Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1164-20160214

Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1164 tal- 15 ta' Lulju 2015 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1164/2016-02-14

2015R1164 — MT — 14.02.2016 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1164

tal-15 ta' Lulju 2015

li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016

(ĠU L 188 16.7.2015, p. 28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/190 tat-12 ta' Frar 2016

  L 38

3

13.2.2016




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1164

tal-15 ta' Lulju 2015

li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 139(2) u l-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 144 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor jew l-isoglukożju li jiġi prodott b'eċċess mill-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fi ħdan il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-regoli ddettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, huma stipulati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 ( 2 ). Madankollu, għal kull sena tas-suq, il-limitu kwantitattiv għandu jkun iffissat abbażi tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni.

(3)

Għal ċerti produtturi taz-zokkor u l-isoglukożju fl-Unjoni, l-esportazzjonijiet mill-Unjoni jirrappreżentaw parti importanti mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, u dawn stabbilixxew swieq tradizzjonali barra mill-Unjoni. L-esportazzjonijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju lil dawk is-swieq jistgħu jkunu ekonomikament vijabbli anke mingħajr l-għoti ta' rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġi ffissat limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota sabiex il-produtturi kkonċernati tal-UE jkunu jistgħu jkomplu jfornu lis-swieq tradizzjonali tagħhom.

(4)

Għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016, huwa stmat li l-iffissar tal-limitu kwantitattiv inizjalment għal 650 000 tunnellata, f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota, u għal 70 000 tunnellata, f'materja niexfa, għall-isoglukożju barra mill-kwota, ikun jikkorrispondi mad-domanda tas-suq.

(5)

L-esportazzjonijiet taz-zokkor mill-Unjoni lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali tal-importazzjoni lill-prodotti tal-Unjoni, attwalment jinsabu f'pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Fid-dawl tan-nuqqas ta' strumenti xierqa ta' assistenza reċiproka fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u biex jiġi evitat kwalunkwe abbuż assoċjat mal-importazzjoni mill-ġdid jew mad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' zokkor barra mill-kwota, ċerti destinazzjoniet fil-qrib għandhom jiġu eskluzi mid-destinazzjonijiet eliġibbli.

(6)

Fid-dawl tal-istima ta' anqas riskji ta' frodi eventwali fir-rigward tal-isoglukożju minħabba n-natura tal-prodott, mhuwiex meħtieġ li jkunu ristretti d-destinazzjonijiet eliġibbli għall-esportazzjoni tal-isokglukożju barra mill-kwota.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

L-iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota

▼M1

1.  Għas-sena tas-suq 2015/2016, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' 1 350 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' zokkor abjad barra mill-kwota kklassifikat fil-kodici NM 1701 99 .

▼B

2.  L-esportazzjonijiet fil-limitu kwantitattiv iffissat fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, minbarra:

(a) il-pajjiżi terzi: l-Albanija, Andorra, il-Bosnja-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Kosovo ( 3 ), il-Liechtenstein, il-Montenegro, San Marino u s-Serbja;

(b) it-territorji tal-Istati Membri li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

(c) it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru, li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà.

Artikolu 2

L-iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet tal-isoglukożju barra mill-kwota

1.  Għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun 70 000 tunnellata ta' materja niexfa, għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' isoglukożju barra mill-kwota, tal-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10 , 1702 60 10 u 1702 90 30 .

2.  L-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.

Jiskadi fit-30 ta' Settembru 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

( 3 ) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo

Top