Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R1095-20170109

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1095/2017-01-09

02015R1095 — MT — 09.01.2017 — 001.004


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1095

tal-5 ta' Mejju 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 177 8.7.2015, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2282 tat-30 ta' Novembru 2016

  L 346

51

20.12.2016


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 230, 17.7.2020, p.  39 (2015/1095)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1095

tal-5 ta' Mejju 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida li jaħdmu bil-mains tal-elettriku u kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu bil-mains tal-elettriku inklużi dawk mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel u għalf tal-annimali.

Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li huma primarjament imħaddma minn sorsi tal-enerġija li mhumiex tal-elettriku;

(b) 

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu b'unità ta' kondensazzjoni remota;

(c) 

kabinetti miftuħa, fejn li jkunu miftuħin huwa rekwiżit fundamentali għall-funzjonalità primarja tagħhom;

(d) 

kabinetti ddisinjati speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali nett u ddisinjat speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, mhux suffiċjenti għall-eżenzjoni;

(e) 

kabinetti ddisinjati speċifikament biss sabiex fihom jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed iddisinjat speċifikament sabiex jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat mhux biżżejjed għall-eżenzjoni;

(f) 

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(g) 

kabinett bank (counter cabinet) u forom simili oħra ta' kabinett primarjament maħsub għall-wiri u l-bejgħ ta' oġġetti tal-ikel minbarra r-refriġerazzjoni u l-ħżin;

(h) 

kabinetti li ma jużawx ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(i) 

►C1  kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar għar-refriġerazzjoni rapida b’kapaċità superjuri għal 300 kg ta’ oġġetti tal-ikel; ◄

(j) 

tagħmir għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu;

(k) 

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali magħmulin apposta u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, magħmulin darba skont speċifikazzjoni ta' konsumatur individwali u mhux ekwivalenti għal kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali oħra kif imfisser fid-definizzjoni 10 tal-Anness I jew kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida kif imfisser fid-definizzjoni 11 tal-Anness I;

(l) 

kabinetti integrati;

(m) 

kabinetti tat-tip roll-in jew li wieħed jgħaddi minn ġo fihom;

(n) 

kabinetti tal-arja statika;

(o) 

friżers tal-bieba minn fuq.

2.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' unitajiet ta' kondensazzjoni li joperaw b'temperatura baxxa jew medja jew bit-tnejn.

Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

unitajiet ta' kondensazzjoni li jinkludu evaporatur, li jista' jkun evaporatur integrali, bħall-unitajiet monobloc, jew evaporatur remot, bħal f'unitajiet maqsumin;

(b) 

pakketti jew xkafef kompressur, li ma jinkludux kondensatur;

(c) 

unitajiet ta' kondensazzjoni li n-naħa tal-kondensatur tagħhom ma tużax l-arja bħal mezz għat-trasferiment tas-sħana.

3.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' chillers tal-proċess intenzjonati biex jitħaddmu b'temperatura baxxa jew medja.

Madankollu ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a) 

chillers tal-proċess intenzjonati biex joperaw b'temperatura għolja;

(b) 

chillers tal-proċess li jużaw esklussivament kondensazzjoni evaporattiva;

(c) 

chillers tal-proċess immuntati fuq il-post magħmula fuq ordni speċifika, li jinħadmu darba biss;

(d) 

chillers tal- assorbiment.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni li jintegra kabinett wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta' bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura tal-oġġetti tal-ikel fil-limiti preskritti f'temperatura ta' operazzjoni ta' tkessiħ jew iffriżar, bl-użu taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u intenzjonat għall-friġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel f'ambjenti li mhumiex unitajiet domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi;

(b) 

“kabinett ta' refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni primarjament intenzjonat biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal anqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ ta' ffriżar;

(c) 

►C1  “kamra għar-refriġerazzjoni rapida” tfisser spazju magħluq, li l-bieba u l-ispazju intern tiegħu jkunu kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista’ jidħol fih, li jkun maħsub qabelxejn biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan sa temperatura inqas minn 10 °C fil-każ ta’ tkessiħ u inqas minn -18 °C fil-każ ta’ ffriżar ◄ ;

(d) 

“kapaċità” tfisser, fil-każ ta' kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, il-piż tal-ikel li jista' jiġi pproċessat (mill-kabinett ta' refriġerazzjoni rapida) sa taħt 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u sa taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar f'operazzjoni waħdanija;

(e) 

“apparat għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu” tfisser kabinett għar-refriġerazzjoni rapida fornut b'ċinga li timxi li ddaħħal l-oġġetti tal-ikel 'il ġewwa, biex tippermetti proċess kontinwu ta' tkessiħ jew iffriżar rapidu tal-oġġett tal-ikel;

(f) 

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra primarjament intenzjonati għall-konsum li jirrikjedi refriġerazzjoni f'temperaturi speċifikati;

(g) 

“kabinett inkorporat” tfisser apparat fiss għar-refriġerazzjoni insulat intenzjonat sabiex jiġi installat f'kabinett, f'post irtirat ippreparat f'ħajt jew post simili u jirrikjedi li jingħalaq bl-għamara;

(h) 

“kabinett bil-karru” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi kabinett uniku wieħed li jippermetti xkaffi fuq karru ta' prodott sabiex jiddaħħlu ġewwa fuq karru;

(i) 

“kabinett jinfed miż-żewġ naħat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali aċċessibbli minn żewġ naħat;

(j) 

“kabinett tal-arja statika” kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali mingħajr ċirkolazzjoni interna ta' arja sfurzata, iddisinjat speċifikament sabiex jinħażnu oġġetti tal-ikel li huma sensittivi għat-temperatura u sabiex jiġi evitat li prodotti tal-ikel maħżuna mhux issiġillati jinxfu, fejn kabinett uniku ta' arja statika fil-kabinett mhux biżżejjed biex il-kabinett jiġi indikat bħala kabinett tal-arja statika;

(k) 

