Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R0323-20160610

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat- 2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/323/2016-06-10

    2015R0323 — MT — 10.06.2016 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/323

    tat-2 ta' Marzu 2015

    dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp

    (ĠU L 058 3.3.2015, p. 17)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/888 tas-6 ta' Ġunju 2016

      L 149

    1

    7.6.2016




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/323

    tat-2 ta' Marzu 2015

    dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp



    L-EWWEL PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET EWLENIN



    TITOLU I

    Suġġett, ambitu u dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    Ambitu

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u l-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet.

    Artikolu 2

    Rabta mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

    1.  Sakemm ma jkunx previst speċifikament mod ieħor, referenzi diretti f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jitqiesu li jinkludu wkoll referenzi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

    2.  Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma għandhomx jitqiesu li jinkludu dispożizzjonijiet proċedurali li mhumiex rilevanti għall-11-il-FEŻ, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-għoti tas-setgħa li tadotta atti delegati.

    3.  Referenzi interni fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx jirrendu d-dispożizzjonijiet imsemmija indirettament applikabbli għall-11-il FEŻ.

    4.  It-termini użati f'dan ir-Regolament għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dik fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, bl-eċċezzjoni tad-definizzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

    Madankollu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu definiti skont kif ġej:

    (a) “baġit” jew “baġitarju” jfissru “il-11-il FEŻ”;

    (b) “impenn baġitarju” jfisser “impenn finanzjarju”;

    (c) “istituzzjoni” tfisser “il-Kummissjoni”;

    (d) “approprjazzjonijiet” jew “approprjazzjonijiet operazzjonali” jfissru “ir-riżorsi tal-11-il FEŻ”;

    (e) “linja tal-baġit” jew “linja fil-baġit” ifissru “allokazzjoni”;

    (f) “att bażiku” jfisser, skont il-kuntest rilevanti, il-Ftehim Intern, id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni;

    (g) “pajjiż terz” ifisser kwalunkwe pajjiż jew territorju benefiċjarju kopert mill-ambitu geografiku tal-11-il FEŻ.

    5.  L-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkollha l-għan li tippreserva l-koerenza mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sakemm tali interpretazzjoni ma tkunx kompatibbli mal-ispeċifiċitajiet tal-11-il FEŻ kif previst fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fil-Ftehim Intern, fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea jew ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    Artikolu 3

    Perijodi, dati u limiti ta' żmien

    Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ( 9 ) għandu japplika għall-iskadenzi stabbiliti b'dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Protezzjoni ta' data personali

    Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) u għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).

    L-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għall-finijiet tal-awditjar għandhom japplikaw.



    TITOLU II

    Prinċipji finanzjarji

    Artikolu 5

    Prinċipji finanzjarji

    Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom jiġu implimentati f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

    (a) l-unità u l-preċiżjoni tal-baġit;

    (b) l-unità tal-kontijiet;

    (c) l-universalità;

    (d) l-ispeċifikazzjoni;

    (e) l-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

    (f) it-trasparenza.

    Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru.

    Artikolu 6

    Prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni baġitarja

    L-ebda dħul ma għandu jinġabar u l-ebda nfiq ma għandu jsir dment li ma jkunx riservat għal allokazzjoni tal-FEŻ.

    L-Artikolu 8(2) u (3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    Artikolu 7

    Prinċipju tal-unità tal-kontijiet

    L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-użu tal-euro għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 8

    Prinċipju tal-universalità

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, id-dħul totali għandu jkopri l-istima għall-pagamenti totali.

    Id-dħul u l-infiq kollu għandu jkun irreġistrat bis-sħiħ mingħajr ebda aġġustament kontra xulxin, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar regoli dwar it-tnaqqis u l-aġġustamenti għar-rati tal-kambju, li għandhom japplikaw.

    Madankollu, id-dħul imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament għandu jnaqqas awtomatikament il-pagamenti magħmula fuq l-impenn li minnu ġie ġġenerat.

    L-Unjoni ma tistax issellef fi ħdan il-qafas tal-11-il FEŻ.

    Artikolu 9

    Dħul assenjat

    1.  Id-dħul assenjat għandu jintuża biex jiffinanzja partiti speċifiċi tan-nefqa.

    2.  Dawn li ġejjin għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat:

    (a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fiż-żewġ każijiet l-aġenziji pubbliċi tagħhom, entitajiet jew persuni fiżiċi; u minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal ċerti proġetti jew programmi ta' għajnuna esterna ffinanzjati mill-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni jew mill-BEI f'isimhom skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni;

    (b) dħul allokat għal skop speċifiku, bħal dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u legati;

    (c) dħul li joriġina mill-ħlas lura, wara l-irkupru, ta' ammonti mħallsa bi żball;

    (d) dħul iġġenerat minn interessi fuq pagamenti ta' prefinanzjament, soġġett għall-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

    (e) ħlasijiet lura u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 140(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

    (f) dħul iġġenerat minn rimbors sussegwenti ta' taxxi skont il-punt (b) tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    3.  Dħul assenjat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja tali partiti tan-nefqa kif huma ddeterminati mid-donatur dment li huwa aċċettat mill-Kummissjoni.

    Dħul assenjat imsemmi fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2 għandu jiffinanzja partiti tan-nefqa simili għal dawk minn fejn ikun ġie ġġenerat.

    4.  L-Artikolu 184(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika mutatis mutandis.

    5.  L-Artikoli 22(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar donazzjonijiet għandhom japplikaw għal dħul assenjat imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-aċċettazzjoni ta' donazzjoni għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kunsill.

    6.  Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ li jikkorrispondu għal dħul assenjat għandhom ikunu disponibbli awtomatikament meta d-dħul jiġi riċevut mill-Kummissjoni. Madankollu, stima tal-ammonti riċevibbli għandu jkollha l-effett li tagħmel ir-rizorsi tal-11-il FEŻ disponibbli fil-każ ta' dħul assenjat imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 fejn il-ftehim mal-Istat Membru jkun espress bil-munita euro; il-pagamenti jistgħu jitwettqu skont tali dħul biss meta jkun ġie irċevut.

    Artikolu 10

    Prinċipju tal-ispeċifikazzjoni

    Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi għal kull wieħed mill-Istati AKP jew OCTs u skont l-istrumenti prinċipali ta' kooperazzjoni.

    Fir-rigward tal-Istati AKP, dawk l-istrumenti huma stabbiliti mill-protokoll finanzjarju li jinsabu fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE. L-allokazzjoni tar-riżorsi (allokazzjonijiet indikattivi) għandha tkun ibbażata wkoll fuq id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Intern u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni u għandha tieħu kont tar-riżorsi riżervati għall-infiq ta' appoġġ marbuta mal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.

    Fir-rigward tal-OCTs, dawk l-istrumenti huma stabbiliti fir-Raba' Parti tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea u l-Anness II tagħha. L-allokazzjoni ta' dawk ir-riżorsi għandha tieħu kont ukoll tar-riżerva mhux allokata prevista fl-Artikolu 3(3) ta' dak l-Anness u tar-riżorsi riżervati għal studji jew għal miżuri ta' assistenza teknika skont il-punt (c) tal-Artikolu 1(1) tiegħu.

