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet komuni għall-valutazzjoni ta' adegwatezza jew adattabilità

(L-Artikolu 25(2) u 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tirrigwarda l-għarfien u l-esperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzjali fil-qasam tal-investiment tinkludi dan li ġej, sa fejn adattat għan-natura tal-klijent, in-natura u l-livell tas-servizz li għandu jkun ipprovdut u t-tip ta' prodott jew tranżazzjoni maħsuba, inklużi l-kumplessità tagħhom u r-riskji involuti:

(a) 

it-tipi ta' servizz, tranżazzjoni u strument finanzjarju li magħhom il-klijent huwa familjari;

(b) 

in-natura, il-volum, u l-frekwenza tat-tranżazzjonijiet tal-klijent fi strumenti finanzjarji u l-perjodu li matulu twettqu;

(c) 

il-livell ta' edukazzjoni, u l-professjoni jew il-professjoni rilevanti preċedenti tal-klijent jew tal-klijent potenzjali.

2.  
Ditta tal-investiment ma għandhiex tiskoraġġixxi lil klijent jew lil klijent potenzjali milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2014/65/UE.
3.  
Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tibbaża fuq l-informazzjoni pprovduta mill-klijenti jew mill-klijenti potenzjali tagħha sakemm ma tkunx konxja jew imissha tkun konxja li l-informazzjoni hija mingħajr dubju skaduta, mhux eżatta jew mhux kompluta.

Artikolu 56

Valutazzjoni tal-adegwatezza u obbligi maż-żamma tar-reġistri relatati

(L-Artikolu 25(3) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddeterminaw jekk dak il-klijent għandux l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward tal-prodott jew tas-servizz tal-investiment offrut jew mitlub meta jivvalutaw jekk servizz tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2014/65/UE huwiex adegwat għal klijent.

Ditta tal-investiment għandha tkun intitolata tassumi li klijent professjonali għandu l-esperjenza u l-għarfien meħtieġa sabiex jifhem ir-riskji involuti fir-rigward ta' dawk is-servizzi jew tranżazzjonijiet tal-investiment partikolari, jew it-tipi ta' tranżazzjoni jew prodott, li għalihom il-klijent huwa kklassifikat bħala klijent professjonali.

2.  

Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu reġistri tal-valutazzjonijiet ta' adegwatezza mwettqa li għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

ir-riżultat ta' valutazzjoni tal-adegwatezza;

(b) 

kull twissija mogħtija lill-klijent fejn is-servizz tal-investiment jew xiri tal-prodott kienu vvalutati bħala potenzjalment mhux adegwati għall-klijent, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja t-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni;

(c) 

kull twissija mogħtija lill-klijent fejn il-klijent ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni sabiex jippermetti lid-ditta twettaq valutazzjoni tal-adegwatezza, jekk il-klijent talabx sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni minkejja din it-twissija u, fejn applikabbli, jekk id-ditta aċċettatx it-talba tal-klijent sabiex jipproċedi bit-tranżazzjoni.

Artikolu 57

Għoti ta' servizzi fi strumenti mhux kumplessi

(L-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Strument finanzjarju li mhuwiex speċifikat b'mod espliċitu fl-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE għandu jitqies bħala mhux kumpless għall-finijiet tal-Artikolu 25(4)(a)(vi) tad-Direttiva 2014/65/UE jekk jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

ma jaqax fi ħdan l-Artikolu 4(1)(44)(c) ta', jew fil-punti (4) sa (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(b) 

ikun hemm opportunitajiet frekwenti biex dak l-istrument ikun ċedut, rimborsat jew realizzat xort'oħra bi prezzijiet li huma disponibbli b'mod pubbliku għal parteċipanti fis-suq u li huma prezzijiet tas-suq jew prezzijiet magħmula disponibbli, jew validati, mis-sistemi ta' valutazzjoni indipendentement minn dawk li joħorġuhom;

(c) 

ma jinvolvi ebda responsabbiltà attwali jew potenzjali għall-klijent li taqbeż l-ispiża biex jinkiseb l-istrument;

(d) 

ma jinkorporax klawsola, kundizzjoni jew skattatur li jistgħu jbiddlu b'mod fundamentali n-natura jew ir-riskju tal-investiment jew il-profil tal-ħlas, bħal investimenti li jinkorporaw dritt li strument jinqeleb f'investiment differenti;

(e) 

ma jeskludix kwalunkwe imposta fuq iċ-ċessjoni espliċita jew impliċita li għandha l-effett li tagħmel l-investiment illikwidu anke jekk hemm opportunitajiet frekwenti b'mod tekniku biex ikun ċedut, rimborsat jew realizzat xort'oħra;

(f) 

ikollu informazzjoni komprensiva adegwata dwar il-karatteristiċi tiegħu li tkun disponibbli b'mod pubbliku u probabbli li tinftiehem minnufih sabiex il-klijent mhux professjonali medju jkun jista' jifforma ġudizzju infurmat dwar jekk jidħolx fi tranżazzjoni f'dak l-istrument.

Artikolu 58

Ftehimiet ma' Klijenti mhux Professjonali u Professjonali

(L-Artikolu 24(1) u 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditti tal-investiment li jipprovdu kwalunkwe servizz tal-investiment jew is-servizz anċillari imsemmi fit-Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE lil klijent wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jidħlu fi ftehim bażiku bil-miktub mal-klijent, fuq mezz stampat jew permezz ta' mezz permanenti ieħor, bil-klijent jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tad-ditta u tal-klijent. Id-ditti tal-investiment li jipprovdu l-konsulenza dwar l-investiment għandhom ikunu konformi ma' dan l-obbligu fejn titwettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji jew servizzi rrakkomandati.

Il-ftehim bil-miktub għandu jistabilixxi d-drittijiet u l-obbligi essenzjali tal-partijiet, u għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tas-servizzi, u fejn rilevanti n-natura u l-limitu tal-konsulenza tal-investiment, li għandha tiġi pprovduta;

(b) 

f'każ ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' portafolji, it-tipi ta' strumenti finanzjarji li jistgħu jinxtraw u jinbiegħu u t-tipi ta' tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu f'isem il-klijent, kif ukoll kwalunkwe strument jew tranżazzjoni ipprojbiti; u

(c) 

deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta' kwalunkwe servizz imsemmi f'Taqsima B(1) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE li għandu jiġi pprovduta, inkluż fejn applikabbli r-rwol tad-ditta fir-rigward tal-azzjonijiet korporattivi relatati mal-istrumenti tal-klijenti u t-termini li fuqhom tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li jinvolvu t-titoli tal-klijenti sejrin jiġġeneraw redditu għall-klijent.



TAQSIMA 4

Rappurtaġġ lil klijenti

Artikolu 59

Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għajr għall-ġestjoni tal-portafoll

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment li jkunu eżegwew ordni għan-nom ta' klijent, ta' xort'oħra milli għall-ġestjoni tal-portafoll, għandhom, fir-rigward ta' dik l-ordni:

(a) 

minnufih jipprovdu lill-klijent, f'mezz permanenti, bl-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni;

(b) 

jibagħtu lill-klijent avviż b'mezz permanenti li jikkonferma l-eżekuzzjoni tal-ordni malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tkun riċevuta mid-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza.

Il-punt (b) ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.

Il-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw meta l-ordnijiet eżegwiti għan-nom ta' klijenti jirrelataw għal bonds li jiffinanzjaw ftehim ta' self fuq ipoteka mal-klijenti msemmija, u f'liema każ ir-rapport fuq it-tranżazzjoni għandu jsir fl-istess ħin li fih jiġu kkomunikati t-termini fuq is-self għal ipoteka, iżda mhux iktar minn xahar wara l-eżekuzzjoni tal-ordni.

2.  
Barra mir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijent, meta mitlubin, b'informazzjoni dwar l-istatus tal-ordni tiegħu.
3.  
Fil-każ ta' ordnijiet għal klijenti li jirrelataw għal unitajiet jew ishma f'kummerċ ta' investiment kollettiv li jkunu eżegwiti perjodikament, id-ditti tal-investiment għandhom jew jieħdu l-azzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew jipprovdu lill-klijent, mill-inqas darba kull sitt (6) xhur, bl-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 4 fir-rigward ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
4.  

L-avviż imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi dik l-informazzjoni li ġejja li tkun applikabbli u, meta rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligi ta' rappurtaġġ adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(a) 

identifikazzjoni tad-ditta li tagħmel ir-rappurtar;

(b) 

l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;

(c) 

il-jum tan-negozjati;

(d) 

il-ħin tan-negozjati;

(e) 

it-tip tal-ordni;

(f) 

l-identifikazzjoni tal-post;

(g) 

l-identifikazzjoni tal-istrument;

(h) 

l-indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;

(i) 

in-natura tal-ordni jekk ta' xort'oħra minn xiri/bejgħ;

(j) 

il-kwantità;

(k) 

il-prezz tal-unità;

(l) 

il-konsiderazzjoni totali;

(m) 

is-somma totali tal-kummissjonijiet u l-ispejjeż imposti u, meta l-klijent jitlob dan, tqassim skont il-partiti li jinkludi, fejn rilevanti, l-ammont ta' kwalunkwe żieda jew tnaqqis imposti fejn it-tranżazzjoni kienet esegwita minn ditta tal-investiment meta tinnegozja f'isimha, u d-ditta tal-investiment għandha obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni lill-klijent;

(n) 

ir-rata ta' skambju miksuba fejn it-tranżazzjoni tinvolvi konverżjoni tal-munita;

(o) 

ir-responsabbiltajiet tal-klijent fir-rigward tas-saldu tat-tranżazzjonijiet, inkluż it-terminu għall-ħlas jew għall-konsenja kif ukoll id-dettalji xierqa dwar il-kont meta dawn id-dettalji u responsabbiltajiet ma jkunux ġew avżati minn qabel lill-klijent;

(p) 

fil-każ li l-kontroparti tal-klijent kienet id-ditta tal-investiment stess jew xi persuna fil-grupp tad-ditta tal-investiment jew klijent ieħor tad-ditta tal-investiment, il-fatt li dan kien il-każ sakemm l-ordni ma kinitx eżegwita permezz ta' sistema ta' negozjati li tiffaċilita negozjati anonomi.

Għall-finijiet tal-punt (k), meta l-ordni tkun eżegwita f'pagamenti, id-ditta tal-investiment tista' tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament jew bil-prezz medju. Meta l-prezz medju jkun ipprovdut, id-ditta tal-investiment għandha tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament fuq talba.

5.  
Id-ditta tal-investiment tista' tipprovdi lill-klijent bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 bl-użu ta' kodiċijiet standard jekk tipprovdi wkoll spjegazzjoni tal-kodiċijiet użati.

Artikolu 60

Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward ta' ġestjoni tal-portafoll

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll lil klijenti għandhom jipprovdu lil kull klijent b'dikjarazzjoni perjodika f'mezz permanenti dwar l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-portafoll imwettqa għan-nom ta' dak il-klijent sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx ipprovduta minn persuna oħra.
2.  

Id-dikjarazzjoni perjodika meħtieġa taħt il-paragrafu 1 għandha tipprovdi reviżjoni ġusta u bbilanċjata tal-attivitajiet imwettqa u tal-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ u għandha tinkludi, meta rilevanti, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

isem id-ditta tal-investiment;

(b) 

l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-kont tal-klijent;

(c) 

dikjarazzjoni tal-kontenut u l-valutazzjoni tal-portafoll, inklużi dettalji ta' kull strument finanzjarju miżmum, il-valur tas-suq tiegħu, jew il-valur ġust jekk il-valur tas-suq ma jkunx disponibbli u l-bilanċ ta' kontanti fil-bidu u fl-aħħar tal-perjodu ta' rappurtaġġ, u l-prestazzjoni tal-portafoll matul il-perjodu ta' rappurtaġġ;

(d) 

l-ammont totali ta' tariffi u ħlasijiet applikati matul il-perjodu ta' rappurtaġġ, bit-tqassim f'partiti ta' mill-inqas it-tariffi totali tal-ġestjoni u l-ispejjeż totali assoċjati mal-eżekuzzjoni, u li jinkludu, meta rilevanti, dikjarazzjoni li analiżi iktar dettaljata tkun ipprovduta fuq talba;

(e) 

paragun tal-prestazzjoni matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni mal-parametru ta' referenza għal-prestazzjoni tal-investiment (jekk ikun jeżisti) miftiehem bejn id-ditta tal-investiment u l-klijent;

(f) 

l-ammont totali ta' dividendi, imgħax u pagamenti oħrajn riċevuti matul il-perjodu ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-portafoll tal-klijent;

(g) 

informazzjoni dwar azzjonijiet korporattivi oħrajn li jagħtu drittijiet fir-rigward ta' strumenti finanzjarji miżmuma fil-portafoll;

(h) 

għal kull tranżazzjoni eżegwita matul il-perjodu, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4)(c) sa (l) meta rilevanti, sakemm il-klijent ma jagħżilx li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, f'liema każ għandu japplika l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

3.  

