Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016R1036-20200811

Consolidated text: Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (Kodifikazzjoni)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/2020-08-11

02016R1036 — MT — 11.08.2020 — 003.008


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2016/1036 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea

(Kodifikazzjoni)

(ĠU L 176 30.6.2016, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2017/2321 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-12 ta' Diċembru 2017

  L 338

1

19.12.2017

►M2

REGOLAMENT (UE) 2018/825 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 143

1

7.6.2018

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1173 tal-4 ta’ Ġunju 2020

  L 259

1

10.8.2020


Ikkoreġut bi:

 C1

Rettifika, ĠU L , 22.12.2023, p.  1 ((UE) 2016/1036)




▼B

REGOLAMENT (UE) 2016/1036 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea

(Kodifikazzjoni)



Artikolu 1

Prinċipji

1.  
Jista' jiġi applikat dazju anti-dumping għal kwalunkwe prodott oġġett ta' dumping li r-rilaxx tiegħu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni jikkawża dannu.
2.  
Prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala oġġett ta' dumping jekk il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu għall- Unjoni ikun inqas minn prezz paragonabbli għal prodott simili, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, kif stabbilit għall-pajjiż esportatur.
3.  
Il-pajjiż esportatur għandu normalment ikun il-pajjiż ta' oriġini. Madanakollu, jista' jkun pajjiż intermedjarju, ħlief fejn, per eżempju, il-prodotti jkunu sempliċiment trasbordati minn dak il-pajjiż, jew il-prodotti konċernati ma jkunux ġew magħmula f'dak il-pajjiż, jew ma jkunx hemm prezz paragunabbli għalihom f'dak il-pajjiż.
4.  
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “prodott simili” jfisser prodott li jkun identiku, jiġifieri, l-istess f'kull lat, bħall-prodott ikkunsidrat, jew fin-nuqqas ta' tali prodott, prodott ieħor li għalkemm ma jkunx simili f'kull lat, ikollu karatteristiċi li jixbħu mill-qrib dawk tal-prodott ikkunsidrat.

Artikolu 2

Determinazzjoni ta' dumping

A.   VALUR NORMALI

1.  
Il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur.

Madanakollu, fejn l-esportatur fil-pajjiż esportatur ma jipproduċix jew ma jbigħx il-prodott simili, il-valur normali jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' prezzijiet ta' bejjiegħa jew produtturi oħra.

Il-prezzijiet bejn partijiet li jidhru li jkunu assoċjati, jew li jkollhom arranġament kumpensatorju ma' xulxin ma jistgħux jitqiesu li jkunu fil-kors ordinarju tal-kummerċ u ma jistgħux jintużaw biex jistabbilixxu l-valur normali sakemm ma jkunx stabbilit li huma ma humiex milquta mir-relazzjoni.

Biex jiġi stabbilit jekk żewġ partijiet humiex assoċjati, tista' titqies id-definizzjoni ta' partijiet relatati stabbilita fl-Artikolu 127 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 ( 1 ).

2.  
Il-bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-konsum domestiku għandu normalment jiġi użat biex jiġi stabbilit il-valur normali jekk tali volum ta' bejgħ jikkonstitwixxi 5 % jew aktar mill-volum tal-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat lill-Unjoni. Madanakollu, jista' jiġi użat volum inqas ta' bejgħ meta, per eżempju, il-prezzijiet mitluba jkunu kkunsidrati rappreżentattivi għas-suq konċernat.
3.  
Meta ma jkun hemm l-ebda bejgħ jew meta ma jkunx hemm biżżejjed bejgħ tal-prodott simili fil-kors ordinarju tal-kummerċ, jew fejn, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq tali bejgħ ma jippermettix paragun xieraq, il-valur normali ta' prodott simili għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta' oriġini flimkien ma' ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi u għal profitti, jew fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, lil pajjiż terz xieraq, sakemm dawk il-prezzijiet ikunu rappreżentattivi.

Jista' jitqies li jkun hemm sitwazzjoni partikolari tas-suq għall-prodott ikkonċernat fis-sens tal-ewwel subparagrafu meta, inter alia, il-prezzijiet ikunu baxxi artifiċjalment, meta jkun hemm kummerċ ta' skambju sinjifikattiv jew fejn ma jkunx hemm arranġamenti ta' proċessar mhux kummerċjali.

4.  
Il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur, jew il-bejgħ ta' esportazzjoni lil pajjiż terz, bi prezzijiet inqas miċ-ċifra tal-ispejjez tal-produzzjoni (fissi u varjabbli) flimkien mal-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi jistgħu jiġu trattati bħala li ma jkunux fil-kors ordinarju tal-kummerċ minħabba l-prezz, u jistgħu ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-valur normali, sakemm ikun stabbilit li tali bejgħ isir f'perjodu estiż fi kwantitajiet sostanzjali, u jkun bi prezzijiet li ma jagħmlux tajjeb għall-irkupru tal-ispejjeż kollha f perjodu raġonevoli.

Jekk il-prezzijiet li jkunu inqas mill-ispejjeż fil-ħin tal-bejgħ ikunu aktar mill-ispejjeż medji kkalkolati għall-perjodu ta' investigazzjoni, tali prezzjiet għandhom jiġu kkunsidrati li jagħmlu tajjeb għall-irkupru tal-ispejjeż f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Il-perjodu ta' żmien estiż għandu normalment ikun ta' sena iżda f'ebda każ ma għandu jkun inqas minn sitt xhur, u l-bejgħ taħt l-ispiża għal kull unità għandu jiġi kkunsidrat li jkun magħmul fi kwantitajiet sostanzjali f'tali perjodu ta' żmien meta jiġi stabbilit li l-prezz tal-bejgħ medju peżat ikun inqas mill-ispiża għal kull unità medja peżata, jew li l-volum ta' bejgħ taħt il-ispiża għal kull unità ma jkunx inqas minn 20 % tal-bejgħ li jkun qiegħed jiġi użat sabiex jiġi determinat il-valur normali.

5.  
L-ispejjeż għandhom normalment jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' records miżmuma mill-parti taħt investigazzjoni, sakemm records bħal dawn ikunu konformi ma' prinċipji kontabbilistiċi ġeneralment aċċettati tal-pajjiż konċernat u sakemm ikun muri li r-records jirriflettu b'mod raġonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat.

Jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex riflessi b'mod raġonevoli fir-records tal-parti interessata, dawn għandhom jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' produtturi jew esportaturi oħra fl-istess pajjiż jew, fejn din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tistax tintuża, fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli, inkluża informazzjoni minn swieq oħra rappreżentattivi.

Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-evidenza ppreżentata dwar l-allokazzjoni korretta tal-ispejjeż, sakemm ikun muri li tali allokazzjonijiet kienu ġew utilizzati storikament. Fin-nuqqas ta' metodu aktar xieraq, għandha tingħata preferenza lill-allokazzjoni tal-ispejjeż fuq il-bażi tal-fatturat. Sakemm mhux diġà riflessi fl-allokazzjonijiet tal-ispejjeż taħt dan is-subparagrafu, l-ispejjeż għandhom jiġu aġġustati adegwatament għal dawk il-partiti ta' spejjeż mhux rikorrenti li jibbenefikaw lill-produzzjoni futura u/jew kurrenti.

Fejn l-ispejjeż għal xi parti mill-perjodu għall-irkupru tal-ispejjeż jiġu affettwati mill-użu ta' faċilitajiet ġodda ta' produzzjoni li jeħtieġu investiment addizzjonali sostanzjali u minn rati ta' utilizzazzjoni ta' volum baxx, li jkunu r-riżultat ta' operazzjonijiet tal-bidu li jseħħu fi ħdan jew matul parti minn xi perjodu ta' investigazzjoni, l-ispejjeż medji għall-fażi tal-bidu għandhom ikunu dawk applikabbli, taħt ir-regoli tal-allokazzjoni msemmija hawn fuq, fit-tmiem ta' tali fażi, u għandhom jiġu inklużi f'dak il-livell, għall-perjodu konċernat, fl-ispejjeż medji peżati msemmija fit-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 4. It-tul ta' fażi tal-bidu għandu jiġi determinat skont iċ-ċirkustanzi tal-produttur jew esportatur konċernat, iżda m'għandux jaqbeż porzjon inizjali adegwat tal-perjodu għall-irkupru tal-ispejjeż. Għal dan l-aġġustament lill-ispejjeż applikabbli matul il-perjodu ta' investgazzjoni, għandu jittieħed kont ta' informazzjoni relatata ma' fażi tal-bidu li testendi lil hinn minn dak il-perjodu fejn tkun ġiet ippreżentata qabel żjajjar ta' verifika u fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni.

6.  

L-ammonti għall-bejgħ, għal spejjeż ġenerali u amministrattivi u għal profitti għandhom jiġu bbażati fuq data attwali relattivi għall-produzzjoni u l-bejgħ, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Meta ammonti bħal dawn ma jistgħux jiġu stabbiliti fuq dik il-bażi, l-ammonti jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta':

(a) 

il-medja peżata tal-ammonti attwali stabbilita għal esportaturi jew produtturi oħra soġġetti għal investigazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' oriġini;

(b) 

l-ammonti attwali applikabbli għall-produzzjoni u l-bejgħ, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-istess kategorija ġenerali ta' prodotti għall-esportatur jew produttur in kwistjoni fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' orġini;

(c) 

kwalunkwe metodu raġonevoli ieħor, sakemm l-ammont għal profitt b'hekk stabbilit ma jaqbiżx il-profitt normalment magħmul minn esportaturi jew produtturi oħra fuq bejgħ ta' prodotti tal-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta' oriġini.

▼M1

6a.  
(a) 

Fil-każ li jiġi determinat, meta tiġi applikata din id-dispożizzjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra rilevanti ta' dan ir-Regolament, li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f'dak il-pajjiż ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta' riferiment mingħajr distorsjoni, soġġett għar-regoli segwenti.

Is-sorsi li l-Kummissjoni tista' tuża jinkludu:

— 
kostijiet korrispondenti ta' produzzjoni u bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq b'livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront; f'każ li tali pajjiż jkunu aktar minnwieħed, għandha tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u ambjentali;
— 
jekk tqis li huwa xieraq, il-prezzijiet, il-kostijiet, jew il-valuri ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni; jew
— 
kostijiet domestiċi, iżda sal-punt biss li jkunu stabbiliti pożittivament biex ma jkunux soġġetti għal distorsjoni, abbażi ta' evidenza preċiża u xierqa, inkluż il-qafas tad-dispożizzjonijiet dwar il-partijiet interessati fil-punt (c).

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, dik il-valutazzjoni għandha ssir separatament għal kull esportatur u produttur.

Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti.

(b) 

Id-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi u ta' enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta' element wieħed jew aktar mis-segwenti:

— 
is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;
— 
il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;
— 
politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b'mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;
— 
in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;
— 
il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;
— 
l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.
(c) 

Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur. Tali rapporti u l-evidenza li fuqha huma bbażati għandhom jitqiegħdu fil-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur. Il-partijiet interessati għandu jkollhom biżżejjed opportunità biex jirrespinġu, iżidu, jikkummentaw jew joqogħdu fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis l-evidenza rilevanti kollha preżenti fuq il-fajl ta' investigazzjoni.

(d) 

Fil-preżentazzjoni ilment skont l-Artikolu 5, jew talba għal rieżami skont l-Artikolu 11, l-industrija tal-Unjoni tista' tibbaża ruħha fuq l-evidenza fir-rapport imsemmi fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu, meta tissodisfa l-istandard tal-evidenza fid-dawl tal-Artikolu 5(9), biex tiġġustifika l-kalkolu tal-valur normali.

(e) 

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li jkun hemm biżżejjed evidenza, skont l-Artikolu 5(9), ta' distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) ta' dan il-paragrafu u tiddeċiedi li tibda investigazzjoni fuq tali bażi, in-notifika ta' bidu għandha tispeċifika dak il-fatt. Il-Kummissjoni għandha tiġbor id-data neċessarja biex jinħadem il-valur normali skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jiġu infurmati fil-pront wara l-bidu tagħha dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża għall-għan li jiġi determinat il-valur normali skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu u għandhom jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw. Għal dak l-għan, il-partijiet interessati għandom jingħataw aċċess għall-fajl, li għandu jinkludi kull evidenza li fuqha tibbaża ruħha l-awtorità investigattiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19. Kull evidenza dwar l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti tista' titqies biss jekk tkun tista' tiġi verifikata b'mod puntwali fi ħdan l-investigazzjoni, skont l-Artikolu 6(8).

▼M1

7.  
Fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li, fid-data tal-bidu tal-investigazzjoni, mhumiex membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), il-valur normali għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew valur maħdum f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, jew il-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-Unjoni, jew fejn dawk mhumiex possibbli, fuq kull bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz imħallas realment jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat kif xieraq jekk neċessarju biex jinkludi marġni tal-profitt raġonevoli.

Il-pajjiż rappreżentattiv xieraq għandu jiġi magħżul b'mod raġonevoli, filwaqt li titqies kull informazzjoni kredibbli disponibbli fiż-żmien tal-għażla, u b'mod partikolari, l-kooperazzjoni minn tal-anqas esportatur u produttur wieħed f'dak il-pajjiż. F'każ li jkun tali pajjiżi jkunu aktar minn wieħed, għandha tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi li għandhom livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u ambjentali. Għandhom jitqiesu wkoll il-limiti taż-żmien. Fejn xieraq, għandu jintuża pajjiż rappreżentant xieraq li huwa soġġett għall-istess investigazzjoni.

Il-partijiet għall-investigazzjoni għandhom jiġu infurmati fil-pront wara l-bidu tagħha dwar il-pajjiż previst u għandhom jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw.

▼B

B.   PREZZ TAL-ESPORTAZZJONI

8.  
Il-prezz tal-esportazzjoni għandu jkun il-prezz attwalment imħallas jew li jkun pagabbli għall-prodott meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż tal-esportazzjoni lill-Unjoni.
9.  
F'każijiet fejn ma hemm ebda prezz tal-esportazzjoni jew fejn jidher li l-prezz tal-esportazzjoni mhuwiex affidabbli minħabba assoċjazzjoni jew arranġament kumpensatorju bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz tal-esportazzjoni jista jinħadem fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti impurtati huma l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti, jew, jekk il-prodotti mhumiex mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti jew mhumiex mibjugħin mill-ġdid fil-kondizzjoni li fiha ġew impurtati, fuq kwalunkwe bażi raġonevoli.