    Artikolu 11

    Prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

    1.  L-Artikoli 30(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja għandhom japplikaw. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandux japplika.

    2.  Għandhom jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jinkisbu, li jkunu rilevanti u f'waqthom. Il-kisba ta' dawk l-objettivi għandha tkun sorveljata minn indikaturi tal-prestazzjoni.

    3.  Sabiex jitjieb il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari sabiex tiġi ġġustifikata u speċifikata d-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21, huma meħtieġa l-evalwazzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-użu tar-riżorsi tal-11-il FEŻ għandu jkun antiċipat minn evalwazzjoni ex ante tal-operazzjoni li għandha ssir li tkopri l-elementi elenkati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

    (b) l-operazzjoni għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni ex post bil-ħsieb li jiġi żgurat li r-riżultati maħsuba jiġġustifikaw il-mezzi użati.

    4.  It-tipi ta' finanzjament previsti fit-Titolu VIII ta' dan ir-Regolament u l-metodi ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament għandhom jintgħażlu abbażi tal-abilità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u l-kapaċità tagħhom li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jittieħed kont tal-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nonkonformità. Fil-każ tal-għotjiet, dan jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom ta' darba, rati fissi u spejjeż għal kull unità.

    Artikolu 12

    Kontroll intern

    L-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    Artikolu 13

    Prinċipju tat-trasparenza

    1.  Il-11-il FEŻ għandu jkun implementat u l-kontijiet ippreżentati f'konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

    2.  Id-dikjarazzjoni annwali tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali ta' sejħiet għal kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar riċevituri u informazzjoni oħra, għandhom japplikaw. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, it-terminu “lokalità” għandu jfisser, fejn meħtieġ, l-ekwivalenti tar-reġjun fil-livell ta' NUTS 2 meta r-riċevitur jkun persuna fiżika.

    4.  Azzjonijiet iffinanzjati taħt il-11-il FEŻ jistgħu jiġu implimentati b'kofinanzjament parallel jew konġunt.

    Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

    Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jinġabru flimkien b'tali mod li ma jibqax possibbli li s-sors ta' finanzjament jiġi identifikat għal kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'dawn il-każijiet, il-pubblikazzjoni ex post ta' kuntratti tal-għotja u tal-akkwist kif meħtieġ fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) u l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-entità nkarigata, jekk ikun hemm.

    5.  Meta tkun qed tipprovdi l-assistenza finanzjarja, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi miżuri li jimponu rekwiżiti ta' viżibbiltà fuq il-benefiċjarji ta' fondi tal-Unjoni ħlief f'każijiet debitament iġġustifikati. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità ma'dawk ir-rekwiżiti minn dawk li jirċevuha.



    TITOLU III

    Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ u l-implimentazzjoni

    Artikolu 14

    Sorsi tar-riżorsi tal-11-il FEŻ

    Ir-riżorsi tal-11-il FEŻ għandhom jikkonsistu mil-limitu msemmi fl-Artikolu 1(2), (4) u (6) tal-Ftehim Intern; il-fondi msemmija fl-Artikolu 1(9) tiegħu; u dħul assenjat ieħor imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Struttura tal-11-il FEŻ

    Id-dħul u l-infiq tal-11-il FEŻ għandhom ikunu kklassifikati skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih huma assenjati.

    Artikolu 16

    Implimentazzjoni tal-11-il FEŻ skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba

    1.  Il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltajiet tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 57 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea. Għal dak il-għan hija għandha timplimenta d-dħul u l-infiq tal-11-il FEŻ skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Parti u t-Tielet Parti ta' dan ir-Regolament, taħt ir-responsabilità tagħha stess u fil-limiti tar-riżorsi tal-11-il FEŻ.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex ir-riżorsi tal-11-il FEŻ ikunu użati f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

    Artikolu 17

    Metodi ta' implimentazzjoni

    1.  L-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    2.  Soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 sa 5 ta' dan l-Artikolu, ir-regoli dwar il-metodi ta' implimentazzjoni previsti fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u l-Artikoli 188 u 193 ta' dak ir-Regolament, għandhom japplikaw. Madankollu punt (b) tall-Artikoli 58(1, u l-Artikolu 59 ta' dak ir-Regolament, dwar il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, ma għandhomx japplikaw.

    3.  L-entitajiet inkarigati għandhom jiżguraw konsistenza mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jinkarigaw lil entitajiet oħra b'kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni. Huma għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 kull sena. L-opinjoni tal-awditjar għandha tkun ippreżentata fi żmien xahar mir-rapport u d-dikjarazzjoni ta' ġestjoni li jridu jitqiesu fl-assigurazzjoni tal-Kummissjoni.

    L-organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-korpi tal-Istati Membri kif imsemmija fil-punti (c) (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li ġew inkarigati mill-Kummissjoni jistgħu wkoll għal kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit iqabdu organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li għandhom kapaċità operazzjonali u finanzjarja adegwata, taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li japplikaw għall-Kummissjoni.

    L-Istati tal-AKP u l-OCTs jistgħu wkoll għall-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit, iqabdu liid-dipartimenti tagħhom u lil korpi rregolati mil-liġi privata abbażi ta' kuntratt ta' servizz. Dawk il-korpi għandhom jiġu magħżula abbażi ta' proċeduri miftuħa, trasparenti, proporzjonati u nondiskriminatorji, biex b'hekk jiġu evitati konflitti ta' interessi. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula t-termini tal-kuntratt ta' servizz.

    4.  Fejn il-11-il FEŻ huwa implimentat f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati AKP jew tal-OCTs li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta' awtoritajiet kontraenti, il-Kummissjoni:

    (a) għandha, meta jkun meħtieġ, tirkupra ammonti dovuti minn riċevituri skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inkluż permezz ta' deċiżjoni li għandha tkun infurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 299 tat-TFUE;

    (b) tista', meta ċ-ċirkostanzi jesiġu dan, timponi penalitajiet amministrattivi u/jew finanzjarji taħt l-istess kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat AKP jew OCT għal dan l-għan.

    5.  L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, l-Istati Membri, jew minn pajjiżi u reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

    L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandu jiġi promoss, kif adatt.



    TITOLU IV

    Atturi finanzjarji

    Artikolu 18

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar atturi finanzjarji u r-responsabbiltà tagħhom

    1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil kull attur finanzjarju r-riżorsi meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu u karta li tiddeskrivi fid-dettall il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu jew tagħha.

    2.  L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar is-segregazzjoni tad-dmirijiet għandu japplika.

    3.  Il-Kapitolu IV tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 19

    Uffiċjal tal-awtorizzazzjoni

    1.  L-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jikkonċernaw rispettivament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, is-setgħat u d-dmirijiet tiegħu jew tagħha, u dawk tal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom japplikaw.

    Ir-rapport annwali tal-attività msemmi fl-Artikolu 66(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu jinkludi, bħala anness, tabelli li juru, skont l-allokazzjoni, il-pajjiż, it-territorju, ir-reġjun jew is-subreġjun, l-impenji totali, il-fondi assenjati u l-pagamenti magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati mill-ftuħ tal-FEŻ rispettiv.

