This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015O0035-20230629
Guideline (EU) 2016/65 of the European Central Bank of 18 November 2015 on the valuation haircuts applied in the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2015/35)
Consolidated text: Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)
Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)
02015O0035 — MT — 29.06.2023 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Novembru 2015 (ĠU L 014 21.1.2016, p. 30) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Novembru 2016 |
L 344 |
117 |
17.12.2016 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2018/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-7 ta' Frar 2018 |
L 95 |
45 |
13.4.2018 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2019/1033 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-10 ta' Mejju 2019 |
L 167 |
75 |
24.6.2019 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/506 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-7 ta’ April 2020 |
L 109I |
1 |
7.4.2020 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2020/1692 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-25 ta’ Settembru 2020 |
L 379 |
94 |
13.11.2020 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2022/988 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta’ Mejju 2022 |
L 167 |
131 |
24.6.2022 |
|
LINJA GWIDA (UE) 2023/832 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ Diċembru 2022 |
L 104 |
40 |
19.4.2023 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Novembru 2015
dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)
Artikolu 1
Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli
Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:
il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;
il-maturità residwa jew il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 3;
l-istruttura tal-kupun tal-assi; u
il-pass ta' kwalità ta' kreditu li għalih huwa allokat l-assi.
Artikolu 2
Determinazzjoni tal-kategoriji ta' haircut għal assi negozjabbli
Assi negozjabbli eliġibbli għandhom jiġu allokati għal waħda mill-ħames kategoriji ta' haircut, ibbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi, kif rifless fit-Tabella 1 fl-Anness għal din il-Linja Gwida:
strumenti ta’ dejn maħruġin minn gvernijiet ċentrali, strumenti ta’ dejn maħruġin mill-Unjoni Ewropea, ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE u ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro huma inklużi fil-kategorija ta’ haircut I;
strumenti ta’ dejn maħruġin minn:
gvernijiet lokali u reġjonali;
entitajiet li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu kklassifikati mill-Eurosistema bħala aġenziji u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
banek ta’ żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali minbarra l-Unjoni Ewropea; kif ukoll bonds koperti leġiżlattivi u multi cédulas; huma inklużi fil-kategorija tal-haircut II;
strumenti ta’ dejn maħruġin minn:
korporazzjonijiet mhux finanzjarji;
korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern; u
aġenziji li huma istituzzjonijet li mhumiex ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), huma inklużi fil-kategorija ta’ haircut III;
strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn: (i) istituzzjonijiet ta' kreditu; (ii) aġenziji li huma istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60); u (iii) korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;
titoli ggarantiti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-emittent.
Artikolu 3
Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli
Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta’ haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’:
l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta’ kwalità ta’ kreditu 1, 2 jew 3;
il-maturità residwa tal-assi kif speċifikata fil-paragrafu 2;
l-istruttura tal-kupun tal-assi kif speċifikata fil-paragrafu 2.
Id-determinazzjoni tal-maturità residwa għal bonds koperti għall-użu proprju għandha tiddependi fuq jekk il-bonds koperti għall-użu proprju għandhomx struttura ta’ soft bullet jew struttura pass-through kundizzjonali, kif ġej:
fil-każ ta’ bonds koperti għall-użu proprju bi struttura soft bullet, il-maturità residwa għandha tiġi ddefinita bħala t-tul massimu li għalih il-maturità tista’ tiġi estiża kif rifless fit-termini u l-kundizzjonijiet għall-bond kopert speċifiku;
fil-każ ta’ bonds koperti għall-użu proprju bi struttura pass-through kondizzjonali, il-maturità residwa għandha tikkorrispondi mal-kategorija tas-sena [10,15).
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu 2a, “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta’ bonds koperti li jkunu maħruġin jew iggarantiti mill-kontroparti nnifisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).