F'dawk il-każijiet, l-aġġustament għall-ispejjeż kollha, inklużi d-dazji u t-taxxi, magħmulin bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, u għall-profitti li jsiru, għandu jsir sabiex jiġi stabbilit prezz affidabbli tal-esportazzjoni, fil-livell tal-fruntiera tal-Unjoni.

Il-partiti li għalihom għandu jsir aġġustament għandhom jinkludu dawk normalment assunti minn importatur iżda mħallsa minn kwalunkwe parti, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni, li tidher li tkun assoċjata jew li għandha arranġament kumpensatorju mal-importatur jew l-esportatur, inkluż it-trasport tas-soltu, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, id-dazji tad-dwana, kwalunkwe dazji kontra dumping, u taxxi oħra li għandhom jitħallsu fil-pajjiż tal-importazzjoni minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija, u marġini raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali jew amministrattvi u l-profitt.

C.   PARAGUN

10.  

Għandu jsir paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. Dan il-paragun għandu jsir fl-istess livell tal-kummerċ u fir-rigward ta' bejgħ magħmul, kemm jista' jkun viċin, fl-istess ħin, u b'kont dovut meħud ta' differenzi oħra li jaffettwaw il-paragonabbiltà tal-prezz. Fejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbiliti mhumiex fuq bażi daqshekk komparabbli għandu jkun hemm adattament, f'forma ta' aġġustamenti, f'kull każ, fuq il-merti tiegħu, għal differenzi fil-fatturi li huma pretiżi, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabbiltà tal-prezzijiet. Kwalunkwe duplikazzjoni meta jsiru l-aġġustamenti għandha tiġi evitata, b'mod partikolari relattivament għal tnaqqis, ribassi, kwantitajiet u l-livell tal-kummerċ. Meta l-kondizzjonijiet speċifikati jkunu sodisfatti, il-fatturi li għalihom jista' jsir aġġustament huma elenkati kif ġej:

(a) 

Karatteristiċi fiżiċi

Għandu jsir aġġustament għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott konċernat. L-ammont tal-aġġustament għandu jikkorrispondi għal stima raġonevoli tal-valur tas-suq tad-differenza.

(b) 

Ħlas fuq l-importazzjoni u taxxi indiretti

Għandu jsir aġġustament għall-valur normali għal ammont li jikkorrispondi għal kwalunkwe ħlas fuq l-importazzjoni jew taxxi indiretti li jiġu mħallsa fuq il-prodott simili u fuq materjali fiżikament inkorporati fih, meta maħsuba għal konsum fil-pajjiż ta' esportazzjoni u mhux miġbura jew mogħtija lura fir-rigward tal-prodott esportat lill-Unjoni.

(c) 

Roħs, ribassi u kwantitajiet

Għandu jsir aġġustament għal differenzi fir-roħs u r-ribassi, inklużi dawk mogħtija għal differenzi fil-kwantitajiet, jekk dawn huma kwantifikati korrettament u huma direttament marbuta mal-bejgħ ikkunsidrat. Għandu jsir aġġustament ukoll għal roħs u ribassi differiti jekk it-talba hija bbażata fuq drawwa konsistenti f'perjodi preċedenti, inkluża l-konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa biex jikkwalifikaw għar-roħs jew ir-ribassi.

(d) 

Livell tal-kummerċ

(i) 

Aġġustament fid-differenzi tal-livelli kummerċjali, inklużi xi differenzi li jistgħu jinħolqu fil-bejgħ tal-FOT (Fabbrikant Oriġinali tat-Tagħmir), għandu jsir fejn, fir-rigward tas-sensiela tad-distribuzzjoni fiż-żewġt iswieq, ikun jidher li l-prezz tal-esportazzjoni, inkluż prezz tal-esportazzjoni maħdum, ikun qiegħed fuq livell kummerċjali differenti mill-valur normali u d-differenza tkun affetwat il-komparabilità tal-prezzijiet, li tkun ħarġet ċara minn differenzi konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli tal-kummerċ fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur. L-ammont tal-aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-valur kummerċjali tad-differenza.

(ii) 

Madankollu, f'ċirkostanzi mhux ikkontemplati taħt il-punt (i), meta differenza eżistenti fil-livell kummerċjali ma tkunx tista' tiġi kkwantifikata minħabba n-nuqqas tal-livelli relevanti fis-suq domestiku tal-pajjiżi esportaturi, jew fejn ċerti funzjonijiet ikun jidher ċar li jkunu relatati ma' livelli kummerċjali għajr dak li jkun jintuża fit-tqabbil, jista' jkun permess aġġustament speċjali.

(e) 

Trasport, assigurazzjoni, immaniġġar, tagħbija u spejjeż anċillari

Għandu jsir aġġustament għad-differenzi fl-ispejjeż relatati direttament li jsiru għall-konsenja tal-prodott konċernat mill-post tal-esportatur għal xerrej indipendenti, fejn tali spejjeż huma inklużi fil-prezzijiet mitluba. Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu t-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari.

(f) 

Ippakkjar

Għandu jsir aġġustament għal differenzi fl-ispejjeż relatati direttament tal-ippakkjar għall-prodott konċernat.

(g) 

Kreditu

Għandu jsir aġġustament għad-differenzi fl-ispiża ta' kwalunkwe kreditu mogħti għal bejgħ ikkunsidrat, sakemm ikun fattur li tiegħu jittieħed kont fid-determinazzjoni tal-prezzijiet mitluba.

(h) 

Spejjeż ta' wara l-bejgħ

Għandu jsir aġġustament għad-differenzi fl-ispejjeż diretti tal-għoti ta' pleġġijiet, garanziji, assistenza teknika u servizzi, kif previsti fil-liġi u/jew fil-kuntratt tal-bejgħ.

(i) 

Kummissjonijiet

Għandu jsir aġġustament għad-differenzi fil-kummissjonijiet imħallsa fir-rigward tal-bejgħ ikkunsidrat.

It-terminu “kummissjonijiet” għandu jinftiehem li jinkludi ż-żieda fuq il-prezz li jirċievi negozjant tal-prodott jew ta' prodott simili jekk il-funzjonijiet ta' tali negozjant ikunu simili għal dawk ta' aġent li jaġixxi fuq il-bażi ta' kummissjoni.

(j) 

Kambju tal-munita

Meta l-paragun tal-prezz jeħtieġ kambju tal-munita, tali kambju għandu jsir bl-użu tar-rata tal-kambju fid-data tal-bejgħ, għajr li, meta bejgħ ta' munita barranija fuq is-swieq bil-quddiem ikun marbut b'mod dirett mal-bejgħ involut għall-esportazzjoni, ir-rata tal-kambju fil-bejgħ bil-quddiem għandha tintuża. Normalment, id-data tal-bejgħ għandha tkun id-data tal-fattura iżda d-data tal-kuntratt, l-ordni tax-xiri jew il-konferma tal-ordni jistgħu jintużaw jekk dawn jistabbilixxu b'mod iktar adegwat it-termini materjali tal-bejgħ. Il-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju għandhom jiġu injorati u l-esportaturi għandhom jiġu mogħtija 60 ġurnata biex jirriflettu moviment sostenut fir-rati tal-kambju matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(k) 

Fatturi oħra

Jista' jsir ukoll aġġustament għal differenzi f'fatturi oħra li ma jkunux previsti taħt il-punti (a) sa (j), jekk jiġi ppruvat li dawn jaffettwaw il-komparabilità fil-prezzijiet kif meħtieġ taħt dan il-paragrafu, b'mod partikolari jekk ix-xerrejja konsistentement iħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba d-differenza f'tali fatturi.

D.   MARĠINI TA' DUMPING

11.  
Soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti li jirregolaw paragun adegwat, l-eżistenza ta' marġini ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni għandha normalment tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' paragun ta' valur normali medju peżat ma' medja peżata tal-prezzijiet tat-transazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni lill-Unjoni, jew b'paragun tal-valuri normali individwali u l-prezzijiet individwali tal-esportazzjoni lill-Unjoni fuq bażi ta' kull transazzjoni individwali. Madanakollu, valur normali stabbilit fuq bażi ta' medja peżata jista' jiġi mqabbel ma prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali kollha tal-esportazzjoni lill-Unjoni, jekk ikun hemm differenza sinifikanti fix-xejriet ta' prezzijiet tal-esportazzjoni fost xerrejja differenti, reġjuni differenti jew perjodi differenti ta' żmien, u jekk il-metodi speċifikati fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu ma jirriflettux il-grad sħiħ ta' dumping ipprattikat. Dan il-paragrafu ma għandux jipprekludi l-użu ta' teħid ta' kampjuni skont l-Artikolu 17.
12.  
Il-marġini ta' dumping għandu jkun l-ammont li permezz tiegħu il-valur normali jaqbeż il-prezz tal-esportazzjoni. Fejn il-marġini ta' dumping ivarjaw, jista' jiġi stabbilit marġini medju peżat ta' dumping.

Artikolu 3

Determinazzjoni tad-dannu

1.  
Taħt dan ir-Regolament, it-terminu “dannu” għandu, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, jinftiehem li jfisser dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, theddida ta' dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni jew dewmien materjali fl-istabbiliment ta' tali industrija u għandu jiġi interpretat skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
2.  

Id-dannu għandu jiġi determinat billi jkun ibbażat fuq evidenza pożittiva u għandu jinvolvi eżami objettiv ta':

(a) 

il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u l-effett tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet fis-suq tal- Unjoni għal prodotti simili; u

(b) 

l-impatt konsegwenti ta' dawk l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni.

3.  
Fir-rigward tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, għandu jittieħed kont ta' jekk kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, kemm jekk f'termini assoluti kif ukoll jekk relattivament għall-produzzjoni jew għall-konsum fl-Unjoni. Fir-rigward tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq prezzijiet, għandu jittieħed kont ta' jekk kienx hemm undercutting sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping meta mqabbla mal-prezz ta' prodott simili tal-industrija tal-Unjoni, jew jekk l-effett ta' tali importazzjonijiet huwiex mod ieħor biex iwaqqa' l-prezzijiet għal grad sinifikanti jew biex jipprevjeni żidiet fil-prezz, li b'mod ieħor kienu jseħħu, sa grad sinifikanti. L-ebda wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi ma jista neċessarjament jagħti gwida deċiżiva.
4.  

Fejn l-importazzjonijiet ta' prodott minn iktar minn pajjiż wieħed huma fl-istess ħin soġġetti għal investigazzjonijiet kontra dumping, l-effetti ta' importazzjonijiet bħal dawn għandhom jiġu stmati b'mod kumulattiv biss jekk huwa stabbilit li:

(a) 

il-marġini ta' dumping stabbilit fejn jidħlu l-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa iktar minn de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) u li l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż mhuwiex negleġibbli; u

(b) 

stima kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet hija xierqa fid-dawl tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn prodotti impurtati u l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-prodotti impurtati u l-prodott tal-Unjoni simili.

5.  
L-eżami tal-impatt tal-prodotti li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni konċernata għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija, inkluż il-fatt li industrija tkun għadha fi proċess ta' rkuprar mill-effetti ta' dumping jew sussidju fil-passat; il-kobor tal-marġini attwali tad-dumping; it-tnaqqis attwali u potenzjali fil-bejgħ, il-profitti, il-produzzjoni, is-sehem fis-suq, il-produttività, ir-redditu fuq l-investimenti u l-utilizzazzjoni tal-volum; fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Unjoni; effetti negattivi attwali u potenzjali fuq il-fluss tal-flus, l-inventarji, l-impjiegi, il-pagi, it-tkabbir, l-abilità ta' attrazzjoni għal kapital jew investimenti. Din il-lista mhijiex eżawrjenti, u lanqas ma jistgħu, wieħed jew iktar minn dawn il-fatturi, neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva.
6.  
Għandu jintwera, mill-evidenza rilevanti kollha ppreżentata relattivament għall-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping qegħdin jikkawżaw dannu fis-sens ta' dan ir-Regolament. B'mod speċifiku, dan għandu jinvolvi li jintwera li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati skont il-paragrafu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija tal-Unjoni kif previst fil-paragrafu 5, u li dak l-impatt jeżisti sa grad li jagħmlu possibbli li jiġi kklassifikat bħala materjali.
7.  
Fatturi magħrufa, għajr importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li fl-istess ħin ikunu qegħdin jagħmlu dannu lill-industrija tal-Unjoni għandhom ukoll jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li d-dannu kkawżat minn dawk il-fatturi l-oħrajn ma jkunx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping taħt il-paragrafu 6. Fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati f'dak ir-rigward għandhom jinkludu l-volum u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet mhux mibjugħin bi prezzijiet taħt il-prezz tagħhom; tnaqqis ferm fid-domanda jew tibdiliet fix-xejriet tal-konsum; prattiki kummerċjali restrittivi ta', u kompetizzjoni bejn, produtturi ta' pajjiżi terzi u tal-Unjoni; żviluppi fit-teknoloġija u prestazzjoni tal-esportazzjoni; u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni.
8.  
L-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għandu jiġi stmat relattivament għall-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ta' prodott simili meta dejta disponibbli jippermettu l-identifikazzjoni separata ta' dik il-produzzjoni fuq il-bażi ta' kriterji bħall-proċess tal-produzzjoni, il-bejgħ tal-produtturi u l-profitti. Jekk tali identifikazzjoni separata ta' dik il-produzzjoni ma tkunx possibbli, l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping għandhom jiġu stmati b'eżami tal-produzzjoni tal-idjaq grupp jew firxa ta' prodotti, li jinkludu l-prodott simili, li għalih l-informazzjoni neċessarja tista tiġi pprovduta.
9.  
Theddida ta' dannu materjali għandha tkun determinata billi tkun ibbażata fuq fatti u mhux biss fuq allegazjoni, tbassir jew possibilità remota. Il-bidla fiċ-ċirkustanzi li toħloq sitwazzjoni ta' dumping li jikkawża dannu għandha tkun ġiet imbassra b'mod ċar u għandha tkun imminenti.

Meta tkun qed tiġi determinata theddida ta' dannu materjali, għandu jittieħed kont ta' fatturi bħal:

(a) 

rata sinifikanti ta' żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal- Unjoni li tindika li x'aktarx hemm żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet;

(b) 

jekk hemmx kapaċità libera biżżejjed min-naħa tal-esportatur jew żieda imminenti u sostanzjali f'tali kapaċità li tindika li x'aktarx hemm żieda sostanzjali ta' dumping ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, b'kont meħud tad-disponibbiltà ta' swieq oħrajn għall-esportazzjoni biex jassorbu kwalunkwe esportazzjoni addizzjonali;

(c) 

jekk l-importazzjonijiet ikunux qegħdin jidħlu bi prezzijiet li kienu, sa grad sinifikanti, inaqqsu ferm il-prezzijiet jew jimpedixxu żidiet fil-prezzijiet li b'mod ieħor xorta kienu jiġru, u jekk probabbilment iżidux id-domanda għal aktar importazzjonijiet;

(d) 

inventarji tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat.