    2.  Fejn l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jinduna bi problemi fit-twettiq ta' proċeduri relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi tal-11-il FEŻ, huwa għandu, flimkien mal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni maħtur nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali, jagħmel il-kuntatti kollha meħtieġa sabiex isib rimedju għas-sitwazzjoni u jieħu kwalunkwe passi li jkunu meħtieġa. Fil-każ li l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni nazzjonali, reġjonali, intra-AKP, jew territorjali ma jwettaqx jew ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet dovuti lilu skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli tal-Kummissjoni jista' temporanjament jieħu post dan tal-ewwel u jaġixxu f'isem u għan-nom ta' dan; f'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tirċievi, mir-riżorsi allokati għall-Istat AKP jew OCT in kwistjoni, kumpens finanzjarju għax-xogħol amministrattiv addizzjonali mġarrab.

    Artikolu 20

    Uffiċjal tal-kontabbiltà

    1.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-11-il FEŻ.

    2.  L-Artikolu 68, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li jikkonċernaw rispettivament is-setgħat u d-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, u s-setgħat li jistgħu jiġu ddelegati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, għandhom japplikaw. L-Artikolu 54 u l-Artikolu 57(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(5), u l-Artikolu 58(6) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.



    TITOLU V

    Operazzjonijiet ta' dħul

    Artikolu 21

    Kontribuzzjoni annwali u l-ħlasijiet parzjali tagħha

    1.  Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim Intern, il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2 u l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1, kif ukoll il-pagament tiegħu fi tliet ħlasijiet parzjali, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 7 ta' dan l-Artikolu.

    Il-pagamenti li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru għandhom jiġu stabbiliti b'tali mod li jkunu proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet ta' dak l-Istat Membru għall-11-il FEŻ kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ottubru tas-sena n, li tistipula:

    (a) il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 2;

    (b) l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

    (c) l-ammont tal-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

    (d) previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti bbażata fuq approċċ statistiku għall ammonti annwali ta' kontribuzzjonijiet mistennija għas-snin n + 3 u n + 4.

    Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar dik il-proposta sal-15 ta' Novembru tas-sena n.

    L-Istati Membri għandhom iħallsu l-ewwel pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 mhux aktar tard mill-21 ta' Jannar tas-sena n + 1.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, li tistipula:

    (a) ammont tat-tieni pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

    (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

    Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

    L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tieni pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

    4.  Sal-15 ta' Ġunju tas-sena n + 1, il-Kummissjoni, b'kont meħud tal-previżjonijiet tal-BEI dwar il-ġestjoni u l-operazzjoni tal-Faċilità tal-Investiment, inkluż dawk is-sussidji tar-rati ta' interess li huma implimentati mill-BEI, għandha tistabbilixxi u tikkomunika lill-Kunsill dikjarazzjoni tal-impenji, il-pagamenti u l-ammont annwali tas-sejħiet għall-kontribuzzjonijiet magħmula fis-sena n u li għandhom isiru fis-sena n + 1 u n + 2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-ammonti annwali tal-kontribuzzjonijiet skont l-Istat Membru, kif ukoll l-ammont li għad irid jitħallas mill-FEŻ, b'distinzjoni magħmula bejn l-ishma tal-BEI u dawk tal-Kummissjoni. L-ammonti għas-snin n + 1 u n + 2 għandhom ikunu bbażati fuq il-kapaċità li l-livell propost ta' riżorsi jitwassal b'mod effettiv filwaqt li jsir sforz biex jiġu evitati varjazzjonijiet sinifikanti bejn id-diversi snin, kif ukoll bilanċi tal-aħħar tas-sena sinifikanti.

    5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta' Ottubru tas-sena n + 1, li tistipula:

    (a) l-ammont tat-tielet pagament tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1;

    (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 f'konformità mal-ħtiġijiet attwali, f'każijiet fejn, skont l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim Intern, l-ammont annwali ma jibqax jikkorrispondi għall-ħtiġijiet attwali.

    Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta tagħha.

    L-Istati Membri għandhom iħallsu t-tielet pagament mhux aktar tard minn 21 jum tal-kalendarju wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill.

    6.  Is-somma tal-pagamenti relatata ma' sena partikolari ma għandhiex teċċedi l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ddeterminata għal dik is-sena. L-ammont annwali tal-kontribuzzjoni ma għandux jeċċedi l-limitu ddeterminat għal dik is-sena. Il-limitu ma għandux jiżdied ħlief f'konformità mal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim Intern. Żieda possibbli tal-limitu għandha tkun parti mill-proposti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu.

    7.  Il-limitu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas minn kull Stat Membru għas-sena n + 2, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għas-sena n + 1 u l-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet għandhom jispeċifikaw:

    (a) l-ammont ġestit mill-Kummissjoni; u

    (b) l-ammont ġestit mill-BEI, inkluż is-sussidji tar-rati ta' interess ġestiti minnu.

    ▼M1

    Artikolu 22

    Pagament tal-ħlasijiet parzjali

    1.  Talbiet għall-kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għal Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti, f'ordni kronoloġiku.

    2.  Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom ikunu espressi f'euro u għandhom ikunu mħallsa f'euro.

    3.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'kont speċjali bl-isem “Kummissjoni Ewropea — Fond Ewropew għall-Iżvilupp” miftuħ mal-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-istituzzjoni finanzjarja rilevanti maħtura minnu. L-ammont ta' dawn il-kontribuzzjonijiet għandu jibqa' f'dawk il-kontijiet speċjali sakemm ikun jeħtieġ li jsiru l-pagamenti.

    4.  Il-kont imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jinżamm mingħajr ebda imposta u mgħax.

    5.  Meta jiġi applikat imgħax negattiv għall-kont imsemmi fil-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mhux aktar tard mid-data tal-pagament ta' kull ħlas parzjali msemmi fl-Artikolu 21 jikkredita l-kont, b'ammont li jikkorrispondi għall-ammont ta' tali mgħax negattiv applikat sal-ewwel jum tax-xahar li jippreċedi l-pagament tal-ħlas parzjali.

    6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel kwalunkwe ġbid ta' flus mill-kontijiet speċjali b'tali mod li żżomm distribuzzjoni tal-assi f'dawk il-kontijiet li tikkorrispondi għall-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

    7.  Meta tkun qed tkopri l-ħtiġijiet f'riżorsi ta' flus kontanti tal-FEŻ b'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha timmira sabiex tnaqqas l-impatt tal-obbligu tal-Istati Membri li jikkreditaw l-ammonti ta' mgħax negattiv skont il-paragrafu 5 billi tiġbed bi prijorità fuq l-ammonti ikkreditati fil-kontijiet ikkonċernati.

    8.  Il-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) għandha tiġi kkreditata minn kull Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 53(1).

