EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R1686-20200730

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1686/2020-07-30

02016R1686 — MT — 30.07.2020 — 008.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1686

tal-20 ta' Settembru 2016

li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

▼B

(ĠU L 255 21.9.2016, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1686 tal-20 ta' Settembru 2016

  L 54I

1

26.2.2018

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/999 tas-16 ta' Lulju 2018

  L 178I

1

16.7.2018

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1539 tal-15 ta' Ottubru 2018

  L 257I

1

15.10.2018

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/270 tat-18 ta' Frar 2019

  L 46I

1

18.2.2019

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M6

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1717 tal-14 ta’ Ottubru 2019

  L 262

11

15.10.2019

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1943 tal-25 ta’ Novembru 2019

  L 303I

1

25.11.2019

►M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1124 tat-30 ta’ Lulju 2020

  L 246

1

30.7.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 064, 5.3.2019, p.  12 (2016/1686)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/1686

tal-20 ta' Settembru 2016

li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

▼B



Artikolu 1

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

'fondi' tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ekonomiċi ta' kull tip, li jinkludu imma mhumiex limitati għal flus kontanti, ċekkijiet, krediti monetarji, drafts, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagament; depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn; titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inkluż stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi; imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom; kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji ta' eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra; ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ; dokumenti li juru interessi f'fondi jew riżorsi finanzjarji, u kull strument ieħor ta' finanzjament għall-esportazzjoni;

(b) 

'riżorsi ekonomiċi' tfisser assi ta' kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw għall-akkwist ta' fondi, oġġetti jew servizzi;

(c) 

'iffriżar ta' fondi' tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta' portafolli;

(d) 

'iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi' tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi b'kull mod, li jinkludi, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e) 

'awtoritajiet kompetenti' tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti web elenkati elenkat fl-Anness II;

(f) 

'pretensjoni' tfisser kull pretensjoni, sew jekk asserita bi proċeduri legali sew jekk le, magħmula qabel jew wara d-data li fiha persuna, entità jew korp ġie elenkat fl-Anness I, skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i) 

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta skont jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(ii) 

pretensjoni għall-estensjoni jew għall-pagament ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;

(iii) 

pretensjoni għall-kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn ittieħdu jew ingħataw.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', li huma miżmuma jew ikkontrollati, jew direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I inkluż minn parti terza li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, direttament jew indirettament, għall-beneficċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

1.  L-Anness I għandu jikkonsisti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala li:

(a) 

huma assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż permezz ta':

(i) 

parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-ISIL (Da'esh) u Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew fil-finanzjament ta' atti jew attivitajiet li jsiru minnhom, flimkien magħhom, taħt isimhom, f'isimhom, jew b'appoġġ għalihom;

(ii) 

parteċipazzjoni fl-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet jew jagħtu jew jirċievu taħriġ terroristiku bħal struzzjonijiet relatati ma' armi, apparat esplożiv jew metodi jew teknoloġiji oħra bil-għan li jwettqu atti terroristiċi minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh) u għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhhom;

(iii) 

involviment fil-kummerċ mal-ISIL (Da'esh), ma' Al-Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, b'mod partikolari żejt u prodotti taż-żejt, raffineriji modulari u materjal relatat, kif ukoll kummerċ f'riżorsi naturali oħrajn u kummerċ ta' proprjetà kulturali;

(iv) 

forniment, bejgħ jew trasferiment ta' armi u materjal relatat lill-ISIL (Da'esh), lil Al-Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(b) 

jivvjaġġaw jew jippruvaw jivvjaġġaw barra l-Unjoni bl-iskop:

(i) 

li jwettqu, jippjanaw, jippreparaw, jew jipparteċipaw f'atti terroristiċi f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew

(ii) 

li jagħtu jew jirċievu taħriġ terroristiku, f'isem, jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhhom, jew

(iii) 

li jappoġġaw b'mod ieħor lill-ISIL (Da'esh), lil Al-Qaida jew lil kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(c) 

jippruvaw jivvjaġġaw lejn l-Unjoni għall-istess skop imsemmi fil-paragrafu (b) jew biex jipparteċipaw f'atti jew attivitajiet flimkien mal-ISIL (Da'esh), ma' Al-Qaida jew ma' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew taħt isimhom, jew f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(d) 

jirreklutaw għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, jew jappoġġaw b'mod ieħor atti jew attivitajiet tagħhom, inkluż billi;