Ebda wieħed mill-fatturi elenkat hawn fuq waħdu ma jista' neċessarjament jagħti gwida deċiżiva, iżda t-totalità tal-fatturi kkunsidrati għandha tkun tali li twassal għall-konklużjoni twassal għall-konklużjoni li aktar esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping huma imminenti u li, jekk ma titteħidx azzjoni ta' protezzjoni, se jsir dannu materjali.

Artikolu 4

Definizzjoni ta' industrija tal-Unjoni

▼M2

1.  

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “industrija tal-Unjoni” għandu jkun interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-output kollettiv tal-prodotti jikkostitwixxi proporzjon maġġuri tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta’ dawk il-prodotti, għajr li:

▼B

(a) 

meta jkun hemm relazzjoni bejn il-produtturi u l-esportaturi jew l-importaturi, jew huma stess ikunu importaturi tal-prodott allegament iddampjat, it-terminu “industrija Komunitarja” jista' jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-bqija tal-produtturi;

(b) 

f'każijiet eċċezzjonali, it-territorju tal-Unjoni jista', għall-produzzjoni in kwistjoni, jiġi maqsum fi tnejn jew iktar swieq kompetittivi u l-produtturi fi ħdan kull suq jistgħu jiġu meqjusa bħala industrija separata jekk:

(i) 

il-produtturi fi ħdan tali suq ibigħu kollox jew kważi kollox mill-produzzjoni tagħhom tal-prodott in kwistjoni f'dak is-suq; u

(ii) 

id-domanda f'dak is-suq ma tkunx sa grad sostanzjali sodisfatta mill-produtturi tal-prodott in kwistjoni li jkunu jinsabu x'imkien ieħor fl- Unjoni.

F'tali ċirkustanzi, jista jinstab li jeżisti ħsara anke fejn porzjon maġġuri tal-industrija totali tal-Unjoni ma ssirlux dannu, sakemm hemm konċentrazzjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping f'tali suq iżolat u wkoll sakemm l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ikunu qegħdin jikkawżaw dannu lill-produtturi tal-produzzjoni kollha jew kważi kollha fi ħdan tali suq.

2.  

Għall-iskop tal-paragrafu 1, il-produtturi għandhom jiġu kkunsidrati bħala relatati mal-esportaturi jew l-importaturi biss jekk:

(a) 

wieħed minnhom b'mod dirett jew indirett jikkontrolla lill-ieħor;

(b) 

it-tnejn li huma huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett minn terza persuna; jew

(c) 

flimkien jikkontrollaw b'mod dirett jew indirett terza persuna sakemm hemm raġunijiet għat-twemmin jew is-suspett li l-effett tar-relazzjoni hija tali li ġġiegħel lill-produttur konċernat jaġixxi b'mod differenti minn produtturi mhux relatati.

Għall-iskop ta' dan il-paragrafu, wieħed għandu jkun meqjus li jikkontrolla lill-ieħor meta tal-ewwel huwa legalment jew operattivament f'pożizzjoni li jeżerċita żamma jew direzzjoni fuq tal-aħħar.

3.  
Fejn l-industrija tal-Unjoni tkun ġiet interpretata li tirreferi għall-produtturi f'ċertu reġjun, l-esportaturi għandhom jingħataw opportunità li joffru impenji skont l-Artikolu 8 fir-rigward tar-reġjun konċernat. F'tali każijiet, fl-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni tal-miżuri, għandu jingħata kas speċjali tal-interess tar-reġjun. Jekk ma jkunx offrut minnufih impenn adegwat jew jekk japplikaw is-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 8(9) u (10), jista' jiġi impost dazju provviżorju jew definittiv fir-rigward tal- Unjoni kollha. F'każijiet bħal dawn, id-dazji jistgħu, jekk prattikabbli, jkunu limitati għal produtturi jew esportaturi speċifiċi.
4.  
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(8) għandhom japplikaw għal dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Bidu tal-proċedimenti

1.  
Ħlief kif previst fil-paragrafu 6, investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta' kwalunkwe dumping allegat għandha tinbeda fuq ilment bil-miktub minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu għan-nom tal-industrija tal-Unjoni.

▼M2

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità ġuridika li taġixxi f’isimhom, u t-trade unions, jew ikunu appoġġati mit-trade unions. Dan ma jaffettwax il-possibbiltà li l-industrija tal-Unjoni tirtira l-ilment.

▼B

L-ilment jista' jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, jew lil Stat Membru, li għandu jgħaddih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kopja lill-Istati Membri ta' kwalunkwe lment li tirċievi. L-ilment għandu jiġi meqjus li kien imressaq fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-kunsinna tiegħu lill-Kummissjoni permezz ta' posta rreġistrata jew wara l-għoti ta' riċevuta mill-Kummissjoni.

Fejn, fin-nuqqas ta' kwalunkwe ilment, Stat Membru jkun fil-pussess ta' biżżejjed evidenza ta' dumping u ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni bħala riżultat, għandu immedjatament jikkomunika tali evidenza lill-Kummissjoni.

▼M2

1a.  
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għad-difiża tal-kummerċ għal setturi diversi u frammentati tal-industrija, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmulin minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), permezz ta’ Help desk tal-SMEs iddedikat, pereżempju billi tqajjem kuxjenza, billi tagħti informazzjoni u spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri u dwar kif tippreżenta ilment, billi toħroġ kwestjonarji standard bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u billi tirrispondi mistoqsijiet li huma ġenerali, u mhux speċifiċi għal każ.

Il-Help desk tal-SMEs għandu jagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-iskopijiet permanenti u l-kwestjonarji.

▼B

2.  

Ilment taħt il-paragrafu 1 għandu jinkludi evidenza ta' dumping, ta' dannu u ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li allegatament ikunu l-oġġett ta' dumping u d-dannu allegat. L-ilment għandu jinkludi dik l-informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli lil min jagħmel l-ilment dwar dawn li ġejjin:

(a) 

l-identità ta' min jagħmel l-ilment u deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili minn min jagħmel l-ilment. Fejn ilment bil-miktub isir għan-nom tal-industrija tal-Unjoni, l-ilment għandu jidentifika l-industrija li f'isimha jkun qiegħed isir l-ilment permezz ta' lista ta' produtturi magħrufin tal-Unjoni tal-prodott simili (jew assoċjazzjonijiet ta' produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili) u, sa fejn possibbli, b'deskrizzjoni tal-volum u l-valur tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott simili dikjarati minn tali produtturi;

(b) 

deskrizzjoni sħiħa tal-prodott allegatament iddampjat, l-ismijiet tal-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini jew ta' esportazzjoni msemmija, l-identità ta' kull esportatur jew produttur barrani magħruf u lista ta' persuni magħrufa li jimpurtaw il-prodott imsemmi;

(c) 

il-prezzijiet li bihom il-prodott imsemmi jiġi mibjugħ meta destinat għal konsum fis-swieq domestiċi tal-pajjiż jew il-pajjiżi ta' oriġini jew ta' esportazzjoni (jew, fejn xieraq, informazzjoni dwar il-prezzijiet li bihom il-prodott jiġi mibjugħ minn pajjiż jew pajjiżi ta' oriġini jew ta' esportazzjoni lil pajjiż terz jew pajjiżi terzi jew fuq il-valur maħdum tal-prodott) u l-prezzijiet għall-esportazzjoni jew, fejn xieraq, il-prezzijiet li bihom il-prodott huwa l-ewwel mibjugħ mill-ġdid lil xerrej indipendenti fl-Unjoni;

(d) 

it-tibdiliet fil-volum ta' importazzjonijiet allegatament iddampjati, l-effett ta' dawk l-importazzjonijiet fuq prezzijiet tal-prodott simili fuq is-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif murija mill-fatturi rilevanti u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikolu 3(3) u (5).

3.  
Il-Kummissjoni għandha, sa fejn ikun possibbli, teżamina l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza mogħtija fl-ilment, biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika li jingħata bidu lill-investigazzjoni.
4.  
Investigazzjoni ma għandhiex tinbeda skont il-paragrafu 1 sakemm ma tkunx ġiet determinata, fuq il-bażi ta' eżami tal-livell ta' appoġġ għal, jew oppożizzjoni kontra, l-ilment espress mill-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, li l-ilment sar minn, jew għan-nom tal-industrija tal-Unjoni. L-ilment għandu jiġi kkunsidrat li jkun ġie magħmul minn, jew għan-nom tal-industrija tal-Unjoni jekk ikun appoġġat minn dawk il-podutturi tal-Unjoni li produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili li jsir minn dak il-porzjon tal-industrija tal-Unjoni li jesprimi appoġġ għal, jew oppożizzjoni kontra, l-ilment. Madanakollu, ebda investigazzjoni ma għandha tinbeda fejn produtturi tal-Unjoni li espressament jappoġġaw l-ilment jammontaw għal inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili li jsir mill-industrija tal-Unjoni.
5.  
L-awtoritajiet għandhom jevitaw, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni biex tinbeda investigazzjoni, kwalunkwe pubbliċità tal-ilment li jfittex il-bidu ta' investigazzjoni. Madanakollu, wara riċevuta ta' lment dokumentat kif suppost u qabel jipproċedi għall-bidu ta' investigazzjoni, il-gvern tal-pajjiż ta' esportazzjoni konċernat għandu jiġi notifikat.
6.  
Jekk, f'ċirkostanzi speċjali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub, mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha, għall-bidu ta' tali investigazzjoni, dan għandu jsir abbażi ta' evidenza suffiċjenti ta' dumping, dannu u rabta ta' kawżalità, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex tiġġustifika tali bidu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu lil tali investigazzjoni.
7.  
L-evidenza kemm ta' dumping kif ukoll tad-dannu għandha tiġi kkunsidrata fl-istess ħin fid-deċiżjoni jekk għandiex tinbeda investigazzjoni jew le. Ilment għandu jiġi rifjutat fejn ma jkunx hemm biżżejjed evidenza ta' dumping jew ta' dannu biex tiġġustifika l-proċediment tal-każ. Ma għandhomx jinbdew proċedimenti kontra pajjiżi li l-importazzjonijiet tagħhom jirrapreżentaw sehem tas-suq ta' inqas minn 1 %, sakemm tali pajjiżi kollettivament ma jirrappreżentax 3 % jew iktar mill-konsum tal-Unjoni.
8.  
L-ilment jista' jiġi rtirat qabel il-bidu, f'liema każ għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux preżentat.
9.  
Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mid-data tat-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-ilment normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni.
10.  
In-notifika tal-bidu tal-proċedimenti għandha tħabbar il-bidu ta' investigazzjoni, tindika l-prodott u l-pajjiżi konċernati, tagħti ġabra fil-qosor tal-informazzjoni riċevuta, u tipprovdi li l-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi kkomunikata lill-Kumissjoni.

Għandha turi l-perjodi li matulhom, il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa, jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jippreżentaw informazzjoni jekk tali opinjonijiet u informazzjoni għandhom jiġu meqjusa matul l-investigazzjoni. Għandha wkoll tindika l-perjodu li matulu l-partijiet interessati jistgħu japplikaw biex jiġu mismugħa mill-Kumissjoni skont l-Artikolu 6(5).

11.  
Il-Kummissjoni għandha tavża lill-esportaturi, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-importaturi jew l-esportaturi magħrufa lilha li huma konċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż ta' esportazzjoni u lil min jagħmel l-ilment, bil-bidu tal-proċedimenti u, b'kont meħud tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tipprovdi t-test sħiħ tal-ilment miktub riċevut skont il-paragrafu 1 lill-esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni, u tagħmlu disponibbli, fuq talba, lill-partijiet interessati oħra involuti. Fejn in-numru tal-esportaturi involuti jkun partikolarment għoli, it-test sħiħ tal-ilment miktub jista', minflok, jiġi pprovdut biss lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni jew lill-assoċjazzjoni rilevanti tal-kummerċ.
12.  
Investigazzjoni ta' anti-dumping ma għandhiex timpedixxi l-proċeduri ta' rilaxx mid-dwana.

Artikolu 6

L-investigazzjoni

1.  
Wara l-bidu tal-proċedimenti, il-Kummissjoni, li taġixxi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tibda investigazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Tali investigazzjoni għandha tkopri kemm id-dumping kif ukoll id-dannu, u huma għandhom jiġu investigati fl-istess ħin.

Għall-iskop ta' konklużjoni rappreżentattiva, għandu jintgħażel perjodu ta' investigazzjoni li, fil-każ ta' dumping għandu, normalment, ikopri perjodu ta' mhux inqas min sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-proċedimenti.

L-informazzjoni relatata ma' perjodu sussegwenti għall-perjodu ta' investigazzjoni ma għandhiex, normalment, tiġi kkunsidrata.

2.  
Il-partijiet li jirċievu kwestjonarji użati fl-investigazzjoni kontra d-dumping għandhom jingħataw mill-inqas 30 ġurnata biex iwieġbu. Il-limitu ta' żmien għall-esportaturi għandu jingħadd mid-data tal-irċevuta tal-kwestjonajru, li għal dan l-iskop għandu jiġi meqjus li jkun ġie riċevut ġimgħa wara l-jum li fih huwa kien ġie mibgħut lill-esportatur jew trasmess lir-rappreżentant diplomatiku adatt tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Tista' tiġi mogħtija estensjoni ta' perjodu ta' 30 ġurnata, b'kont debitament meħud tal-limiti ta' żmien tal-investigazzjoni, sakemm il-parti turi li hemm kawża ġusta għal tali estensjoni f'termini taċ-ċirkustanzi partikolari tagħha.
3.  
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni, u l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe pass meħtieġ sabiex jagħtu effett għal tali talbiet.

Huma għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni mitluba flimkien mar-riżultati tal-ispezzjonijiet, kontrolli jew investigazzjonijiet kollha li jkunu saru.

Fejn dik l-informazzjoni tkun ta' interess ġenerali jew fejn it-trasmissjoni tagħha ġiet mitluba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħaddiha lill-Istati Membri, sakemm ma tkunx kunfidenzjali, f'liema każ għandha tiġi mgħoddija ġabra fil-qosor mhux kunfidenzjali.