    ▼B

    Artikolu 23

    Imgħax għal ammonti ta' kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

    1.  Kif jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 21(2), (3) u (5), l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun obbligat li jħallas l-imgħax f'konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata kalendarja tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta' żmien stabbilit, miżjuda b żewġ punti perċentwali. Dik ir-rata għandha tiżdied bi kwart ta' punt perċentwali għal kull xahar ta' dewmien.

    (b) l-imgħax għandu jitħallas għall-perijodu li jkun għadda mill-ġurnata kalendarja ta' wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-pagament sal-ġurnata tal-pagament.

    2.  Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21(7) ta' dan ir-Regolament, l-imgħax għandu jiġu kkreditat f'wieħed mill-kontijiet previsti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern.

    Fir-rigward tal-kontribuzzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) ta' dan ir-Regolament, l-imgħax għandu jiġi kkreditat lill-Faċilità ta' Investiment f'konformità mal-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 24

    Talba għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa

    Mal-iskadenza tal-protokoll finanzjarju stabbilit fl-Anness Ic għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, il-parti tal-kontribuzzjonijiet li l-Istati Membri jibqgħu obbligati jħallsu skont l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament għandha tintalab mill-Kummissjoni u l-BEI, kif meħtieġ, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 25

    Operazzjonijiet oħra ta' dħul

    1.  L-Artikoli 77 sa 79, l-Artikolu 80(1) u (2) u l-Artikoli 81 sa 82 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dwar l-estimi tal-ammont riċevibbli, l-istabbiliment tal-ammonti riċevibbli, l-awtorizzazzjoni u r-regoli tal-irkupru, il-perijodu ta' limitazzjoni u trattament nazzjonali ta' intitolamenti tal-Unjoni, għandhom japplikaw. L-irkupru jista' jsir permezz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni infurzabbli skont l-Artikolu 299 tat-TFUE.

    2.  Fir-rigward tal-Artikoli 77(3) u 78(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, ir-referenza għal riżorsi proprji għandha tinftiehem bħala referenza għall-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri definiti fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament.

    3.  L-Artikolu 83(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandu japplika għall-irkupri stabbiliti bl-euro. Għall-irkupri fil-munita lokali, għandu japplika filwaqt li juża r-rata tal-bank ċentrali tal-pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih hija stabbilita l-ordni ta' rkupru.

    4.  Fir-rigward tal-Artikolu 84(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, il-lista ta' intitolamenti għandha tkun stabbilita separatament għall-11-il FEŻ u għandha tiġi miżjuda mar-rapport msemmi fl-Artikolu 44(2) ta' dan ir-Regolament.

    5.  L-Artikoli 85 u 90 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.



    TITOLU VI

    Operazzjonijiet ta' nfiq

    Artikolu 26

    Deċiżjonijiet ta' finanzjament

    L-impenn tal-infiq għandu jiġi preċedut minn deċiżjoni ta' finanzjament adottata mill-Kummissjoni.

    L-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tiegħu.

    Artikolu 27

    Regoli applikabbli għall-impenji

    1.  L-Artikolu 85, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 3 tiegħu, l-Artikoli 86, 87, 185 u l-Artikolu 189(1) u (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar l-impenji u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet esterni għandhom japplikaw. L-Artikolu 95(2), il-punti (a) u (e) tal-Artikolu 97(1) u l-Artikolu 98 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

    2.  Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-perijodu biex jiġu konklużi l-kuntratti individwali, u l-ftehimiet ta' għotja li jimplimentaw l-azzjoni jista' jiġi estiż għal aktar minn tliet snin wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament fejn l-Istati AKP u l-OSTs jafdaw kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 17(3) ta' dan ir-Regolament.

    3.  Meta r-riżorsi tal-11-il FEŻ jiġu implimentati f'ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', wara li jaċċetta l-ġustifikazzjoni, jestendi l-perijodu ta' sentejn imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) tiegħu.

    4.  Fit-tmiem tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew il-perijodi msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-bilanċi mhux użati għandhom ikunu, kif applikabbli, rilaxxati.

    5.  Fejn il-miżuri huma adottati taħt l-Artikoli 96 u 97 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, it-tmexxija tal-perijodi estiżi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 86(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 189 (2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tista' tiġi sospiża.

    6.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-konformità u r-regolarità għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti, partikolarment it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, tal-Ftehim Intern, ta' dan ir-Regolament, u l-atti kollha adottati fl-implimentazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    7.  Kull impenn legali għandu jipprovdi espressament li l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jkollhom is-setgħa ta' awditjar u verifika u għall-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) li jkollu s-setgħa ta' investigazzjonijiet, fuq il-bażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew il-fondi tal-11-il FEŻ.

    Artikolu 28

    Validazzjoni, awtorizzazzjoni u l-pagament tan-nefqa

    L-Artikoli 88, 89, l-Artikolu 90, bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 tiegħu; l-Artikolu 91 u l-Artikolu 184(4) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

    Artikolu 29

    Limiti ta' żmien għall-pagament

    1.  Suġġett għall-paragrafu 2, l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti mwettqa mill-Kummissjoni.

    2.  Fejn ir-riżorsi tal-11-il FEŻ huma implimentati taħt ġestjoni indiretta ma' Stati AKP jew OCTs u l-Kummissjoni tesegwixxi pagamenti f'isimhom, il-limitu ta' żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika għall-pagamenti kollha mhux imsemmija fil-punt (a) tagħha. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżgura kollaborazzjoni f'waqtha tal-awtorità kontraenti.

    3.  Il-pretensjonijiet għal ħlasijiet tardivi li għalihom hija responsabbli l-Kummissjoni għandhom jiġu mħallsa mill-kont jew mill-kontijiet provduti fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern.



    TITOLU VII

    Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni varji

    Artikolu 30

    Awditur intern

    L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jkun l-awditur intern tal-11-il-FEŻ. L-Artikoli 99 u 100 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    Artikolu 31

    Sistemi tal-IT, it-trasmissjoni elettronika u l-gvern elettroniku

    L-Artikoli 93, 94 u 95 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012, dwar il-ġestjoni elettronika ta' operazzjonijiet u dokumenti, għandhom japplikaw għall-11-il FEŻ mutatis mutandis.

    Artikolu 32

    Amministrazzjoni tajba u rimedju

    L-Artikoli 96 u 97 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    Artikolu 33

    Użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet

    Il-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 108(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 li fiha d-dettalji tal-kandidati u l-offerenti, u l-applikanti u l-benefiċjarji li jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 106; il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 109(1) u l-punt (a) ta' Artikolu 109(2) ta' dak ir-Regolament, għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-11-il FEŻ.

    L-Artikolu 108(2) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikoli 142 u 144 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar l-użu tal-bażi tad-data ċentrali dwar l-esklużjonijiet u dwar l-aċċess għaliha għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    Rigward l-Artikolu 108(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jinkludu l-implimentazzjoni tal-11-il FEŻ.

    Artikolu 34

    Arranġamenti amministrattivi mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Arranġamenti dettaljati jistgħu jkunu miftiehma bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni, min-naħa tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, tar-riżorsi previsti għan-nefqa ta' sostenn marbuta mal-11-il FEŻ skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern.