“kabinett heavy duty” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li kapaċi jżomm b'mod kontinwu temperatura operattiva ta' tkessiħ u ta' ffriżar f'kundizzjonijiet ta' temperatura ambjentali fil-kompartiment(i) kollha tiegħu li jikkorrispondu għall-klassi ta' klima 5, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(l) 

“kabinett miftuħ” tfisser kabinett tal-ħżin professjonali li l-għeluq iffriżat tiegħu jista' jintlaħaq min barra mingħajr ma tinfetaħ bieba jew kexxun, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartiment wieħed li jkun jista' jintlaħaq minn barra bla ma jinfetaħ kexxun jew bieba, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali atl-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jiskwalifikah milli jissejjaħ hekk;

(m) 

“saladette” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali b'bieba waħda jew aktar jew kexxun wieħed jew aktar vertikali li għandhom qatgħa fil-parti tal-fuq tal-wiċċ li minnhom jistgħu jiddaħħlu kontenituri għall-ħżin temporanji għal aċċess faċli għall-friġerazzjoni bħal pereżempju, imma mhux eżawrjenti, il-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

(n) 

“friżer bil-bieba minn fuq”, tfisser friżer għall-ikel li l-kompartiment(i) tagħha jintlaħaq/jintlaħqu min-naħa ta' fuq tal-apparat jew li għandha kompartimenti kemm tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, imma li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq jaqbeż is-75 % tal-volum gross totali tal-apparat;

(o) 

“unità ta' kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b'mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f'apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma' evaporator jew ma' tagħmir ta' espansjoni;

(p) 

“temperatura baxxa” tfisser li unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi li twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 35 °C;

(q) 

“temperatura medja” tfisser li l-unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 10 °C;

(r) 

“kapaċità friġeratorja nominali” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, ladarba jiġi mqabbad ma' evaporatur u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem bil-kapaċità massima tiegħu, u mkejjel skont kundizzjonijiet nominali standard mat-temperatura ambjentali bħala referenza stabbilita bħala 32 °C, espressa f'kW;

(s) 

“chiller tal-proċess” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed u evaporator wieħed, li kapaċi jkessaħ u kontinwament iżomm it-temperatura tal-likwidu li jipprovdi t-tkessiħ ta' apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni; jista' jew ma jistax jinkludi l-kondensatur, il-ħardwer taċ-ċirkwit li jkessaħ u tagħmir anċillari ieħor;

(t) 

“temperatura baxxa” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' – 25 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(u) 

“temperatura medja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta'– 8 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(v) 

“temperatura għolja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' 7 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(w) 

“kapaċità friġeratorja nominali”, espressa f'kW, tfisser il-kapaċità friġeratorja li kapaċi jilħaq chiller tal-proċess meta jaħdem bil-kapaċità massima, u mkejjel b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza ta' 35 °C għal chillers imkessħa bl-arja u b'temperatura tal-inlet tal-ilma ta' 30 °C fil-kondensatur għal friġeratorji mkessħa bl-ilma.

(x) 

“pakkett ta' kompressur” jew “xkaffa ta' kompressur” tfisser prodott li jinkorpora talanqas kompressur(i) tar-refriġirazzjoni tal-elettriku wieħed jew aktar u sistema ta' kontroll;

(y) 

“chiller tal-assorbiment” tfisser chiller ta' proċess li fih ir-refriġerazzjoni sseħħ permezz ta' proċess ta' assorbiment bl-użu tas-sħana bħala sors tal-enerġija;

(z) 

“chiller tal-kondensament evaporattiv” tfisser chiller ta' proċess mgħammar b'kondensatur evaporattiv, li fih ir-refriġerant jitkessaħ permezz ta' taħlita ta' moviment tal-arja u sprejjar bl-ilma.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.  Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida huma stabbiliti fl-Anness II.

2.  Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni huma stabbiliti fl-Anness V.

3.  Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess huma stabbiliti fl-Anness VII.

4.  Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom japplikaw skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

(a) 

Mill-1 ta' Lulju 2016:

(1) 

l-unitajiet ta' kondensazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a) u 2 tal-Anness V;

(2) 

iċ-chillers tal-proċess għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a) u 2 tal-Anness VII.

(3) 

il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a)(i) u 2(a) tal-Anness II;

(4) 

il-kabinetti heavy duty għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) u 2(a) tal-Anness II.

(5) 

Il-kabinetti ta' refrigerazzjoni rapida għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness II.

(b) 

Mill-1 ta' Jannar 2018:

(1) 

il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(a)(ii) tal-Anness II.

(c) 

Mill-1 ta' Lulju 2018:

(1) 

l-unitajiet ta' kondensazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness V;

(2) 

iċ-chillers tal-proċess għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness VII.

(d) 

Mill-1 ta' Lulju 2019:

(1) 

il-kabinetti għall-ħżin professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness II.

5.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Annessi III u IV.

6.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VI.

7.  Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.  Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għanda tkun il-kontroll intern tad-disinn stabbilit fl-Anness IV tagħha jew is-sistema tal-immaniġġjar stabbilita fl-Anness V tagħha.

2.  Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, il-punt 2(b) tal-Anness V u l-punt 2(b) tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IX, l-Anness X u l-Anness XI meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-Anness V u l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Parametri referenzjarji indikattivi

Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-kabinetti għall-ħżin professjonali, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess li għandhom l-aħjar prestazzjoni, li huma disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma stabbiliti fl-Anness XII.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi dan li ġej::

1. 

għall-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni, b'mod partikolari:

(a) 

tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti elenkati fl-Artikolu 1(1);

(b) 

rekwiżiti aktar stretti għal kabinetti heavy-duty;

(c) 

rekwiżit ta' informazzjoni dwar il-kapaċità tal-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali biex ikessħu l-oġġetti tal-ikel;

(d) 

metodu għad-determinazzjoni tal-konsum standard annwali tal-enerġija għar-refriġiraturi-friżers;

(e) 

metodu revedut għall-konsum standard annwali tal-enerġija għall-kabinetti bank;

2. 

għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti;

3. 

għall-kmamar kesħin li tista' timxi fihom, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti;

4. 