Id-dikjarazzjoni perjodika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta darba kull tliet (3) xhur, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi lill-klijenti tagħha aċċess għal sistema online, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn valutazzjonijiet aġġornati tal-portafoll tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati u fejn il-klijent jista' jaċċessa faċilment l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 63(2) u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa valutazzjoni tal-portafoll tagħhom mill-anqas darba waqt it-tliet (3) xhur rilevanti;

(b) 

f'każijiet fejn japplika l-paragrafu 4, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta għallinqas darba fi 12-il xahar;

(c) 

meta l-ftehim bejn ditta tal-investiment u klijent għal servizz ta' ġestjoni tal-portafoll jawtorizza portafoll ikkaratterizzat b'effett ta' stimolu, id-dikjarazzjoni perjodika għandha tkun ipprovduta mill-inqas darba f'xahar.

L-eċċezzjoni prevista fil-punt (b) ma għandhiex tapplika fil-każ ta' tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji koperti mill-Artikolu 4(1)(44)(c) ta', jew xi wieħed mill-punti 4 sa 11 tat-Taqsima C fl-Anness I mad-Direttiva 2014/65/UE.

4.  
Id-ditti tal-investiment, f'każijiet meta l-klijent jagħżel li jirċievi informazzjoni dwar tranżazzjonijiet eżegwiti fuq bażi ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, għandhom jipprovdu minnufih lill-klijent, hekk kif tkun eżegwita t-tranżazzjoni mill-ġestitur tal-portafoll, l-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna dik it-tranżazzjoni f'mezz permanenti.

Id-ditta tal-investiment għandha tibgħat lill-klijent notifika li tikkonferma t-tranżazzjoni u li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4) mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara dik l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tasal għand id-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza.

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.

Artikolu 61

Obbligi ta' rappurtar fir-rigward ta' kontropartijiet eliġibbli

(L-Artikolu 24(4) u l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ir-rekwiżiti applikabbli għar-rapporti ta' klijenti mhux professjonali u professjonali skont l-Artikoli 49 u 59 għandhom japplikaw sakemm id-ditti tal-investiment jidħlu fi ftehimiet ma' kontropartijiet eliġibbli sabiex jiddeterminaw il-kontenut u l-iskedar tar-rappurtaġġ.

Artikolu 62

Obbligi addizzjonali ta' rappurtaġġ għall-ġestjoni tal-portafoll jew tranżazzjonijiet ta' obbligazzjoni kontinġenti

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jipprovdu s-servizz ta' ġestjoni tal-portafoll għandhom jinfurmaw lill-klijent fejn il-valur ġenerali tal-portafoll, kif evalwat fil-bidu ta' kull perjodu ta' rappurtaġġ, jiġi żvalutat b'10 % u wara dan f'multipli ta' 10 %, sa mhux iktar tard minn tmiem il-jum tax-xogħol li fih jinqabeż il-limitu jew, f'każ fejn il-limitu jinqabeż f'jum li ma jkunx jum tax-xogħol, f'għeluq il-jum tax-xogħol li jmiss.
2.  
Id-ditti tal-investiment li għandhom kont ta' klijent mhux professjonali li jinkludi pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji b'effett ta' stimolu jew tranżazzjonijiet ta' obbligazzjoni kontinġenti għandhom jinformaw lill-klijent, fejn il-valur inizjali ta' kull strument jiġi żvalutat b'10 % u wara dan f'multipli ta' 10 %. Ir-rappurtaġġ taħt dan il-paragrafu għandu jkun fuq bażi ta' strument, strument, sakemm ma jkunx miftiehem xort'oħra mal-klijent, u għandu jsir sa mhux iktar tard minn tmiem il-jum tax-xogħol li fih jinqabeż il-limitu jew, f'każ fejn il-limitu jinqabeż f'jum li ma jkunx jum tax-xogħol, f'għeluq il-jum tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 63

Dikjarazzjonijiet għal strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li jkollhom strumenti finanzjarji jew fondi tal-klijenti jibagħtu għall-inqas fuq bażi ta' kull tliet (3) xhur, lil kull klijent li għalih iżommu strumenti finanzjarji jew fondi, dikjarazzjoni b'mezz permanenti ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew ta' dawk il-fondi sakemm din id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta f'xi dikjarazzjoni perjodika oħra. Fuq talba tal-klijent, id-ditti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni bħal din b'mod aktar frekwenti bi spiża kummerċjali.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata taħt id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) fir-rigward ta' depożiti fis-sens ta' dik id-Direttiva miżmuma minn dik l-istituzzjoni.

2.  

Id-dikjarazzjoni ta' assi tal-klijenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

dettalji tal-istrumenti finanzjarji jew tal-fondi kollha miżmuma mid-ditta tal-investiment għall-klijent fl-aħħar tal-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni;

(b) 

safejn kull strument finanzjarju jew fond tal-klijent kien is-suġġett ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;

(c) 

il-limitu ta' kull benefiċċju li jakkumula għall-klijent permezz tal-parteċipazzjoni fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, u l-bażi li fuqha akkumula dak il-benefiċċju.

(d) 

indikazzjoni ċara tal-assi jew fondi li huma soġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha u dawk li mhumiex, bħal dawk li huma soġġetti għal Ftehim Kollaterali ta' Trasferimenti ta' Titoli;

(e) 

indikazzjoni ċara ta' liema assi huma affettwati minn xi pekuljaretajiet fl-istatus ta' sjieda tagħhom, pereżempju minħabba imgħax fuq il-garanzija;

(f) 

il-valur tas-suq jew il-valur stmat, fejn il-valur tas-suq mhuwiex disponibbli, tal-istrumenti finanzjarji inklużi fid-dikjarazzjoni b'indikazzjoni ċara tal-fatt li n-nuqqas ta' prezz tas-suq x'aktarx huwa indikattiv ta' nuqqas ta' likwidità. L-evalwazzjoni tal-valur stmat għandha titwettaq mid-ditta abbażi tal-aħjar sforz.

F'każijiet fejn il-portafoll ta' klijent jinkludi l-qligħ minn tranżazzjoni waħda jew iżjed mhux issaldati, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tista' jew tkun ibbażata fuq id-data tan-negozjati jew fuq id-data tas-saldu, diment li dik l-istess bażi tkun applikata b'mod konsistenti għall-informazzjoni kollha ta' dan it-tip fid-dikjarazzjoni.

Id-dikjarazzjoni perjodika tal-assi tal-klijenti imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi pprovduta fejn id-ditta tal-investiment tipprovdi aċċess għal sistema online lill-klijenti tagħha, li tikkwalifika bħala mezz permanenti, fejn dikjarazzjonijiet aġġornati tal-istrumenti finanzjarji jew fondi tal-klijent jistgħu jiġu aċċessati faċilment mill-klijent u d-ditta għandha evidenza li l-klijent aċċessa din id-dikjarazzjoni mill-anqas darba fit-tliet (3) xhur rilevanti.

3.  
Id-ditti tal-investiment li jżommu strumenti finanzjarji jew fondi u li jwettqu s-servizz ta' ġestjoni ta' portafolji għal klijent jinkludu dikjarazzjoni ta' assi tal-klijenti msemmija fil-paragrafu 1 fid-dikjarazzjoni perjodika li tipprovdi lil dak il-klijent skont l-Artikolu 60(1).



TAQSIMA 5

L-aħjar eżekuzzjoni

Artikolu 64

Il-kriterji tal-aħjar eżekuzzjoni

(L-Artikoli 27(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Meta jeżegwixxu ordnijiet tal-klijenti, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin biex jiddeterminaw l-importanza relattiva tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE:

(a) 

il-karatteristiċi tal-klijent inkluża l-kategorizzazzjoni tal-klijent bħala klijent mhux professjonali jew klijent professjonali;

(b) 

il-karatteristiċi tal-ordni tal-klijent, inklu' fejn l-ordni jinkludi tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli (SFT);

(c) 

il-karatteristiċi tal-istrumenti finanzjarji li jkunu s-suġġett ta' dik l-ordni;

(d) 

il-karatteristiċi taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn dik l-ordni tista' tintbagħat.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 65 u 66, “post ta' eżekuzzjoni” jinkludi suq regolat, MTF (multilateral trading facility — faċilità multilaterali tan-negozjar), OTF (organised trading facility — faċilità organizzata tan-negozjar), internalizzatur sistematiku, jew kreatur tas-suq jew fornitur ieħor ta' likwidità jew entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn ta' qabel.

2.  
Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li tieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għal klijent diment li teżegwixxi ordni jew aspett speċifiku ta' ordni fuq istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent li jirrelataw għall-ordni jew għall-aspett speċifiku tal-ordni.
3.  
Id-ditti tal-investiment ma għandhomx jibnu jew jitolbu l-kummissjonijiet tagħhom b'tali mod li joħolqu diskriminazzjoni inġusta bejn postijiet tal-eżekuzzjoni.
4.  
Meta teżegwixxi ordnijiet jew tieħu deċiżjoni sabiex tinnegozja fi prodotti ta' OTC inkluż prodotti xierqa, id-ditta tal-investiment għandha tivverifika l-ġustizzja tal-prezz propost lill-klijent, billi tiġbor id-data tas-suq użata fl-istima tal-prezz ta' prodott bħal dan u, fejn possibbli, billi tqabbel ma' prodotti simili jew komparabbli.

Artikolu 65

Id-dmir tad-ditti tal-investiment li jwettqu mmaniġġjar ta' portafolji u jirċievu u jibagħtu l-ordnijiet għal azzjoni fl-aħjar interessi tal-klijent

(L-Artikolu 24(1) u 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolji, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jagħmlu ordnijiet ma' entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni li jirriżultaw minn deċiżjonijiet mid-ditta tal-investiment li titratta strumenti finanzjarji għan-nom tal-klijent tagħha.
2.  
Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu s-servizz biex jirċievu u jibagħtu ordnijiet, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jibagħtu ordnijiet tal-klijenti lil entitajiet oħra għal eżekuzzjoni.
3.  
Sabiex jikkonformaw mal-paragrafi 1 jew 2, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 64(4).
4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom filwaqt li jqisu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. L-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi għandha tkun determinata b'referenza għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) u, għal klijenti mhux professjonali, għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-paragrafu 1 jew 2, u mhijiex meħtieġa tieħu l-passi msemmija f'dan il-paragrafu, diment li ssegwi istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent tagħha meta tagħmel ordni ma', jew tibgħat ordni lil, entità oħra għal eżekuzzjoni.

5.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika li tippermettilhom jikkonformaw mal-obbligu fil-paragrafu 4. Il-politika għandha tidentifika, fir-rigward ta' kull klassi ta' strumenti, l-entitajiet li magħhom isiru l-ordnijiet jew li lilhom id-ditta tal-investiment tibgħat l-ordnijiet għal eżekuzzjoni. L-entitajiet identifikati għandu jkollhom arranġamenti ta' eżekuzzjoni li jippermettu lil ditta tal-investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu meta tagħmel jew tibgħat ordnijiet lil dik l-entità għal eżekuzzjoni.
6.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-klijenti tagħhom dwar il-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 9 tal-Artikolu 66. Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bl-informazzjoni adegwata dwar id-ditta u s-servizzi tagħha u l-entitajiet magħżula għall-eżekuzzjoni. B'mod partikolari, meta d-ditta tal-investiment tagħżel ditti oħrajn sabiex jipprovdu servizzi ta' eżekuzzjoni tal-ordni, għandha tagħmel sommarju u tagħmel pubbliku, fuq bażi annwali, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, l-aqwa ħames (5) ditti tal-investiment fir-rigward tal-volumi tan-negozju meta bagħtet jew poġġiet ordnijiet tal-klijenti għall-eżekuzzjoni fis-sena ta' qabel u informazzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba. L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni ppubblikata skont l-istandards tekniċi żviluppati taħt l-Artikolu 27(10)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Fuq talba raġonevoli minn klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali tagħhom b'informazzjoni dwar l-entitajiet fejn l-ordnijiet huma mibgħuta jew imressqa għall-eżekuzzjoni.