Artikolu 4
Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta’ assi negozjabbli
Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta’ assi negozjabbli:
l-assi negozjabbli kollha allokati għall-kategoriji ta’ haircut II, III, IV u V li teoretikament huma vvalutati skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni. It-tnaqqis fil-valutazzjoni, anki għal bonds koperti għall-użu proprju, għandu jiddependi fuq il-maturità residwa mistennija jew, fil-każ tal-kategorija tal-haircut V, il-ħajja medja ponderata tal-assi, fil-livelli stabbiliti fit-Tabella 4 fl-Anness ta’ din il-Linja Gwida. Għall-fini ta’ komputazzjoni tat-tnaqqis tal-valutazzjoni għal bonds koperti għall-użu proprju, il-maturità residwa mistennija, għandha tkun id-data ta’ maturità skedata oriġinarjament sakemm ma tkunx ġiet attivata estensjoni tal-maturità;
bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta’: (i) 8 % applikata għall-valur tal-istrumenti ta’ dejn allokati għall-istadji 1 u 2 tal-kwalità tal-kreditu; u (ii) 12 % applikati għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-istadju 3 tal-kwalità tal-kreditu. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “użu proprju” għandu jkollu l-istess tifsira bħal “użu proprju” kif definit fl-Artikolu 3(2a);
jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ kollateral ta’ BĊN, aġent tripartit, jew TARGET għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f’dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.
Artikolu 5
Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi mhux negozjabbli eliġibbli
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward tal-istruttura tar-rata tal-imgħax ta' pretensjonijiet ta' kreditu:
pretensjonijiet ta' kreditu b'“kupun żero” għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'livell massimu għandhom ikunu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata fissa;
pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli b'perijodu ta' risettjar sa sena jew inqas u b'livell minimu, imma mingħajr livell massimu, għandhom jiġu ttrattati bħala pretensjonijiet ta' kreditu b'rata varjabbli;
il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal pretensjoni ta' kreditu b'aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandha tiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tal-pretensjoni ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.
▼M3 —————
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
Artikolu 7
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
ANNESS
Tabella 1
Kategoriji ta’ haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta’ emittent u/jew it-tip ta’ assi
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
Kategorija V |
Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-Unjoni Ewropea Ċertifikati ta’ dejn tal-BĊE Ċertifikati ta’ dejn maħruġa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv |
Strumenti ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali Strumenti ta’ dejn maħruġa minn entitajiet (istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet li mhumiex ta’ kreditu) ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa għal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) Strumenti ta’ dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali għajr l-Unjoni Ewropea Bonds koperti leġiżlattivi Multi cédulas |
Strumenti ta’ dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern u aġenziji li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) |
Strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u aġenziji li huma istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx il-kriterji kwantitattivi stabbiliti fl-Anness XIIa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) Strumenti ta’ dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Titoli garantiti b’assi |