    TITLE VIII

    Tipi ta finanzjament

    Artikolu 35

    Dispożizzjonijiet ġenerali dwar tipi ta' finanzjament

    1.  Bl-iskop li jipprovdu assistenza finanzjarja taħt dan it-Titolu, il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati AKP u l-OCTs jistgħu jieħdu l-forma, inter alia, ta':

    (a) arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-assistenza tagħha lil Stat AKP, OCT jew reġjun;

    (b) miżuri amministrattivi ta' kooperazzjoni bħall-ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru jew reġjun l-aktar imbiegħed, u dawk ta' Stat AKP jew OCT jew ir-reġjun tagħhom, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

    (c) faċilitajiet ta' għarfien espert għal bini ta' kapaċità mmirat fl-Istat AKP, OCT jew ir-reġjun tagħhom u assistenza teknika fuq medda ta' żmien qasir u għoti ta' pariri lilhom, kif ukoll appoġġ lil ċentri sostenibbli ta' għarfien u eċċellenza dwar il-governanza u r-riforma fis-settur pubbliku;

    (d) kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa biex iwaqqfu u jamministraw sħubija pubblika-privata;

    (e) programmi ta' appoġġ għall-politika settorjali, li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall programm tas-settur tal-Istat AKP jew OCT; jew

    (f) Sussidji fuq ir-rati tal-imgħax skont l-Artikolu 37.

    2.  Minbarra t-tipi ta' finanzjament previsti fl-Artikoli 36 sa 42, assistenza finanzjarja tista' tingħata wkoll permezz ta' dan li ġej:

    (a) Ħelsien mid-dejn, skont programmi ta' tnaqqis tad-dejn miftiehma internazzjonalment;

    (b) f'każijiet eċċezzjonali, programmi settorali u ġenerali ta' importazzjoni, li jistgħu jieħdu l-forma ta':

     programmi settorali ta' importazzjoni f'oġġetti,

     programmi settorjali ta' importazzjoni li jipprovdu skambju ta' flus barranin għall-finanzjament ta' importazzjonijiet għas-settur inkwistjoni, jew

     programmi ġenerali ta' importazzjoni li jipprovdu flus barranin sabiex jiffinanzjaw importazzjonijiet ġenerali ta' firxa wiesgħa ta' prodotti.

    3.  L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista' tingħata wkoll permezz ta' kontribuzzjonijiet lil fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, l-Istati Membri, Stati AKP jew OCTs u reġjuni jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, biex jattiraw finanzjament konġunt minn għadd ta' donaturi, jew lil fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għall-fini tal-implimentazzjoni konġunta tal-proġetti.

    L-aċċess reċiproku minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għal strumenti finanzjarji stabbiliti minn organizzazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu promossi, kif xieraq.

    4.  Fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tagħha għal tranżizzjoni u riforma f'pajjiżi AKP u l-OCTs, l-Unjoni għandha tuża u taqsam l-esperjenzi tal-Istati Membri u l-lezzjonijiet miksuba.

    Artikolu 36

    Akkwist

    1.  L-Artikolu 101 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 li jiddefinixxi kuntratti pubbliċi għandu japplika.

    2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu:

    (a) il-Kummissjoni f'isem ta' u għall-akkont ta' pajjiż AKP jew OCTs wieħed jew aktar;

    (b) l-entitajiet u persuni msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fdati b'kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit korrispondenti.

    3.  Għall-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew f'isimhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V tal-Ewwel Parti u tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw bl-eċċezzjoni ta':

    (a) l-Artikolu 103, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(1) u l-Artikolu 111 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

    (b) l-Artikolu 127(3) u (4), l-Artikolu 128, l-Artikoli 134 sa 137, l-Artikolu 139(3) sa (6), l-Artikolu 148(4), l-Artikolu 151(2), l-Artikolu 160, l-Artikolu 164, it-tieni sentenza tal-Artikolu 260; u l-Artikolu 262 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

    L-Artikolu 124(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 għandu japplika għall-kuntratti tal-bini.

    L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fejn, wara l-verifiki msemmija fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni tkun awtorizzathom sabiex jużaw il-proċeduri ta' akkwist tagħhom stess.

    4.  Għall-kuntratti ta' xiri mogħtija mill-Kummissjoni f'isimha kif ukoll azzjonijiet ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw l-għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    5.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3, in-nefqa relatata mal-operazzjonijiet inkwistjoni ma tkunx eliġibbli għal finanzjament mill-11-il FEŻ.

    6.  Il-proċeduri ta' akkwist imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim ta' finanzjament.

    7.  Rigward il-punt (a) tal-Artikolu 263(1) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012:

    (a) “avviż minn qabel ta' informazzjoni” tfisser l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, il-valur totali stmat u s-suġġett tal-kuntratti u l-kuntratti qafas li jkun beħsiebhom jagħtu matul sena finanzjarja, minbarra l-kuntratti bil-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż dwar kuntratt;

    (b) “avviż dwar kuntratt” tfisser l-mezz li bih l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura għall-għoti ta' kuntratt jew ta' kuntratt qafas jew li jistabbilixxu sistema dinamika ta' xiri skont l-Artikolu 131 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012;

    (c) “avviż ta' għoti” tfisser l-avviż li jagħti r-riżultat tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratti, kuntratti qafas jew kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta' xiri.

    Artikolu 37

    Għotjiet

    1.  Soġġett għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, it-Titolu VI tal-Ewwel Parti; u l-Artikolu 192 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    2.  Għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti, bħala donazzjoni, mill-11-il FEŻ sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

    (a) azzjoni maħsuba biex tgħin ħalli jintlaħaq għan tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, jew ta' programm jew proġett li ġie adottat skont dak il-Ftehim jew Deċiżjoni; jew

    (b) il-funzjonament ta' korp li jsegwi l-għan imsemmi fil-punt (a).

    Għotja fis-sens tal-punt (a) tista' tingħata lil xi korp imsemmi fl-Artikolu 208(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    3.  Meta taħdem mal-partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tagħhom inkluż il-ħtiġijiet u l-kuntest, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni ta' għotjiet bil-għan li tilħaq u tirreaġixxi bl-aħjar mod għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' partijiet interessati tal-Istati AKP u l-OCTs u għall-kisba l-aktar effettiva tal-objettivi tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE jew id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra Ewropea. Modalitajiet speċifiċi għandhom ikunu mħeġġa, bħal ftehimiet ta' sħubija, appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, għotja diretta jew sejħiet b'eliġibilità ristretta għal proposti jew somom f'daqqa.

    4.  Dawn li ġejjin m'għandhomx jikkostitwixxu għotjiet skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament:

    (a) punti msemmija fil-punti (b) sa (f), (h) u (i) tal-Artikolu 121(2) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

    (b) assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 35(2) ta' dan ir-Regolament.

    5.  L-Artikoli 175 u 177 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 ma għandhomx japplikaw.

    Artikolu 38

    Premjijiet

    Titolu VII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru966/2012 għandu japplika bl-eċċezzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 138(2) tiegħu.