7.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari tal-effikaċja tal-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u, b'mod partikolari, il-kwalità ta' eżekuzzjoni tal-entitajiet identifikati f'dik il-politika u, meta xieraq, jikkoreġu xi nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu l-politika u l-arranġamenti mill-anqas kull sena. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull meta jkun hemm xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħha.

Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw jekk seħħitx bidla materjali u għandhom iqisu li jagħmlu l-bidliet għall-postijiet tal-eżekuzzjoni jew entitajiet li fuqhom jiddependu b'mod sinifikanti fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

Bidla materjali għandha tkun avveniment sinifikanti li tista' tħalli impatt fuq il-parametri tal-aqwa eżekuzzjoni bħal spiża, prezz, ħeffa, probabbiltà ta' eżekuzzjoni u saldu, daqs, natura jew kwalunkwe konsiderazzjoni oħra relevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

8.  
Dan l-Artikolu ma għandux japplika meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolji jew ta' riċeviment u trażmissjoni ta' ordnijiet teżegwixxi wkoll l-ordnijiet riċevuti jew id-deċiżjonijiet sabiex tinnegozja għan-nom tal-portafoll tal-klijent tagħha. F'dawk il-każijiet japplika l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 66

Politika ta' eżekuzzjoni

(Artikolu 27(5) u (7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu, mill-anqas kull sena l-politika ta' eżekuzzjoni stabbilita skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll l-arranġamenti tagħhom għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet.

Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull meta jkun hemm bidla materjali kif imsemmija fl-Artikolu 65(7) isseħħ u li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent tagħha fuq bażi konsistenti bl-użu taċ-ċentri inklużi fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha. Ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk seħħitx bidla materjali u għandha tqis li tagħmel il-bidliet għall-importanza relattiva tal-aqwa fatturi tal-eżekuzzjoni fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

2.  
L-informazzjoni dwar il-politika tal-eżekuzzjoni għandha tkun adattata skont il-klassi ta' strument finanzjarju u tip ta' servizz ipprovdut u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 3 sa 9.
3.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti bid-dettalji li ġejjin dwar il-politika ta' eżekuzzjoni tagħhom fi żmien tajjeb qabel ma jingħata s-servizz:

(a) 

rendikont tal-importanza relattiva li d-ditta tal-investiment tagħti, skont il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 59(1), lill-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew il-proċess li permezz tiegħu, id-ditta tiddetermina l-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi,

(b) 

lista taċ-ċentri ta' eżekuzzjoni li d-ditta tiddependi b'mod sinifikanti fuqhom f'li jissodisfaw l-obbligu tagħha li jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet tal-klijent u jispeċifikaw liema ċentri ta' eżekuzzjoni jintużaw għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji għall-ordnijiet tal-klijenti mhux professjonali, tal-klijenti professjonali u tal-SFTs;

(c) 

lista ta' fatturi użati sabiex jintgħażel post ta' eżekuzzjoni, inkluż fatturi kwalitattivi bħal skemi ta' kklerjar, salvaviti, azzjonijiet skedati u kull konsiderazzjoni rilevanti oħra, u l-importanza relattiva ta' kull fattur; L-informazzjoni dwar il-fatturi użati għall-għażla ta' post ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni għandha tkun konsistenti mal-kontrolli użati mid-ditta sabiex turi lill-klijenti li l-aħjar eżekuzzjoni ntlaħqet f'bażi konsistenti waqt ir-reviżjoni tal-adegwatezza tal-politika u l-arranġamenti tagħha.

(d) 

kif il-fatturi ta' eżekuzzjoni tal-kost tal-prezz, il-ħeffa, il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni u kull fattur rilevanti ieħor huma meqjusa bħala parti mill-passi raġonevoli kollha sabiex jinkiseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent;

(e) 

fejn applikabbli, l-informazzjoni li d-ditta teżegwixxi l-ordnijiet barra miċ-ċentru tan-negozjar, il-konsegwenzi, pereżempju r-riskju ta' kontroparti li ġej mill-eżekuzzjoni barra ċ-ċentru tan-negozjar, u fuq talba tal-klijent, informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan il-mezz ta' eżekuzzjoni.

(f) 

twissija ċara u prominenti li kull istruzzjoni speċifika minn klijent tista' tipprevjeni lid-ditta milli tieħu l-passi li fasslet u implimentat fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-ordnijiet fir-rigward tal-elementi koperti minn dawk l-istruzzjonijiet.

(g) 

sommarju tal-proċess tal-għażla għall-postijiet ta' eżekuzzjoni, l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni mħaddma, il-proċeduri u l-proċessi użati sabiex tiġi analizzata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba u kif id-ditti jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-aqwa riżultati possibbli inkisbu għall-klijenti.

Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'mezz permanenti, jew permezz ta' sit elettroniku (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.

4.  
Fejn id-ditti tal-investiment japplikaw tariffi differenti li jiddependu fuq il-post ta' eżekuzzjoni, id-ditta għandha tispjega dawn id-differenzi f'biżżejjed dettall sabiex tippermetti lill-klijent jifhem il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażla ta' post wieħed ta' eżekuzzjoni.
5.  
Fejn id-ditti tal-investiment jistiednu klijenti sabiex jagħżlu ċentru ta' eżekuzzjoni, informazzjoni ġusta, ċara u li ma tqarraqx għandha tkun ipprovduta sabiex tipprevjeni lill-klijent milli jagħżel post wieħed ta' eżekuzzjoni u mhux ieħor fuq il-bażi biss tal-politika tal-prezz applikata mid-ditta.
6.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jirċievu biss pagamenti minn partijiet terzi li jkunu konformi mal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jinfurmaw lill-klijenti dwar l-inċentivi li d-ditta tista' tirċievi mill-postijiet ta' eżekuzzjoni. L-informazzjoni li tispeċifika t-tariffi imposti mid-ditta tal-investiment lill-kontropartijiet kollha involuti fit-tranżazzjoni, u fejn it-tariffi jvarjaw skont il-klijent, l-informazzjoni għandha tindika t-tariffi massimi jew firxa ta' tariffi li jistgħu jkunu pagabbli.
7.  
Fejn ditta tal-investiment titlob imposti lil aktar minn parteċipant wieħed fi tranżazzjoni, skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti tagħha dwar il-valur ta' kull benefiċċju monetarju jew mhux monetarju riċevut mid-ditta.
8.  
Fejn klijent jagħmel talbiet għall-informazzjoni raġonevoli u proporzjonati dwar il-politiki jew l-arranġamenti tagħha u kif inhuma riveduti għal ditta tall-investiment, dik id-ditta tall-investiment għandha twieġeb b'mod ċar u fi żmien raġonevoli.
9.  
Fejn ditta tal-investiment teżegwixxi ordnijiet għal klijenti mhux professjonali, għandha tipprovdi sommarju tal-politika rilevanti lil dawk il-klijenti, iffokat fuq l-ispejjeż totali li jġarrbu. Is-sommarju għandu wkoll jipprovdi rabta għall-aktar data riċenti dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2014/65/UE għal kull ċentru ta' eżekuzzjoni mniżżel mid-ditta ta' investiment fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha.



TAQSIMA 6

Il-ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti

Artikolu 67

Prinċipji ġenerali

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin meta jwettqu ordnijiet tal-klijenti:

(a) 

għandhom jiżguraw li ordnijiet eżegwiti għan-nom ta' klijenti huma rreġistrati u allokati minnufih u b'mod preċiż;

(b) 

għandhom iwettqu xort'oħra ordnijiet tal-klijenti paragunabbli b'mod sekwenzjali u minnufih sakemm karatteristiċi tal-ordni jew kundizzjonijiet prevalenti tas-suq ma jagħmlux dan mhux prattiku, jew l-interessi tal-klijent ma jkunux jeħtieġu xort'oħra;

(c) 

għandhom jinfurmaw lil klijent mhux professjonali b'kull diffikultà materjali rilevanti għat-twettiq tajjeb ta' ordnijiet hekk kif ikunu konxji mid-diffikultà.

2.  
Meta ditta tal-investiment tkun responsabbli biex tikkontrolla jew tirranġa r-regolament ta' ordni eżegwita, għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tiżgura li kull strument finanzjarju tal-klijent jew kull fond tal-klijent riċevut b'regolament ta' dik l-ordni eżegwita jkunu trasferiti minnufih u kif suppost għall-kont tal-klijent xieraq.
3.  
Ditta tal-investiment ma għandhiex tagħmel użu ħażin minn informazzjoni li tirrelata għal ordnijiet tal-klijenti pendenti, u għandha tieħu l-passi raġonevoli kollha biex tipprevjeni l-użu ħażin ta' din l-informazzjoni mill-persuni rilevanti tagħha.

Artikolu 68

L-aggregazzjoni u l-allokazzjoni tal-ordnijiet

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment ma għandhomx iwettqu ordni ta' klijent jew tranżazzjoni għan-nom proprju f'aggregazzjoni ma' klijent ieħor sakemm ma jkunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ma għandux ikun possibbli li l-aggregazzjoni ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet taħdem b'mod ġenerali għall-iżvantaġġ ta' xi klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata;

(b) 

għandu jkun żvelat lil kull klijent li l-ordni tiegħu għandha tkun aggregata, li l-aggregazzjoni tista' taħdem għall-iżvantaġġ tiegħu fir-rigward ta' ordni partikolari;

(c) 

għandha tkun stabbilita u implimentata b'mod effettiv politika ta' allokazzjoni ta' ordnijiet, li tipprovdi għall-allokazzjoni ġusta ta' ordnijiet u tranżazzjonijiet aggregati, inkluż kif il-volum u l-prezz ta' ordnijiet jiddeterminaw allokazzjonijiet u t-trattament ta' eżekuzzjonijiet parzjali.

2.  
Fejn ditta tal-investiment taggrega ordni ma' ordni ta' klijent wieħed jew iżjed u l-ordni aggregata tkun parzjalment eżegwita, il-kummerċ relatat ikun allokat skont il-politika ta' allokazzjoni tal-ordnijiet tagħha.

Artikolu 69

Aggregazzjoni u allokazzjoni ta' tranżazzjonijiet għan-nom proprju

(L-Artikoli 28(1) u 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Id-ditti tal-investiment li aggregaw tranżazzjonijiet għan-nom proprju ma' ordni ta' klijent wieħed jew iżjed ma jallokawx il-kummerċ relatat b'mod li jkun ta' ħsara għal klijent.
2.  
Fejn ditta tal-investiment taggrega ordni ta' klijent ma' tranżazzjoni għan-nom proprju u l-ordni aggregata tkun parzjalment eżegwita, għandha talloka l-kummerċ relatat lill-klijent qabel il-kumpanija.

Fejn ditta tal-investiment tkun tista' turi fuq bażi raġonevoli li mingħajr il-kombinament ma kinitx tkun tista' twettaq l-ordni fuq termini daqshekk vantaġġużi, jew għal kollox, tista' talloka t-tranżazzjoni għan-nom proprju b'mod proporzjonali, skont il-politika ta' assenzjazzjoni ta' ordnijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 68(1)(c).

3.  
Bħala parti mill-politika għall-assenzjazzjoni ta' ordnijiet imsemmija fl-Artikolu 68(1)(c), id-ditti tal-investiment għandhom idaħħlu fis-seħħ proċeduri maħsuba biex jipprevjenu r-riallokazzjoni, b'mod li hu ta' ħsara għall-klijent, ta' tranżazzjonijiet għan-nom proprju li jkun eżegwit f'kombinament ma' ordnijiet tal-klijenti.

