EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R1237-20210920

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1237/2021-09-20

02016R1237 — MT — 20.09.2021 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 206 30.7.2016, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1965 tas-17 ta' Awwissu 2017

  L 279

36

28.10.2017

►M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1467 tas-6 ta’ Lulju 2021

  L 321

18

13.9.2021




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1237

tat-18 ta' Mejju 2016

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta' garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“liċenzja” tfisser dokument elettroniku jew stampat b'perjodu speċifiku ta' validità, li jesprimi d-dritt u l-obbligu li jimporta jew jesporta prodotti;

(b) 

“avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli” tfisser id-dispożizzjonijiet dettaljati għal-liċenzja tal-importazzjoni jew għal-liċenzja tal-esportazzjoni u s-sett ta' informazzjoni li għandu jsir referenza għalih f'applikazzjoni għal liċenzja u f'liċenzja kif ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C ( 1 ).

Artikolu 2

Każijiet meta tkun meħtieġa liċenzja

1.  

Liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

prodotti elenkati fil-Parti I tal-Anness, meta jiġu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kundizzjonijiet kollha, minbarra l-kwoti tariffarji, ħlief kif previst mod ieħor fil-Parti I;

(b) 

prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu ta' eżaminazzjoni simultanja jew mill-metodu tradizzjonali/ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 184(2)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 rispettivament, jew kombinazzjoni tagħhom jew b'metodu xieraq ieħor;

(c) 

prodotti li għalihom, il-Parti I tal-Anness tirreferi għal din id-dispożizzjoni meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt il-kwoti tariffarji amministrati mill-metodu tal-prinċipju ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” imsemmi fl-Artikolu 184(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(d) 

prodotti msemmija fil-Parti I tal-Anness meta ddikjarati għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taħt arranġament preferenzjali li għandu jiġi amministrat mil-liċenzji;

(e) 

prodotti li huma koperti minn proċedura ta' pproċessar passiv permezz ta' liċenzja tal-esportazzjoni u li jirritornaw għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera bħala prodott elenkat fit-Taqsima A jew B tal-Parti I tal-Anness;

(f) 

prodotti ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'każ li japplika tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni.

2.  

Liċenzja tal-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness;

(b) 

Prodotti tal-Unjoni li għalihom trid tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni għall-ammissjoni taħt kwota li hija amministrata mill-Unjoni jew minn pajjiż terz u li nfetħet f'dak il-pajjiż għal dawk il-prodotti;

(c) 

il-prodotti tal-Unjoni li ġejjin imsemmija fil-Parti II tal-Anness li jridu jiġu esportati:

(i) 

prodotti li huma taħt il-proċedura doganali ta' pproċessar attiv;

(ii) 

prodotti li huma prodotti bażiċi kif elenkat fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u li huma taħt il-proċedura doganali ta' pproċessar passiv;

▼M1

(iii) 

prodotti li huma soġġetti għal ħlas lura jew għal remissjoni tal-ammont tad-dazju tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) li fir-rigward tagħhom tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali.

▼B

Artikolu 3

Każijiet fejn mhijiex meħtieġa liċenzja

1.  

Ma għandhiex tkun meħtieġa, tinħareġ jew tiġi ppreżentata liċenzja għall-finijiet ta':

(a) 

rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta' prodotti ta' natura mhux kummerċjali kif stabbilit fit-Taqsima II(D)(2) tal-Ewwel Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 4 );

(b) 

każijiet fejn trid tingħata eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni, dazji tal-esportazzjoni u miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 207 tat-Trattat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 ( 5 );

(c) 

kwantitajiet tal-prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni li ma jaqbżux dawk stabbiliti fl-Anness;

(d) 

prodotti li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera bħala prodotti rritornati skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(e) 

prodotti li għalihom, fi żmien l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid, id-dikjarant jipprovdi prova li ttieħdet deċiżjoni favorevoli għal ħlas lura jew għal remissjoni ta' dazji tal-importazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Permezz ta' deroga mill-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, għandha tkun meħtieġa liċenzja fejn ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew esportazzjoni tkun qiegħda ssir taħt arranġamenti preferenzjali li jingħataw permezz tal-liċenzja.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-kwantità li għandha tiġi koperta b'liċenzja waħda għandha tiġi kkalkolata bħala li tinkludi l-kwantitajiet li għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera jew li jridu jiġu esportati li huma koperti mill-istess operazzjoni loġistika.