    Artikolu 39

    Appoġġ għall-baġit

    L-Artikolu 186 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    Appoġġ baġitarju tal-Unjoni ġenerali jew settorjali għandu jkun ibbażat fuq ir-responsabbiltà reċiproka u impenn komuni għall-valuri universali u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-Istati AKP jew OCTs sabiex tiġi promossa d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, biex jingħata sostenn lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv u biex jinqered il-faqar.

    Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji.

    Wieħed mill-fatturi prinċipali li jiddeterminaw tali Deċiżjoni għandha tkun stima tal-impenn, l-irreġistrat u l-progress tal-pajjiżi tal-AKP u l-OCTs fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. L-appoġġ baġitarju għandu jkun iddifferenzjat biex jirreaġixxi aħjar fil-kuntest politiku, soċjali u ekonomiku tal-Istati tal-AKP u l-OCTs, b'kunsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' fraġilità.

    Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi u tissorvelja b'mod ċar il-kundizzjonalità tiegħu, u għandha wkoll tappoġġa l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ta' kontroll parlamentari u verifiki u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

    Il-ħruġ ta' appoġġ tal-baġit għandu jkun kundizzjonali fuq il-progress sodisfaċenti lejn il-kisba ta' għanijiet maqbula mal-pajjiżi AKP u OCTs.

    Meta jiġi pprovdut appoġġ baġitarju lill-OCTs, ir-rabtiet istituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu kkunsidrati.

    Artikolu 40

    Strumenti finanzjarji

    L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni ta' finanzjament msemmija fl-Artikolu 26. Huma għandhom ikunu, meta possibbli, taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek ta' żvilupp bilaterali, possibilment flimkien ma' għotjiet addizzjonali minn sorsi oħra.

    Il-Kummissjoni tista' timplimenta strumenti finanzjarji taħt ġestjoni diretta, jew taħt ġestjoni indiretta billi tafda kompiti lill-entitajiet skont il-punti (c) (ii), (iii), (v) u (vi) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dawk l-entitajiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u għandhom ikunu konformi mal-objettivi, l-istandards u l-politiki tal-Unjoni, kif ukoll l-aħjar prattiki rigward l-użu u r-rappurtar dwar fondi tal-Unjoni.

    L-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 huma meqjusa li jilħqu l-kriterji ta' selezzjoni msemmija fl-Artikolu 139 ta' dak ir-Regolament. It-Titolu VIII tal-Ewwel Parti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika bl-eċċezzjoni talparagrafu 1 tiegħu. l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 tal-Artikolu 139 tiegħu.

    L-istrumenti finanzjarji jistgħu jiġu miġbura f'faċilitajiet għall-għanijiet ta' implimentazzjoni u ta' rappurtar.

    Artikolu 41

    Esperti

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 204 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 287 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012 dwar esperti esterni b'remunerazzjoni għandhom japplikaw.

    Artikolu 42

    Fondi fiduċjarji tal-Unjoni

    1.  Suġġett għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    2.  Fir-rigward tal-Artikolu 187(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kumitat kompetenti għandu jkun il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 8 tal-Ftehim Intern.



    TITOLU IX

    Preżentazzjoni tal-kontijiet u kontabbiltà

    Artikolu 43

    Kontijiet tal-11-il FEŻ

    1.  Il-kontijiet tal-11-il FEŻ li jiddeskrivu s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu mill-31 ta' Diċembru ta' sena partikolari għandhom jinkludu:

    (a) Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

    (b) Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finananzjarja;

    Ir-rapporti finanzjarji għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni provduta mill-BEI skont l-Artikolu 57.

    2.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

    3.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-11-il FEŻ li għall-amministrazzjoni finanzjarja tagħha hija responsabbli l-Kummissjoni, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel il-korrezzjonijiet meqjusa meħtieġa sabiex tfassal il-kontijiet finali.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tapprova l-kontijiet finali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

    5.  It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 148(3) tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    6.  Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-istqarrija tal-assigurazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri b'konformità mal-Artikolu 49 sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.

    7.  Il-kontijiet provviżorji u finali jistgħu jintbagħtu skont il-paragrafi 2 u 4 b'mezzi elettroniċi.

    Artikolu 44

    Rapporti finanzjarji u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja

    1.  L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandu japplika.

    2.  Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandu jiġi ppreparat mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jintbagħat lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sal-15 ta' Marzu għall-inklużjoni fil-kontijiet tal-11-il FEŻ. Għandu jippreżenta perspettiva veritiera u ġusta tal-operazzjonijiet ta' dħul u nfiq mir-riżorsi tal-11-il FEŻ. Għandu jkun ippreżentat f'miljuni ta' euro u għandu jinkludi:

    (a) il-kont tar-riżultat finanzjarju, li jistabbilixxi l-operazzjonijiet finanzjarji kollha għas-sena f'termini ta' dħul u nfiq;

    (b) l-anness għall-kont tar-riżultat finanzjarju, li għandu jissupplementa u jikkumenta dwar l-informazzjoni mogħtija f'dak il-kont.

    3.  Il-kont tar-riżultat finanzjarju għandu jkun fih dan li ġej:

    (a) tabella li tiddeskrivi l-bidliet matul is-sena finanzjarja preċedenti fl-allokazzjonijiet;

    (b) tabella li turi skont l-allokazzjoni l-ammont total tal-impenji, il-fondi assenjati u l-ħlasijiet magħmula matul is-sena finanzjarja u l-ammonti totali aggregati mill-ftuħ tal-11-il FEŻ.

    Artikolu 45

    Monitoraġġ u Rapportar mill-Kummissjoni u l-BEI

    1.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jissorveljaw, kull wieħed safejn ikun ikkonċernat, l-użu tal-assistenza tal-11-il FEŻ mill-Istati AKP, l-OCTs jew minn kwalunkwe benefiċjarju ieħor, u l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-11-il FEŻ, waqt li jqisu b'mod partikolari l-objettivi msemmija fl-Artikoli 55 u 56 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni dwar l-assoċjazzjoni extra Ewropea.

    2.  Il-BEI għandu jinforma perjodikament lill-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ li jamministra, billi jsegwi l-proċeduri stabbiliti fil-linji gwida operattivi tal-Faċilità ta' Investiment.

    3.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jipprovdu lill-Istati Membri bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni operattiva tar-riżorsi tal-11-il-FEŻ kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Qorti tal-Awdituri f'konformità mal-Artikolu 11(6) tal-Ftehim Intern.

    Artikolu 46

    Kontabbiltà

    Ir-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-riżorsi tal-11-il-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għal-11-il FEŻ filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-attivitajiet tiegħu.

    Il-prinċipji tal-kontabbiltà li jinsabu fl-Artikolu 144 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw għar-rapporti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 44 ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikoli 151, 153, 154 u 155 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.

    L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji u wara li jikkonsulta lill-uffiċjal awtorizzanti b'delega, jadotta l-pjan tal-kontijiet li għandu jiġi applikat għall-operazzjonijiet tal-11-il FEŻ.

    Artikolu 47

    Kontabbiltà baġitarja

    1.  Il-kontijiet baġitarji għandhom jipprovdu rekord dettaljat tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il FEŻ.

