This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R0408-20171204
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/408 of 11 March 2015 on implementing Article 80(7) of Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market and establishing a list of candidates for substitution (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408 tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
02015R0408 — MT — 04.12.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/408 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 067 12.3.2015, p. 18) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2065 tat-13 ta' Novembru 2017 |
L 295 |
40 |
14.11.2017 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/408
tal-11 ta' Marzu 2015
dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta' kandidati għas-sostituzzjoni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Kandidati għas-sostituzzjoni
Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom ikunu kif stabbilit fil-lista fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll għas-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 skont il-miżuri tranżitorji tal-Artikolu 80(1).
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
L-Artikolu 1 u l-Anness ma għandhomx japplikaw għal applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ippreżentati qabel l-1 ta' Awwissu 2015.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
1-metilċiklopropen
8-idrossikwinolina
aklonifen
amitrol
bifentrin
bromadiolon
bromukonażol
karbendażim
klorotoluron (sterjokimika mhux iddikjarata)
komposti tar-ram (il-varjanti idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku)
ċiprokonażol
ċiprodinil
diklofop
difenakum
difenokonażol
diflufenikan
dimetoat
dimossistrobin
dikwat
epossikonażol
esfenvalerat
etoprofos
etofenproks
etossażol
famoksadon
fenamifos
ossidu tal-fenbutatin
fipronil
fludiossonil
flufenaċet
flumjossażin
fluwometuron
fluwopikolid
flukwinkonażol
glufosinat
alossifop-P
imażamoks
imażosulfuron
isoproturon
isopirażam
lambda-cjalotrina
lenaċil
linuron
lufenuron
mekoprop
metalaksil
metam
metkonażol
metomil
metribużin
metsulfuronmetil
molinat
miklobutanil
nikosulfuron
ossadiarġil
ossadiażon
ossamil
ossifluworfen
paklobutrażol
pendimetalin
pirimikarb
prokloraż
profossidim
propikonażol
propossikarbażon
prosulfuron
kwinossifen
kwiżalofop-P (il-varjant kwiżalofop-P-tefuril)
sulkotrion
tebukonażol
tebufenpirad
tepralossidim
tijakloprid
tri-allat
triasulfuron
triażossidu
warfarin
żiram