Tabella 2
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta’ haircuts I sa IV
(f’%) |
|||||||||
|
Kategoriji ta’ haircuts |
||||||||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) () |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
||
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
0,5 |
0,5 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
1,0 |
7,5 |
7,5 |
[1 ,3 ) |
1,0 |
2,0 |
1,5 |
2,5 |
2,0 |
3,0 |
10,0 |
11,5 |
|
[3 ,5 ) |
1,5 |
2,5 |
2,5 |
3,5 |
3,0 |
4,5 |
12,0 |
13,0 |
|
[5 ,7 ) |
2,0 |
3,0 |
3,5 |
4,5 |
4,5 |
6,0 |
14,0 |
15,0 |
|
[7 ,10 ) |
3,0 |
4,0 |
4,5 |
6,5 |
6,0 |
8,0 |
16,0 |
17,5 |
|
[10 ,15 ) |
4,0 |
5,0 |
6,5 |
8,5 |
7,5 |
10,0 |
18,0 |
22,5 |
|
[15 ,30 ) |
5,0 |
6,0 |
8,0 |
11,5 |
9,0 |
13,0 |
21,0 |
25,0 |
|
[30 , ∞) |
6,0 |
9,0 |
10,0 |
13,0 |
11,0 |
16,0 |
24,0 |
31,5 |
|
|
Kategoriji ta’ haircuts |
||||||||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) |
Kategorija I |
Kategorija II |
Kategorija III |
Kategorija IV |
||||
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
kupun fiss jew varjabbli |
kupun żero |
||
Pass 3 |
[0 ,1 ) |
5,0 |
5,0 |
5,5 |
5,5 |
6,5 |
6,5 |
11,5 |
11,5 |
[1 ,3 ) |
6,0 |
7,0 |
7,5 |
10,5 |
9,5 |
12,0 |
18,5 |
20,0 |
|
[3 ,5 ) |
8,5 |
10,0 |
11,0 |
16,0 |
13,0 |
18,0 |
23,0 |
27,0 |
|
[5 ,7 ) |
10,0 |
11,5 |
12,5 |
17,0 |
15,0 |
21,5 |
25,5 |
29,5 |
|
[7 ,10 ) |
11,5 |
13,0 |
14,0 |
21,0 |
17,0 |
23,5 |
26,5 |
31,5 |
|
[10 ,15 ) |
12,5 |
14,0 |
17,0 |
25,5 |
19,5 |
28,0 |
28,5 |
35,0 |
|
[15 ,30 ) |
13,5 |
15,0 |
20,0 |
28,5 |
22,0 |
31,0 |
31,5 |
39,0 |
|
[30 , ∞) |
14,0 |
17,0 |
22,0 |
32,5 |
25,0 |
35,5 |
34,5 |
43,0 |
|
(1)
jiġifieri [0,1) maturità residwa ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |
Tabella 2a
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategorija ta’ haircut V
(f’%) |
||
|
|
Kategorija V |
Kwalità tal-kreditu |
Ħajja Medja Ppeżata () |
Haircut fil-valutazzjoni |
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
4,0 |
[1 ,3 ) |
5,0 |
|
[3 ,5 ) |
7,0 |
|
[5 ,7 ) |
9,0 |
|
[7 ,10 ) |
12,0 |
|
[10 ,15 ) |
18,0 |
|
[15 ,30 ) |
20,0 |
|
[30 , ∞) |
22,0 |
|
(1)
jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta’ inqas minn sena, [1-3) WAL ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |
Tabella 3
Livelli ta’ haircuts fil-valutazzjoni applikati għal pretensjonijiet ta’ kreditu eliġibbli
(f’%) |
|||
Kwalità tal-kreditu |
Maturità residwa (snin) () |
Pagament ta’ imgħax fiss |
Pagament ta’ imgħax varjabbli |
Passi 1 u 2 |
[0 ,1 ) |
8,0 |
8,0 |
[1 ,3 ) |
11,5 |
8,0 |
|
[3 ,5 ) |
15,0 |
8,0 |
|
[5 ,7 ) |
20,0 |
11,5 |
|
[7 ,10 ) |
26,0 |
15,0 |
|
[10 ,15 ) |
33,0 |
20,0 |
|
[15 ,30 ) |
38,0 |
26,0 |
|
[30 , ∞) |
40,0 |
33,0 |
|
Pass 3 |
[0 ,1 ) |
16,0 |
16,0 |
[1 ,3 ) |
25,0 |
16,0 |
|
[3 ,5 ) |
35,0 |
16,0 |
|
[5 ,7 ) |
42,0 |
25,0 |
|
[7 ,10 ) |
46,0 |
35,0 |
|
[10 ,15 ) |
48,0 |
42,0 |
|
[15 ,30 ) |
50,0 |
46,0 |
|
[30 , ∞) |
52,0 |
48,0 |
|
(1)
jiġifieri [0,1) maturità residwa ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |
Tabella 4
Livelli ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli fil-kategoriji ta’ haircut II sa V li huma teoretikament valutati
(f’%) |
|
Maturità residwa/Ħajja Medja Ponderata (WAL) (snin) () |
Tranżazzjoni rriversjata: |
[0 ,1 ) |
1,5 |
[1 ,3 ) |
2,5 |
[3 ,5 ) |
3,0 |
[5 ,7 ) |
3,5 |
[7 ,10 ) |
4,5 |
[10 ,15 ) |
6,0 |
[15 ,30 ) |
8,0 |
[30 , ∞) |
13,0 |
(1)
jiġifieri [0,1) Maturità residwa/WAL ta’ inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ. |