2.  
Liċenzja tal-esportazzjoni ma għandhiex tkun meħtieġa u ma għandhiex tinħareġ jew tiġi ppreżentata fir-rigward ta' prodotti kkunsinjati minn individwi privati jew gruppi ta' individwi privati bil-għan li jitqassmu b'xejn għal skopijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi fejn kunsinni bħal dawn huma okkażjonali fin-natura tagħhom, jinkludu prodotti varji u ma jaqbżux total ta' 30 000  kg għal kull mezz ta' trasport. Operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel li ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet huma soġġetti għal liċenzja skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.

Artikolu 4

Garanzija

1.  
Il-liċenzji huma soġġetti għal garanzija, ħlief fil-każijiet stipulati fl-Anness.
2.  
Meta jissottometti applikazzjoni għal liċenzja, l-applikant għandu jippreżenta garanzija, li għandha tkun disponibbli għand l-awtorità li toħroġ il-liċenzji mhux iktar tard mis-13.00 ħin ta' Brussell fil-jum li fih tiġi sottomessal-applikazzjoni.
3.  
Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-garanzija tilħaq livell limitu ta' EUR 100 jew inqas.

Għal dak il-għan, l-ammont ta' garanzija għandu jkun ikkalkolat bħala li jinkludi l-kwantitajiet kollha li jirriżultaw mill-obbligi koperti mill-istess operazzjoni loġistika.

4.  

Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda garanzija meta l-applikant huwa:

(a) 

korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta' awtorità pubblika; jew

(b) 

korp privat li jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-superviżjoni ta' Stat Membru.

5.  
Il-garanzija ppreżentata fir-rigward ta' kwantità li għaliha ma tkunx ġiet ippreżentata liċenzja, għandha tiġi rilaxxata minnufih.

Artikolu 5

Drittijiet u obbligi, tolleranza

1.  
Il-liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni għandha tikkostitwixxi dritt u toħloq obbligu għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni, rispettivament, il-kwantità ta' prodotti koperti mil-liċenzja matul il-perjodu ta' validità tagħha skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
2.  

Id-dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għal esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata minn:

(a) 

id-detentur titolari tal-liċenzja msemmija fit-taqsima 4 tal-liċenzja li l-mudell tagħha huwa stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“id-detentur titolari”);

(b) 

iċ-ċessjonarju msemmi fit-Taqsima 6 tal-liċenzja msemmija fil-punt (a); jew

(c) 

rappreżentant doganali maħtur biex jaġixxi f'isem id-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju kif stipulat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li fid-dikjarazzjoni doganali jispeċifika li d-detentur titolari jew iċ-ċessjonarju huwa l-persuna li f'isimha jitwettaq l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1.

3.  
Jekk leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni tistiupla dan, l-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni jista' jinkludi l-obbligu ta' rilaxx minn jew ta' esportazzjoni lejn il-pajjiż jew il-grupp ta' pajjiżi speċifikati fil-liċenzja.
4.  
L-obbligu ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew ta' esportazzjoni għandu jitqies issodisfat jekk il-kwantità totali speċifikata fuq il-liċenzja tkun ġiet żdoganata skont il-proċedura rilevanti. Għal dak il-għan għandha tapplika tollerenza pożittiva jew negattiva fuq il-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.
5.  
Tolleranza pożittiva ma għandhiex tapplika meta l-kwantità speċifikata fil-liċenzja tal-importazzjoni hija ekwivalenti għall-kwantità speċifikata f'dokument tal-esportazzjoni, peress li huwa element ta' prova li l-prodott huwa eliġibbli għal trattament preferenzjali minħabba l-kwalità, il-varjetà, jew il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, kif meħtieġ fil-ftehim internazzjonali rilevanti.

Meta l-liċenzja tal-importazzjoni hija meħtieġa għal kwota tariffarja, il-kwantità żejda mill-kwantità speċifikata fuq il-liċenzja tal-importazzjoni fil-limiti tat-tolleranza pożittiva, għandha tinġieb f'ċirkolazzjoni libera taħt l-istess liċenzja soġġetta għar-rata ta' dazju konvenzjonali.