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess:

(a) 

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn li jkopru l-emissjonijiet diretti tal-gass b'effett ta' serra relatati mar-refriġeranti;

(b) 

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali aktar baxxa minn 0,1 kW f'temperatura baxxa u 0,2 kW f'temperatura medja u unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali ta' aktar minn 20 kW f'temperatura baxxa u 50 kW f'temperatura medja;

(c) 

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni mibjugħa b'evaporatur, pakketti u xkafef ta' kompressur li ma jinkludux kondensatur u unitajiet ta' kondensazzjoni li ma jużawx l-arja bħala mezz ta' trasferiment tas-sħana għall-kondensatur;

(d) 

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess permezz tal-użu ta' chillers b'kondensazzjoni evaporattiva u tal-proċess li jużaw teknoloġija ta' assorbiment;

5. 

għall-prodotti kollha, kontroll dwar jekk il-verżjoni aktar ġodda tas-sorsi kkwotati humiex disponibbli għall-valuri GWP;

6. 

għall-prodotti kollha, il-valur tat-tolleranzi ammessi fil-proċedura tal-verifika għall-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa XI

Għall-finijiet tal-Annessi II sa XII għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Definizzjonijiet relatati mal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti għat-tkessiħ rapidu

(1) 

“volum nett” tfisser il-volum li jinkludi l-oġġetti tal-ikel sal-limitu tat-tagħbija;

(2) 

“temperatura operatorja mkessħa” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura bejn – 1 °C u 5 °C;

(3) 

“temperatura operatorja tal-friża” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura anqas minn – 15 °C, li hija mifhuma bħala l-ogħla temperatura tal-aktar pakkett tat-test sħun;

(4) 

“kabinett polivalenti” tfisser li l-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jew kabinett separat tal-istess kabinett jista' jiġi stabbilit f'temperaturi differenti għall-oġġetti tal-ikel imkessħa jew iffriżati;

(5) 

“kabinett ikkombinat” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi żewġ kabinetti jew aktar b'temperaturi differenti għar-refriġerazzjoni u l-ħżin tal-oġġetti tal-ikel;

(6) 

“friġġ friżer” tfisser tip ta' kabinett ikkombinat li tal-anqas jinkludi kabinett wiħed esklussiv intenzjonat għal temperatura operatorja mkessħa u kabinett wieħed intenzjonat esklussivament għal temperatura operatorja tal-friża;

(7) 

“kabinett vertikali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv ekwivalenti għal jew ogħla minn 1 050  mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett;

(8) 

“kabinett bank” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv aktar baxx minn 1 050  mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett;

(9) 

“kabinett light-duty”, magħruf ukoll bħala “kabinett semiprofessjonali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jista' jżomm biss b'mod kontinwu temperatura operatorja mkessħa jew tal-friża fil-kompartimenti kollha tiegħu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 3, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV; jekk il-kabinett kapaċi jżomm temperatura f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 4, ma jiġix ikkunsidrat bħala kabinett light-duty;

(10) 

“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti” tfisser mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq bl-istess volum nett, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta' effiċjenza u ta' prestazzjoni u l-istess tipi ta' komparimenti u volumi bħal mudell ieħor ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur;

(11) 

“kabinett għat-tkessiħ rapidu” tfisser mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq bl-istess karatteristiċi tekniċi, tal-effiċjenza u tal-prestazzjoni, bħal mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur;

Definizzjonijiet relatati ma' unitajiet ta' kondensazzjoni

(12) 

“kapaċità tat-tkessiħ nominali” (PA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar, ladarba jkun imqabbad ma' evaporator u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u mkejla b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza stabbilita fil-livell ta' 32 °C, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(13) 

“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni (inklużi l-kompressur, il-fan(fannijiet) tal-kondensatur, u awżiljarji possibbli) sabiex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(14) 

“koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPA ) tfisser kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża bl-input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(15) 

“koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC u COPD”, tifisser il-kapaċità tat-tkessiħ, espressa f'kW, maqsuma bl-input tal-qawwa, espress f'kW, espress f'żewġ punti deċimali fil-punti tar-rata B,C u D;

(16) 

“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' unità ta' kondensazzjoni li jipprovdi tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, rappreżentattiv tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-karga jew ambjentali matul is-sena, u kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-domanda ta' tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(17) 

“domanda ta' tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(18) 

“domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser domanda għat-tkessiħ għal kull intervall fis-sena, ikkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(19) 

“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga totali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali;

(20) 

“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser il-temperatura ambjentali Tj mnaqqsa b' 5 °C diviża bit-temperatura ambjentali ta' referenza mnaqqsa b'5 °C, u — għal temperatura medja — immoltiplikata b'0,4 u miżjuda għal 0,6, u — għal temperatura baxxa — immoltiplikata b'0,2 u miżjuda għal 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali anqas minn 5 °C, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 0,6 għal temperatura medja u 0,8 għal temperatura baxxa. Il-proporzjoni tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara li ssir multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed.

(21) 

“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall korrispondenti, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(22) 

“temperatura ambjentali” tfisser temperatura tal-arja b'termometru niexef, espressa fi gradi Celsius;

(23) 

“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI;

(24) 

“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat fis-sena li fihom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI;

(25) 

“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon tal-karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. It-temperatura hija stabbilita fil-livell ta' 32 °C;

(26) 

“koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall” (COPj ) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-koeffiċjent ta' prestazzjoni ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, korretta fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni;

(27) 

“domanda ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser id-domanda ta' tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti;

(28) 

“koeffiċjent tal-prestazzjoni ddikjarat” tfisser il-koeffiċjent ta' prestazzjoni f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolat bħala l-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarat diviża mill-input elettriku ddikjarat;

(29) 

“kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità tipproduċi sabiex tilħaq id-domanda ta' tkessiħ speċifika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, espressi f'kW approssimati għal żewġ punti deċimali;

(30) 