4.  
Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri sabiex jagħmlu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet kollha neċessarji, partikolarment fost l-importaturi, negozjanti u produtturi tal-Unjoni, u biex jagħmlu investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi, sakemm l-impriżi konċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u l-gvern tal-pajjiż konċernat ikun ġie uffiċjalment notifikat u ma jkun qajjem ebda oġġezzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe passi meħtieġa sabiex jagħtu effett lil tali talbiet mill-Kummissjoni.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikunu awtorizzati, jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jitlob hekk, li jassistu lill-uffiċjali tal-Istati Membri fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

5.  
Il-partijiet interessati li jkunu għamlu lilhom infushom magħrufa taħt l-Artikolu 5(10) għandhom jiġu mismugħa jekk huma, fi żmien il-perjodu stabbilit fin-notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għamlu talba bil-miktub għal udjenza li turi li huma parti interessata li x'aktarx tiġi affettwata mir-riżultat tal-proċediment u li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jiġu mismugħa.
6.  
Għandhom ikunu provduti opportunitajiet, fuq talba, għall-importaturi u għall-esportaturi, għar-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiż ta' esportazzjoni u għal min jagħmel l-ilment, li għamlu lilhom infushom magħrufin skont l-Artikolu 5(10), għal laqgħat ma' dawk il-partijiet b'interessi kuntrarji, biex jkunu jistgħu jiġu ppreżentati opinjonijiet opposti u biex jkunu jistgħu jiġu offruti argumenti ta' kontestazzjoni.

Il-provvediment għal tali opportunitajiet għandu jieħu kont tal-bżonn li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità u tal-konvenjenza tal-partijiet.

Ma għandu jkun hemm ebda obbligu fuq kwalunkwe parti sabiex tattendi laqgħa, u nuqqas li jagħmel dan ma għandux ikun ta' preġudizzju għall-każ ta' dik il-parti.

Għandu jittieħed kont tal-informazzjoni orali mogħtija taħt dan il-paragrafu sa fejn hija tkun ikkonfermata wara bil-miktub.

▼M2

7.  
Il-produtturi tal-Unjoni, it-trade unions, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, l-utenti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur li għamlu lilhom infushom magħrufa skont l-Artikolu 5(10), kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw l-informazzjoni kollha magħmula disponibbli minn kwalunkwe parti għall-investigazzjoni, bħala distinta mid-dokumenti interni ppreparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha, li tkun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każijiet tagħhom u mhux kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 19, u li tintuża fl-investigazzjoni.

▼B

Tali partijiet jistgħu jirrispondu għal tali informazzjoni u għandu jittieħed kont tal-kummenti tagħhom, kull fejn ikunu sostanzjati biżżejjed fit-tweġiba.

8.  
Għajr fiċ-ċirkustanzi li jipprevedi l-Artikolu 18, l-informazzjoni li tkun provduta mill-partijiet interessati u li fuqha huma bbażati l-konklużjonijiet għandha tiġi eżaminata għall-preċiżjoni sa fejn ikun possibbli.

▼M2

9.  
Għall-proċedimenti li jinbdew skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull meta jkun possibbli, tiġi konkluża fi żmien sena. Fi kwalunkwe każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 14-il xahar mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet li jirriżultaw minnhom f’konformità mal-Artikolu 8 għal impenji jew is-sejbiet li jirriżultaw minnhom f’konformità mal-Artikolu 9 għall-azzjoni definittiva. Il-perijodi ta’ investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, speċjalment fil-każ ta’ setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja.

▼M2

10.  
Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma mitluba jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-investigazzjonijiet li nbdew skont l-Artikolu 5(6).
11.  
Il-Kummissjoni għandu jkollha l-uffiċċju tal-Uffiċjal tas-Seduta li s-setgħat u r-responsabbiltajiet tiegħu huma stabbiliti f’mandat adottat mill-Kummissjoni u li għandu jissalvagwardja l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati.

▼B

Artikolu 7

Miżuri provviżorji

▼M2

1.  

Jistgħu jiġu imposti dazji proviżorji jekk:

(a) 

ikunu nbdew proċedimenti f’konformità mal-Artikolu 5;

(b) 

ikun ingħata avviż għal dak il-għan u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità suffiċjenti biex jissottomettu l-informazzjoni u jagħmlu kummenti f’konformità mal-Artikolu 5(10);

(c) 

tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja ta’ dumping u ta’ ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni; u

(d) 

l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi evitata ħsara bħal din.

Id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar kmieni minn 60 ġurnata mill-bidu tal-proċedimenti u normalment mhux aktar tard minn seba’ xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien xhur, mill-bidu tal-proċedimenti.

Id-dazji proviżorji m’għandhomx jiġu imposti għal tliet ġimgħat minn meta tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 19a (perijodu ta’ żvelar minn qabel). L-għoti ta’ tali informazzjoni m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni relatata sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina sad-9 ta’ Ġunju 2020, jekk tkunx seħħet żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel, u jekk tali żieda seħħet, tkunx ikkawżat ħsara addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni, minkejja l-miżuri li l-Kummissjoni setgħet ħadet abbażi tal-Artikolu 14(5a) u l-Artikolu 9(4). Hija għandha tistrieħ b’mod partikolari fuq id-data miġbura abbażi tal-Artikolu 14(6) u kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 23a biex temenda t-tul tal-perijodu ta’ żvelar minn qabel għal ġimagħtejn fil-każ ta’ żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet li kkawżaw ħsara addizzjonali u għal erba’ ġimgħat meta dan ma jkunx il-każ.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-intenzjoni tagħha li timponi dazji proviżorji, inkluż informazzjoni dwar ir-rati ta’ dazju possibbli, fl-istess ħin li tipprovdi lill-partijiet interessati bl-informazzjoni skont l-Artikolu 19a.

▼B

2.  
L-ammont tad-dazju anti-dumping provviżorju ma għandux jaqbeż il-marġini ta' dumping kif provviżorjament stabbilit, iżda għandu jkun inqas mill-marġini jekk tali dazju inqas kien adatt biex jelimina d-dannu li sar lill-industrija tal-Unjoni.

▼M2

2a.  
Meta tkun qed teżamina jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina l-ħsara, il-Kummissjoni għandha tqis jekk hemmx distorsjonijiet fuq il-materji prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, id-distorsjonijiet fuq il-materji prima jikkonsistu mill-miżuri li ġejjin: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxi fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjoni, rekwiżiti tal-liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-ikklerjar doganali għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta jekk il-prezz ta’ materja prima jkun sinifikament aktar baxx meta mqabbel mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 23a biex temenda dan ir-Regolament billi żżid aktar distorsjonijiet fuq il-materji prima fuq il-lista msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jekk “L-inventarju tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ materji prima industrijali” tal-OECD, jew kwalunkwe bażi tad-data tal-OECD li tissostitwixxi dan l-inventarju, tidentifika tipi oħra ta’ miżuri.

L-investigazzjoni għandha tkopri kwalunkwe distorsjoni fuq il-materji prima identifikata fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li l-Kummissjoni jkollha evidenza suffiċjenti tal-eżistenza tagħha skont l-Artikolu 5.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-materja prima, kemm dik li mhijiex ipproċessata kif ukoll dik ipproċessata, inkluż l-enerġija, li għaliha tinsab distorsjoni, għandha tirrappreżenta, mhux inqas minn 17 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, għandu jintuża prezz mingħajr distorsjoni għall-materja prima kif stabbilit fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi.

2b.  
Fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li huwa fl-interess tal-Unjoni li jiġi determinat l-ammont tad-dazji proviżorji f’konformità mal-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika. Il-Kummissjoni għandha tfittex b’mod attiv l-informazzjoni minn partijiet interessati li tippermettilha tiddetermina jekk għandux japplika l-paragrafu 2 jew 2a ta’ dan l-Artikolu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni pertinenti kollha bħall-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materji prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għall-kumpanniji tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu. Meta jkun qed jitwettaq it-test tal-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lil din il-kwistjoni.
2c.  
Fejn il-marġni ta’ ħsara huwa kkalkulat abbażi ta’ prezz indikattiv, il-profitt fil-mira użat għandu jkun stabbilit billi jitqiesu fatturi bħalma huma l-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż taħt investigazzjoni, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż kollha u l-investimenti, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Marġni ta’ profitt bħal dan ma għandux ikun anqas minn 6 %.
2d.  
Meta jiġi stabbilit il-prezz indikattiv, l-ispejjeż reali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, jew mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament, għandhom ikunu riflessi kif xieraq. Barra minn hekk, l-ispejjeż futuri, li mhumiex koperti fil-paragrafu 2c ta’ dan l-Artikolu, li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet u konvenzjonijiet, u li l-industrija tal-Unjoni ġġarrab matul il-perijodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2), għandhom jiġu kkunsidrati.

▼B

3.  
Id-dazji provviżorji għandhom jiġu garantiti b'garanzija, u r-rilaxx tal-prodotti konċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni għandu jkun taħt il-kondizzjoni ta' għotja ta' tali garanzija.
4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(4).
5.  
Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1 ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha fi żmien massimu ta' ħames ġranet ta' xogħol mill-irċevuta tat-talba, tiddeċiedi jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping provviżorju.
6.  
Id-dazji provviżorji jistgħu jiġu imposti għal sitt xhur u estiżi għal tliet xhur oħra jew jistgħu jiġu imposti għal disa' xhur. Madanakollu, jistgħu jiġu biss estiżi, jew imposti għal perjodu ta' disa' xhur, fejn l-esportaturi li jirrapreżentaw persentaġġ sinifikanti tal-kummerċ involut jitolbu hekk jew ma joġġezzjonawx fuq notifika mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Impenji

▼M2

1.  
Fejn tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja ta’ dumping u ta’ ħsara, il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti mressqa minn kwalunkwe esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex jieqaf mill-esportazzjonijiet bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping, jekk b’hekk jiġi eliminat l-effett dannuż tad-dumping.

F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu jseħħu dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1), jew id-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 9(4), kif ikun il-każ, ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott inkwistjoni manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta garanziji, kif sussegwentement emendata.

Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt tali impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli meħtieġ biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni ta’ dumping jekk tali żidiet ikunu adegwati għall-eliminazzjoni tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

Meta jiġi eżaminat jekk żidiet fil-prezzijiet taħt tali impenji li jkunu aktar baxxi mill-marġni ta’ dumping ikunux biżżejjed biex tiġi eliminata l-ħsara, għandu japplika kif meħtieġ l-Artikolu 7(2a), (2b), (2c) u (2d).

▼B

2.  
Jistgħu jkunu suġġeriti impenji mill-Kummissjoni, iżda ebda esportatur ma għandu jkun obbligat li jidħol f'tali impenn. Il-fatt li l-esportaturi ma joffrux tali impenji, jew li ma jaċċettawx stedina għal din, ma għandu b'ebda mod jippreġudika l-kunsiderazzjoni tal-każ.

Madanakollu, jista' jiġi determinat huwa aktar probabbli li sseħħ theddida ta' dannu jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ikomplu. M'għandhomx jintalbu jew jiġu aċċettati impenji minn esportaturi sakemm ma tkunx saret determinazzjoni affirmattiva provviżorja ta' dumping u ta' dannu kkawżat minn tali dumping.

▼M2

Ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, m’għandhomx jiġu offruti impenji aktar tard minn ħamest ijiem qabel tmiem il-perijodu li fih jistgħu jsiru rappreżentazzjonijiet skont l-Artikolu 20(5), sabiex jiġi żgurat li partijiet oħrajn ikollhom l-opportunità li jikkummentaw.

3.  
L-impenji offruti m’għandhomx għalfejn jiġu aċċettati jekk l-aċċettazzjoni tagħhom titqies li mhix prattikabbli, bħal meta l-għadd ta’ esportaturi attwali jew potenzjali jkun kbir wisq, jew għal raġunijiet oħra, fosthom raġunijiet ta’ politika ġenerali li b’mod partikolari jinkludu l-prinċipji u l-obbligi stabbiliti fil-ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom, li għalihom hija parti l-Unjoni, u l-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament. L-esportatur ikkonċernat jista’ jiġi pprovdut bir-raġunijiet li għalihom qed jiġi propost ir-rifjut tal-offerta ta’ impenn u jista jingħata l-opportunità li jagħmel kummenti fuqhom. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jingħataw fid-deċiżjoni definittiva.
4.  
Il-partijiet li joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dak l-impenn li tkun sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 19, sabiex din tkun disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill.

Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe tali offerta, l-industrija tal-Unjoni għandha tingħata l-opportunità li tikkummenta fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-impenn.

▼B

5.  
Fejn l-impenji jkunu aċċettati, l-investigazzjoni għandha tiġi terminata. Il-Kummissjoni għandha tittermina l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).
6.  
Jekk l-impenji jiġu aċċettati, l-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu għandha normalment tiġi terminata. F'tali każ, jekk issir determinazzjoni negattiva ta' dumping jew ta' dannu, l-impenn għandu jaqa' awtomatikament, għajr f'każijiet fejn tali determinazzjoni tkun dovuta fil-parti kbira għall-eżistenza ta' impenn. F'tali każijiet jista jiġi meħtieġ li impenn jinżamm effettiv għal perjodu raġonevoli.

Fil-każ li ssir determinazzjoni affirmattiva ta' dumping u tal-dannu, l-impenn għandu jibqa' konsistenti f'konformità mat-termini tagħha u mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

7.  
Il-Kummissjoni għandha titlob minn kwalunkwe esportatur li mingħandu jkun ġie aċċettat impenn li jipprovdi, perjodikament, informazzjoni rilevanti għat-twettiq ta' dak l-impenn u biex jippermetti verifika ta' dejta pertinenti. In-nuqqas ta' konformità ma' tali rekwiżiti għandu jitqies bħala ksur tal-impenn.
8.  
Fejn jiġu aċċettati impenji minn xi esportaturi matul il-kors ta' investigazzjoni, huma għandhom, għall-iskopijiet tal-Artikolu 11, jiġu meqjusa li jieħdu effett mid-data li fiha l-investigazzjoni tiġi konkluża għall-pajjiż ta' esportazzjoni.
9.  
Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti għall-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha tiġi rtirata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost f'konformità mal-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament, sakemm l-esportatur ikkonċernat ikun ingħata l-opportunità biex jikkummenta, ħlief fejn huwa jkun irtira l-impenn. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri meta tiddeċiedi li tirtira impenn.

Kull parti interessata jew Stat Membru jistgħu jissottomettu informazzjoni li tagħti prima facie prova ta' ksur ta' impenn. Il-valutazzjoni sussegwenti jekk ikunx sar ksur ta' impenn normalment għandha tiġi konkluża fi żmien sitt xhur, iżda f'ebda każ f'aktar minn disa' xhur wara talba debitament sostanzjata.