Artikolu 6

Trasferiment

1.  
L-obbligi li jirriżultaw mil-liċenzji ma jistgħux jiġu ttrasferiti. Ħlief meta stipulat mod ieħor, id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji għandhom ikunu jistgħu jiġu trasferiti mid-detentur titolari tagħhom matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja.
2.  
Trasferiment ta' drittijiet li jirriżulta minn liċenzja jew silta tagħha jista' jsir favur ċessjonarju wieħed biss u għandu jkopri l-kwantitajiet li għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha.
3.  
Id-detentur titolari għandu jitlob trasferiment mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji li ħarġet il-liċenzja oriġinali.
4.  
Iċ-ċessjonarji ma għandhomx jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom iktar iżda jistgħu jittrasferuhom lura lid-detentur titolari. It-trasferimenti lura lid-detentur titolari għandhom ikopru l-kwantitajiet li jkunu għadhom ma ġewx attribwiti lil-liċenzja jew lil estratt tagħha. L-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tinnota t-trasferiment lura skont in-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.
5.  
It-trasferiment jew it-trasferiment lura lid-detentur titolari għandu jseħħ mid-data kif ivvalidat mill-awtorità li toħroġ il-liċenzji.

Artikolu 7

Rilaxx u telf ta' garanziji

1.  
Ir-rilaxx tal-garanzija stipulat fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ( 6 ) jaf ikun parzjali bi proporzjon mal-kwantità ta' prodotti li għalihom tkun ingħatat l-evidenza tal-issodisfar tal-obbligu ta' importazzjoni jew esportazzjoni. Din il-kwantità ma għandhiex tkun inqas minn 5 % tal-kwantità totali speċifikata fil-liċenzja.

Madankollu, jekk il-kwantità importata jew esportata tammonta għal inqas minn 5 % tal-kwantità speċifikata fil-liċenzja, il-garanzija kollha għandha tintilef.

2.  
Meta tiġi kkalkolata l-parti tal-garanzija li għandha tintilef, fejn ikun applikabbli, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tnaqqas ammont li jikkorrispondi għat-tolleranza kwantitattiva msemmija fl-Artikolu 5(4).
3.  
Meta l-awtorità li toħroġ il-liċenzji tirrinunzja għar-rekwiżit ta' garanzija fejn il-valur tas-somma assigurata huwa inqas minn EUR 500, kif stipulat fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 907/2014, l-ammont tas-somma ugwali għall-garanzija li għandha tintilef għandu jitħallas mill-parti kkonċernata qabel ma jgħaddu 60 jum mid-data li fiha tiskadi l-validità tal-liċenzja.
4.  
Jekk l-ammont totali tal-garanzija li tintilef ikun EUR 100 jew inqas għal liċenzja partikolari, l-awtorità li toħroġ il-liċenzji għandha tirrilaxxa l-garanzija kollha.

Artikolu 8

Notifiki

F'konformità mal-kundizzjonijiet iddettaljati stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 223(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:

(a) 

il-liċenzji sostituttivi maħruġa msemmija fl-Artikolu 15(5) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(b) 

każijiet ta' force majeure msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(c) 

fir-rigward tal-qanneb, id-dispożizzjonijiet adottati, il-penali imposti, u l-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(d) 

fir-rigward tat-tewm, il-kwantitajiet koperti mil-liċenzji “B” imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(e) 

fir-rigward tal-etanol, il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

▼M1

(ea) 

fir-rigward tar-ross, il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 19a tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

▼B

(f) 

l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(g) 

l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji u li joħorġu l-liċenzji jew il-liċenzji sostituttivi msemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;

(h) 

it-timbri uffiċjali u, fejn xieraq, it-timbri b'imbuzzar imsemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.



KAPITOLU II

DISPOŻIZZONIJIET SETTORJALI SPEĊIFIĊI

Artikolu 9

Qanneb

1.  
Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-qanneb elenkati fit-Taqsimiet C, D, u G tal-Parti I tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal liċenzja tal-importazzjoni skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 (“il-liċenzja tal-importazzjoni AGRIM”).

Il-liċenzja għandha tinħareġ biss fejn ikun intwera għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru fejn għandhom jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera l-prodotti tal-qanneb, li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament u r-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ġew issodisfati.

2.  
L-applikazzjoni għal liċenzja għandha tinkludi l-informazzjoni f'konformità mal-istruzzjonijiet għall-prodotti tal-qanneb fin-notifika dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali relatati mal-applikazzjoni għal liċenzja u l-ħruġ u l-użu tal-liċenzja, kif imsemmi fl-Artikolu 189(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.  
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 189(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-awtorizzazzjoni taż-żerriegħa tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ. Dawk l-arranġamenti għandhom jinkludu d-definizzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, iċċekkjar, u l-penali li għandhom jiġu applikati f'każ ta' irregolarità.
4.  