“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni sabiex tilħaq il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata, espress f'kW approssimat għal żewġ punti deċimali;

(31) 

“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cdc) huwa stabbilit fil-livell ta' 0,25 u jfisser il-kejl tat-telf fl-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità possibbli mitfija/mixgħula tal-unitajiet ta' kondensazzjoni meħtieġa biex tissodisfa il-karga parzjali rikjesta fil-kaz li l-kontroll tal-kapaċità tal-unità ma jkunx jista' jiskariga sal-karga parzjali rekwiżita;

(32) 

“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità tal-unità ta' kondensazzjoni li tibdel il-kapaċità tagħha billi tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġeranti, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk l-unità ma tkunx tista' tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, “staged” jekk tinbidel ir-rata tal-fluss volumetriku jew tvarja f'serje ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'serje ta' tliet passi jew aktar;

Definizzjonijiet relatati għaċ-chillers tal-proċess

(33) 

“kapaċità ta' tkessiħ nominali” (PA), espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali, ifisser il-kapaċità ta' tkessiħ li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jilħaq, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u kkalkolata skont kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza fil-livell ta' 35 °C għaċ-chillers mkessħa bl-arja u temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur fil-livell ta' 30 °C għal chillers imkessħa bl-ilma;

(34) 

“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess (inkluż il-kompressur, il-kondensatur, il-fann(ijiet) jew pompa/pompi, il-pompa/pompi tal-evaporazzjoni u l-awżiljarji possibbli) biex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(35) 

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali” (EERA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża b'input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(36) 

“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' refrigerant tal-proċess sabiex jiġi pprovdut tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, li jirrappreżenta varjazzjonijiet fil-karga u temperatura ambjentali matul is-sena, u kkalkolata bħala l-proporzjon bejn id-domanda tat-tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(37) 

“domanda tat-tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata min-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(38) 

“domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, għal kull interval fis-sena, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(39) 

“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga sħiħa mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali;

(40) 

“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser:

(a) 

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-arja, it-temperatura ambjentali Tj mnaqqsa b'5 °C diviża bit-termperatura amjentali ta' referenza mnaqqsa b'5 °C, u mmultiplikata b'0,2 u miżjuda sa 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali anqas minn 5 °C, il-proporzjon ta' karga parzjali għandu jkun 0,8;

(b) 

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma Tj mnaqqsa b'9 °C diviża bit-temperatura tal-inlet tal-ilma ta' referenza (30 °C) mnaqqsa b'9 °C, u mmultiplikata b'0,2 u miżuda sa 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali aktar baxxi minn 5 °C (temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur 9 °C), il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 0,8;

Il-proporzjon tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara l-multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed

(41) 

“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat fl-intervall;

(42) 

“temperatura ambjentali” tfisser:

(a) 

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-arja, temperatura tal-arja b'termometru niexef, espressa fi gradi Celsius

(b) 

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur, espressa fi gradi Celsius;

(43) 

“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fl-Anness VIII;

(44) 

“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat kull sena li matulhom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fl-Anness VIII;

(45) 

“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser it-temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon ta' karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. Din għandha tiġi stabbilita fil-livell ta' 35 °C. Għal chillers tal-proċess imkessħa bl-arja, it-temperatura tal-inlet tal-arja għall-kondensatur, hija definita fil-livell ta' 35 °C filwaqt li għaċ-chillers tal-proċess imkessħa bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma għall-kondensatur hija definita fil-livell ta' 30 °C;

(46) 

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall” (EERj ) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza tal-enerġija għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, ikkoreġut fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni;

(47) 

“domanda tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser domanda tat-tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti;

(48) 

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat” tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati;

(49) 

“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess sabiex jilħaq il-kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata;

(50) 

“kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ prodotta miċ-chiller sabiex jilħaq id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata;

(51) 

“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cc) tfisser il-kejl tat-telf tal-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità taċ-chillers tal-proċess fil-karga parzjali; jekk Cc mhux determinat bil-kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni predefinit huwa Cc = 0,9;

(52) 

“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità taċ-chiller tal-proċess li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġerant, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk iċ-chiller ta' proċess ma jistax jibdel ir-rata tal-fluss volumentriku tiegħu, “stadjat” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tiġi varjata f'sensiela ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'sensiela ta' tliet passi jew aktar;

Definizzjonijiet komuni:

(53) 

“potenzjal ta' riskaldament globali” (GWP) tfisser il-kejl ta' kemm 1 kg ta' refrigerant applikat fiċ-ċiklu ta' kompressjoni ta' fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għar-riskaldament globali, espress f'ekwivalenti ta' kg CO2 fuq perjodu ta' mitt sena (100);

(54) 

għar-refriġeranti fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima ( 1 ) (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena);

(55) 

għall-gassijiet mhux fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni IPCC għall-perjodu ta' 100 sena;

(56) 

Il-valuri GWP għal taħlitiet ta' refriġeranti huma bbażati fuq il-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, bil-valuri tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena);

(57) 

għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi msemmija hawn fuq, ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-2010 tal-Panil għal-Valutazzjoni Xjentifika ( 2 ) (SAP) skont il-Protokoll ta' Montreal u r-rapport tal-2010 tal-UNEP dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Arja Kkundizzjonata u l-Pompi tas-Sħana, ( 3 ) jew rapporti aktar ġodda jekk disponibbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ, jintużaw bħala referenzi.




ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a) 

Il-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali skont il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minbarra kabinetti heavy-duty u friġġijiet friżers, għandhom jikkonformaw mal-limiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġitika (EEI) li ġejjin:

(i) 

Mill-1 ta' Lulju 2016: EEI < 115

(ii) 

Mill-1 ta' Jannar 2018: EEI < 95

(iii) 

Mill-1 ta' Lulju 2019: EEI < 85

L-EEI ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali għandu jiġi kkalkolat skont il-proċedura deskritta fl-Anness III.