(i) 

jipprovdu jew jiġbru, bi kwalunkwe mezz, direttament jew indirettament, fondi biex jiffinanzjaw l-ivvjaġġar ta' individwi, għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafi (b) u (c); jorganizzaw l-ivvjaġġar ta' individwi għall-iskopijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), jew jiffaċilitawh b'xi mod ieħor għal dak l-iskop;

(ii) 

jissoleċitaw persuna oħra biex tipparteċipa f'atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, jew f'isem jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh) u għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom;

(e) 

jinċitaw jew pubblikament jipprovokaw atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għall-ISIL (Da'esh), għal Al-Qaida jew għal kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom, inkluż billi jinkoraġġixxu jew jigglorifikaw tali atti jew attivitajiet li b'hekk jikkawżaw periklu li jistgħu jitwettqu atti terroristiċi;

(f) 

li huma involuti jew kompliċi f'ordnijiet jew fit-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ħtif, l-istupru, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ furzat u l-iskjavitù tal-persuni, barra mit-territorju tal-Unjoni, għal u f'isem l-ISIL (Da' esh), Al-Qaida jew kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnhom jew derivattiv tagħhom.

2.  L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

1.  Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetta għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 9, għandu jemenda l-Anness I skont dan.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tagħha, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew inkella permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.  Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew meta tiġi ppreżentata prova sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont il-każ.

4.  Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 5

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a) 

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, premia tal-assigurazzjoni, u imposti tas-servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati. jew

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji.

Artikolu 6

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness I jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva stabbilita fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel dik id-data, f'dik id-data jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament sabiex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti minn liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 2 u sakemm pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data li fiha dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll

(b) 

il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 2(2).

Artikolu 8

L-Artikolu 2(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar tal-kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni, sakemm kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b'dawn it-tranżazzjonijiet.

Artikolu 9

Huma pprojbiti:

(a) 

l-għoti ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, manifattura, manutenzjoni u użu ta' oġġetti u teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni ( 1 ), inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I;

(b) 

l-għoti ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Anness I.

Artikolu 10

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtaġġ, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali u għall-Artikolu 337 tat-Trattat, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi, għandhom:

(a) 

jipprovdu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar fondi u riżorsi ekonomiċi miżmumin jew ikkontrollati filwaqt li jaġixxu għal, jew taħt id-direzzjoni ta', kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I, jew dwar kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u, b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) 

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ngħatat jew intlaqgħat.

3.  Kull informazzjoni addizzjonali li tirċievi l-Kummissjoni direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 11

1.  Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Kull informazzjoni li turi li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament qed jiġu, jew kienu, evitati għandha tkun notifikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, direttament jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompeteni, lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

1.  L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont l-Artikolu 2, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.  Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Ma għandha tintlaqa' l-ebda pretensjoni, la għal kumpens u lanqas għal kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal tpaċija jew pretensjoni taħt garanzija, f'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom ġie affettwat, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, minħabba l-miżuri koperti minn dan ir-Regolament, minn persuni jew entitajiet deżinjati u elenkati fl-Anness I jew minn kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz jew għall-benefiċċju ta' tali persuna jew entità.

Artikolu 14

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar:

(a) 

fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 5, 6 u 7;

(b) 

kwistjonijiet relatati ma' ksur u eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' taffettwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

Artikolu 16

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

3.  Meta dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b'xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) 

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew 'il barra minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkun inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l- għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

▼C1

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3

▼M1

A.    Persuni

▼M6 —————

▼M2

2. Rabah TAHARI (magħruf ukoll bħala Abu Musab); data tat-twelid: 28 ta' Awwissu 1971; post tat-twelid: Oran (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.

▼M3

3. Hocine BOUGUETOF; data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1959; post tat-twelid: Tebessa (l-Alġerija); nazzjonalità: Alġerina.

▼M4

4. Brahim el KHAYARI; data tat-twelid: 7 ta' Mejju 1992; post tat-twelid: Nîmes (Franza); nazzjonalità: Franċiż.

▼M7

5. Guillaume PIROTTE; data tat-twelid: 7 ta’ Ġunju 1994; post tat-twelid: Grasse (Franza); nazzjonalità: Franċiża.

▼M8

6. Bryan D’ANCONA; data tat-twelid: 26 ta’ Jannar 1997; post tat-twelid: Nizza (Franza); nazzjonalità: Franċiża.

▼B




ANNESS II

Siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

▼M5

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties

https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

Il-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/101

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf

MALTA

https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548IS

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

EEAS 07/99

B-1049 Brussels, Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu



( 1 ) L-aħħar verżjoni ppubblikata fil-ĠU C 122, 6.4.2016, p. 1.

Top