Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015O0035-20170101

    Consolidated text: Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2016/65/2017-01-01

    2015O0035 — MT — 01.01.2017 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-18 ta' Novembru 2015

    dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)

    (ĠU L 014 21.1.2016, p. 30)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    LINJA GWIDA (UE) 2016/2299 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' Novembru 2016

      L 344

    117

    17.12.2016




    ▼B

    LINJA GWIDA (UE) 2016/65 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-18 ta' Novembru 2015

    dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35)



    ▼M1

    Artikolu 1

    Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

    1.  Skont it-Titolu VI tal-Parti Erbgħa tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli għandhom ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni, kif iddefiniti fil-punt 97 tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), fil-livelli stipulati fit-Tabella 2 u 2a fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

    2.  Il-haircut fil-valutazzjoni għal assi speċifiku tiddependi fuq il-fatturi li ġejjin:

    (a) il-kategorija tal-haircut li għaliha jiġi allokat l-assi, kif iddefinit fl-Artikolu 2;

    (b) il-maturità residwa jew il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 3;

    (c) l-istruttura tal-kupun tal-assi; u

    (d) il-pass ta' kwalità ta' kreditu li għalih huwa allokat l-assi.

    ▼B

    Artikolu 2

    Determinazzjoni tal-kategoriji ta' haircut għal assi negozjabbli

    Assi negozjabbli eliġibbli għandhom jiġu allokati għal waħda mill-ħames kategoriji ta' haircut, ibbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi, kif rifless fit-Tabella 1 fl-Anness għal din il-Linja Gwida:

    (a) Strumenti ta' dejn maħruġin minn gvernijiet ċentrali, ċertifikati ta' dejn tal-BĊE u ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊNi qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv tagħhom li l-munita tiegħu hija l-euro huma inklużi fil-kategorija ta' haircut;

    ▼M1

    (b) Strumenti ta' dejn maħruġin mill-gvern lokali u reġjonali, entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema, banek ta' żvilupp multilaterali u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-(UCITS), huma inklużi fil-kategorija ta' haircut II;

    (c) bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS oħra u strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji huma inklużi fil-kategorija ta' haircut III;

    ▼B

    (d) strumenti ta' dejn mhux assigurati maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u minn korporazzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta' kreditu huma inklużi fil-kategorija ta' haircut IV;

    (e) titoli ggarantiti minn assi huma inklużi fil-kategorija V, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tal-emittent.

    ▼M1

    Artikolu 3

    Haircuts fil-valutazzjoni għall-assi negozjabbli

    1.  Il-haircuts fil-valutazzjoni għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut I sa IV għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta':

    (a) l-allokazzjoni tal-assi speċifiku għall-pass ta' kwalità ta' kreditu 1, 2 jew 3;

    (b) il-maturità residwa tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2;

    (c) l-istruttura tal-kupun tal-assi kif iddettaljata fil-paragrafu 2.

    2.  Għal assi negozjabbli allokati għall-kategoriji ta' haircut 1 sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandhom jiddependu fuq il-maturità residwa u l-istruttura tal-kupun kif ġej:

    (a) Għal assi negozjabbli b'kupuni b'rata fissa jew żero, il-haircuts ta' valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont it-Tabella 2 tal-Anness ta' din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi.

    (b) Għal assi negozjabbli b'kupuni varjabbli, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom ikunu ugwali għall-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi negozjabbli b'kupun fiss b'maturità residwa żero għal sena, ħlief fil-każijiet li ġejjin:

    (i) Kupuni varjabbli b'perijodi ta' risettjar ta' aktar minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala kupuni b'rata fissa u l-maturità relevanti sabiex jiġi applikat il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi;

    (ii) kupuni varjabbli li għandhom indiċi ta' inflazzjoni fiż-żona tal-euro bħala rata ta' referenza għandhom jiġu ttrattati bħala kupuni b'rata fissa u l-maturità relevanti sabiex jiġi applikat il-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi;

    (iii) kupuni varjabbli b'minimu li ma huwiex daqs żero u/jew kupuni variabbli b'limitu massimu għandhom jitqiesu bħala kupuni ta' rata fissa.

    (c) Il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li jkollhom aktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess pass ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi jista' jiġi kkunsidrat għal dan l-iskop.

    3.  Għal assi negozjabbli allokati għall kategorija ta' haircut V, irrispettivament mill-istruttura tal-kupun tagħhom, il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu ddeterminati skont il-ħajja medja ppeżata tal-assi kif dettaljat fil-paragrafi 4 u 5. Il-haircuts il-valutazzjoni applikabbli għall-assi negozjabbli fil-kategorija V huma stabbiliti fit-Tabella 2a fl-Anness ta' din il-Linja Gwida.