Artikolu 70

Eżekuzzjoni fil-pront, ġusta u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti u l-pubblikazzjoni ta' ordnijiet tal-limitu tal-klijent mhux eżegwiti għal ishma nnegozjati f'ċentru tan-negozjar

(L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Ordni tal-limitu tal-klijent fir-rigward ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jew innegozjati f'ċentru tan-negozjar li ma ġewx eżegwiti f'kundizzjonijiet prevalenti tas-suq kif imsemmija fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom ikunu meqjusin disponibbli għall-pubbliku meta d-ditta tal-investiment tkun ippreżentat l-ordni għall-eżekuzzjoni lil suq regolat jew MTF jew l-ordni tkun ġiet ippubblikata minn fornitur tas-servizzi ta' rapportar ta' data li jkun jinstab fi Stat Membru wieħed u li tista' tiġi faċilment eżegwita malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu dan.
2.  
Swieq regolati u MTFs għandhom ikunu prijoritizzati skont il-politika ta' eżekuzzjoni tad-ditta sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni malli l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu dan.



TAQSIMA 7

Kontropartijiet eliġibbli

Artikolu 71

Kontropartijiet eliġibbli

(L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Minbarra l-kategoriji li huma stabbiliti b'mod espliċitu fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontroparti eliġibbli skont l-Artikolu 30(2) ta' dik id-Direttiva, impriża li taqa' fil-kategorija ta' klijenti li għandhom jitqiesu bħala klijenti professjonali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tat-Taqsima I tal-Anness II ta' dik id-Direttiva.
2.  
Meta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 ta' dik id-Direttiva, it-talba għandha ssir bil-miktub, u għandha tindika jekk it-trattament bħala klijent mhux professjonali u klijent professjonali jirreferi għal servizz tal-investiment jew tranżazzjoni waħda jew aktar, jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott wieħed jew aktar.
3.  
Fejn kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda ma titlobx espliċitament trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta għandha titratta lil dik il-kontroparti eliġibbli bħala klijent professjonali.
4.  
Fejn il-kontroparti eliġibbli titlob b'mod espliċitu trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta tal-investiment għandha titratta l-kontroparti eliġibbli bħala klijent mhux professjonali, fejn tapplika d-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' talbiet ta' trattament mhux professjonali speċifikati fit-tieni, fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE.
5.  

Fejn klijent jitlob li jkun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli, skont l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

(a) 

id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lill-klijent bi twissija ċara bil-miktub tal-konsegwenzi ta' talba bħal din għall-klijent, inkluż il-protezzjonijiet li jistgħu jitilfu;

(b) 

il-klijent għandu jikkonferma bil-miktub it-talba sabiex ikun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli jew b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' servizz tal-investiment wieħed jew aktar jew tranżazzjoni jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott u li huwa konxju mill-konsegwenzi tal-protezzjoni li jista' jitlef bħala riżultat ta' talba bħal din.



TAQSIMA 8

Iż-żamma tar-rekords

Artikolu 72

Iż-żamma tar-rekords

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz li jippermetti l-ħażna ta' informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-ġejjieni mill-awtorità kompetenti, u f'dik il-forma u b'tali mod li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi taċċesshom malajr u tikkostitwixxi mill-ġdid kull stadju prinċipali tal-ipproċessar ta' kull tranżazzjoni;

(b) 

għandu jkun possibbli li xi korrezzjonijiet jew emendi oħra, u l-kontenut tar-rekords qabel dawn il-korrezzjonijiet jew emendi, ikunu aċċertati faċilment;

(c) 

ma għandux ikun possibbli li r-rekords ikunu jistgħu jiġu mmanipulati jew mibdula b'xi mod ieħor;

(d) 

tippermetti użu bl-IT jew kull użu effiċjenti ieħor meta l-analiżi tad-data ma tistax titwettaq faċilment minħabba l-volum u n-natura tad-data; u

(e) 

l-arranġamenti tad-ditta huma konformi mar-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords irrispettivament mit-teknoloġija użata.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom tal-anqas iżommu r-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom.

Il-lista tar-rekords imsemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu taż-żamma tar-rekords li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra.

3.  
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu wkoll rekords ta' kull politika u proċedura li huma mitluba jżommu skont id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, id-Direttiva 2014/57/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 u l-miżuri ta' implimentazzjoni rispettivi bil-miktub.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lid-ditti tal-investiment sabiex iżommu rekords addizzjonali għal-lista msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 73

Iż-żamma tar-rekords ta' drittijiet u obbligi tad-ditta tal-investiment u l-klijent

(L-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ir-rekords li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tad-ditta tal-investiment u l-klijent taħt ftehim biex ikunu pprovduti servizzi, jew it-termini skont liema l-kumpanija tipprovdi servizzi lill-klijent, għandhom jinżammu għal mill-inqas it-tul taż-żmien tar-relazzjoni mal-klijent.

Artikolu 74

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijenti u deċiżjoni biex isir in-negozju

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Ditta tal-investiment għandha, fir-rigward ta' kull ordni inizjali riċevuta minn klijent u fir-rigward ta' kull deċiżjoni inizjali biex isir in-negozju, tirreġistra minnufih u żżomm għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti mill-anqas id-dettalji stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament sal-limitu li huma applikabbli għall-ordni jew għad-deċiżjoni biex isir in-negozju inkwistjoni.

Fejn id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament huma wkoll preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dawn id-dettalji għandhom jinżammu b'mod konsistenti u skont l-istess standards preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 75

Iż-żamma tar-rekords ta' transazzjonijiet u pproċessar tal-ordnijiet

(L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

Id-ditti tal-investiment għandhom, minnufih wara li jirċievu ordni tal-klijent jew wara li jieħdu deċiżjoni biex isir in-negozju sal-limitu li huma applikabbli għall-ordni jew deċiżjoni biex isir in-negozju inkwistjoni, jirreġistraw u jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-anqas id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 2 tal-Anness IV.

Fejn id-dettalji stabbiliti f'Taqsima 2 tal-Anness IV huma wkoll preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, dawn għandhom jinżammu b'mod konsistenti u skont l-istess standards preskritti taħt l-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nu 600/2014.

Artikolu 76

Reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

(L-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, stabbilita bil-miktub u adatta għad-daqs u għall-organizzazzjoni tad-ditta u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Il-politika għandha tinkludi l-kontenut li ġej:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi interni rilevanti, li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) 

l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiżguraw il-konformità tad-ditta mat-tielet u t-tmien subparagrafi tal-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u d-ditta mhijiex kapaċi tirrekordja l-konverżazzjoni/komunikazzjoni fuq l-apparati maħruġa, aċċettati u permessi mid-ditta. Evidenzi ta' ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinżammu u għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

2.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali għandu sorveljanza u kontroll effikaċi tal-politiki u l-proċeduri fir-rigward tar-reġistrazzjoni mid-ditta ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
3.  
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-arranġamenti jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni huma newtrali fit-teknoloġija. Id-ditti għandhom jevalwaw b'mod perjodiku l-effikaċja tal-politiki u l-proċeduri tad-ditta u għandhom jadottaw kull alternattiva jew miżuri addizzjonali u proċeduri bħal dawn kif inhu meħtieġ u xieraq. Mill-anqas, adozzjoni bħal din ta' miżuri alternattivi jew addizzjonali għandha sseħħ meta mezz ġdid ta' komunikazzjoni huwa aċċettat jew permess għall-użu mid-ditta.
4.  
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu u jaġġornaw b'mod regolari rekord ta' dawk l-individiwi li għandhom apparati tad-ditta jew apparati privati li kienu approvati għall-użu mid-ditta.
5.  
Id-ditti tal-inevstiment għandhom jedukaw u jħarrġu lill-impjegati fil-proċeduri li jirregolaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE.
6.  
Sabiex tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u ż-żamma tar-rekords skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jissorveljaw b'mod perjodiku ir-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordnijiet soġġetti għal dawk ir-rekwiżitim inkluż konverżazzjonijiet rilevanti. Sorveljanza bħal din għandha tkun abbażi tar-riskju u proporzjonata.
7.  
Id-ditti tal-investiment għandhom juru s-sorveljanza tal-politiki, il-proċeduri u l-ġestjoni tar-regoli tar-reġistrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.
8.  

Qabel mad-ditti tal-investiment jipprovdu servizzi tal-investiment u attivitajiet fir-rigward tar-riċeviment, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għal klijenti ġodda u eżistenti, id-ditti għandhom jinfurmaw lill-klijent b'dan li ġej:

(a) 

li l-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet qegħdin jiġu rrekordjati; u

(b) 

li kopja tar-reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet bħal dawn mal-klijent u l-komunikazzjonijiet mal-klijent ser ikunu disponibbli fuq talba għal perjodu ta' ħames (5) snin u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti, għal perjodu sa seba' snin.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ippreżentata fl-istess lingwa(i) bħal dik/dawk użata/użati sabiex tipprovdi/jipprovdu servizzi tal-investiment lill-klijenti.

9.  

Id-ditti tal-investiment għandhom jirrekordjaw f'mezz permanenti l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-konverżazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ mal-klijenti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a) 

id-data u l-ħin tal-laqgħat,

(b) 

il-post tal-laqgħat;

(c) 

l-identità ta' dawk li jattendu;

(d) 

l-inizjatur tal-laqgħat; u

(e) 

informazzjoni rilevanti dwar l-ordni tal-klijent inkluż il-prezz, volum, tip ta' ordni u meta ser tintbagħat jew tiġi eżegwita.

10.  
Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz permanenti, li jippermettilhom li jerġgħu jinstemgħu jew jiġu kkuppjati u għandhom jinżammu f'format li ma jippermettix li r-rekord oriġinali jinbidel jew jitħassar.

Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz sabiex ikunu aċċessibbli u disponibbli faċilment lill-klijenti fuq talba.

Id-ditti għandhom jiżguraw il-kwalità, il-preċiżjoni u t-tlestija tar-rekords ta' kull reġistrazzjoni tat-telefon u ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

11.  
Il-perjodu ta' żmien għaż-żamma ta' rekord għandu jibda fid-data meta jinħoloq ir-rekord.



TAQSIMA 9

Swieq tat-tkabbir SME

Artikolu 77

Kwalifika bħala SME

(L-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Emittent li l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal anqas minn tliet snin għandu jitqies bħala SME għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn il-kapitilizzazzjoni tas-suq tiegħu hija taħt EUR 200 miljun abbażi ta' xi wħud minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-prezz tal-għeluq tal-ishma tal-ewwel jum tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal anqas minn sena;

(b) 

l-aħħar prezz tal-għeluq tal-ishma tal-ewwel sena tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal aktar minn sena imma inqas minn sentejn;

(c) 

il-medja tal-aħħar prezzijiet tal-għeluq tal-ishma ta' kull waħda mill-ewwel sentejn tan-negozjar, jekk l-ishma tiegħu ġew ammessi għan-negozjar għal aktar minn sentejn imma anqas minn tliet snin;

▼M2

2.  
Emittent li ma jkollu l-ebda strument azzjonarju innegozjat fuq xi pjattaforma ta'negozjar għandu jitqies bħala SME għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(13) tad-Direttiva 2014/65/UE jekk il-valur nominali tal-ħruġ ta' dejn tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti, fuq il-pjattaformi tan-negozjar kollha madwar l-Unjoni, ma jkunx jaqbeż il-EUR 50 miljun.

▼B

Artikolu 78

Reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbir tal-SME

(L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Meta tiddetermina jekk mill-anqas 50 % tal-emittenti ammessi għan-negozjar f'MTF huma SMEs għall-finijiet ta' reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbr SME skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF għandha tikkalkula l-proporzjon medju tal-SMEs fuq in-numru totali ta' emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'dak is-suq. Il-proporzjon medju għandu jiġi kkalkolat fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel bħala l-medja tat-tnax-il proporzjon tat-tmiem tax-xahar ta' dik is-sena kalendarja.

Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħrajn għar-reġistrazzjoni speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra applikant mingħajr storja ta' operat minn qabel bħala suq ta' tkabbir tal-SME u, wara li jgħaddu tliet snin kalendarji, għandha tivverifika li hija konformi mal-proporzjon minimu ta' SMEs, kif iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu.

2.  

Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF ma għandhiex tirreġistra l-MTF bħala suq ta' tkabbir tal-SME sakemm ma tissodisfax li l-MTF:

(a) 

stabbilixxiet u tapplika r-regoli li jipprovdu għal kriterji oġġettivi u trasparenti għall-ammissjoni għan-negozjar ta' emittenti fiċ-ċentru tagħha stess

(b) 

għandha mudell ta' operat li huwa adegwat għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħha u tiżgura l-manteniment ta' negozjar ġust u ordnat fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fiċ-ċentru tagħha

(c) 

stabbilixxiet u tapplika regoli li jeħtieġu emittent li jfittex ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tiegħu għan-negozjar fl-MTF, sabiex jippubblika, f'każijiet fejn id-Direttiva 2003/71/KE ma tapplikax, dokument adegwat ta' ammissjoni, imfassal taħt ir-responsabilità tal-emittent u li jistqarr b'mod ċar jekk ġiex approvat jew rivedut jew le u minn min

(d) 

stabbilixxiet u tapplika regoli li jiddefinixxu l-kontenut minimu tad-dokument ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt (c), b'tali mod li tkun ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-investituri li tippermettilhom jagħmlu valutazzjoni informata tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, u d-drittijiet annessi ma' dawn it-titoli

(e) 

teħtieġ l-emittent sabiex jistqarr, fid-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c), jekk, fl-opinjoni tagħha, il-kapital ta' ħidma tagħha huwiex biżżejjed jew le għar-rekwiżiti preżenti tagħha jew, jekk le, kif tipproponi li tipprovdi il-kapital ta' ħidma addizzjonali meħtieġ

(f) 

għamlet arranġamenti għad-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c) sabiex ikun soġġett għal reviżjoni adegwata dwar it-tlestija, il-konsistenza u s-sħuħija tagħha

(g) 

teħtieġ li l-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha sabiex jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali fi żmien 6 xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, u rapporti finanzjarji ta' nofs is-sena fi żmien 4 xhur wara t-tmiem tal-ewwel 6 xhur ta' kull sena finanzjarja;

(h) 

tiżgura t-tixrid ta' prospetti mfassla lill-pubbliku skont id-Direttiva 2003/71/KE, dokumenti ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt(c), rapporti finanzjarji msemmija taħt il-punt (g) u informazzjoni definita fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 żvelati pubblikament mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha, billi tippubblikahom fis-sit elettroniku tagħha, jew tipprovdi link diretta fuqha għall-paġna tas-sit elettroniku tal-emittenti fejn dokumenti, rapporti u informazzjoni bħal dawn huma ppubblikati;

(i) 

tiżgura li l-informazzjoni regolatorja msemmija taħt il-punt(h) u links diretti jibqgħu disponibbli fis-sit elettroniku tagħha għal perjodu ta' mill-anqas ħames (5) snin;

▼M2

(j) 

tirrikjedi li l-emittenti li jfittxu l-ammissjoni tal-ishma tagħhom għan-negozjar fuq il-pjattaforma tagħha għall-ewwel darba jallokaw ammont minimu tal-ishma maħruġa tagħhom disponibbli għan-negozjar fuq l-MTF, b'konformità ma' livell limitu li jiġi stabbilit mill-operatur tal-MTF u espress jew bħala valur assolut jew bħala perċentwal tal-kapital azzjonarju totali maħruġ.

L-operatur ta' MTF jista' jeżenta lill-emittenti li ma' għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF mill-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn l-operatur ta' MTF jeżerċita l-opzjoni skont l-ewwel sentenza ta' dan is-subparagrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex ttirrikjedi, għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, li l-emittenti li ma għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF ikollhom l-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur.

▼B

Artikolu 79

Dereġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbir SME

(L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Fir-rigward tal-proporzjon ta' SMEs, u mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħrajn speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u fl-Artikolu 78(2) ta' dan ir-Regolament, suq ta' tkabbir tal-SME għandu jkun dereġistrat biss mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn il-proporzjon ta' SMEs, kif iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(1) ta' dan ir-Regolament, jaqa' taħt 50 % għal tliet snin kalendarji konsekuttivi.
2.  
Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u fl-Artikolu 78(2) ta' dan ir-Regolament, l-operatur ta' suq ta' tkabbir tal-SME għandu jkun dereġistrat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju fejn kundizzjonijiet bħal dawn mhumiex sodisfatti aktar.



KAPITOLU IV

OBBLIGI TA' TĦADDIM GĦAL ĊENTRI TA' NEGOZJAR

Artikolu 80

Ċirkostanzi li jikkostitwixxu ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri u l-funzjonament ordnat tas-suq

(L-Artikolu 32(1), 32(2), 52(1) u 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għall-finijiet tal-Artikoli 32(1) 32(2) 52(1) u 52(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, sospensjoni jew tneħħija ta' strument finanzjarju min-negozjar għandhom jitqiesu bħala li probabbli jikkawżaw dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri jew il-funzjonament ordnat tas-suq għallinqas fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fejn joħolqu riskju sistemiku li jimmina l-istabbilità finanzjarja, bħal fejn teżisti l-ħtieġa sabiex titnaqqas pożizzjoni dominanti tas-suq, jew fejn l-obbligi ta' saldu ma jiġux issodisfati f'volum sinifikanti.

(b) 

fejn il-kontinwazzjoni tan-negozjar fuq is-suq hija meħtieġa sabiex jitwettqu funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju kritiċi wara n-negozjar fejn hemm bżonn tal-likwidazzjoni tal-istrumenti finanzjarji minħabba l-inadempjenza ta' membru tal-ikklirjar taħt il-proċeduri tal-inadempjenza ta' CCP u CCP tkun esposta għal riskji inaċċettabbli bħala riżultat tal-inabilità li jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-marġini.

(c) 

fejn il-vijabilità finanzjarja tal-emittent tkun mhedda, bħal fil-każ fejn huwa jkun involut fi tranżazzjoni korporattiva jew f'żidiet tal-kapital.

2.  

Bil-għan li jiġi stabbilit jekk sospensjoni jew tneħħija hijiex probabbli li tikkawża dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri jew il-funzjonament ordnat tas-suq fi kwalunkwe każ partikolari, l-awtorità kompetenti nazzjonali, operatur fis-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li għandu MTF jew OTF għandhom iqisu l-fatturi rilevanti kollha, inkluż:

(a) 

ir-rilevanza tas-suq f'termini ta' likwidità fejn il-konsegwenzi tal-azzjonijiet x'aktarx li jkunu aktar sinifikanti fejn dawk is-swieq huma aktar rilevanti f'termini ta' likwidità milli fi swieq oħrajn;

(b) 

in-natura tal-azzjoni prevista fejn l-azzjonijiet b'impatt sostnut jew dewwiemi fuq il-ħila tal-investituri sabiex jinnegozjaw strument finanzjarju fuq iċ-ċentri tan-negozjar, bħal tneħħijiet, x'aktarx li ser ikollhom impatt akbar fuq l-investituri milli azzjonijiet oħrajn;

(c) 

l-effetti mnissla minn sospensjoni jew tneħħija ta' derivattivi, indiċijiet jew valutazzjonijiet komparattivi relatati biżżejjed li għalihom l-istrument imneħħi jew sospiż iservi bħala bażi jew kostitwent;

(d) 

l-effetti ta' sospensjoni fuq l-interessi tal-utenti aħħarin tas-suq li mhumiex kontropartijiet finanzjarji, bħal entitajiet li jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji għall-iħħeġġjar tar-riskji kummerċjali.

3.  
Il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu wkoll fejn awtorità kompetenti nazzjonali, operatur tas-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li għandu MTF jew OTF tiddeċiedi li ma tissospendix jew tneħħi strument finanzjarju abbażi ta' ċirkostanzi mhux koperti mil-lista tal-paragrafu 1.

Artikolu 81

Ċirkostanzi fejn jistgħu jkunu preżunti ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru tan-negozjar jew kundizzjonijiet diżordinati tan-negozjar jew taqlibiet fis-sistema fir-rigward ta' strument finanzjarju

(L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Meta ssir valutazzjoni ta' jekk ir-rekwiżit sabiex jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar ksur sinifikanti tar-regoli taċ-ċentru tan-negozjar tagħhom jew kundizzjonijiet diżordinati tan-negozjar jew taqlibiet fis-sistema fir-rigward ta' strument finanzjarju japplikax, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iqisu s-sinjali elenkati fit-Taqsima A tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.
2.  
L-informazzjoni ser tkun meħtieġa biss f'każijiet ta' avvenimenti sinifikanti li għandhom il-potenzjali li jipperikolaw ir-rwol u l-funzjoni taċ-ċentri tan-negozjar bħala parti minn infrastruttura tas-suq finanzjarju.

Artikolu 82

Ċirkostanzi fejn tista' tiġi preżunta mġiba li tindika l-kondotta li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

(L-Artikoli 31(2) u 54(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Meta jivvalutaw jekk ir-rekwiżit sabiex jinfurmaw minnufih l-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-kondotta li tista' tindika imġiba li hija pprojbita taħt ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 japplikax, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozjar għandhom iqisu s-sinjali elenkati fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.
2.  

L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar fejn strument finanzjarju u/jew strument finanzjarju relatat huma nnegozjati għandu japplika approċċ proporzjonat u għandu jeżerċita l-ġudizzju fuq is-sinjali attivati, inkluż sinjali rilevanti mhux speċifikament inklużi fit-Taqsima B tal-Anness III ta' dan ir-Regolament, qabel ma jinforma lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, filwaqt li jqis dan li ġej:

(a) 

id-devjazzjonijiet mill-mudell tan-negozjar tas-soltu tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jew negozjati fuq iċ-ċentru tan-negozjar tiegħu; u

(b) 

l-informazzjoni disponibbli jew aċċessibbli għall-operatur, kemm jekk din tkun interna bħala parti mill-operazzjonijiet taċ-ċentru tan-negozjar jew disponibbli b'mod pubbliku,

3.  
L-operatur ta' ċentru tan-negozjar wieħed jew aktar għandu jqis imġibiet front running, li jikkonsistu f'membru tas-suq jew parteċipant jinnegozjaw, għalihom stess, qabel il-klijent tagħhom, u għal dak il-għan għandu juża d-data mill-ktieb tal-ordnijiet meħtieġa sabiex tkun irreġistrata miċ-ċentru tan-negozjar skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, b'mod partikolari dawk relatati mal-mod kif il-membru jew il-parteċipant iwettaq l-attività tan-negozjar tiegħu.



KAPITOLU V

RAPPURTAĠĠ DWAR IL-POŻIZZJONI F'DERIVATTIVI TA' KOMODITÀ

Artikolu 83

Rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni

(L-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għall-għan tar-rapporti ta' kull ġimgħa msemmija fl-Art 58(1)a tad-Direttiva 2014/65/UE, l-obbligu għal ċentru tan-negozjar li jagħmel rapport bħal dan pubbliku għandu japplika meta t-tnejn miż-żewġ valutazzjonijiet ta' referenza li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

20 detentur ta' pożizzjoni miftuħa jeżistu f'kuntratt partikolari f'ċentru tan-negozjar partikolari; u

▼M3

(b) 

l-ammont assolut tal-volum gross twil jew qasir tat-total ta’ interess miftuħ espress fl-għadd ta’ lottijiet tad-derivattiv ta’ komodità rilevanti ikun daqs, jew jaqbeż, 10 000 lott.

Għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, il-punt (b) ma għandux japplika.

▼B

2.  
Il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika bħala aggregat abbażi tal-kategoriji kollha ta' persuni irrispettivament min-numri ta' detenturi ta' pożizzjoni f'kull kategorija partikolari ta' persuni.

▼M3

3.  
Għall-kuntratti li jkun fihom inqas minn ħames detenturi ta’ pożizzjonijiet f’kategorija partikolari ta’ persuni, il-pożizzjonijiet aggregati twal u qosra, it-tibdil li jsir fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwal tal-interess totali miftuħ f’dik il-kategorija u l-għadd ta’ detenturi ta’ pożizzjonijiet f’dik il-kategorija ma għandhomx jiġu ppubblikati.