Fil-każ tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera taż-żrieragħ tal-qanneb minbarra għaż-żrigħ kif imsemmi fit-Taqsima G tal-Parti I tal-Anness, il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinħareġ biss meta l-importatur awtorizzat jimpenja ruħu li l-awtoritajiet kompetenti għal verifiki li jikkonċernaw l-operazzjonijiet rilevanti fl-Istat Membru fejn l-importatur huwa awtorizzat sejrin jiġu pprovduti, fi żmien il-perjodi ta' żmien u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru, b'dokumenti li juru li ż-żerriegħa tal-qanneb koperta bil-liċenzja tkun għaddiet, fi żmien perjodu ta' inqas minn 12-il xahar mid-data li fiha nħarġet il-liċenzja, minn waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

titqiegħed f'kundizzjoni li teskludi l-użu għaż-żrigħ;

(b) 

tħalltet ma' żerriegħa oħra li mhijiex żerriegħa tal-qanneb għall-finijiet tan-nutriment tal-annimali, ma' żerriegħa tal-qanneb li tlaħħaq għall-massimu ta' 15 % tat-taħlita totali, u, f'każijiet eċċezzjonali, massimu ta' 25 % fuq it-talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjata b'ġustifikazzjoni;

(c) 

ġiet esportata lejn pajjiż terz.

Madankollu, jekk parti miż-żerriegħa tal-qanneb li hija mħarsa mil-liċenzja ma għaddietx minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-limitu ta' żmien ta' 12-il xahar, l-Istat Membru jista', fuq talba tal-importatur awtorizzat akkumpanjat minn ġustifikazzjoni, jestendi l-limitu ta' żmien b'perjodu wieħed jew tnejn ta' sitt xhur.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagafu għandhom jitfasslu mill-operaturi li jkunu wettqu l-operazzjonijiet u għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, l-indirizz sħiħ, l-Istat Membru u l-firma tal-operatur;

(b) 

deskrizzjoni tal-operazzjoni mwettqa li tħares il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu u d-data ta' meta twettqet;

(c) 

il-kwantità f'kilogrammi ta' żerriegħa tal-qanneb relatata mal-operazzjoni.

Abbażi ta' analiżi tar-riskju, kull Stat Membru kkonċernat għandu jwettaq kontrolli fuq l-eżattezza tad-dokumenti relatati mal-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu mwettqa fuq it-territorju tagħhom.

5.  
B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-qanneb ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 10

Tewm

1.  
Il-liċenzji tal-importazzjoni għat-tewm kif elenkat fit-Taqsimiet E u F tal-Parti I tal-Anness għandha ssir referenza għalihom bħala liċenzji “B”.
2.  
L-applikanti jistgħu jressqu biss applikazzjonijiet għal-liċenzji “B” mal-awtorità li toħroġ il-liċenzji tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għal finijiet ta' VAT.
3.  
B'deroga mill-Artikolu 6(1), id-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji “B” ma għandhomx ikunu trasferibbli.



KAPITOLU III

EMENDI, TĦASSIR, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 11

Emenda tar-Regolamenti (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008

1.  

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

(a) 

fir-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-Artikoli 20, 21 u 22;

(b) 

fir-Regolament (KE) Nru 1342/2003, l-Artikoli 6(1)(a), 8(2), 9(1) u (2), 12(a) u 16;

(c) 

fir-Regolament (KE) Nru 2336/2003, l-Artikoli 5 u 7;

(d) 

fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, l-Artikoli 4c, 4d, 4e, 5(1), 7 sa 7f, 8a, 9, 10, 11(1)(a) u (2), 12a, 17(1) u 18(1);

(e) 

fir-Regolament (KE) Nru 341/2007, l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 13 u 14;

(f) 

fir-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-Artikoli 2, 5(1) u (2), 6(1) u (2), 7 u 8(1) u (2);

2.  
Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont ir-Regolamenti rilevanti.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 għandhom jitħassru.

Madankollu,

— 
dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu japplikaw għal-liċenzji maħruġa skont dawk ir-Regolamenti; u
— 
l-Artikolu 34(10) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkompli japplika sakemm ikunu bdew japplikaw ir-regoli rilevanti fir-rigward tal-kwoti tariffarji adottati abbażi tal-Artikoli 186 u 187 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  
Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-perjodu applikabbli ta' validità u l-ammont tal-garanzija ppreżentat għal-liċenzji li ma jkunux skadew fis-6 ta' Novembru 2016.
2.  