Il-Kummissjoni tista' titlob l-assistenza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-monitoraġġ ta' impenji.

10.  
Jista' jiġi impost dazju provviżorju f'konformità mal-Artikolu 7 abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli fejn ikun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, fejn l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża.

Artikolu 9

Terminazzjoni mingħajr miżuri; impożizzjoni ta' dazji definittivi

1.  
Fejn l-ilment jiġi rtirat, il-proċedimenti jistgħu jiġu terminati sakemm tali terminazzjoni ma tkunx kontra l-interess tal-Unjoni.
2.  
Fejn ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi, l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jiġu terminati. Il-Kummissjoni għandha tittermina l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).

▼M2

3.  
Għal proċediment mibdi skont l-Artikolu 5(9), il-ħsara għandha normalment titqies negliġibbli fejn l-importazzjonijiet ikkonċernati jirrappreżentaw inqas mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7). Dan l-istess proċediment jintemm immedjatament meta jkun stabbilit li l-marġni tad-dumping ikun inqas minn 2 %, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni.
4.  
Fejn il-fatti, kif fl-aħħar nett stabbiliti juru li hemm dumping, u ħsara kkawżata minnu, u li jkun meħtieġ, fl-interess tal-Unjoni, intervent f’konformità mal-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artiklu 15(3). Fejn ikunu fis-seħħ dazji proviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda dik il-proċedura mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ tali dazji.

L-ammont tad-dazju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping stabbilit iżda jeħtieġ li jkun inqas mill-marġni jekk dan id-dazju inferjuri jkun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 7(2a), (2b), (2c) u (2d) għandu japplika kif meħtieġ.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx irreġistrat importazzjonijiet, iżda fejn issib, abbażi ta’ analiżi tal-informazzjoni kollha rilevanti għad-dispożizzjoni tagħha meta tadotta miżuri definittivi, li tkun seħħet żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet soġġetti għall-investigazzjoni matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel, il-Kummissjoni għandha tirrifletti l-ħsara addizzjonali li tirriżulta minn tali żieda fid-determinazzjoni tal-marġni tal-ħsara għal perijodu li ma jkunx itwal minn dak imsemmi fl-Artikolu 11(2).

▼B

5.  
Għandu jiġi impost dazju anti-dumping f'ammonti adatti f'kull każ, fuq bażi mhux diskriminatorja, fuq importazzjonijiet ta' prodott, mis-sorsi kollha, li jinstab li kien l-oġġett ta' dumping u li kkawża d-dannu, ħlief għall-importazzjonijiet minn dawk is-sorsi li minnhom ġew aċċettati impenji taħt it-termini ta' dan ir-Regolament.

Ir-regolament li jimponi miżuri anti-dumping għandu jispeċifika d-dazju għal kull fornitur jew, jekk dan ma jkunx prattikabbli, il-pajjiż fornitur ikkonċernat. Il-fornituri li huma ġuridikament distinti minn fornituri oħra jew li huma ġuridikament distinti mill-Istat jistgħu madankollu jkunu kkunsidrati bħala entità waħda sabiex jiġi speċifikat id-dazju. Għall-applikazzjoni ta' dan is-subparagrafu, jista' jittieħed kont ta' fatturi bħall-eżistenza ta' konnessjonijiet strutturali jew korporattivi bejn il-fornituri u l-Istat jew bejn il-fornituri, il-kontroll jew l-influwenza materjali mill-Istat fir-rigward tal-ipprezzar u l-produzzjoni, jew l-istruttura ekonomika tal-pajjiż fornitur.

6.  
Meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-eżami tagħha skont l-Artikolu 17, kwalunkwe dazju anti-dumping applikat għall-importazzjonijiet minn esportaturi jew produtturi li jkunu ressqu d-dettalji tagħhom skont l-Artikolu 17 iżda li ma kinux ġew inklużi fl-eżami ma għandux jaqbeż il-marġini medju peżat ta' dumping stabbilit fir-rigward tal-partijiet fil-kampjun, irrispettivament minn jekk il-valur normali għal tali partijiet huwiex determinat abbażi tal-Artikolu 2(1) sa (6) jew tal-punt (a) tal-Artikolu 2(7).

Għall-għan ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinjora kwalunkwe marġini żero u de minimis, u marġini stabbiliti fiċ-ċirkustanzi msemmijin fl-Artikolu 18.

Għandhom jiġu applikati dazji individwali għall-importazzjonijiet minn kwalunkwe esportatur jew produttur li huwa mogħti trattament individwali, kif previst fl-Artikolu 17.

Artikolu 10

Retroattività

1.  
Il-miżuri provviżorji u d-dazji anti-dumping definittivi għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa wara ż-żmien meta d-deċiżjoni meħuda taħt l-Artikoli 7(1) jew 9(4), kif jista' jkun il-każ, tidħol fis-seħħ, soġġett għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2.  
Fejn ikun ġie applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm id-dumping u d-dannu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar b'mod definittiv.

Għal dak l-iskop, it-terminu “dannu” ma għandux jinkludi dewmien materjali tal-istabbiliment ta' industrija tal-Unjoni, lanqas theddida ta' dannu materjali, għajr fejn jinstab li dan seta', fin-nuqqas ta' miżuri provviżorji, żviluppa f'dannu materjali. Fil-każijiet l-oħra kollha li jinvolvu tali theddida jew tali dewmien, kwalunkwe ammont provviżorju għandu jiġi rilaxxat u d-dazji definittivi jistgħu jiġu imposti biss mid-data li fiha tkun saret determinazzjoni finali ta' theddida jew ta' dewmien materjali.

3.  
Jekk id-dazju anti-dumping definittiv ikun ogħla mid-dazju provviżorju, id-differenza ma għandhiex tiġi miġbura. Jekk id-dazju definittiv ikun inqas mid-dazju provviżorju, id-dazju għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid. Fejn tkun negattiva d-determinazzjoni finali, id-dazju provviżorju ma għandux jiġi konfermat.
4.  

Jista' jinġabar dazju anti-dumping definittiv minn fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 ġurnata qabel id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji iżda mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni, sakemm:

(a) 

l-importazzjonijiet ikunu ġew irreġistrati skont l-Artikolu 14(5);

(b) 

il-Kummissjoni tkun tat l-opportunità lill-importaturi konċernati li jikkummentaw;

(c) 

ikun hemm, għall-prodott konċernat, storja ta' dumping tul perjodu estiż, jew l-importatur kien konxju, jew kellu jkun konxju, tad-dumpingfir-rigward tal-grad tad-dumping u d-dannu allegat jew misjub;

(d) 

addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta' investigazzjoni, ikun hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta' meta sseħħ u l-volum u ċirkustanzi oħra, probabbilment timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping definittiv li għandu jiġi applikat.

5.  
F'każijiet ta' ksur jew irtirar ta' impenji, jistgħu jinġabru dazji definittivi minn fuq merkanzija mdaħħla għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa mhux iktar minn 90 ġurnata qabel l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji, sakemm l-importazzjonijiet ikunu ġew reġistrati skont l-Artikolu 14(5), u sakemm kwalunkwe tali stima retroattiva ma għandhiex tapplika għal importazzjonijiet imdaħħlin qabel il-ksur jew l-irtirar tal-impenn.

Artikolu 11

Durata, reviżjonijiet u rifużjonijiet

1.  
Miżura kontra d-dumping għandha tibqa' fis-seħħ biss sa meta, u sa fejn, ikun meħtieġ li jiġi oppost d-dumping li jkun qiegħed jikkawża dannu.
2.  
Miżura anti-dumping definittiva għandha tiskadi ħames snin mill-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni tal-iktar reviżjoni riċenti li tkun kopriet kemm id-dumping kif ukoll id-dannu, sakemm ma jiġix determinat f'reviżjoni li tal-iskadenza probabbilment twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu. Tali reviżjoni ta' skadenza għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew għan-nom ta', produtturi tal-Unjoni, u l-miżura għandha tibqa' fis-seħħ sa meta jibqa' pendenti r-riżultat ta' dik ir-reviżjoni.

▼M2

Rieżami ta’ skadenza għandha tinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx jirriżultaw f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ ħsara. Probabbiltà bħal din tista’, pereżempju, tiġi indikata b’evidenza tat-tkomplija ta’ dumping u ta’ ħsara jew evidenza li t-tneħħija tal-ħsara hija kkawżata parzjalment jew għalkollox mill-eżistenza ta’ miżuri jew evidenza li ċ-ċirkostanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li jindikaw il-probabbiltà ta’ aktar dumping dannuż, jew b’evidenza tat-tkomplija ta’ distorsjonijiet fuq il-materji prima.

▼B

Fit-twettiq tal-investigazzjonijiet taħt dan il-paragrafu, l-esportaturi, l-importaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż ta' esportazzjoni u l-produtturi tal-Unjoni għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li jamplifikaw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-materji stabbiliti fit-talba tar-reviżjoni, u l-konklużjonijiet li jsiru għandhom jieħdu debitament kont tal-evidenza kollha li tkun rilevanti u debitament dokumentata, ippreżentata fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-iskadenza tal-miżuri probabbilment twassalx, jew le, għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping u tal-dannu.

Għandha tiġi ppubblikata notifika tal-iskadenza viċina f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'mument adatt fis-sena finali tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri finali kif definiti f'dan il-paragrafu. Sussegwentement, il-produtturi tal-Unjoni għandhom, mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin, ikunu intitolati li jagħmlu talba ta' reviżjoni skont it-tieni sub-paragrafu. Għandha wkoll tiġi ppublikata notifika li tħabbar l-iskadenza attwali tal-miżuri skont dan il-paragrafu.

3.  
Il-ħtieġa tal-kontinwazzjoni tal-impożizzjoni ta' miżuri tista' tiġi riveduta wkoll, fejn dan ikun kunsiljabbli, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew, sakemm ikun għadda perjodu raġonevoli ta' mill-inqas sena mill-impożizzjoni tal-miżura definittiva, fuq talba minn kwalunkwe esportatur jew importatur jew mill-produtturi tal-Unjoni li tinkludi biżżejjed evidenza li tissostanzja l-ħtieġa ta' tali reviżjoni interim.

Għandha tinbeda reviżjoni interim fejn it-talba tinkludi evidenza biżżejjed li l-impożizzjoni kontinwata tal-miżura ma għadhiex aktar neċessarja biex tikkumpensa għad-dumping u/jew li d-dannu probabbilment ma jitkompliex jew ma jerġax jokkorri kieku l-miżura kellha titneħħa jew tiġi varjata, jew li l-miżura eżistenti mhijiex, jew ma għadhiex iktar, biżżejjed sabiex tirribatti d-dumping li jkun qiegħed jikkawża dannu.

Fit-twettiq tal-investigazzjonijiet skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista', inter alia, tikkunsidra jekk iċ-ċirkustanzi fir-rigward tad-dumping u d-dannu, tbiddlux b'mod sinifikanti, jew jekk il-miżuri eżistenti ikunux qegħdin jilħqu r-riżultati maħsuba fl-eliminazzjoni tad-dannu preċedentement determinat taħt l-Artikolu 3. F'dak ir-rigward, għandu jittieħed kont, fid-determinazzjoni finali, tal-evidenza kollha li tkun rilevanti u debitament dokumentata.

▼M1

Fejn il-miżuri antidumping eżistenti huma bbażati fuq valur normali kkalkulat skont l-Artikolu 2(7) kif kien fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2017, il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(1) sa (6a) għandha tissostitwixxi l-metodoloġija oriġinali użata għad-determinazzjoni tal-valur normali biss mid-data meta jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri, wara d-19 ta' Diċembru 2017. Skont l-Artikolu 11(2), dawk il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jibqa' pendenti l-eżitu tar-rieżami.

▼B

4.  
Għandha ssir ukoll reviżjoni għall-iskop li jiġu stabbiliti l-marġini individwali tad-dumping għal esportaturi ġodda fil-pajjiż ta' esportazzjoni in kwistjoni li ma jkunux esportaw il-prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni li fuqha kienu bbażati l-miżuri.

Ir-reviżjoni għandha tinbeda fejn esportatur ġdid jew produttur jista' juri li mhuwiex relatat ma ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fil-pajjiż ta' esportazzjoni li jkun soġġett għall-miżuri anti-dumping kontra l-prodott, u li attwalment esporta lill-Unjoni wara l-perjodu ta' investigazzjoni, jew fejn jista' juri li daħal f'obbligu kuntrattwali rrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni.

Għandha tinbeda, u ssir b'mod aċċellerat, reviżjoni għal esportatur ġdid wara li l-produtturi tal-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ir-Regolament tal-Kummissjoni li jibda reviżjoni għandu jirrevoka d-dazju fis-seħħ fir-rigward tal-esportatur ġdid konċernat billi jiġi emendat ir-regolament li impona tali dazju, u billi l-importazzjonijiet jiġu soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) sabiex jiġi żgurat li, f'każ li r-reviżjoni tirriżulta f'determinazzjoni li kien hemm dumping fir-rigward ta' tali esportatur, jkunu jistgħu jinġabru dazji anti-dumping retroattivament għad-data tal-bidu tar-reviżjoni.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw fejn ikunu ġew imposti dazji taħt l-Artikolu 9(6).

▼M1

Meta l-miżuri antidumping eżistenti huma bbażati fuq valur normali kkalkulat skont l-Artikolu 2(7) kif kien fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2017, il-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(1) sa (6a) għandha tissostitwixxi l-metodoloġija oriġinali użata għad-determinazzjoni tal-valur normali biss wara d-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza ta' tali miżuri, wara l-20 ta' Diċembru 2017. Skont l-Artikolu 11(2), dawk il- miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jibqa' pendenti l-eżitu tar-rieżami.

▼B

5.  
Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' proċeduri u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet, ħlief għal dawk relatati ma' limiti ta' żmien, għandhom japplikaw għal kull reviżjoni li ssir skont il-paragrafi 2, 3 u 4.

Ir-reviżjonijiet li jsiru skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru malajr u normalment għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mid-data tal-bidu tar-reviżjoni. F'kull ċirkostanza, ir-reviżjonijiet skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien 15-il xahar minn meta jinbdew.

Ir-reviżjonijiet skont il-paragrafu 4 għandhom f'kull każ jintemmu fi żmien disa' xhur mid-data meta jinbdew.

Jekk tinbeda reviżjoni taħt il-paragrafu 2 waqt li tkun qiegħda ssir reviżjoni skont il-paragrafu 3 fl-istess proċedimenti, ir-reviżjoni skont il-paragrafu 3 għandha tintemm fl-istess mument meta tintemm ir-reviżjoni skont il-paragrafu 2.