▼B

4.  
Għall-kuntratti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għall-ewwel darba, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw ir-rapport ta' kull ġimgħa tal-kuntratti mill-aktar fis prattikabbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 3 ġimgħat mid-data li fiha l-limiti huma l-ewwel attivati.
5.  
Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati aktar, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikomplu jippubblikaw ir-rapporti ta' kull ġimgħa għal perjodu ta' tliet (3) xhur. L-obbligu tal-pubblikazzjoni tar-rapport ta' kull ġimgħa ma japplikax aktar fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma ġewx issodisfati b'mod kontinwu meta jiskadi dak il-perjodu.



KAPITOLU VI

OBBLIGI TAL-GĦOTI TA' DATA GĦAL FORNITURI TAS-SERVIZZ TA' RAPPURTAĠĠ TA' DATA

Artikolu 84

Obbligu li tiġi pprovduta data tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Għall-finijiet li d-data tas-suq li fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 6, 20 u 21 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi kummerċjali raġonevoli skont l-Artikoli 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, arranġamenti ta' pubblikazzjoni approvati (APAs) u fornituri ta' tejps ikkonsolidati (CTPs) għandhom ikunu konformi mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 85 sa 89.
2.  
L-Artikoli 85, 86(2), 87, 88(2) u 89 ma għandhomx japplikaw għall-APAs jew is-CTPs li jagħmlu d-data tas-suq disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.

Artikolu 85

Għoti tad-data tas-suq abbażi tal-kost

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
Il-kost tad-data tas-suq għandu jkun ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni u t-tixrid ta' data bħal din u jista' jinkludi marġini raġonevoli.
2.  
Il-kostijiet tal-produzzjoni u t-tixrid ta' data tas-suq jistgħu jinkludu sehem xieraq tal-kostijiet konġunti għal servizz ieħor ipprovdut mill-APAs u s-CTPs.

Artikolu 86

Obbligu li tiġi pprovduta data tas-suq fuq bażi mhux diskriminatorja

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
L-APAs u s-CTPs għandhom jagħmlu d-data tas-suq disponibbli bl-istess prezz u bl-istess termini u kundizzjonijiet lill-konsumaturi kollha li jaqgħu fi ħdan l-istess kategorija skont il-kriterji objettivi ppubblikati.
2.  

Kwalunkwe differenzjal fil-prezzijiet imposti fuq kategoriji differenti ta' konsumaturi għandu jkun proporzjonat għall-valur li d-data tas-suq tirrappreżenta lil dawk il-konsumaturi, filwaqt li jitqies:

(a) 

il-kamp tal-applikazzjoni u l-iskala tad-data tas-suq inkluż in-numru ta' strumenti finanzjarji koperti u l-volum tan-negozjar;

(b) 

l-użu tad-data tas-suq magħmul mill-konsumatur, inkluż jekk hijiex użata għall-attivitajiet tan-negozjar tal-konsumatur stess, għal bejgħ mill-ġdid jew għal aggregazzjoni tad-data.

3.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-APAs u s-CTPs għandu jkollhom kapaċitajiet skalabbli fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jiksbu aċċess f'waqtu għad-data tas-suq f'kull ħin fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 87

Tariffi għal kull utent

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
L-APAs u s-CTPs għandhom jitolbu imposti fuq l-użu tad-data tas-suq abbażi tal-użu magħmul mid-data tas-suq minn utenti finali individwali (“fuq bażi għal kull utent”). L-APAs u s-CTPs għandu jkollhom arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw li kull użu individwali tad-data tas-suq jintalab ħlas għalih darba biss.
2.  
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-APAs u s-CTPs jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux id-data tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent fejn, talba għal ħlas fuq bażi għal kull utent tkun sproporzjonata għall-ispiża li tagħmel id-data tas-suq disponibbli, fid-dawl tal-iskala u l-kamp tal-applikazzjoni tad-data tas-suq.
3.  
L-APAs u s-CTPs għandhom jipprovdu raġunijiet għar-rifjut li jagħmlu d-data tas-suq disponibbli fuq bażi għal kull utent u għandhom jippubblikaw dawk ir-raġunijiet fuq il-paġna elettronika tagħhom.

Artikolu 88

Separazzjoni u diżaggregazzjoni tad-data tas-suq

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
L-APAs u s-CTPs għandhom jagħmlu d-data tas-suq disponibbli mingħajr ma tkun miġbura ma' servizzi oħra.
2.  
Il-prezzijiet għad-data tas-suq għandhom ikunu imposti abbażi tal-livell ta' diżaggregazzjoni tad-data tas-suq ipprovduta fl-Artikoli 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 kif speċifikat aktar fl-Artikoli tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 ( 15 ).

Artikolu 89

Obbligu ta' trasparenza

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  
L-APAs u s-CTPs għandhom jiżvelaw u jagħmlu disponibbli b'mod faċli lill-pubbliku il-prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn għad-dispożizzjoni tad-data tas-suq b'mod li huma aċċessibbli b'mod faċli.
2.  

L-iżvelar għandu jinkludi dan li ġej:

(a) 

lista tal-prezzijiet attwali, inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

tariffi għal kull wiri tal-utent;

(ii) 

tariffi mhux tal-wiri;

(iii) 

politiki ta' skont;

(iv) 

tariffi assoċjati ma' kundizzjonijiet tal-liċenzja;

(v) 

tariffi għal data tas-suq ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar;

(vi) 

tariffi għal subsettijiet oħrajn ta' informazzjoni, inkluż dawk meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(vii) 

termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;

(b) 

żvelar bil-quddiem b'minimu ta' avviż ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;

(c) 

informazzjoni dwar il-kontenut tad-data tas-suq inkluż l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

in-numru ta' strumenti koperti;

(ii) 

il-fatturat totali ta' strumenti koperti;

(iii) 

il-proporzjon tad-data tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;

(iv) 

informazzjoni fuq kwalunkwe data pprovduta flimkien mad-data tas-suq;

(v) 

id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa tal-liċenzja għad-data tas-suq ipprovduta;

(d) 

dħul miksub minn meta d-data tas-suq hija magħmula disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-APA jew is-CTP;

(e) 

informazzjoni fuq kif il-prezz huwa mfassal, inkluż il-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż użati u informazzjoni dwar il-prinċipji speċifiċi skont liema huma allokati l-ispejjeż konġunti u varjabbli u huma mqassmin l-ispejjeż konġunti fissi, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-data tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-APAs u s-CTPs.



KAPITOLU VII

L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 90

Determinazzjoni tal-importanza sostanzjali tal-operazzjonijiet ta' ċentru tan-negozjar fi Stat Membru ospitanti

(L-Artikolu 79(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1.  

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' suq irregolat fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn jiġi ssodisfatt għallinqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru ospitant kien preċedentement l-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat inkwistjoni;

(b) 

is-suq regolat inkwistjoni akkwista permezz ta' fużjoni, akkwiżizzjoni, jew kull forma oħra ta' trasferiment tan-negozju sħiħ jew parti minnu ta' suq regolat li qabel kien imħaddem minn operatur tas-suq li kellu l-uffiċċju reġistrat jew uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru ospitanti.

2.  

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' MTF jew OTF fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta' l-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn mill-anqas wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġi sodisfatt fir-rigward ta' dik l-MTF jew l-OTF u mill-anqas jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

qabel ma waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 isseħħ fir-rigward tal-MTF jew l-OTF, iċ-ċentru tan-negozjar kellu sehem mis-suq ta' mill-anqas 10 % tan-negozjar f'termini tal-fatturat totali f'termini monetarji fin-negozjar fiċ-ċentru u negozjar ta' internalizzatur sistematiku fl-Istat Membru ospitanti f'mill-anqas klassi ta' assi soġġett għall-obbligi ta' trasparenza tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b) 

l-MTF jew l-OTF huma rreġistrati bħala suq ta' tkabbir tal-SME.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M1

Dan għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M5




ANNESS I

Żamma ta’ rekords



Lista minima ta’ rekords li jridu jinżammu minn ditti ta’ investiment skont in-natura tal-attivitajiet tagħhom

In-natura tal-obbligu

It-tip ta’ rekord

Sommarju tal-kontenut

Referenza leġiżlattiva

Valutazzjoni tal-klijent

 

Informazzjoni lil klijenti

Il-kontenut kif previst skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 44 sa 51 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 44 sa 51 ta’ dan ir-Regolament

 

Ftehimiet tal-klijenti

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 25(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 58 ta’ dan ir-Regolament

 

Valutazzjoni tal-adattament u l-adegwatezza

Il-kontenut kif previst skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-Artikoli 54, 55 u 60 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 54, 55 u 56 ta’ dan ir-Regolament

Il-ġestjoni tal-ordnijiet

 

Ġestjoni tal-ordnijiet tal-klijenti — Tranżazzjonijiet aggregati

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikoli 67 sa 70 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikoli 24(1) u 28(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 67 sa 70 ta’ dan ir-Regolament

 

Aggregazzjoni u allokazzjoni ta’ tranżazzjonijiet għan-nom proprju

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikoli 24(1) u 28(1) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament

L-Ordnijiet tal-Klijenti u t-tranżazzjonijiet

 

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijenti jew tad-deċiżjoni li jsir negozju

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 74 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 74 ta’ dan ir-Regolament

 

Żamma ta’ rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta’ ordnijiet

Ir-rekords kif previsti mill-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 75 ta’ dan ir-Regolament

Rappurtaġġ lil klijenti

 

L-obbligu fir-rigward tas-servizzi pprovduti lill-klijenti

Il-kontenut kif previst skont l-Artikoli 59 sa 63 ta’ dan ir-Regolament

Il-paragrafi 1 u 6 tal-Artikolu 24 u l-paragrafi 1 u 6 tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 59 sa 63 ta’ dan ir-Regolament

Is-salvagwardja tal-assi tal-klijenti

 

Strumenti finanzjarji tal-klijenti miżmuma minn ditta ta’ investiment

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(8) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Fondi miżmuma għall-klijenti minn ditta ta’ investiment

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

L-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

L-użu ta’ strumenti finanzjarji tal-klijenti

Ir-rekords previsti skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

Il-paragrafi 8, 9 u 10 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

Il-komunikazzjoni mal-klijenti

 

Informazzjoni dwar l-ispejjeż u ħlasijiet assoċjati

Il-kontenut kif previst skont l-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4)(c) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament

 

Informazzjoni dwar id-ditta ta’ investiment u s-servizzi tagħha, l-istrumenti finanzjarji u s-salvagwardja tal-assi tal-klijent

Il-kontenut kif previst skont l-Artikoli 47, 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 47, 48 u 49 ta’ dan ir-Regolament

 

Informazzjoni lil klijenti

Rekords ta’ komunikazzjoni

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament

 

Il-komunikazzjonijiet kummerċjali (ħlief f’forma orali)

Kull komunikazzjoni kummerċjali maħruġa mid-ditta ta’ investiment (ħlief f’forma orali) kif prevista skont l-Artikoli 44 u 46 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 44 u 46 ta’ dan ir-Regolament

 

Pariri dwar l-investiment lill-klijenti mhux professjonali

(i) Il-ħin, id-data u l-fatt li l-parir dwar l-investiment ġie mogħti u (ii) l-istrument finanzjarju li ġie rrakkomandat (iii) ir-rapport ta’ adegwatezza mogħti lill-klijent

L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 54 ta’ dan ir-Regolament

 

Ir-riċerka fl-investiment

Kull oġġett ta’ riċerka fl-investiment maħruġa mid-ditta ta’ investiment f’forma durabbli

L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament

Rekwiżiti organizzattivi

 

In-negozju tad-ditta u l-organizzazzjoni interna

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 21(1)(f) ta’ dan ir-Regolament

Il-paragrafi minn 2 sa10 tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 21(1)(f) ta’ dan ir-Regolament;

 

Rapporti ta’ konformità

Kull rapport ta’ konformità lill-korp ta’ ġestjoni

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 22(2)(c) u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rekord tal-Kunflitt ta’ Interess

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament

 

Inċentivi

L-informazzjoni żvelata lill-klijenti skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva Delegata (UE) 2017/593

 

Rapporti dwar il-ġestjoni tar-riskju

Kull rapport dwar il-ġestjoni tar-riskju lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 23(1)(b) u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rapporti ta’ awditjar intern

Kull rapport ta’ awditjar intern lill-maniġment superjuri

L-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 24 u l-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament

 

Rekords dwar it-trattament tal-ilmenti

Kull ilment u l-miżuri għat-trattament tal-ilmenti meħuda biex jittrattaw l-ilment

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament

 

Rekords tat-tranżazzjonijiet personali

Ir-rekords kif previsti skont l-Artikolu 29(5)(c) ta’ dan ir-Regolament

L-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

L-Artikolu 29(5)(c) ta’ dan ir-Regolament.

