Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015D2169-20221128

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2169 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2169/2022-11-28

    02015D2169 — MT — 28.11.2022 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2169

    tal-1 ta' Ottubru 2015

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

    (ĠU L 307 25.11.2015, p. 2)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2335 tat-28 ta’ Novembru 2022

      L 309

    6

    30.11.2022




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2169

    tal-1 ta' Ottubru 2015

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra



    Artikolu 1

    Il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, ( 1 ) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex tipproċedi/jipproċedu, f'isem l-Unjoni sabiex jagħtu n-notifika msemmija fl-Artikolu 15.10.2 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni biex tiġi marbuta bil-Ftehim.

    Artikolu 3

    1.  
    Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Korea bl-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li ma testendix il-perjodu tad-dritt għall-koproduzzjoni skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Kulturali bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(8) tal-imsemmi Protokoll, sakemm, fuq proposta mill-Kummissjoni, erba' xhur qabel it-tmiem ta' tali perjodu ta' dritt, il-Kunsill ma japprovax li dan id-dritt ikompli. Jekk il-Kunsill jaqbel li għandu jkompli dan id-dritt, din id-dispożizzjoni għandha terġa' ssir applikabbli fi tmiem il-perjodu mġedded tad-dritt. ►M1  ————— ◄
    2.  
    Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10.25 tal-Ftehim, modifiki għall-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni. Fejn il-partijiet interessati ma jkunux jistgħu jaqblu fil-każ li jkun hemm l-oġġezzjonijiet marbutin ma' xi Indikazzjoni Ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta din il-pożizzjoni abbażi tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal- 20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel ( 2 ). Il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implementazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni ( 3 ) għandu jkun ta' xahar.

    Artikolu 4

    1.  
    Isem li jkun protett taħt is-Sottotaqsima C “Indikazzjonijiet Ġeografiċi” tal-Kapitlu Għaxra tal-Ftehim jista' jintuża minn kwalunkwe operatur li jkun qiegħed ibiegħ il-prodotti agrikoli, l-oġġetti tal-ikel, l-inbejjed, l-inbejjed aromatizzati jew l-ispirti li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti.
    2.  
    L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinforzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikoli 10.18 sa 10.23 tal-Ftehim, inkluż fuq talba ta' parti interessata.

    Artikolu 5

    Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali dwar deċiżjonijiet li jkollhom effetti legali se tkun iddeterminata mill-aġir tal-Kunsill b'konformità mat-Trattat. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Kulturali se jkunu uffiċjali anzjani kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri li għandhom kompetenza u esperjenza fuq kwistjonijiet u prassi kulturali, u li se jippreżentaw il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat.

    Artikolu 6

    Id-dispożizzjoni applikabbli għall-għanijiet li jiġu adottati r-regoli implimentattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli li jinstabu fl-Anness II(a) tal-Protokoll dwar id-Definizzjoni ta' “Prodotti li Joriġinaw” u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva tal-Ftehim hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 4 ).

    Artikolu 7

    Il-Ftehim m'għandux jinftiehem li jagħti xi drittijiet jew jimponi xi obbligazzjonijiet li jistgħu jkunu invokati quddiem il-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.



    ( 1 ) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffimar.

    ( 2 ) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    ( 3 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

    ( 4 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    Top