    4.  Il-ħajja medja ppeżata tas-segment prijoritarju ta' titolu ggarantit b'assi għandha tiġi stmata bħala ż-żmien medju ppeżat li jifdal mistenni sakemm ikun sar ħlas lura għal dak is-segment. Għal titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma, il-kalkolu tal-ħajja medja ppeżata għandu jassumi li l-opzjonijiet tas-sejħa tal-emittent ma jiġux eżerċitati.

    5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 4, “titoli ggarantiti b'assi mobilizzati miżmuma” għandu jfisser titoli ggarantiti b'assi użati f'perċentwali ikbar minn 75 % tal-ammont nominali pendenti minn kontroparti li oriġinat t-titolu ggarantit b'assi jew minn entitajiet marbuta mill-qrib mal-oriġinatur. Dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

    ▼B

    Artikolu 4

    Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli

    Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:

    (a) titoli ggarantiti minn assi, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li huma vvalutati teoretikament skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta' tnaqqis fil-valutazzjoni ta' 5 %.

    (b) bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta' (i) 8 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 12 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3;

    (c) għall-finijiet tal-paragrafu (b), “użu proprju” għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

    (d) jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista' tiġi applikata fir-rigward ta' sistema ta' ġestjoni ta' kollateral ta' BĊN, aġent tripartit, jew Titoli TARGET2 għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f'dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.

    Artikolu 5

    Haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi mhux negozjabbli eliġibbli

    1.  Pretensjonijiet ta' kreditu individwali b'rata fissa ta' ħlas ta' imgħax u pretensjonijiet ta' kreditu b'rata ta' ħlasijiet tal-imgħax marbuta mar-rata tal-inflazzjoni għandhom ikunu suġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-pass tal-kwalità tal-kreditu u l-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata mill-BĊN, kif stabbilita fit-Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.

    2.  Pretensjonijiet ta' kreditu individwali b'rata ta' imgħax varjabbli għandhom ikunu suġġetti għall-haircut fil-valutazzjoni applikata għall-pretensjonijiet ta' kreditu b'rata ta' imgħax fissa kklassifikata bħala li għandha maturità residwa minn żero sa sena li jikkorrispondu mal-istess pass ta' kwalità tal-kreditu u l-istess metodoloġija ta' valutazzjoni kif applikata mill-BĊN. Ħlas ta' imgħax għandu jiġi ttrattat bħala ħlas b'rata varjabbli jekk ikun marbut ma' rata ta' imgħax ta' referenza u l-perijodu ta' risettjar li jikkorrespondi ma' dan il-ħlas ma jkunx itwal minn sena. Ħlasijiet ta' imgħax li għalihom il-perijodu ta' risettjar ikun itwal minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.

    3.  Il-haircut fil-valutazzjoni applikat għal talba ta' kreditu b'iktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax għandu jiddependi biss minn ħlasijiet tal-imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu. Jekk ikun hemm aktar minn tip wieħed ta' ħlas ta' imgħax matul il-ħajja li jkun fadal tat-talba ta' kreditu, il-ħlasijiet tal-imgħax li jibqa' għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tat-talba ta' kreditu.

    4.  Għal pretensjonijiet ta' kreditu b'kupun żero, għandha tapplika l-haircut fil-valutazzjoni korrispondenti tal-pretensjoni ta' kreditu b'imgħax fiss.

    ▼M1

    5.  Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki bl-imnut mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 36,5 %.

    ▼B

    6.  Depożiti għal terminu fiss m'għandhomx ikunu soġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni.

    ▼M1

    7.  Kull pretensjoni ta' kreditu sottostanti inkluża fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' strument ta' dejn mhux negozjabbli ggarantiti bi pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli (iktar 'il quddiem “DECC”) għandha tkun soġġetta għal haircut fil-valutazzjoni applikata f'livell individwali skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 1 sa 4 iktar 'il fuq. Il-valur aggregat tal-pretensjonijiet ta' kreditu sottostanti inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura wara l-applikazzjoni ta' haircuts fil-valutazzjoni għandu, f'kull mument, jibqa' ekwivalenti għal jew 'il fuq mill-valur tal-ammont prinċipali tad-DECC li jkun pendenti. Jekk il-valur aggregat jaqa' taħt il-livell minimu msemmi fis-sentenza preċedenti, id-DECC għandu jitqies ineliġibbli.