▼B




ANNESS II

Spejjeż u imposti

Spejjeż identifikati li għandhom jiffurmaw parti mill-ispejjeż li jridu jiġu żvelati lill-klijenti ( 16 )



Tabella 1 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha mitluba għas-servizz(i) ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent li għandhom jiffurmaw parti mill-ammont li għandu jiġi żvelat

Oġġetti ta' kost li għandhom jiġu żvelati

Eżempji:

Miżati ta' darba relatati mal-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha mħallsa lid-ditta ta' investiment fil-bidu jew fit-tmiem tas-servizz(i) ta' investiment ipprovdut(i).

Ħlasijiet ta' depożitu, ħlasijiet ta' terminazzjoni u ħlasijiet ta' trasferiment (1).

Imposti kurrenti konnessi mal-għoti ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kurrenti mħallsa lil ditti ta' investiment għas-servizzi tagħhom ipprovduti lill-klijent.

Ħlasijiet tal-immaniġġjar, ħlasijiet ta' konsultazzjoni, miżati għal kustodja.

L-ispejjeż kollha relatati ma' tranżazzjonijiet mibdija matul il-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha li huma relatati mat-tranżazzjonijiet imwettqa minn ditta ta' investiment jew minn partijiet oħra.

Kummissjonijiet tas-sensara (2), tariffi tad-dħul u tal-ħruġ imħallsa lill-maniġer tal-fond, ħlasijiet tal-pjattaforma, awmenti (inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni), taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u spejjeż tal-kambju barrani.

L-ispejjeż marbuta ma' servizzi anċillari

L-ispejjeż u imposti kollha li huma relatati ma' servizzi anċillari li mhumiex inklużi fl-ispejjeż imsemmija hawn fuq.

L-ispejjeż tar-riċerka

L-ispejjeż tal-kustodja.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni

(1)   

L-ispejjeż tal-bdil għandhom jinftehmu bħala spejjeż (jekk hemm) li jiġu mġarrba mill-investituri meta jaqilbu minn ditta ta' investiment għal oħra.

(2)   

Il-kummissjonijiet tas-sensara għandhom jinftiehmu bħala spejjeż li huma mitluba mill-kumpaniji ta' investiment għat-twettiq tal-ordnijiet.



Tabella 2 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha marbuta mal-istrument finanzjarju li għandu jifforma parti mill-ammont li jrid jiġi żvelat

Spejjeż biex jiġu żvelati

Eżempji:

Imposti ta' darba

L-ispejjeż u l-imposti kollha (inklużi fil-prezz jew minbarra l-prezz tal-istrument finanzjarju) imħallsa lil fornituri tal-prodott fil-bidu jew fit-tmiem tal-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-tariffa tal-ġestjoni bil-quddiem, tariffa ta' strutturazzjoni (1), tariffa ta' distribuzzjoni.

Ħlasijiet kurrenti

L-ispejjeż u l-imposti kollha kurrenti relatati mal-ġestjoni tal-prodott finanzjarju li huma mnaqqsa mill-valur tal-istrument finanzjarju matul il-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-miżati tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tas-servizz, it-miżati minħabba bidla, spejjeż u taxxi minħabba self ta' titoli, l-ispejjeż ta' finanzjament.

L-ispejjeż kollha relatati mat-tranżazzjonijiet

L-ispejjeż u l-imposti kollha li jsiru bħala riżultat tal-akkwist u t-trasferiment ta' investimenti.

Il-kummissjonijiet tas-sensara, miżati tad-dħul u tal-ħruġ mħallsa mill-fond, l-awmenti inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni, taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u l-ispejjeż tal-kambju barrani.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni

(1)   

It-miżati ta' strutturazzjoni għandhom jinftiehmu bħala miżati imposti mill-manifatturi ta' prodotti tal-investiment strutturati għall-istrutturar tal-prodotti. Dawn jistgħu jkopru firxa usa' ta' servizzi pprovduti mill-manifattur.




ANNESS III

Rekwiżit għall-operaturi ta' ċentri ta' negozjar biex jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom

TAQSIMA A

Sinjali li jistgħu jindikaw ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru ta' negozjar jew kundizzjonijiet diżordinati tal-kummerċ jew tħarbit fis-sistema b'rabta ma' strument finanzjarju

Ksur sinifikanti tar-regoli ta' ċentru tan-negozjar

1. Il-parteċipanti fis-suq jiksru r-regoli taċ-ċentru tan-negozjar li għandhom l-għan li jipproteġu l-integrità tas-suq, il-funzjonament xieraq tas-suq jew l-interessi sinifikanti ta' parteċipanti oħra fis-suq; kif ukoll

2. Ċentru tan-negozjar iqis li ksur ikun ta' severità jew ta' impatt suffiċjenti li jiġġustifika l-kunsiderazzjoni ta' azzjoni dixxiplinarja.

Kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati

3. Il-proċess ta' identifikazzjoni tal-prezz jkun imbagħbas matul perjodu ta' żmien sinifikanti;

4. Il-kapaċitajiet tas-sistemi tan-negozjar jintlaħqu jew jinqabżu;

5. Il-ġeneraturi tas-suq/fornituri ta' likwidità jallegaw b'mod ripetittiv li negozju jkun sar ħażin; jew

6. Falliment jew nuqqas fil-mekkaniżmi kritiċi skont l-Artikolu 48 tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu li huma maħsuba biex jipproteġu liċ-ċentru tan-negozjar kontra r-riskji ta' negozjar algoritmiku.

Tfixkil fis-sistema

7. Kull ħsara jew waqfien tas-sistema għall-aċċess tas-suq li twassal biex il-parteċipanti jitilfu l-kapaċità tagħhom li jdaħħlu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-ordnijiet tagħhom;

8. Kull ħsara kbira jew waqfien tas-sistema ta' tqabbil tat-tranżazzjonijiet, li twassal biex il-parteċipanti jitilfu ċertezza dwar l-istatus ta' tranżazzjonijiet lesti jew ordnijiet f'ħin reali kif ukoll nuqqas ta' informazzjoni indispensabbli għan-negozjar (pereżempju t-tixrid tal-valur tal-indiċi għan-negozjar ta' ċerti derivattivi f'dak l-indiċi);

9. Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi għad-disseminazzjoni ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar u dejta rilevanti oħra ppubblikata miċ-ċentri tan-negozjar skont l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014;

10. Kull ħsara jew waqfien tas-sistemi taċ-ċentru tan-negozjar li jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet ta' negozjar tal-parteċipanti tas-suq; u kull ħsara jew waqfien serju fl-isfera ta' fornituri ta' servizzi oħra relatati ma' xulxin, b'mod partikolari CCPs u CSDs, li għandhom riperkussjonijiet fuq is-sistema ta' negozjar.

TAQSIMA B

Sinjali li jistgħu jindikaw imġiba abbużiva skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014

Sinjali ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq potenzjali

1. Konċentrazzjoni ta' tranżazzjonijiet mhux tas-soltu u/jew ordnijiet għal negozjar fi strument finanzjarju partikolari ma' membru/parteċipant jew bejn ċerti membri/parteċipanti.

2. Repetizzjoni mhux tas-soltu ta' tranżazzjoni fost numru żgħir ta' membri/parteċipanti fuq ċertu perjodu ta' żmien.

Sinjali ta' abbuż potenzjali minn informazzjoni privileġġata

3. Negozju sinifikanti u mhux tas-soltu jew sottomissjoni ta' ordnijiet għan-negozjar fl-istrumenti finanzjarji ta' kumpanija minn ċerti membri/parteċipanti qabel it-tħabbir ta' avvenimenti korporattivi importanti jew ta' informazzjoni sensittiva dwar il-prezzijiet marbuta mal-kumpanija; ordnijiet biex isir negozju/tranżazzjonijiet li jirriżultaw f'bidliet mhux mistennija u mhux tas-soltu fil-volum ta' ordnijiet/tranżazzjonijiet u/jew prezzijiet qabel l-avviżi pubbliċi rigward l-istrument finanzjarju inkwistjoni.

4. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu tranżazzjonijiet minn membru/parteċipant tas-suq qabel jew immedjatament wara li dak il-membru/parteċipant jew persuni li pubblikament huma magħrufa li relatati ma' dak il-membru/parteċipant jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet tar-riċerka jew tal-investiment li jkunu disponibbli pubblikament.

Sinjali ta' manipulazzjoni potenzjali tas-suq

Is-sinjali deskritti hawn taħt fil-punti 18 sa 23 huma partikolarment rilevanti f'ambjent ta' negozjar awtomatizzat.

5. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, b'mod partikolari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju.

6. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet minn membru/parteċipant b'interess tax-xiri jew tal-bejgħ sinifikanti f'strument finanzjarju li wasslu għal bidliet sinifikanti fil-prezz tal-istrument finanzjarju f'ċentru tan-negozjar.

7. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar jew twettqu transazzjonijiet li huma kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa' lura.

8. F'każ fejn ingħataw ordnijiet għan-negozjar li jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aħjar offerta jew prezzijiet ta' offerta fi strument finanzjarju ammess għan-negozjar jew li ġie nnegozjat f'ċentru tan-negozjar, jew b'mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, li jiġu mneħħija qabel ma jitwettqu.

9. Operazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar mogħtija minn suq/parteċipant mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti oħra għajr żieda/tnaqqis fil-prezz jew il-valur ta', jew biex ikollhom impatt sinifikanti fuq il-provvista jew id-domanda għal strument finanzjarju, jiġifieri qrib il-punt ta' referenza matul il-ġurnata tan-negozjar, pereżempju fil-ftuħ jew qrib l-għeluq.

10. Ix-xiri jew il-bejgħ ta' strument finanzjarju fiż-żmien ta' referenza tas-sessjoni ta' negozjar (ftuħ, għeluq, saldu) fi sforz biex jiżdied, jonqos jew jinżamm il-prezz ta' referenza (pereżempju prezz tal-ftuħ, prezz tal-għeluq, prezz tas-saldu) f'livell speċifiku — (normalment magħruf li jindika t-tmiem).

11. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx għandhom l-effett li jgħollu/jbaxxu l-prezz medju peżat tal-ġurnata jew ta' perjodu matul is-sessjoni.

12. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx għandhom l-effett li jistabbilixxu prezz tas-suq meta l-likwidità tal-istrument finanzjarju jew il-fond tar-reġistru tal-ordnijiet ma jkunux biżżejjed biex jitranġa l-prezz f'dik is-sessjoni.

13. L-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni, il-bdil tal-prezzijiet għall-offertà meta dan it-tixrid hu fattur fid-determinazzjoni tal-prezz ta' tranżazzjoni oħra, irrispettivament jekk issirx fl-istess ċentru tan-negozjar jew le.

14. L-entrata ta' ordnijiet li jirrappreżentaw volumi sinifikanti fir-reġistru ċentrali tal-ordnijiet tas-sistema tan-negozjar ftit minuti qabel il-fażi tal-istabbiliment tal-prezzijiet tal-irkant u l-kanċellament ta' dawn l-ordnijiet ftit sekondi qabel ma jiġi ffriżat ir-reġistru tal-ordnijiet għall-komputazzjoni tal-prezz tal-irkant biex il-prezz teoretiku tal-ftuħ jkun jidher ogħla/aktar baxx milli kieku jidher.

15. It-twettiq ta' tranżazzjoni jew sensiela ta' tranżazzjonijiet li jintwerew f'faċilità għall-wiri pubbliku sabiex tingħata l-impressjoni ta' attività jew ta' varjazzjoni fil-prezz ta' strument finanzjarju (normalment magħrufa bħala “painting the tape”).

16. Tranżazzjonijiet li jitwettqu minħabba li jsiru ordnijiet ta' xiri u ta' bejgħ biex isir negozjar fl-istess ħin jew kważi, bil-kwantità simili ħafna u bi prezz simili, mill-istess membri/parteċipanti jew differenti iżda kollużivi (normalent magħrufa bħala ordnijiet mhux imqabbla sew).

17. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett li, jew x'aktarx ikollhom l-effett li jevitaw is-salvagwardji tan-negozju tas-suq (pereżempju limitazzjonijiet fil-volum; limiti tal-prezzijiet; parametri tal-firxa bejn it-talba u l-offerta; eċċ...).

18. Id-dħul ta' ordnijiet għan-negozjar jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet jew serje ta' tranżazzjonijiet, li probabbli jibdew jew jaggravaw tendenza u li jwasslu lil parteċipanti oħra biex jaċċelleraw jew jestendu t-tendenza sabiex tinħoloq opportunità li tingħalaq/tinfetaħ pożizzjoni bi prezz favorevoli (normalment magħrufa bħala “momentum ignition”).

19. Id-dħul ta' diversi ordnijiet għan-negozjar jew ordnijiet għan-negozjar kbar spiss 'il bogħod mill-mess fuq naħa waħda tar-reġistru tal-ordnijiet biex jiġi eżegwit negozju fuq in-naħa l-oħra tar-reġistru tal-ordnijiet. Wara li jkun seħħ in-negozju, l-ordnijiet manipulattivi jitneħħew (normalment magħrufa bħala “layering” u “spoofing”).

20. Id-dħul ta' ordnijiet żgħar għan-negozjar biex jiġi aċċertat il-livell ta' ordnijiet moħbija u użati b'mod partikolari biex jiġi vvalutat x'qiegħed iserraħ fuq pjattaforma skura — normalment magħrufa bħala “ping order”;

21. L-entrata ta' numri kbar ta' ordnijiet għan-negozjar u/jew kanċellamenti u/jew aġġornamenti għall-ordnijiet għan-negozjar biex tinħoloq inċertezza għall-parteċipanti l-oħra, u jittawwal il-proċess tagħhom biex jgħattu l-istrateġija tagħhom (normalment magħruf bħala “quote stuffing”).

22. L-għoti ta' ordnijiet għan-negozju, biex jiġu attirati membri/parteċipanti fis-suq li jużaw tekniki ta' negozju tradizzjonali (“negozjanti kajmana”), li mbagħad jiġu riveduti malajr fuq termini anqas ġenerużi, bit-tama li jeżegwixxu bi profitt fil-konfront tal-fluss ta' dħul ta' ordnijiet għan-negozjar tan-“negozjanti kajmana” (normalment magħrufa bħala “smoking”).

23. L-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għan-negozjar, jew serje ta' ordnijiet għan-negozjar, sabiex jinkixfu l-ordnijiet ta' parteċipanti oħra, biex imbagħad isir ordni għan-negozjar biex jittieħed vantaġġ mill-informazzjoni miksuba (normalment magħruf bħala “phishing”).

24. Sa fejn, fil-fehma tal-operatur ta' ċentru tan-negozjar, l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa juru evidenza ta' treġġigħ lura tal-pożizzjoni f'perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fiċ-ċentru tan-negozjar konċernat, u jistgħu jkunu assoċjati ma' tibdil sinifikanti fil-prezz ta' strument finanzjarju, ammessi għan-negozjar jew innegozjati f'ċentri tan-negozjar.

Il-preżenza ta' sinjali ta' manipulazzjoni tas-suq bejn prodotti differenti, inkluż f'ċentri tan-negozjar differenti

Is-sinjali deskritti hawn taħt għandhom jiġu partikolarment ikkunsidrati mill-operatur ta' ċentru tan-negozjar fejn kemm l-istrument finanzjarju u strumenti finanzjarji relatati huma ammessi għan-negozjar jew innegozjati jew fejn l-istrumenti msemmija hawn fuq jiġu nnegozjati f'diversi ċentri tan-negozjar imħaddma mill-istess operatur.

25. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li għandhom l-effett, jew huwa probabbli li jkollhom l-effett, li jgħollu/jbaxxu/jżommu l-istess prezz tal-istrument finanzjarju matul il-ġranet ta' qabel l-emissjoni, t-tifdija fakultattitva jew maturità ta' derivattiv jew konvertibbli relatat;

26. Tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar li jkollhom l-effett li, jew li x'aktarx ikollhom l-effett li jżommu l-prezz tal-istrument finanzjarju taħt jew fuq il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), għal derivat relatat fid-data ta' skadenza;

27. Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tal-istrument finanzjarju sottostanti sabiex jaqbeż/ma jilħaqx il-prezz tal-eżerċitar, jew element ieħor użat għad-determinazzjoni tal-ħlas (pereżempju barriera), ta' derivat relatat fid-data ta' skadenza;

28. Tranżazzjonijiet li għandhom l-effett li, jew aktarx li jkollhom l-effett li jimmodifikaw il-prezz tas-saldu ta' strument finanzjarju meta dan il-prezz ikun użat bħala referenza/determinant, prinċipalment fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini;

29. L-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn membru/parteċipant b'interess sinifikanti ta' xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju li jwassal għal tibdil sinifikanti fil-prezz tad-derivattiv relatat jew assi sottostanti ammess għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar;

30. Negozjar jew ordnijiet għan-negozjar li jsiru f'ċentru tan-negozjar wieħed jew barra minn ċentru tan-negozjar (inkluż l-entrata ta' indikazzjonijiet ta' interess) bil-ħsieb li b'mod mhux xieraq jinfluwenza l-prezz ta' strument finanzjarju relatat fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra minn ċentru tan-negozjar (normalment magħrufa bħala manipulazzjoni bejn prodotti differenti (negozjar fuq strument finanzjarju biex il-prezz ta' strument finanzjarju relatat jitpoġġa b'mod mhux xieraq fi Stat Membru ieħor jew fl-istess ċentru tan-negozjar jew barra ċ-ċentru tan-negozjar)).

31. Il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' possibbiltajiet ta' arbitraġġ bejn strument finanzjarju u strument finanzjarju relatat billi jiġu influwenzati l-prezzijiet ta' referenza ta' wieħed mill-istrumenti finanzjarji, li jista' jsir permezz ta' strumenti finanzjarji differenti (bħal drittijiet/ishma, swieq tal-flus/swieq derivattivi, titoli u ishma,...). Fil-kuntest tal-ħruġ ta' drittijiet, dan jista' jinkiseb billi jiġi influwenzat il-prezz tal-ftuħ (teoretiku) jew l-għeluq (teoretiku) tad-drittijiet.




ANNESS IV

TAQSIMA 1

Iż-żamma tar-rekords tal-ordnijiet tal-klijent u d-deċiżjonijiet li jsir negozju

1. L-isem u deżinjazzjoni tal-klijent

2. L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent

3. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment fid-ditta ta' investiment

4. Deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikat ukoll l-algoritmu (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment;

5. Indikatur B/S;

6. L-identifikazzjoni tal-istrument

7. Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz;

8. Prezz

9. Multiplikatur tal-prezzijiet

10. Munita 1

11. Munita 2

12. Il-kwantità inizjali u notazzjoni tal-kwantità;

13. Il-perjodu ta' validità

14. It-tip tal-ordni;

15. Kull dettall, kundizzjoni u struzzjoni partikolari oħra mill-klijent;

16. Id-data u l-ħin eżatt ta' meta ġiet riċevuta l-ordni, jew id-data u l-ħin eżatt ta' meta saret id-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

TAQSIMA 2

Żamma ta' rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ipproċessar ta' ordnijiet

1. L-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;

2. L-isem jew denominazzjoni oħra ta' kull persuna rilevanti li qed taġixxi f'isem il-klijent;

3. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment;

4. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat ukoll l-Algo (ID Algo) fid-ditta tal-investiment responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment

5. Numru ta' referenza tat-tranżazzjoni

6. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-ordni (ID tal-ordni)

7. Il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-ordni assenjat miċ-ċentru tan-negozjar meta jirċievi l-ordni;

8. Identifikazzjoni unika għal kull grupp ta' ordnijiet tal-klijenti aggregati (li se jiġu sussegwentement imqiegħda bħala blokk wieħed ta' ordnijiet f'ċentru għan-negozjar partikolari). Din l-identifikazzjoni għandha tindika “aggregated_X” bl-ittra X tirrappreżenta l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti li jkunu ġew aggregati.

9. Il-kodiċi MIC tas-segment taċ-ċentru tan-negozjar li lilu tkun ġiet sottomessa l-ordni.

10. L-isem jew denominazzjoni oħra tal-persuna li lilha ġiet trażmessa l-ordni

11. Deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-Bejjiegħ u x-Xerrej

12. Il-kapaċità ta' negozjar

13. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat il-Kummerċjant (ID tal-Kummerċjant) responsabbli għall-eżekuzzjoni

14. Deżinjazzjoni sabiex jiġi identifikat l-Algo (ID tal-Algo) responsabbli għall-eżekuzzjoni

15. Indikatur B/S;

16. L-identifikazzjoni tal-istrument

17. Is-sottostanti aħħari

18. Identitfikatur Put/Call

19. Prezz tal-eżerċitar

20. Pagament bil-quddiem

21. Tip ta' konsenja

22. Tip ta' opzjoni

23. Data ta' maturità

24. Il-prezz ta' kull unità u n-notazzjoni tal-prezz;

25. Prezz

26. Multiplikatur tal-prezzijiet

27. Munita 1

28. Munita 2

29. Il-kwantità li jkun fadal

30. Il-kwantità modifikata

31. Il-kwantità eżegwita

32. Id-data u l-ħin eżatt ta' sottomissjoni tal-ordni jew tad-deċiżjoni għan-negozjar. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodu stabbilit skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

33. Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u li jasal mingħand iċ-ċentru tan-negozjar b'rabta ma' kull avveniment li jaffettwa ordni. Il-ħin eżatt għandu jiġi mkejjel skont il-metodoloġija preskritta skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 ( 17 )

34. Id-data u l-ħin eżatt ta' kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut minn ditta oħra tal-investiment fir-rigward ta' kull avveniment li jaffettwa l-ordni. Il-ħin eżatt għandu jkun imkejjel skont il-metodoloġija stabbilita skont l-istandards dwar is-sinkronizzazzjoni tal-arloġġ skont l-Artikolu 50(2) tad-Direttiva 2014/65/UE

35. Kull messaġġ li jiġi trażmess lil u riċevut mingħand iċ-ċentru tan-negozjar f'dak li għandu x'jaqsam ma' ordnijiet magħmula mid-ditta tal-investiment;

36. Kull dettall ieħor u kundizzjonijiet li ġew ippreżentati lil u riċevuti minn ditta oħra tal-investiment b'rabta mal-ordni;

37. Is-sekwenza ta' kull ordni li sar biex turi l-kronoloġija ta' kull avveniment li jaffettwah, inkluża iżda mhux limitat għal modifiki, kanċellazzjonijiet u l-eżekuzzjoni;

38. Immarkar ta' bejgħ bin-nieqes

39. Immarkar tal-eżenzjoni SSR;

40. Immarkar ta' rinunzja



( 1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1)

( 3 ) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).

( 5 ) Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

( 6 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1)

( 9 ) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

( 10 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1)

( 11 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

( 12 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

( 13 ) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).

( 14 ) Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/572 tat-2 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-ispeċifikazzjoni tal-provvista ta' dejta ta' qabel u wara n-negozjar u l-livell ta' diżaggregazzjoni tad-dejta (ara paġna 142 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 16 ) Għandu jiġi nnutat li ċerti spejjeż jidhru fiż-żewġ tabelli imma mhumiex doppji minħabba li rispettivament jirreferu għall-ispejjeż tal-prodott u l-ispejjeż tas-servizz. Eżempji huma l-miżati ta' ġestjoni (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn ditta ta' investiment li tipprovdi s-servizz ta' ġestjoni ta' portafoll lill-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal miżati ta' ġestjoni mitluba minn maniġer ta' fond ta' investiment lill-investitur tiegħu) u kummissjonijiet tas-sensara (fit-Tabella 1, dawn jirreferu għal kummissjonijiet imġarrba mid-ditta ta' investiment meta tinnegozja f'isem il-klijenti tagħha filwaqt li fit-Tabella 2 dawn jirreferu għal kummissjonijiet imħallsa minn fondi ta' investiment meta jinnegozjaw f'isem il-fond).

( 17 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/574 tas-7 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal-livell ta' preċiżjoni tal-arloġġi tan-negozju (ara paġna 148 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

Top