(b) 

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-kabinetti heavy-duty għandu jkollhom EEI aktar baxx minn 115.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

(a) 

Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja dwar il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:

(i) 

il-kategorija tal-apparat, b'mod partikolari jekk hux vertikali jew bank;

(ii) 

fejn ikun applikabbli, jekk il-kabinett huwiex heavy-duty, light-duty jew friġġ friżer;

(iii) 

it-temperatura/temperaturi operatorja/operatorji tal-kabinett, imkessaħ, tal-friża jew poliventali;

(iv) 

il-volum nett għal kull kabinett, espress f'litri u approssimat għal punt wieħed deċimali;

(v) 

il-konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett, espress f'kWh għal kull sena;

(vi) 

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinett, għajr għal refriġiraturi-friżers, fejn il-komnsum enerġetiku indikattiva ta' kuljum għandu jiġi ddikjarat, permezz ta' ttestjar tal-kompartimenti esklussivament maħsuba għal temperatura operattiva mkessħa, f'temperature operattiva mkessħa, u dawk eslussivament maħsuba għal temeperatura operattiva ffriżata u f'temperatura operattiva ffriżata;

(vii) 

għal kabinetti light-duty, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat huwa intenzjonat għall-użu f'temperaturi ambjentali sa 25 °C u għaldaqstant mhuwiex adattat għal użu tipiku fi kċejjen professjonali sħan”;

(viii) 

għal kabinetti heavy-duty, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat huwa intenzjonat għal użu f'temperaturi ambjentali sa 40 °C”;

(ix) 

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi użat u miżmum il-kabinett sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-enerġija tiegħu;

(x) 

it-tip, l-isem u l-potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) tal-fluwidu tar-refriġerant inkluż tal-kabinett;

(xi) 

il-karga refriġeranti, espressa f'kg u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(xii) 

informazzjoni rilevanti għar-riċiklaġġ u r-rimi meta ma jibqax jintuża.

It-Tabella 1 ta' hawn taħt tipprovdi l-għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta



Tabella 1

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatata magħhom l-informazzjoni]

Użu intenzjonat

ħżin

Temperatura(i) operatorja(i)

friġeratorja/friża/poliventali

Kategorija

Vertikali/bank

(fejn applikabbli)

Heavy-duty/light-duty

Fluwidu/fluwidi refriġeranti: [informazzjoni biex jiġi identifikat il-fluwidu/fluwidi refriġeranti, inkluż l-GWP]

Oġġett

Simbolu

Valur

Unità

Konsum Annwali tal-Enerġija

AEC

x,xx

kWh

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

EEI

x,xx

 

Volum nett

VN

x,x

litru

(fejn applikabbli)

 

 

 

Volum imkessaħ

VNRef

x,x

litru

Volum iffriżat

VNFrz

x,x

litru

Karga refriġeranti

 

x,xx

kg

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(b) 

Mill-1 ta' Lulju 2016, fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali, għandha tiġi pprovduta taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparat;

(ii) 

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii) 

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c) 

Mill-1 ta' Lulju 2016 l-informazzjoni indikattiva li ġejja dwar il-prodott għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida għandha tiġi pprovduta fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:

(i) 

Kapaċità tal-karga sħiħa tal-kabinett espressa f'kg ta' oġġetti tal-ikel, u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(ii) 

Iċ-ċiklu tat-temperatura standard, li jfisser minn liema temperatura fi °C sa liema temperatura fi gradi °C, l-oġġetti tal-ikel huma intenzjonati li jitkessħu u f'kemm minuti;

(iii) 

Il-konsum tal-enerġija, f'kWh għal kull kg ta' oġġetti tal-ikel għal kull ċiklu tat-temperatura standard u approssimat għal żewġ punti deċimali;

(iv) 

Fil-każ tat-tagħmir integrali, it-tip, l-isem u l-GWP tal-fluwidu tar-refriġerant inkluż fil-kabinett u fil-karga tar-refriġerant (kg) approssimat għal żewġ punti deċimali. Fil-każ ta' tagħmir maħsub sabiex jintuża ma' unità ta' kondensazzjoni remota (mhux fornut mal-kabinett ta' refriġerazzjoni rapida stess), il-karga refriġeranti intenzjonata meta użata ma' unità ta' kondensazzjoni rakkomandata u t-tip, l-isem u l-GWP tal-fluwidu ta' refrigerant intenzjonat;

(d) 

Id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) 

elementi speċifikati fil-punti (a) u (c) għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida rispettivi;

(ii) 

meta l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet mill-kalkolu abbażi tad-disinn, jew estrapolazzjoni minn apparat ta' refriġerazzjoni ekwivalenti oħra, jew it-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew it-tnejn, u ta' testijiet li jkunu għamlu l-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jkunu saru. L-informazzjoni tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha meta l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.

(iii) 

l-informazzjoni misjuba f'din id-dokumentazzjoni teknika tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika provduta skont il-miżuri tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).




ANNESS III

Metodu għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta' mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, il-konsum annwali tal-enerġija huwa mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija standard.

L-EEI jiġi kkalkolat bħala:

EEI = (AEC/SAEC) × 100

Fejn:

AEC = E24h × af × 365

AEC = konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett f'kWh/sena

E24h = konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett fuq 24 siegħa

af = fattur ta' aġġustament li għandu jiġi applikat biss għal kabinetti light-duty, skont l-Anness IV, punt 2(b)

SAEC = M × Vn + N

SAEC = konsum annwali tal-enerġija standard tal-kabinett f'kWh/sena

Vn = volum nett tal-apparat, li huma s-somma tal-volumi netti tal-kabinetti kollha tal-kabinett, espress f'litri.

M u N huma mogħtija fit-Tabella 2.



Tabella 2

Valuri koeffiċjenti M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Imkessaħ Vertikali

1,643

609

Friża Vertikali

4,928

1 472

Bank Imkessaħ

2,555

1 790

Bank Friża

5,840

2 380




ANNESS IV

Miżuri u kalkoli għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

1. Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru miżuri u kalkoli li jużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew li jużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3.