    2.  Il-kontijiet baġitarji għandhom juru:

    (a) l-allokazzjonijiet u r-riżorsi korrispondenti tal-11-il FEŻ;

    (b) l-impenji finanzjarji;

    (c) il-ħlasijiet, u

    (d) l-operazzjonijiet stabbiliti għad-dejn u l-ġbir għas-sena finanzjarja, b'mod sħiħ u mingħajr l-ebda aġġustament reċiproku.

    3.  Meta l-impenji, il-ħlasijiet u d-dejn jiġu espressi f'valuti nazzjonali, is-sistema ta' kontabbiltà għandha tagħmilha possibbli, fejn ikun meħtieġ, li jiġu rreġistrati f'valuti nazzjonali kif ukoll f'euro.

    4.  L-impenji finanzjarji globali għandhom jiġu rreġistrati f'euro għall-valur tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament meħuda mill-Kummissjoni. Impenji finanzjarji individwali għandhom jiġu rreġistrati f'euro fl-ekwivalenti tal-valur tal-impenji legali. Fejn ikun xieraq, dak il-valur għandu jinkludi:

    (a) provvediment għall-ħlas ta' spejjeż rimborżabbli hekk kif jiġu ppreżentati d-dokumenti ta' appoġġ;

    (b) dispożizzjoni għar-reviżjoni tal-prezzijiet, għaż-żieda fil-kwantitajiet, u għall-kontinġenzi kif iddefinit fil-kuntratti finanzjati mill-11-il FEŻ;

    (c) provvediment finanzjarju għall-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju.

    5.  Il-kotba tal-kontijiet kollha li jirriferu għal meta impenn jiġi sodisfatt għandhom jinżammu għal perijodu ta' ħames snin mid-data tad-deċiżjoni li tagħti kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni finanzjarja tar-riżorsi tal-11-il FEŻ, imsemmija fl-Artikolu 50, li tikkonċerna s-sena finanzjarja li matulha l-impenn ingħalaq għal finijiet tal-kontabbiltà.



    TITOLU X

    Awditjar estern u l-kwittanza

    Artikolu 48

    Awditjar estern u kwittanza fir-rigward tal-Kummissjoni

    1.  Fir-rigward tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16, il-Qorti tal-Awdituri għandha teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 49.

    2.  L-Artikoli 159, 160, l-Artikolu 161, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 6 tiegħu, l-Artikolu 162, bl-eċċezzjoni tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 3 u tal-paragrafu 5 tiegħu, u l-Artikolu 163 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw.

    3.  Għall-finijiet tal-Artikolu 159(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis it-Trattati, il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, il-Ftehim Intern, dan ir-Regolament u l-atti l-oħra kollha adottati skont dawk l-istrumenti.

    4.  Għall-finijiet tal-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, id-data stabbilita fl-ewwel sentenza għandha tkun il-15 ta' Ġunju.

    5.  Il-Qorti tal-Awdituri għandha tkun infurmata bir-regoli interni msemmija fil-paragrafu 56(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 inkluża l-ħatra tal-uffiċjali awtorizzanti, kif ukoll l-istrument ta' delega msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

    6.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' awditjar tal-Istati AKP u l-OCTs għandhom ikunu mħeġġa jikkooperaw mal-Qorti tal-Awdituri fuq stedina min-naħa tagħha.

    7.  Il-Qorti tal-Awdituri, fuq it-talba ta' waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, tista' toħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-11-il FEŻ.

    Artikolu 49

    Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

    Fl-istess żmien tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 162 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, li għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 50

    Kwittanza

    1.  Id-deċiżjoni tal-kwittanza għandha tkopri l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43, ħlief il-parti mill-kontabbiltà pprovduta mill-EIB skont l-Artikolu 57, u għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 164 u l-Artikolu 165(2) u (3) ta' Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Il-kwittanza msemmija fl-Artikolu 164(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandha tingħata fir-rigward ta' dawk ir-riżorsi tal-11-il FEŻ li huma ġestiti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament għas-sena n.

    2.  Id-deċiżjoni ta' kwittanza għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    3.  L-Artikoli 166 u 167 tar-Regolament (UE Euratom) Nru 966/2012 japplikaw.



    IT-TIENI PARTI

    FAĊILITÀ TA' INVESTIMENT

    Artikolu 51

    Rwol tal-Bank Europew tal-Investiment

    Il-BEI għandu jamministra l-Faċilità ta' Investiment u jwettaq operazzjonijiet li jaqgħu taħtu, inklużi sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u assistenza teknika, f'isem l-Unjoni Ewropea, b'konformità mat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

    Barra minn hekk, il-BEI għandu jieħu ħsieb l-implimentazzjoni finanzjarja ta' operazzjonijiet oħra mwettqa permezz ta' finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim Intern, fejn ikun applikabbli, ikkombinati mas-sussidji tar-rata tal-imgħax miġbuda mir-riżorsi tal-11-il FEŻ.

    L-implimentazzjoni tat-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tagħti lok għal kwalunkwe obbligu jew responsabbiltà min-naħa tal-Kummissjoni.

    Artikolu 52

    Estimi tal-impenji u l-pagamenti tal-Faċilità tal-Investiment

    Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi tiegħu għall-impenji u għall-ħlasijiet, li jkunu meħtieġa sabiex titfassal id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim Intern, fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax li jimplimenta skont il-Ftehim Intern. Il-BEI għandu jibgħat lill-Kummissjoni estimi aġġornati tal-impenji u tal-ħlasijiet meta jitqies li jkunu meħtieġa. Il-modalitajiet għandhom jiġu definiti fil-ftehim ta' ġestjoni msemmi fl-Artikolu 55(4) ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 53

    Ġestjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Faċilità ta' Investiment

    1.  Il-kontribuzzjonijiet msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(7) u adottati mill-Kunsill għandhom jitħallsu mingħajr spiża għall-benefiċjarju mill-Istati Membri lill-BEI permezz ta' kont speċjali miftuħ mill-BEI f'isem il-Faċilità ta' Investiment skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

    2.  Id-data msemmija fl-Artikolu 1(5) tal-Ftehim Intern għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2030.

    3.  Ħlief fejn il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor rigward ir-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim Intern, il-qligħ li jirċievi l-BEI permezz tal-bilanċ tal-kreditu tal-kontijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandu jissupplementa lill-Faċilità ta' Investiment u għandu jittieħed inkonsiderazzjoni fis-sejħiet għall-kontribuzzjoni imsemmija fl-Artikolu 21, u għandu jintuża biex jilħaq kwalunkwe obbligu finanzjarju wara l-31 ta' Diċembru 2030.

    4.  Il-BEI għandu jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tat-teżor tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previsti fl-Artikolu 55(4).