    ▼B

    Artikolu 6

    Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

    1.  Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    2.  Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-25 ta' Jannar 2016. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Jannar 2016.

    Artikolu 7

    Destinatarji

    Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    ▼M1




    ANNESS



    Tabella 1

    Kategoriji ta' haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta' emittent u/jew it-tip ta' assi

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    Kategorija V

    strumenti ta' dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali

    ċertifikati ta' dejn tal-BĊE

    ċertifikati ta' dejn maħruġa minn banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) qabel id-data tal-adozzjoni tal-euro fl-Istat Membru rispettiv

    strumenti ta' dejn maħruġa minn gvernijiet lokali u reġjonali

    strumenti ta' dejn maħruġa mill-entitajiet ikklassifikati bħala aġenziji mill-Eurosistema

    strumenti ta' dejn maħruġa minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali

    Bonds kopert jumbo li jikkonformaw tal-UCITS

    Bonds koperti li jikkonformaw mal-UCITS li mhumiex bonds koperti jumbo li jikkonformaw mal-UCITS

    bonds koperti oħra

    strumenti ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji u korporazzjonijiet fis-settur tal-gvern

    strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu

    strumenti ta' dejn mhux garantiti maħruġin minn korporazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux istituzzjonijiet ta' kreditu

    Titoli ggarantiti b'assi



    Tabella 2

    Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV

     

    Kategoriji ta' telf impost

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (1)

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    Passi 1 u 2

    [0-1)

    0,5

    0,5

    1,0

    1,0

    1,0

    1,0

    7,5

    7,5

    [1-3)

    1,0

    2,0

    1,5

    2,5

    2,0

    3,0

    10,0

    10,5

    [3-5)

    1,5

    2,5

    2,5

    3,5

    3,0

    4,5

    13,0

    13,5

    [5-7)

    2,0

    3,0

    3,5

    4,5

    4,5

    6,0

    14,5

    15,5

    [7-10)

    3,0

    4,0

    4,5

    6,5

    6,0

    8,0

    16,5

    18,0

    [10,∞)

    5,0

    7,0

    8,0

    10,5

    9,0

    13,0

    20,0

    25,5

     

    Kategoriji ta' haircut

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (1)

    Kategorija I

    Kategorija II

    Kategorija III

    Kategorija IV

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    kupun fiss

    kupun żero

    Pass 3

    [0-1)

    6,0

    6,0

    7,0

    7,0

    8,0

    8,0

    13,0

    13,0

    [1-3)

    7,0

    8,0

    9,5

    13,5

    14,5

    15,0

    22,5

    25,0

    [3-5)

    9,0

    10,0

    13,5

    18,5

    20,5

    23,5

    28,0

    32,5

    [5-7)

    10,0

    11,5

    14,0

    20,0

    23,0

    28,0

    30,5

    35,0

    [7-10)

    11,5

    13,0

    16,0

    24,5

    24,0

    30,0

    31,0

    37,0

    [10,∞)

    13,0

    16,0

    19,0

    29,5

    24,5

    32,0

    31,5

    38,0

    (*1)   i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.



    Tabella 2a

    Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut V

     

     

    Kategorija V

    Kwalità tal-kreditu

    Ħajja Medja Peżata (WAL) (1)

    Haircut ta' valutazzjoni

    Passi 1 u 2 (AAA sa A–)

    [0-1)

    4,0

    [1-3)

    4,5

    [3-5)

    5,0

    [5-7)

    9,0

    [7-10)

    13,0

    [10,∞)

    20,0

    (*1)   i.e. [0-1) WAL ta' inqas minn sena, [1-3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.



    Tabella 3

    Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss

     

    Metodoloġija ta' valutazzjoni

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (1)

    Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

    Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

    Passi 1 u 2 (AAA sa A-)

    [0-1)

    10,0

    12,0

    [1-3)

    12,0

    16,0

    [3-5)

    14,0

    21,0

    [5-7)

    17,0

    27,0

    [7-10)

    22,0

    35,0

    [10,∞)

    30,0

    45,0

     

    Metodoloġija ta' valutazzjoni

    Kwalità tal-kreditu

    Maturità residwa (snin) (1)

    Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

    Pagament fiss ta' imgħax u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

    Pass 3 (BBB+ sa BBB-)

    [0-1)

    17,0

    19,0

    [1-3)

    28,5

    33,5

    [3-5)

    36,0

    45,0

    [5-7)

    37,5

    50,5

    [7-10)

    38,5

    56,5

    [10,∞)

    40,0

    63,0

    (*1)   i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.

    Top