2. Għall-istabbiliment tal-valuri tal-konsum annwali tal-enerġija, u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

It-temperatura tal-pakketti tat-test tkun bejn – 1 °C u 5 °C għall-kabinetti għall-ħżin u anqas minn – 15 °C għall-kabinetti friża;

(b) 

Il-kundizzjonijiet ambjentali jikkorrispondu għall-klassi tal-klima 4 kif iddettaljat fit-Tabella 3, minbarra għall-kabinetti light-duty li għandhom jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ambjentali korrispondenti għall-klassi tal-klima 3. Imbagħad għandhom jiġu applikati fatturi ta' aġġustament ta' 1,2 għal kabinetti light-duty f'temperatura operatorja friġeratorja u 1,1 għal kabinetti light-duty f'temperatura operatorja ffriżata għar-riżultati tal-ittestjar miksuba għal kabinetti light-duty għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni skont l-Anness II, punt 2(a);

(c) 

Jiġu ttestjati l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali:

— 
f'temperatura operatorja mkessħa fil-każ ta' kabinett kombinat li jinkludi tal-anqas kabinett wieħed intenzjonat esklussivament għal temperatura operatorja mkessħa,
— 
f'temperatura operatorja mkessħa fil-każ ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li għandu biss kabinett wieħed esklussiv intenzjonat għal temperatura operatorja mkessħa,
— 
f'temperatura operatorja ffriżata fil-każijiet l-oħra kollha.

3. Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet tal-klima 3, 4 u 5 huma indikati fit-Tabella 3.



Tabella 3

Kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet 3, 4 u 5 tal-klima

Klassi tal-klima tal-kamra tat-test

Temperatura b'termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

3

25

60

16,7

12,0

4

30

55

20,0

14,8

5

40

40

23,9

18,8




ANNESS V

Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a) 

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni ma għandhomx ikunu anqas mill-valuri li ġejjin:



Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,20

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

1,40

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,25

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

2,35

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

0,75

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

0,85

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

1,50

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

1,60

(b) 

Mill-1 ta' Lulju 2018, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni staġjonali ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:



Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,40

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

1,60

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,55

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

2,65

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

0,80

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

0,95

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

1,60

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

1,70

(c) 

Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni intenzjonati li jiġu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali anqas minn 150, il-valuri COP u SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punt 1(a) b'massimu ta' 15 % u fil-punt 1(b) b'massimu ta' 10 %.

(d) 

L-unitajiet tal-kondensazzjoni li kapaċi joperaw kemm fit-temperatura medja kif ukoll dik baxxa għandhom jikkonformaw mar-rekċiżiti ta' kull kategorija li jkunu ddikjarati għaliha.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

Mill-1 ta' Lulju 2016, tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodott għall-unitajiet ta' kondensazzjoni:

(a) 

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u websajts aċċessibbli mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importatur, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(i) 

it-temperatura evaporatorja intenzjonata, espressa fi gradi Celsius (temperatura medja – 10 °C, temperatura baxxa – 35 °C);

(ii) 

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali aktar baxxa minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi medji u baxxi rispettivament:

— 
is-COP nominali, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 32 °C approssimat għal żewġ punti deċimali u l-kapaċità ta' tkessiħ nominali u l-input elettriku, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali,
— 
il-valur COP, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 25 °C, approssimat għal żewġ punti deċimali, u kapaċità ta' tkessiħ korrispondenti u input elettriku, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;
(iii) 

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali ogħla minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operattivi medji u baxxi rispettivament:

— 
il-valur SEPR, approssimat għal żewġ punti deċimali,
— 
il-konsum annwali tal-elettriku, express f'kWh kull sena,
— 
il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, l-input elettriku nominali u COP nominali,
— 
il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata u l-input elettriku ddikjarat, espressi f'kW u approssimata għal tliet punti deċimali, u l-valur COP, approssimat għal żewġ punti deċimali, fil-punti nominali B, C u D;
(iv) 

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni intenzjonati għall-użu f'temperatura ambjentali ogħla minn 35 °C, il-valur COP, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 43 °C, approssimat għal żewġ punti deċimali, u kapaċità ta' tkessiħ korrispondenti, espressa f'kW u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(v) 

it-tip(i) u l-isem (ismijiet) tal-fluwidu(i) refriġeranti intenzjonati biex jintużaw fl-unitajiet ta' kondensazzjoni;

(vi) 

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta ssire manutenzjoni fuq unitajiet ta' kondensazzjoni;

(vii) 

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed sabiex tottimizza l-effiċjenza tal-unità ta' kondensazzjoni meta tiġi integrata fl-apparat refriġeranti;

(viii) 

informazzjoni rilevanti dwar ir-riċiklaġġ jew ir-rimi meta l-unità ma tibqax tintuża.

(b) 

taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:

(i) 

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparati;

(ii) 

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii) 

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c) 

id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) 

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(ii) 

meta l-informazzjoni relatata ma' mudell speċifiku tkun inkisbet mill-kalkolu abbażi tad-disinn jew l-estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħra, id-dettalji ta' tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, u ta' kwalunkwe test li jsir sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli, inklużi dettalji tal-mudell matematiku għall-kalkolu tal-prestazzjoni tat-tali kombinazzjonijiet u dettalji tal-kejl li jkunu ttieħdu sabiex jiġi vverifikat dak il-mudell.

It-Tabelli 4 u 5 ta' hawn taħt jipprovdu għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta



Tabella 4

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali aktar baxxa minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatat miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Fluwidu/fluwidi refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu/fluwidi refriġeranti intenzjonat(i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura evaporatorja (*1)

t

– 10 °C

– 35 °C

°C

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C

Kapaċità ta' tkessiħ nominali

PA

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xxx

x,xxx

kW

COP nominali

COPA

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 25 °C

Kapaċità ta' tkessiħ

P2

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku

D2

x,xxx

x,xxx

kW

COP

COP2

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C

(fejn ikun applikabbli)

Kapaċità ta' tkessiħ

P3

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku

D3

x,xxx

x,xxx

kW

COP

COP3

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

fiss/fi stadji/varjabbli

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*1)   Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni sabiex joperaw biss temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.