    5.  Il-Faċilità ta' Investiment għandha tiġi ġestita skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, fid-Deċiżjoni dwar Assoċjazzjoni extra Ewropea, fil-Ftehim Intern u fit-Tieni Parti ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 54

    Remunerazzjoni tal-BEI

    Il-BEI għandu jiġi remunerat b'indennizz sħiħ għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Faċilità ta' Investiment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar ir-riżorsi u l-mekkaniżmi għar-remunerazzjoni tal-BEI skont l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim Intern. Il-miżuri li jimplimentaw dik id-deċiżjoni għandhom jiġu inkorporati fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

    Artikolu 55

    Implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment

    1.  Ir-regoli tal-BEI stess għandhom japplikaw għall-kuntratti ffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ li jkun qiegħed jamministra.

    2.  Fejn il-programmi jew il-proġetti jiġu kofinanzjati mill-Istati Membri jew mill-korpi ta' implimentazzjoni tagħhom u jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġiji ta' Koperazzjoni għal kull Pajjiż u Dokumenti ta' Programmar previsti fir-Regolament Implimentattiv u previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim Intern u fl-Artikolu 74 tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni extra Ewropea, il-BEI jista' għall-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment iqabbad lill-Istati Membri jew lill-korpi implimentattivi tagħhom.

    3.  L-ismijiet ta' dawk li jirċievu appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità ta' Investiment għandhom jiġu ppubblikati mill-BEI, sakemm dan l-iżvelar ma jkunx ta' ħsara għall-interessi kummerċjali tar-riċevituri, filwaqt li jkunu osservati b'mod debitu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali. Il-kriterji għall-iżvelar u l-livell tad-dettalji ppubblikati għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur u n-natura tal-Faċilità ta' Investiment.

    4.  Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-Parti għandhom ikunu s-suġġetti ta' ftehim ta' amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni, li taġixxi għan-nom tal-Unjoni, u l-BEI.

    Artikolu 56

    Rapportar taħt il-Faċilità ta' Investiment

    Il-BEI għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni bl-operazzjonijiet imwettqa taħt il-Faċilità ta' Investiment, inklużi s-sussidji għar-rata tal-imgħax, bl-użu li jsir minn kull sejħa għall-kontribuzzjonijiet mħallsa lill-BEI u, partikolarment, bl-ammonti trimestrali totali tal-impenji, il-kuntratti u l-ħlasijiet, skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fil-ftehim ta' amministrazzjoni previst fl-Artikolu 55(4).

    Artikolu 57

    Kontabbiltà u dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Faċilità ta' Investiment

    1.  Il-BEI għandu jżomm il-kontijiet tal-Faċilità ta' Investiment, inklużi dawk is-sussidji għar-rata tal-imgħax li huma implimentati minnha u ffinanzjati mill-FEŻ, sabiex tiġi pprovduta traċċa għaċ-ċiklu sħiħ tal-fondi, minn meta jkunu waslu sa meta jsir il-ħlas u mbagħad sad-dħul li dawn ikunu ġġeneraw u kwalunkwe rkupru sussegwenti. Il-BEI għandu jfassal ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà rilevanti li huma ggwidati mill-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà u għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan.

    2.  Kull sena l-BEI għandu jibgħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati mir-riżorsi tal-11-il FEŻ taħt l-amministrazzjoni tiegħu, inklużi r-rapporti finanzjarji mfassla skont ir-regoli u l-metodi msemmija fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(3).

    Dawk id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi f'forma ta' abbozz sa mhux iżjed tard mit-28 ta' Frar u fil-verżjoni finali tagħhom sa mhux iżjed tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena finanzjarja ta' wara s-sena finanzjarja li tikkonċerna lilhom sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni sabiex jippreparaw il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 43 ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 11(6) tal-Ftehim Intern. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tar-riżorsi amministrati mill-BEI għandu jitressaq minn dan tal-aħħar quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu.

    Artikolu 58

    Awditjar estern u kwittanza relatati mal-operazzjonijiet tal-BEI

    L-operazzjonijiet iffinanzjati minn riżorsi tal-11-il-FEŻ ġestiti mill-BEI skont din il-Parti għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri ta' awditjar u ta' kwittanza li l-BEI japplika għall-kontijiet ta' mandati ta' partijiet terzi. Ir-regoli ddettaljati għall-verifika mill-Qorti tal-Awdituri ġew stabbiliti fi Ftehim Tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri.



    IT-TIELET PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI



    TITOLU I

    Dispożizzjonijiet transitorji

    Artikolu 59

    Trasferiment tal-bilanċi li jifdal minn Fondi Ewropej tal-Iżvilupp preċedenti

    It-trasferiment lill-11-il FEŻ tal-bilanċi li jifdal minn riżorsi kostitwiti skont il-Ftehimiet Interni relatati mat-Tmien, Disa' u l-Għaxar Fondi Ewropej ta' Żvilupp (“FEŻ preċedenti”) għandhom isiru skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 1(3) u (4) tal-Ftehim Intern.

    Artikolu 60

    Dħul minn imgħax fuq ir-riżorsi tal-FEŻ preċedenti

    Il-bilanċ tad-dħul ġej mill-imgħax fuq ir-riżorsi ta' FEŻ preċedenti għandu jiġi trasferit lill-11-il FEŻ u jiġi allokat għall-istess finijiet bħad-dħul previst fl-Artikolu 1(6) tal-Ftehim Intern. L-istess għandu japplika għad-dħul mixxellanju minn FEŻ preċedenti li jinkludu, per eżempju, l-imgħax għad-dewmien riċevut fil-każ ta' ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet ta' dawn il-FEŻ mill-Istati Membri. L-imgħax iġġenerat mir-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-BEI għandu jissuplixxi lill-Faċilità ta' Investiment.

    Artikolu 61

    Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet mill-bilanċi li jifdal

    L-ammonti minn proġetti skont l-10 FEŻ jew minn FEŻ preċedenti mhux kommessi skont Artikolu 1(3) tal-Ftehim Intern, jew diżimpenjati jekk mhux deċiż mod ieħor mill-Kunsill unanimament skont Artikolu 1(4) tal-Ftehim Intern, għandhom inaqqsu l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri ddikjarati fil-punt (A) tal-Artikolu 1(2) tal-Ftehim Intern.

    L-impatt fuq il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għandu jkun ikkalkolat bi proporzjon għall-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru għad-9 u l-10 FEŻ. L-impatt għandu jiġi kkalkolat kull sena.

    Artikolu 62

    Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal operazzjonijiet taħt FEŻ preċedenti

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet iffinanzjati minn FEŻ preċedenti mingħajr preġudizzju għal impenji legali eżistenti. Dawk id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-Faċilità ta' Investiment.

    Artikolu 63

    Bidu ta' proċeduri ta' kontribuzzjoni

    Il-proċedura li tikkonċerna l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 21 sa 24 ta' dan ir-Regolament għandha tapplika għall-ewwel darba rigward il-kontribuzzjonijiet tas-sena N + 2, sakemm il-Ftehim Intern jidħol fis-seħħ bejn l-1 ta' Ottubru tas-sena N u t-30 ta' Settembru tas-sena N + 1.



    TITOLU II

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 64

    Dħul fis-Seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    ( 2 ) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

    ( 3 ) ĠU C 370, 17.12.2013, p. 1,

    ( 4 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    ( 5 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

    ( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

    ( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    ( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

    ( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

    ( 10 ) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

    ( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    Top