Jekk l-investigazzjoni ma tintemmx fit-terminu tal-iskadenzi speċifikati fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi, il-miżuri għandhom:

— 
jiskadu f'investigazzjonijiet skont il-paragrafu 2,
— 
jiskadu fil-każ ta' investigazzjonijiet magħmulin skont il-paragrafi 2 u 3 b'mod parallel, fejn jew l-investigazzjoni skont il-paragrafu 2 kienet inbdiet waqt li kienet qiegħda ssir reviżjoni taħt il-paragrafu 3 fl-istess proċedimenti jew fejn tali reviżjonijiet inbdew fl-istess mument, jew
— 
jibqgħu l-istess f'investigazzjonijiet skont il-paragrafi 3 u 4.

Sussegwentement għandu jiġi ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-iskadanza fattwali jew iż-żamma tal-miżuri skont dan il-paragrafu.

▼M2

Jekk, wara investigazzjoni skont il-paragrafu 2, il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur mid-data tal-bidu ta’ tali investigazzjoni fuq merkanzija li ġiet rilaxxata mid-dwana għandu jitħallas lura dment li dan ikun rikjest mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u mogħti minn dawk l-awtoritajiet skont il-leġislazzjoni doganali tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-ħlas lura u r-remissjoni tad-dazju. Tali ħlas lura ma għandux jagħti lok għall-ħlas ta’ mgħax mill-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonċernati.

▼B

6.  
Ir-rieżamijiet taħt dan l-Artikolu għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex jew le r-rieżamijiet taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba operatur jew Stat Membru jkun ressaq talba li tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha tagħha, jew ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li tiġi riveduta l-ħtieġa tal-kontinwazzjoni tal-impożizzjoni tal-miżuri.

Fejn ikun kunsiljabbli skont ir-reviżjonijiet, il-miżuri għandhom, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3), jitħassru jew jinżammu fis-seħħ skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew jitħassru, jinżammu jew jiġu emendati skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Fejn jitħassru miżuri għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu, tali esportaturi għandhom jibqgħu soġġetti għall-proċediment u jistgħu, awtomatikament, jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni sussegwenti li ssir għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu.

7.  
Fejn tkun qiegħda ssir reviżjoni tal-miżuri skont il-paragrafu 3 fl-aħħar tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri kif definit fil-paragrafu 2, tali reviżjoni għandha tkopri wkoll iċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-paragrafu 2.
8.  
Minkejja l-paragrafu 2, importatur jista' jitlob ir-rifużjoni ta' dazji miġburin fejn jintwera li l-marġini tad-dumping, fuq il-bażi li fuqu kienu mħallsa d-dazji, jkun ġie eliminat, jew imnaqqas għal livell li jkun inqas mill-livell tad-dazju fis-seħħ.

Fit-talba ta' rifużjoni ta' dazji kontra d-dumping, l-importatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz ta' Stat Membru tat-territorju li fih il-prodotti ġew rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha kien ġie debitament determinat mill-awtoritajiet kompetenti l-ammont tad-dazji definittivi li kellhom jinġabru jew mid-data li fiha kienet ittieħdet deċiżjoni definittiva biex jinġabru l-ammonti ggarantiti permezz ta' dazju provviżorju. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talba minnufih lill-Kummissjoni.

Applikazzjoni għal rifużjoni għandha tiġi kkunsidrata biss bħala debitament appoġġata permezz ta' evidenza fejn din ikollha informazzjoni preċiża dwar l-ammont ta' rifużjoni ta' dazji anti-dumping mitluba u d-dokumentazzjoni doganali kollha relatata mal-kalkolu u l-pagament ta' tali ammont. Hija għandha wkoll tinkludi evidenza, għal perjodu rappreżentattiv, tal-valuri normali u prezzijiet tal-esportazzjoni għall-Unjoni, għall-esportatur jew il-produttur li għalih japplika d-dazju. F'każijiet fejn l-importatur ma jkunx assoċjat mal-esportatur jew mal-produttur konċernat u tali informazzjoni ma tkunx immedjatament disponibbli, jew fejn l-esportatur jew il-produttur ma jixtieqx jagħti din l-informazzjoni lill-importatur, l-applikazzjoni għandu jkun fiha dikjarazzjoni mill-esporatur jew il-produttur li l-marġini tad-dumping ġie mnaqqas jew eliminat, kif speċifikat f'dan l-Artikolu, u li l-evidenza rilevanti ta' sostenn se tingħata lill-Kummissjoni. Fejn tal-esportatur jew il-produttur ma jkunx dispost li jipprovdi tali evidenza f'perjodu raġonevoli ta' żmien, l-applikazzjoni għandha tiġi rifjutata.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex, u sa fejn, tiġi aċċettata l-applikazzjoni, jew tista' tiddeċiedi fi kwalunkwe mument li tibda rieżami interim, fejn l-informazzjoni u l-konklużjonijiet minn tali rieżami magħmul f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal tali rieżami għandhom jintużaw biex jiġi determinat jekk tkunx ġustifikata, u sa fejn, rifużjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba hija tlesti l-analiżi tagħha tal-applikazzjoni.

Ir-rifużjonijiet ta' dazji għandhom normalment isiru fi żmien 12-il xahar, u taħt ebda ċirkustanzi iktar tard minn 18-il xahar wara d-data li fiha tkun saret talba għal rifużjoni, debitament sostnuta permezz ta' evidenza, minn importatur tal-prodott soġġett għad-dazju kontra d-dumping.

Il-ħlas ta' kwlunkwe rifużjoni awtorizzata għandu normalment isir mill-Istati Membri fi żmien 90 ġurnata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

9.  
Fl-investigazzjonijiet kollha ta' reviżjoni jew ta' rifużjoni li jsiru skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jkunux tbiddlu, tapplika l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju, waqt li jittieħed debitament kont tal-Artikolu 2, u b'mod partikolari tal-paragrafi 11 u 12 tiegħu, u tal-Artikolu 17.

▼M1

Fir-rigward taċ-ċirkostanzi rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2, għandha tiġi kkunsidrata kif dovut l-evidenza kollha rilevanti, inklużi r-rapporti rilevanti rigward iċ-ċirkostanzi prevalenti fuq is-suq domestiku tal-esportaturi u produtturi u l-evidenza li fuqha huma bbażati, li tpoġġiet fuq il-fajl, u li fuqha l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw.

▼B

10.  
Fi kwalunwke investigazzjoni magħmula taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-affidabilità tal-prezzijiet ta' esportazzjoni skont l-Artikolu 2. Madanakollu, fejn jiġi deċiż li jinħadem il-prezz ta' esportazzjoni konformement mal-Artikolu 2(9), hija għandha tikkalkulah mingħajr ebda tnaqqis għall-ammont ta' dazji anti-dumping imħallsa meta tiġi pprovduta evidenza konklużiva li d-dazju huwa debitament rifless fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid u fil-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti fl-Unjoni.

Artikolu 12

Assorbiment

1.  
Fejn l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra tibgħat, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, informazzjoni biżżejjed li turi li, wara l-perijodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment, jew moviment insuffiċjenti, fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew fil-prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni biex jiġi eżaminat jekk il-miżura ħallitx effetti fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri hekk kif parti interessata tkun ippreżentat informazzjoni suffiċjenti biex tiġġustifika li jingħata bidu mill-ġdid lill-investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' din.

L-investigazzjoni tista' ukoll terġa' tinbeda, taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru.

2.  
Matul investigazzjoni mill-ġdid taħt dan l-Artikolu, l-esportaturi, l-importaturi u l-produtturi tal-Unjoni għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li jikkjarifikaw is-sitwazzjoni fir-rigward tal-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid u tal-prezzijiet tal-bejgħ sussegwenti. Jekk jiġi konkluż li l-miżura kellha twassal għal movimenti f'tali prezzijiet, konsegwentement, sabiex jiġi eliminat id-dannu determinat qabel skont l-Artikolu 3, il-prezzijiet tal-esportazzjoni għandhom jiġu stmati mill-ġdid skont l-Artikolu 2 u l-marġini tad-dumping għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid biex jittieħed kont tal-prezzijiet tal-esportazzjoni stmati mill-ġdid. Fejn ikun ikkunsidrat li l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 12(1) huma sodisfatti minħabba f'riduzzjoni fil-prezzijiet ta' esportazzjoni li tkun ġrat wara l-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni u qabel jew wara l- impożizzjoni ta' miżuri, jistgħu jiġu kalkolati mill-ġdid marġini tad-dumping biex jittieħed kont ta' tali prezzijiet imnaqqsa tal-esportazzjoni.
3.  
Fejn investigazzjoni mill-ġdid skont dan l-Artikolu turi li d-dumping ikun żdied, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3), f'konformità mal-konklużjonijiet il-ġodda dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni. L-ammont ta' dazju anti-dumping impost taħt dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment.
4.  
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 5 u 6 għandhom japplikaw għal kull investigazzjoni mill-ġdid li ssir taħt dan l-Artikolu, ħlief li tali investigazzjoni mill-ġdid għandha issir malajr u għandha normalment tintemm fi żmien sitt xhur mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, tali investigazzjonijiet mill-ġdid għandhom fil-każijiet kollha jintemmu fi żmien disa' xhur mill-bidu tal-investigazzjoni mill-ġdid.

Jekk l-investigazzjoni mill-ġdid ma tintemmx fl-iskadenzi speċifikati fl-ewwel subparagrafu, il-miżuri ma għandhomx jinbidlu. Għandu jiġi ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar iż-żamma fis-seħħ tal-miżuri skont dan il-paragrafutal-.

5.  
It-tibdiliet allegati fil-valur normali għandu biss jittieħed kont tagħhom taħt dan l-Artikolu fejn informazzjoni kompluta dwar il-valuri normali riveduti, debitament sostanzjati minn evidenza, issir disponibbli għall-Kummissjoni fi żmien il-limiti ta' żmien stabbiliti fin-notifika tal-bidu ta' investigazzjoni. Fejn investigazzjoni tinvolvi eżami mill-ġdid tal-valuri normali, l-importazzjonijiet jistgħu jiġu soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) sa kemm jibqa' pendenti r-riżultat tal-investigazzjoni mill-ġdid.

Artikolu 13

Evażjoni

1.  
Id-dazji kontra d-dumping imposti skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' prodotti simili, kemm jekk ftit modifikati kif ukoll jekk le, jew għal importazzjonijiet tal-prodott simili ftit modifikat mill-pajjiż soġġett għal miżuri, jew għal partijiet minnhom, meta tkun qiegħda ssir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ.

Id-dazji kontra d-dumping li ma jeċċedux d-dazju anti-dumping residwu impost skont l-Artikolu 9(5) jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn kumpanniji li jibbenefikaw minn dazji individwali fil-pajjiżi li huma soġġetti għal miżuri meta tkun qiegħda ssir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ.

L-evażjoni hija definita bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għall-miżuri u l-Unjoni, li tinħoloq minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom ma jkunx hemm, kif dovut, raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti ħlief l-impożizzjoni tad-dazju, u fejn ikun hemm evidenza ta' dannu jew li l-effetti rimedjali tad-dazju jkunu imminati fir-rigward tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet tal-prodott simili, u fejn ikun hemm evidenza ta' dumping relattivament għall-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk ikun neċessarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2.

Il-prattika, proċess jew ħidma msemmija fit-tielet subparagrafu jinkludu, inter alia:

(a) 

il-modifika żgħira tal-prodott konċernat biex jaqa' taħt kodiċijiet doganali li normalment ma jkunux soġġetti għall-miżuri, sakemm il-modifika ma tibdilx il-karatteristiċi essenzali tiegħu;

(b) 

il-kunsinna tal-prodott soġġett għall-miżuri permezz ta' pajjiżi terzi;

(c) 

l-organizzazzjoni mill-ġdid mill-esportaturi u l-produtturi tax-xejriet tagħhom u tal-kanali tal-bejgħ tagħhom fil-pajjiż soġġett għall-miżuri sabiex eventwalment il-prodotti tagħhom jiġu esportati lejn l-Unjoni permezz ta' produtturi li jibbenefikaw minn dazju individwali li hu inqas minn dak li japplika għall-prodotti tal-fabbrikanti;

(d) 

fiċ-ċirkostanzi imsemmija fil-paragrafu 2, l-assemblaġġ ta' partijiet minn operazzjoni tal-assemblaġġ fl-Unjoni jew f'pajjiż terz.

2.  

Operazzjoni ta' assembleġġ fl-Unjoni jew pajjiż terz għandha tiġi kkunsidrata li tevadi l-miżuri fis-seħħ meta:

(a) 

l-operazzjoni bdiet jew żdiedet sostanzjalment minn meta, jew eżatt qabel, il-bidu tal-investigazzjoni kontra dumping u l-partijiet ikkonċernati huma derivanti mill-pajjiż soġġett għall-miżuri; u

(b) 

il-partijiet jikkostitwixxu 60 % jew iktar mill-valur totali tal-partijiet tal-prodott assemblat, ħlief li f'ebda każ ma għandha titqies li qed issir evażjoni fejn il-valur miżjud mal-partijiet miġjuba, matul l-operazzjoni ta' assembleġġ jew ta' kompletazzjoni, ikun ikbar minn 25 % tal-ispiża tal-fabbrikazzjoni; u

(c) 

l-effetti rimedjali tad-dazju jkunu qegħdin jiġu mminati f'termini tal-prezzijiet u/jew tal-kwantitajiet tal-prodott simili assemblat u jkun hemm evidenza ta' dumping relattivament għall-valuri normali preċedentement stabbiliti għall-prodotti simili jew bħalhom.

▼M2

3.  
L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru jew ta’ kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta’ evidenza suffiċjenti fir-rigward tal-fatturi stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandu jsir permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni li għandu wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(5) jew biex jitolbu garanziji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba parti interessata jew Stat Membru jkunu ppreżentaw talba li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta’ din, jew fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li jeħtieġ li tinbeda investigazzjoni.

▼B

L-investigazzjonijiet għandhom isiru mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiġi assistita minn awtoritajiet doganali u l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien disa' xhur.

Fejn il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3). L-estensjoni ssir effettiva mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5), jew li fiha ntalbu l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw il-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu.

▼M2

4.  
L-importazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew għal miżuri meta jkunu negozjati minn kumpanniji li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet.

It-talbiet għall-eżenzjonijiet sostnuti kif xieraq minn evidenza għandhom jiġu sottomessi fit-termini perentorji stabbiliti fir-regolament tal-Kummissjoni li permezz tiegħu tkun bdiet l-investigazzjoni.

Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif definit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Dawk l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perjodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tlesti l-analiżi tagħha.

Sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11(4), jistgħu ukoll jingħataw eżenzjonijiet wara li tintemm l-investigazzjoni li twassal għall-estensjoni tal-miżuri.

Sakemm tkun għaddiet għall-inqas sena mill-estensjoni tal-miżuri, u fil-każ fejn in-numru ta' partijiet li jitolbu jew potenzjalment jitolbu eżenzjoni jkun sinifikattiv, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda' reviżjoni tal-estensjoni tal-miżuri. Kull tali reviżjoni għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(5) kif applikabbli għar-reviżjonijiet taħttal-Artikolu 11(3).

5.  
Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jipprekludi l-applikazzjoni normali tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Għandhom jiġu imposti dazji anti-dumping provviżorji jew definittivi permezz ta' regolament, u miġbura mill-Istati Membri, fil-forma, u r-rata speċifikata u skont il-kriterji l-oħrajn stabbiliti fir-regolament li jimponi tali dazji. Tali dazji għandhom ukoll jiġu miġbura indipendentement mid-dazji tad-dwana, taxxi u imposti l-oħrajn normalment imposti fuq l-importazzjonijiet.

Ebda prodott ma għandu jkun soġġett kemm għal dazji anti-dumping kif ukoll għal dazji kumpensatorji bl-iskop li tiġi indirizzata l-istess sitwazzjoni derivata minn dumping jew minn sussidji fuq l-esportazzjoni.

2.  
Ir-regolamenti li jimponu dazji anti-dumping provviżorji jew definittivi, u r-regolamenti jew deċiżjonijiet li jaċċettaw l-impenji jew li jitterminaw l-investigazzjonijiet jew proċedimenti, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tali regolamenti jew deċiżjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari, u b'kont debitament meħud tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, l-ismijiet tal-esportaturi, jekk possibbli, jew tal-pajjiżi involuti, deskrizzjoni tal-prodott u ġabra fil-qosor tal-fatti materjali u kunsiderazzjonijiet rilevanti għad-determinazzjonijiet ta' dumping u tal-dannu. F'kull każ, għandha tintbagħat kopja tar-regolament jew deċiżjoni lill-partijiet interessati magħrufa. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-reviżjonijiet.

▼M2

3.  
Dispożizzjonijiet speċjali, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif tinsab fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), u fir-rigward tal-applikazzjoni u l-ġbir ta’ dazju anti-dumping fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew iż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament.

▼B

4.  
Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perijodu ulterjuri, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss fejn il-kondizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sal-punt li jkun improbabbli li d-dannu jerġa' jokkorri bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawk il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu fi kwalunkwe żmien jerġgħu jiddaħħlu fis-seħħ f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2) jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli.

▼M2

5.  
Mill-bidu tal-investigazzjoni u wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi adatti biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ tali reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba, mill-industrija tal-Unjoni, li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tiġi introdotta permezz ta’ regolament tal-Kummissjoni. Tali regolament għandu jispeċifika l-għan tal-azzjoni u, jekk adatt, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perijodu itwal minn disa’ xhur.

▼M2

5a.  
Il-Kummissjoni għandha, dment li ma jkollhiex evidenza suffiċjenti skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti skont il-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 10(4) ma jkunux issodisfati, tirreġistra l-importazzjonijiet skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu matul il-perijodu ta’ żvelar minn qabel skont l-Artikolu 19a. Meta tiddeċiedi dwar ir-reġistrazzjoni, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tanalizza l-informazzjoni miġbura abbażi tal-ħolqien tal-kodiċijiet tat-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC) għall-prodott li qed jiġi investigat skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

▼M2

6.  
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar dwar il-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura skont dan ir-Regolament. Meta tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5, il-Kummissjoni għandha toħloq kodiċijiet TARIC li jikkorrispondu għall-prodott li qed jiġi investigat. L-Istati Membri għandhom jużaw dawk il-kodiċijiet TARIC sabiex jirrappurtaw dwar l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat mid-data li tibda l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tista’, meta tirċievi talba speċifika u motivata minn parti interessata, tiddeċiedi li tipprovdilha sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-ammonti aggregati tal-prodotti kkonċernati.

▼B

7.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista' titlob l-Istati Membri, fuq bażi ta' każ b'każ, biex jagħtu l-informazzjoni neċessarja biex isir monitoraġġ effiċjenti tal-applikazzjoni tal-miżuri. F'dan ir-rigward, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(3) u (4). Kull dejta ppreżentata mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandha tkun koperta bid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(6).

▼M2

8.  
Kull meta l-Kummissjoni tkun biħsiebha tadotta kwalunkwe dokument li tagħti gwida ġenerali lil partijiet interessati possibbli dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-Artikolu 11(3) TUE. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu wkoll jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Artikolu 14a

Blata kontinentali jew żona ekonomika esklużiva

1.  
Dazju anti-dumping jista’ wkoll jiġi impost fuq kull prodott soġġett għal dumping li jinġieb fi kwantitajiet sinifikanti lejn gżira artifiċjali, installazzjoni fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru jew iż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata minn Stat Membru skont UNCLOS, fejn dan jikkawża ħsara lill-industrija tal-Unjoni.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-kondizzjonijiet għat-tiġrib ta’ dazji bħal dawn, kif ukoll il-proċeduri marbuta man-notifika u d-dikjarazzjoni ta’ dawn il-prodotti u l-ħlas ta’ tali dazji, inkluż l-irkupru, il-ħlas lura u r-remissjoni (għodda doganali). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).
2.  
Il-Kummissjoni għandha timponi biss dazji kif imsemmi fil-paragrafu 1 mid-data li l-għodda doganali msemmija fil-paragrafu 1 ssir operazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-operaturi ekonomiċi kollha li l-għodda doganali tkun operazzjonali permezz ta’ pubblikazzjoni separata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼B

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.
5.  
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fejn isir użu mill-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew għad-deċiżjoni biex jinbdew jew ma jinbdewx reviżjonijiet ta' skadenza skont l-Artikolu 11(6) ta' dan ir-Regolament, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir użu mill-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-kumitat, tali proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi ta' membri tal-kumitat. Fejn isir użu mill-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, tali proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.
6.  
Il-kumitat jista' jikkunsidra kull materja relatata mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sollevata mill-Kummissjoni jew fuq talba minn Stat Membru. L-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni u jistgħu jiskambjaw fehmiet fil-kumitat jew direttament mal-Kummissjoni.

Artikolu 16

Żjarat ta' verifika

1.  
Il-Kummissjoni għandha, fejn tikkunsidra xieraq, tagħmel żjarat biex teżamina r-rekords ta' importaturi, esportaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-kummerċ u biex tivverifika informazzjoni mogħtija dwar dumping u dannu. Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.
2.  
Il-Kummissjoni tista' tagħmel investigazzjonijiet f'pajjiżi terzi kif meħtieġ, sakemm tikseb il-kunsens tal-kumpanniji konċernati, tavża lir-rappreżentanti tal-gvern tal-pajjiż konċernat u dan tal-aħħar ma joġġezzjonax għall-investigazzjoni. Malli jinkiseb il-kunsens mill-kumpanniji konċernati, il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' esportazzjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-kumpanniji li għandhom jirċievu żjara u d-dati miftiehma.
3.  
Il-kumpanniji konċernati għandhom jiġu notifikati dwar ix-xorta ta' informazzjoni li għandha tiġi vverifikata matul iż-żjarat ta' verifika u bi kwalunkwe informazzjoni oħra li tinħtieġ tiġi provduta matul tali żjarat, għalkemm dan ma jipprekludiex talbiet, magħmula matul il-verifika, għal iktar dettalji li jkollhom jiġu provduti fid-dawl tal-informazzjoni miksuba.
4.  
Fl-investigazzjonijiet li jsiru skont il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn uffiċjali ta' dawk l-Istati Membri li jitolbu hekk.

Artikolu 17

Teħid ta' kampjuni

▼M2

1.  
F’każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni, tipi ta’ prodotti jew transazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tiġi limitata għal għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti, jew transazzjonijiet bl-użu ta’ kampjuni li huma statistikament validi, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b’mod raġonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli.
2.  
L-għażla finali tal-partijiet, tat-tipi ta’ prodotti jew ta’ transazzjonijiet li ssir skont dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-kampjuni għandha tkun tal-Kummissjoni. Madanakollu, sabiex ikun possibbli li jintgħażel kampjun rappreżentattiv għandha tingħata preferenza għall-għażla ta’ kampjun b’konsultazzjoni ma’, u bl-approvazzjoni ta’, il-partijiet ikkonċernati, dment li dawn il-partijiet ikunu identifikaw irwieħhom u għamlu biżżejjed informazzjoni disponibbli fi żmien ġimgħa mill-bidu tal-investigazzjoni.

▼B

3.  
F'każijiet fejn l-investigazzjoni tkun ġie limitata skont dan l-Artikolu, għandu, madanakollu, jiġi kkalklulat marġni individwali ta' dumping għal kwalunkwe esportatur jew produttur mhux inizjalment magħżul li jippreżenta l-informazzjoni neċessarja fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, ħlief fejn in-numru ta' esportaturi jew produtturi jkun daqshekk kbir li eżamijiet individwali kienu jkunu ta' piż mhux dovut u kienu jimpedixxu t-tlestija tal-investigazzjoni f'qasir żmien.
4.  
Fejn huwa deċiż li jittieħed kampjun u jkun hemm grad ta' nuqqas ta' kooperazzjoni minn ftit jew ħafna mill-partijiet magħżula b'mod li probabbilment jaffettwa materjalment ir-riżultat tal-investigazzjoni, jista' jiġi magħżul kampjun ġdid.

Madanakollu, jekk ikun jippersisti grad materjali ta' nuqqas ta' kooperazzjoni jew ma jkunx hemm ħin biżżejjed biex jiġi magħżul kampjun ġdid, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 18 għandhom japplikaw.

Artikolu 18

Nuqqas ta' kooperazzjoni

1.  
F'każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tirrifjuta li tagħti aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix, informazzjoni neċessarja fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, jew sinifikattivament timpedixxi l-investigazzjoni, jistgħu jsiru konklużjoniet provviżorji jew finali, affirmattivi jew negattivi, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

Fejn jinstab li parti interessata tkun forniet informazzjoni falza jew qarrieqa, dik l-informazzjoni għandha tiġi injorata u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli.

Il-partijiet interessati għandhom jiġu magħmula konxji mill-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni.

2.  
In-nuqqas ta' għoti ta' risposta kompjuterizzata ma għandhiex tiġi meqjusa li tikkonstitwixxi nuqqas ta' kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li l-preżentazzjoni ta' risposta kif mitluba kienet tirriżulta f'oneru żejjed bla raġuni jew fi spiża żejda u mhux raġonevoli.
3.  
Fejn l-informazzjoni ppreżentata minn parti interessata ma tkunx ideali f'kull rispett, din ma għandhiex madanakollu tiġi injorata, sakemm kwalunkwe defiċenza ma tkunx tali li tikkawża diffikultà mhux dovuta sabiex issir konklużjoni raġonevolment preċiża u sakemm l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod adegwat f'qasir żmien u tkun verifikabbli, u li l-parti tkun aġixxiet bl-aħjar mod li tista'.
4.  
Jekk xi evidenza jew informazzjoni ma jiġux aċċettati, il-parti li tforni l-informazzjoni għandha tiġi minnufih infurmata bir-raġunijiet għal dan u għandha tiġi mogħtija l-opporunità li tipprovdi iktar spjegazzjonjiet fiil-limitu ta' żmien speċifikat. Jekk l-ispjegazzjonijiet jiġu kkunsidrati mhux sodisfaċenti, ir-raġunijiet għar-rifjut ta' tali evidenza jew informazzjoni għandhom jiġu rivelati u mogħtija f'konklużjonijiet ippubblikati.
5.  
Jekk id-determinazzjonijiet, inklużi dawk li jirrigwardaw il-valur normali, ikunu bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni fornita fl-ilment, dan għandu, fejn prattikabbli u b'kont meħud tal-limiti ta' żmien tal-investigazzjoni, jiġi kontrollat b'referenza għall-informazzjoni minn sorsi oħra indipendenti li jistgħu ikunu disponibbli, bħal listi ta' prezzijiet ippubblikati, statistika uffiċjali dwar tal-importazzjoni u r-returns tad-dwana, jew informazzjoni miksuba minn partijiet interessati oħrajn matul l-investigazzjoni.

Tali informazzjoni tista' tinkludi dejta rilevanti li tikkonċerna s-suq dinji jew swieq oħra rappreżentattivi, fejn ikun il-każ.

6.  
Jekk xi parti interessata ma tikkoperax, jew tikkopera biss parzjalment, u b'hekk tinżamm informazzjoni rilevanti, ir-riżultat tal-investigazzjoni jista jkun inqas favorevoli għall-parti milli kieku kkoperat.

Artikolu 19

Kunfidenzjalità

1.  
Kwalunkwe informazzjoni li hija ta' xorta kunfidenzjali, (per eżempju, minħabba li r-rivelazzjoni tagħha tkun ta' vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal xi kompetitur jew kien ikollha effett kuntrarju sinifikanti fuq persuna li tforni l-informazzjoni jew fuq persuna li minn għandha l-persuna li tforni l-informazzjoni ikun akkwista l-informazzjoni) jew li hija mogħtija fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għall-investigazzjoni għandha, jekk tiġi murija raġuni tajba, tiġi ttrattata bħala tali mill-awtoritajiet.
2.  
Partijiet interessati li jagħtu informazzjoni kunfidenzjali għandhom ikunu meħtieġa li jfornu taqsiriet mhux kunfidenzjali tagħha. Dawk it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu li tinftiehem b'mod raġonevoli s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b'kunfidenzjalità. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, tali partijiet jistgħu jindikaw li tali informazzjoni ma tistax titqassar. F'tali ċirkostanzi eċċezzjonali, għandha tiġi mogħtija dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex tali taqsira mhijiex possibbli.
3.  
Jekk jiġi kkunsidrat li mhijiex ġustifikata talba għall-kunfidenzjalità u jekk il-fornitur tal-informazzjoni mhuwiex lest li jagħmel l-informazzjoni disponibbli jew li jawtorizza r-rivelazzjoni tagħha taħt forma ġeneralizzata jew f'taqsira, tali informazzjoni tista' tiġi injorata sakemm ma jistax jintwera b'mod sodisfaċenti minn sorsi adatti li l-informazzjoni hija korretta. It-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jiġu rifjutati b'mod arbitrarju.
4.  
Dan l-Artikolu ma għandux jipprekludi r-rivelazzjoni ta' informazzjoni ġenerali mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u b'mod partikolari, tar-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati d-deċiżjonijiet meħuda skonttaħt dan ir-Regolament, jew ir-rivelazzjoni tal-evidenza li fuqha bbażaw l-argumenti tagħhom l-awtoritajiet tal-Unjoni sa fejn ikun meħtieġ li jiġu spjegati dawk ir-raġunijiet fi proċedimenti tal-qorti. Tali rivelazzjoni għandha tieħu kont tal-interessi leġittimi tal-partijiet konċernati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.
5.  
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni riċevuta taħt dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku min dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokument intern preparat mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati ħlief kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament.
6.  
L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tipprekludi l-użu ta' informazzjoni riċevuta fil-kuntest ta' investigazzjoni waħda għall-iskop li jinbdew investigazzjonijiet oħra fl-istess proċedimenti relattivament għall-prodott ikkonċernat.