Tabella 5

Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali ogħla minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell (i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu(i) refriġeranti intenzjonat (i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura evaporatorja (*1)

T

– 10 °C

– 35 °C

°C

Konsum annwali tal-elettriku

Q

x

x

kWh/a

Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali

SEPR

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C

(Punt A)

Kapaċità ta' tkessiħ nominali

PA

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xx

x,xx

kW

COP nominali

COPA

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 25 °C

(Punt B)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

PB

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DB

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPB

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 15 °C

(Punt C)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

Pc

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

Dc

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPC

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 5 °C

(Punt D)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

PD

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DD

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPD

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C

(fejn ikun applikabbli)

Kapaċità ta' tkessiħ

P3

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku

D3

x,xx

x,xx

kW

COP dikjrata

COP3

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

fiss/fi stadji/varjabbli

Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet fissi u fi stadji tal-kapaċità

Cdc

0,25

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*1)   Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni maħsuba biex joperaw biss f'temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.




ANNESS VI

Kejl u kalkoli għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

1. Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punt 2.

2. Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-kapaċità ta' tkessiħ, l-input elettriku, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-temperatura ambjentali ta' referenza tal-iskambjatur (kondensatur) tas-sħana fuq barra tkun 32 °C;

(b) 

it-temperatura evaporatorja standard fl-iskambjatur (evaporator) tas-sħana fuq ġewwa tkun – 35 °C għal temperatura baxxa u – 10 °C għal temperatura medja;

(c) 

fejn ikun applikabbli, il-varjazzjonijiet tat-temperatura ambjentali matul is-sena, li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Unjoni u n-numru korrispondenti ta' sigħat mata jkun hemm dawn it-temperaturi, għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabella 6;

(d) 

fejn ikun applikabbli, l-effett tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżat miċ-ċikliċità, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tal-unità ta' kondensazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat.



Tabella 6

Varjazzjonijiet tat-temperaturi fuq barra matul is-sena skont kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Ewropa għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

j

Tj

hj

1

– 19

0,08

2

– 18

0,41

3

– 17

0,65

4

– 16

1,05

5

– 15

1,74

6

– 14

2,98

7

– 13

3,79

8

– 12

5,69

9

– 11

8,94

10

– 10

11,81

11

– 9

17,29

12

– 8

20,02

13

– 7

28,73

14

– 6

39,71

15

– 5

56,61

16

– 4

76,36

17

– 3

106,07

18

– 2

153,22

19

– 1

203,41

20

0

247,98

21

1

282,01

22

2

275,91

23

3

300,61

24

4

310,77

25

5

336,48

26

6

350,48

27

7

363,49

28

8

368,91

29

9

371,63

30

10

377,32

31

11

376,53

32

12

386,42

33

13

389,84

34

14

384,45

35

15

370,45

36

16

344,96

37

17

328,02

38

18

305,36

39

19

261,87

40

20

223,90

41

21

196,31

42

22

163,04

43

23

141,78

44

24

121,93

45

25

104,46

46

26

85,77

47

27

71,54

48

28

56,57

49

29

43,35

50

30

31,02

51

31

20,21

52

32

11,85

53

33

8,17

54

34

3,83

55

35

2,09

56

36

1,21

57

37

0,52

58

38

0,40




ANNESS VII

Rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a) 

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chillers tal-proċess ma jkunx anqas mill-valuri li ġejjin:



Medju tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR minimu

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

2,24

PA > 300 kW

2,80

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,48

PA > 200 kW

1,60

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

2,86

PA > 300 kW

3,80

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,82

PA > 200 kW

2,10

(b) 

Mill-1 ta' Lulju 2018, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chiller tal-proċess ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:



Medju tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR nominali

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

2,58

PA > 300 kW

3,22

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,70

PA > 200 kW

1,84

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

3,29

PA > 300 kW

4,37

Baxxa

PA ≤ 200 kW

2,09

PA > 200 kW

2,42

(c) 

Għaċ-chillers tal-proċess maħsuba biex ikunu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali potenzjali anqas minn 150, il-valuri SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punti 1(a) u (b) b'massimu ta' 10 %.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT

Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja għaċ-chillers tal-proċess:

(a) 

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u l-websajts b'aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi, li jinkludu l-elementi li ġejjin:

(i) 

it-temperatura operatorja intenzjonata, espressa fi gradi Celsius (temperatura medja – 8 °C, temperatura baxxa – 25 °C);

(ii) 

it-tip ta' chiller tal-proċess, imkessaħ bl-arja jew bl-ilma;

(iii) 

il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, l-input elettriku nominali, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;

(iv) 

il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali (EERA ), approssimat għal żewġ punti deċimali;

(v) 

il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata u l-input elettriku ddikjarat fil-punti nominali B, C u D, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;

(vi) 

l-EER iddikjarat fil-punti nominali B, C, u D, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(vii) 

il-valur SEPR, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(viii) 

il-konsum annwali tal-elettriku, f'kWh għal kull sena;

(ix) 

it-tip(i) u l-isem(ismijiet) ta' fluwidu/fluwidi refriġerant(i) maħsub/a biex jintuża(w) maċ-chiller ta' proċess;

(x) 

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta ssir manutenzjoni taċ-chiller tal-proċess

(xi) 

l-informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi meta ma jibqax jintuża.

(b) 

taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:

(i) 

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparati;

(ii) 

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii) 

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c) 

id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) 

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(ii) 

meta l-informazzjoni relatata ma' mudell speċifiku tkun inkisbet permezz ta' kalkolu abbażi ta' disinn jew estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħra, id-dettalji ta' tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, u kwalunkwe testijiet li jsiru sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli, inklużi dettalji tal-mudell matematiku għall-kalkolu tal-prestazzjoni tat-tali kombinazzjonijiet u dettalji tal-kejl li jkun sar sabiex jiġi vverifikat dak il-mudell.