Fuq talba tad-detentur titolari, il-garanzija ppreżentata għal liċenzja għandha tiġi rilaxxata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-validità tal-liċenzja ma skadietx fid-data msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

il-liċenzja ma għadhiex meħtieġa għall-prodotti kkonċernati mid-data msemmija fil-paragrafu 1;

(c) 

il-liċenzja ntużat biss parzjalment jew xejn fuq id-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mis-6 ta' Novembru 2016.

Madankollu, l-Artikolu 11(1)(d) japplika mill-1 ta' Ottubru 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

PARTI I

OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)



A.  Ross (l-Artikolu 1(2)(b) u l-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

1006 20

Ross (ismar) bla ħliefa, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg

1006 30

Ross mitħun kollu jew nofsu mitħun, sew jekk illustrat jew igglejżjat sew jekk le, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg

1006 40 00

Ross imfarrak, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c)

1 000  kg

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.



B.  Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

1701

Il-prodotti kollha importati b'kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji (2) (3)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(3)   

Bl-eċċezzjoni tal-importazzjonijiet taz-zokkor preferenzjali tal-kodiċi NM 1701 99 10 li joriġinaw mill-Moldova msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1) u ta' importazzjonijiet preferenzjali ta' zokkor tal-kodiċi NM 1701 li joriġinaw mill-Ġeorġja msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



C.  Żrieragħ (l-Artikolu 1(2)(e) u l-Parti V tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (1)

ex 1207 99 20

Żrieragħ ta' varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ

 (2)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



D.  Kittien u qanneb (l-Artikolu 1(2)(h) u l-Parti VIII tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (1)

5302 10 00

Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

 (2)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



E.  Frott u ħxejjex (l-Artikolu 1(2)(i) u l-Parti IX tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (2)

(—)

ex 0703 90 00

Ħxejjex ta' ġenus it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(c) (2)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



F.  Prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati (l-Artikolu 1(2)(j) u l-Parti X tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

ex 0710 80 95

Tewm (2) u Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (3)

(—)

ex 0710 90 00

Taħlitet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (2) u/jew Allium ampeloprasum (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma), iffriżati, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (3)

(—)

ex 0711 90 80

Tewm (2) u Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (3)

(—)

ex 0711 90 90

Taħlitiet ta' ħxejjex li fihom it-tewm (2) u/jew Allium ampeloprasum ippreservati b'mod proviżorju (pereżempju, bil-gass tad-diossidu tas-sulfat, fl-ilma mielaħ, fl-ilma tas-sulfat jew f'soluzzjonijiet ippreservattivi oħrajn), iżda li mhumiex adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif isemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (3)

(—)

ex 0712 90 90

Tewm imnixxef (2) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħxejjex imnixxfin li fihom it-tewm (2) u/jew Allium ampeloprasum, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, inklużi l-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(c) (3)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

Dan għandu jinkludi wkoll prodotti fejn il-kelma “tewm” tagħmel biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal “tewm solo”, “tewm elephant”, “tewm single clove” jew “tewm great-headed”.

(3)   

L-obbligu ta' liċenzja tal-importazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



G.  Prodotti oħra (l-Artikolu 1(2)(x) u t-Taqsima 1 tal-Parti XXIV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Garanzija

Kwantitjiet netti (1)

1207 99 91

Żrieragħ tal-qanneb, minbarra għaż-żriegħ

 (2)

(—)

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

M'hemm bżonn l-ebda garanzija.

(—)  Liċenzja meħtieġa għal kwalunkwe kwantità.



H.  Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (l-Artikolu 1(2)(u) u l-Parti XXI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

ex 2207 10 00

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2207 20 00

Etanol u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2208 90 91

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

ex 2208 90 99

Etanol mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat

100 hl

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

PARTI II

OBBLIGU TA' LIĊENZJA TAL-ESPORTAZZJONIJIET

Lista ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)(a)

▼M2 —————

▼B



B.  Zokkor (l-Artikolu 1(2)(c) u l-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Kwantitjiet netti (1)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f'forma solida (2)

2 000  kg

1702 60 95

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f'forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż lattożju, glukożju, maltodestrina u isoglukożju (2)

2 000  kg

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra isoglukożju, lattożju, glukożju u ġuleppijiet tal-maltodestrina (2)

2 000  kg

(1)   

Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta' liċenzja, skont l-Artikolu 3(1)(c). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b'kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja amministrata mil-liċenzji.

(2)   

L-obbligu ta' liċenzja tal-esportazzjoni japplika sat-30 ta' Settembru 2017.



( 1 ) Avviż dwar il-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni (ĠU C 278, 30.7.2016).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).

( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

Top