▼M3

Artikolu 19a

Informazzjoni fl-istadju proviżorju

1.  
Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fin-notifika ta’ bidu. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet erba’ ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji. Tali informazzjoni għandha tinkludi: sommarju tad-dazji proposti għal raġunijiet ta’ informazzjoni biss, u dettalji tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li jingħata kont debitu għar-rekwiżit li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità li jinsabu fl-Artikolu 19. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlett ijiem ta’ xogħol mill-għoti ta’ tali informazzjoni biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.
2.  
Fil-każijiet fejn ma hemmx l-intenzjoni li jiġu imposti dazji proviżorji iżda hemm il-ħsieb li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji erba’ ġimgħat qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji.

▼B

Artikolu 20

Rivelazzjoni

1.  
Min jagħmel l-ilment, l-importaturi u l-esportaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentanti tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż ta' esportazzjoni, jistgħu jitolbu r-rivelazzjoni tad-dettalji sottostanti l-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġew imposti l-miżuri provviżorji. It-talbiet għal tali rivelazzjoni għandhom isiru bil-miktub immedjatament wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, u r-rivelazzjoni għandha ssir bil-miktub kemm jista' jkun malajr possibbli wara.
2.  
Il-partijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu r-rivelazzjoni finali tal-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, jew it-terminazzjoni ta' investigazzjoni jew proċedimenti mingħajr l-impożizzjoni tal-miżuri, b'attenzjoni partikolari mogħtija lir-rivelazzjoni ta' kwalunkwe fatti jew kunsiderazzjonijiet li jkunu differenti minn dawk użati għal kwalunkwe miżura provviżorja.
3.  
It-talbiet għar-rivelazzjoni finali, kif definita fil-paragrafu 2, għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni bil-miktub u jiġu riċevuti, f'każijiet fejn ġie impost dazju provviżorji, mhux iktar tard minn xahar wara l-pubblikazzjoni tal-impożizzjoni ta' dak id-dazju. Fejn ma jkunx ġie impost dazju provviżorju, il-partijiet għandhom jingħataw opportunità li jitolbu rivelazzjoni finali fil-limiti ta' żmien stabbiliti mill-Kummissjoni.
4.  
Ir-rivelazzjoni finali għandha tingħata bil-miktub. Din għandha ssir, b'kont debitament meħud tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tirrivela ċerti fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-mument, dawn għandhom jiġu rivelati kemm jista' jkun malajr wara.

Ir-rivelazzjoni ma għandha tippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista' tittieħed mill-Kummissjoni, iżda fejn tali deċiżjoni tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatt u kunsiderazzjoni differenti, dawn għandhom jiġu rivelati kemm jista' jkun malajr.

5.  
Ir-rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li tingħata r-rivelazzjoni finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jiġu riċevuti fi żmien perjodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas għaxart ijiem, b'kont debitament meħud tal-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perjodu iqsar kull meta jkollha ssir rivelazzjoni finali addizzjonali.

Artikolu 21

Interess tal-Unjoni

1.  
Determinazzjoni jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx intervent għandha ssir fuq il-bażi ta' apprezzament tal-interessi varji kollha meħuda globalment, inklużi l-interessi tal-industrija domestika u tal-utenti u konsumaturi. Determinazzjoni li ssir skont dan l-Artikolu għandha biss issir fejn il-partijiet kollha ġew mogħtija l-opportunità li jagħmlu l-veduti tagħhom magħrufa skont il-paragrafu 2. F'tali eżami, il-bżonn li jiġu eliminati l-effetti ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni minn dumping dannuż u li tiġi ristabbilita kompetizzjoni effettiva għandu jingħata kunsiderazzjoni speċjali. Ma jistgħux jiġu applikati miżuri, kif stabbiliti fuq il-bażi tad-dumping u d-dannu misjub, fejn l-awtoritajiet, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata, jistgħu jikkonkludu b'mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu applikati tali miżuri.

▼M2

2.  
Sabiex tiġi pprovduta bażi soda li fuqha l-Kummissjoni tkun tista’ tieħu kont tal-fehmiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi tal-Unjoni, it-trade unions, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta’ żmien speċifikati fin-notifika tal-bidu tal-proċedimenti dwar l-anti-dumping, jippreżentaw lilhom infushom, u jipprovdu informazzjoni, lill-Kummissjoni. Tali informazzjoni, jew sommarji adegwati tagħha, għandha tkun disponibbli għall-partijiet l-oħra speċifikati f’dan l-Artikolu, u dawn għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal tali informazzjoni.

▼B

3.  
Il-partijiet li jkunu aġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jitolbu smigħ. Tali talbiet għandhom jiġu aċċettati meta jiġu ppreżentati fil-limiti ta' żmien previsti fil-paragrafu 2, u meta jistabbilixxu r-raġunijiet, f'termini tal-interess tal-Unjoni, għaliex il-partijiet għandhom jinstemgħu.

▼M2

4.  
Il-partijiet li jkunu aġġixxew f’konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe dazju proviżorju. Tali kummenti għandhom ikunu riċevuti fi żmien 15-il jum mid-data tal-applikazzjoni ta’ tali miżuri jekk għandu jittieħed kont tagħhom u dawn, jew taqsiriet adegwati tagħhom, għandhom isiru disponibbli lill-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal tali kummenti.

▼B

5.  
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tkun korrettement ppreżentata u sa fejn din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' tali analiżi, flimkien ma' opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 bħala parti mill-abbozz ta' miżura ppreżentat skont l-Artikolu 9. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet espressi fil-kumitat taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
6.  
Il-partijiet li jkunu aġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li jsiru disponibbli lilhom il-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu probabbilment se jittieħdu d-deċiżjonijiet finali. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli sa fejn ikun possibbli u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.
7.  
Informazzjoni għandha tiġi meqjusa biss fejn tkun sostnuta minn evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni ta':

(a) 

kwalunkwe regola speċjali stabbilita fi ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

(b) 

ir-Regolamenti tal-Unjoni fis-settur agrikolu u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 ( 4 ), (KE) Nru 614/2009 ( 5 ) u (KE) Nru 1216/2009 ( 6 ). Dan ir-Regolament għandu jopera bħala kumplimentari għal dawk ir-Regolamenti u b'deroga minn kwalunkwe dispożizzjoni tagħhom li tipprekludi l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping;

(c) 

miżuri speċjali, sakemm tali azzjoni ma tmurx kontra obbligi taħt skont il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

▼M1

Artikolu 23

Rapport u informazzjoni

▼M2

1.  
Il-Kummissjoni, b’rispett dovut għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19, għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni ta’ investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, rieżamijiet, distorsjonijiet sinifikanti u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u s-sodisfazzjon tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu ta’ strumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li huma mmirati lejn l-Unjoni u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-Rapport għandu jinkludi wkoll kif tqiesu u ttieħdu fil-kont l-istandards soċjali u ambjentali fl-investigazzjonijiet. Tali standards għandhom ikopru dawk inkorporati fi ftehimiet ambjentali multilaterali li għalihom hija parti l-Unjoni u fil-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia għal dan ir-Regolament, kif ukoll il-leġislazzjoni nazzjonali ekwivalenti tal-pajjiż esportatur.

▼M1

2.  
Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tar-Regolament. Barra minn hekk, jista', inter alia abbażi tar-rapport skont il-paragrafu 1 u l-preżentazzjoni u l-ispjegazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, jikkomunika kwalunkwe kunsiderazzjoni u fatt rilevanti lill-Kummissjoni.
3.  
Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport pubbliku.

▼M2

4.  
Sad-9 ta’ Ġunju 2023 u kull ħames snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rieżami tal-applikazzjoni tal-Artikoli 7(2a), 8(1) u 9(4), li jinkludi evalwazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni. Tali rieżami jista’, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

Artikolu 23a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sentejn mit-8 ta’ Ġunju 2018 u tista’ tiġi eżerċitata darba biss.

Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(2a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-8 ta’ Ġunju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodu tal-istess tul ta’ żmien, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(1) u (2a) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 7 ).
5.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.
6.  
Atti delegati adottati skont l-Artikolu 7(1) u (2a) għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 24

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan id-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

IR-REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)

 

Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 1168/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 344, 14.12.2012, p. 1)

 

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1)

Biss il-punt 22 tal-Anness

▼M2




ANNESS Ia

IL-KONVENZJONIJIET TAL-ILO MSEMMIJA F’DAN IR-REGOLAMENT

1. 

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat jew Obbligatorju, Nru 29 (1930)

2. 

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)

3. 

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)

4. 

Il-Konvenzjoni dwar ir-Remunerazzjoni Indaqs għall-Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Indaqs, Nru 100 (1951)

5. 

Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)

6. 

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, Nru 111 (1958)

7. 

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol, Nru 138 (1973)

8. 

Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

▼B




ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4

Artikoli 1 sa 4

Artikolu 5(1) sa (9)

Artikolu 5(1) sa (9)

Artikolu 5(10), l-ewwel sentenza

Artikolu 5(10), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(10), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 5(10), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(11) u (12)

Artikolu 5(11) u (12)

Artikolu 6(1), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1), it-tielet sentenza

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(1), ir-raba' sentenza

Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(3), it-tieni sentenza

Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(3), it-tielet sentenza

Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(4), it-tieni sentenza

Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(4), it-tielet sentenza

Artikolu 6(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(6), it-tieni sentenza

Artikolu 6(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(6), it-tielet sentenza

Artikolu 6(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 6(6), ir-raba' sentenza

Artikolu 6(6), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 6(7), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(7), it-tieni sentenza

Artikolu 6(7), it-tieni subparagrafu

Artikolu 6(8) u (9)

Artikolu 6(8) u (9)

Artikolu 7(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tieni sentenza

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(2) sa (5)

Artikolu 7(2) sa (5)

Artikolu 7(7)

Artikolu 7(6)

Artikolu 8(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(1), it-tieni sentenza

Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(1), it-tielet sentenza

Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(2), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(2), it-tielet u r-raba' sentenza

Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(2), il-ħames sentenza

Artikolu 8(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(3), (4) u (5)

Artikolu 8(3), (4) u (5)

Artikolu 8(6), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 8(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(6), it-tielet sentenza

Artikolu 8(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(7) u (8)

Artikolu 8(7) u (8)

Artikolu 8(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(9), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 8(9), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 8(9), it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(9), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 8(9), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(10)

Artikolu 8(10)

Artikolu 9(1), (2) u (3)

Artikolu 9(1), (2) u (3)

Artikolu 9(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(4), it-tieni sentenza

Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 9(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(6), it-tieni sentenza

Artikolu 9(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(6), it-tielet sentenza

Artikolu 9(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4), kliem introduttorju

Artikolu 10(4), kliem introduttorju u l-punti (a) u (b)

Artikolu 10(4)(a)

Artikolu 10(4)(c)

Artikolu 10(4)(b)

Artikolu 10(4)(d)

Artikolu 10(5)

Artikolu 10(5)

Artikolu 11(1) sa (4)

Artikolu 11(1) sa (4)

Artikolu 11(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 11(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 11(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(5), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' sentenza

Artikolu 11(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5), l-ewwel subparagrafu, il-ħames sentenza

Artikolu 11(5), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 11(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(5), il-ħames subparagrafu

Artikolu 11(5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(5), sitt subparagrafu

Artikolu 11(6), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 11(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(6), ir-raba' sentenza

Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(6), ħames sentenza

Artikolu 11(6), it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(7)

Artikolu 11(7)

Artikolu 11(8), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 11(8), l-ewwel, it-tieni u it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(8), ir-raba' subparagrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 11(8), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 11(8), ir-raba' subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 11(8), il-ħames subparagrafu

Artikolu 11(8), ir-raba' subparagrafu, ir-raba' sentenza

Artikolu 11(8), is-sitt subparagrafu

Artikolu 11(9) u (10)

Artikolu 11(9) u (10)

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, it tieni sentenza

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 13(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 13(2) u (3)

Artikolu 13(2) u (3)

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, it-tielet sentenza

Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(4), l-ewwel subparagrafu, ir-raba' sentenza

Artikolu 13(4), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(4), il-ħames subparagrafu

Artikolu 13(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 13(4), sitt subparagrafu

Artikolu 13(4), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 13(4), seba 'subparagrafu

Artikolu 13(5)

Artikolu 13(5)

Artikolu 14(1), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 14(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(1), it-tielet sentenza

Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' sentenza

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 14(4), l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 14(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(4), it-tielet u r-raba' sentenza

Artikolu 14(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14(5), (6) u (7)

Artikolu 14(5), (6) u (7)

Artikoli 15 u 16

Artikoli 15 u 16

Artikolu 17(1), (2) u (3)

Artikolu 17(1), (2) u (3)

Artikolu 17(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(4), it-tieni sentenza

Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(1), it-tieni sentenza

Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(1), it-tielet sentenza

Artikolu 18(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 18(2) sa (6)

Artikolu 18(2) sa (6)

Artikolu 19(1) sa (5)

Artikolu 19(1) sa (5)

Artikolu 19(6), l-ewwel sentenza

Artikolu 19(6), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(6), it-tieni sentenza

Artikolu 19(6), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(1), (2) u (3)

Artikolu 20(1), (2) u (3)

Artikolu 20(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 20(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(4), ir-raba' sentenza

Artikolu 20(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(5)

Artikolu 20(5)

Artikoli 21 u 22

Artikoli 21 u 22

Artikolu 22a

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Anness I

Anness II

Anness I

Anness II



( 1 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas-7 ta' Novembru 2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (ĠU L 312, 11.11.2006, p. 1).

( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar is-sistema komuni ta' kummerċ għall-ovalbumina u laktalbumina (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 8).

( 6 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10).

( 7 )  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Top