Tabella 7

Rekwiżiti ta' informazzjoni għaċ-chillers tal-proċess

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Tip ta’ kondensazzjoni: [imkessħa bl-arja / imkessħa bl-ilma]

Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni li tidentifika l-fluwidu/fluwidi refriġeranti maħsub/a sabiex jintużaw miċ-chiller tal-proċess]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura operatorja

t

– 8 °C

– 25 °C

°C

Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali

SEPR

x,xx

x,xx

 

Konsum annwali tal-elettriku

Q

x

X

kWh/a

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' referenza

(Punt A)

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xx

x,xx

kW

EER nominali

EERA

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali B

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

PB

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DB

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERB

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali C

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

Pc

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

Dc

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERC

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali D

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

PD

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DD

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERD

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

 

fiss/fi stadji (*2)/varjabbli

Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet ta' kapaċità fissi jew fi stadji (*1)

Cc

x,xx

x,xx

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(*1)   Jekk Cc mhux determinat b'kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni prestabbilit għandu jkun Cc = 0,9. Meta jintgħażel il-valur Cc prestabbilit, allura r-riżultati taċ-ċikliċità ma għandux ikun meħtieġ. Inkella, għandu jkun meħtie il-valur tat-test taċ-ċikliċità tat-tkessiħ.

(*2)   Għal unitajiet ta' kapaċità fi stadji, għandhom jiġu ddikjarati f'kull kaxxa żewġ valuri diviżi bi slash (“/”) fit-taqsima li tirreferi għall-“kapaċità tat-tkessiħ” u l-“EER”.




ANNESS VIII

Kejl u kalkoli għaċ-chillers tal-proċess

1. Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jintużaw permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma jissodisafw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3.

2. Għall-istabbiliment tal-valuri tal-kapaċità tat-tkessiħ, l-input elettriku, il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

it-temperatura ambjentali ta' referenza fl-iskambjatur tas-sħana ta' barra tkun 35 °C għal chillers imkessħa bl-arja u temperatura ta' 30 °C tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur għal chillers imkessħa bl-ilma;

(b) 

it-temperatura tal-outlet tal-likwidu fl-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa tkun – 25 °C għal temperatura baxxa u – 8 °C għal temperatura medja;

(c) 

il-varjazzjonijiet tat-temperatura ambjentali matul is-sena, li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Unjoni, u n-numru ta' sigħat korrispondenti meta jseħħu dawn it-temperaturi, għandhom jiġu stabbiliti fit-Tabella 6 fl-Anness VI;

(d) 

l-effett tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżat miċ-ċikliċità skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat.

▼M1




ANNESS IX

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) 

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 8.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li ġew elenkati fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala prodotti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, it-tliet unitajiet oħra magħżula jistgħu jkunu ta' wieħed jew aktar mill-mudell differenti elenkati bħala prodotti ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 8.

(6) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 5, il-mudell u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li ġew elenkati fid-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur jew tal-importatur bħala prodotti ekwivalenti, għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament.

(7) 

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III u fl-Anness IV.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 8 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 8

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Volum nett

Il-valur stabbilit m'għandux ikun inqas mill-valur dikjarat b'aktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija (E24h)

Il-valur stabbilit m'għandux jaqbeż il-valur dikjarat b'iktar minn 10 %.




ANNESS X

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-unitajiet tal-kondensazzjoni

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) 

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 9.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9.

(6) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7) 

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VI.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 9

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR) tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPA) tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali inqas minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC u COPD tal-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja

Il-valuri stabbiliti m'għandhomx ikunu iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.




ANNESS XI

Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għaċ-chillers tal-proċess

It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur jew mill-importatur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew biex jiġu interpretati dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar akkost ta' kollox.

Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

(1) 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell.

(2) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

(a) 

il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 2 tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-paragrafu (g) tiegħu; kif ukoll

(b) 

il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u kull informazzjoni fuq il-prodott meħtieġa li jippubblikaw il-manifattur jew l-importatur ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur jew għall-importatur mill-valuri dikjarati; kif ukoll

(c) 

meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dan il-kejl) ikunu fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif turi t-Tabella 10.

(3) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a) jew (b), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(4) 

Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(c), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.

(5) 

Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 10.

(6) 

Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 5, il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament.

(7) 

Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punti 3 u 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VIII.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 10 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.



Tabella 10

It-tolleranzi tal-verifika

Parametri

It-tolleranzi tal-verifika

Il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġunali (SEPR)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

Il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERA)

Il-valur stabbilit m'għandux ikun iktar minn 10 % inqas mill-valur dikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

▼B




ANNESS XII

Parametri ta' referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

1. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali f'termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI):



 

Volum nett (litri)

Konsum annwali tal-enerġija

EEI

Vertikali mkessaħ

600

474,5

29,7

Bank imkessaħ

300

547,5

21,4

Vertikali ffriżat

600

1 825

41,2

Bank iffriżat

200

1 460

41,0

2. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-unitajiet ta' kondensazzjoni f'termini ta' koeffiċjent ta' prestazzjoni nominali u proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali:



Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur tal-parametri ta' referenza

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,9

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

2,3

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

3,6

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

3,5

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

1,0

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

1,3

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

2,0

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,0

3. Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għaċ-chillers tal-proċess f'termini ta' proporzjon ta' prestazzjoni enerġetika staġjonali:



Mezz tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR minimu

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

3,4

PA > 300 kW

3,7

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,9

PA > 200 kW

1,95

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

4,3

PA > 300 kW

4,5

Baxxa

PA ≤ 200 kW

2,3

PA > 200 kW

2,7



( 1 ) Ir-Raba' Valutazzjoni tal-IPCC tal-2007 dwar it-Tibdil fil-Klima, Rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml

( 2 ) http://ozone.unep.org/Assessment_Panels/SAP/Scientific_Assessment_2010/index.shtml

( 3 ) http://ozone.unep.org/teap/Reports/RTOC/

( 4 ) Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1).

Top