Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R1367-20141220

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal- 15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1367/2014-12-20

    2014R1367 — MT — 20.12.2014 — 000.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1367/2014

    tal-15 ta' Diċembru 2014

    li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond

    (ĠU L 366 20.12.2014, p. 1)


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 057, 28.2.2015, p.  18 (Nru 1367/2014)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1367/2014

    tal-15 ta' Diċembru 2014

    li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond



    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) jirrikjedi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni b'kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli, inklużi, fejn ikun rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

    (3)

    Il-Kunsill għandu r-responsabbiltà li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet funzjonalment konnessi magħhom, skont kif ikun meħtieġ. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b'mod li tkun żgurata għal kull Stat Membru l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew tip ta' sajd u b'kont debitament meħud tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4)

    Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kont meħud tal-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, u b'mod partikolari l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

    (5)

    L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu f'konformità ma' ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna ( 2 ), u skont il-prinċipji dettaljati ta' ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd f'Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti, li skonthom, b'mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata ma għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew biex ma jittiħdux miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni.

    (6)

    Il-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-STECF jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond għadhom jinħasdu b'mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu iktar sakemm l-evoluzzjoni tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES jagħti wkoll il-parir li ma għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-mera tal-Atlantiku fiż-żoni kollha u għal ċerti stokkijiet tal-paġella tal-garġi u tar-roundnose grenadier.

    (7)

    Fir-rigward tal-erba' ħażniet tar-roundnose grenadier, il-pariri xjentifiċi u d-diskussjonijiet riċenti fil-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) jindikaw li l-qabdiet ta' din l-ispeċi jistgħu jiġu rrappurtati b'mod żbaljat bħala qabdiet tar-roughhead grenadier. F'dan il-kuntest, hemm bżonn tiġi stabbilita TAC li tkopri ż-żewġ speċijiet filwaqt li jkun possibbli li jsir rappurtar separat għal kull waħda minnhom.

    (8)

    Dwar il-klieb il-baħar tal-fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin jitqiesu li tbattlu, u, għalhekk, ma għandux isir sajd dirett għalihom. Barra minn hekk, minħabba n-natura migratorja tal-klieb il-baħar tal-fond u l-firxa kbira tagħhom madwar l-Atlantiku tal-Grigal, l-STECF irrakkomanda li l-miżuri ta' ġestjoni għal dawn l-ispeċijiet jiġu estiżi għall-ilmijiet tal-Unjoni koperti mill-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali u tal-Lvant (CECAF) madwar Madeira.

    (9)

    L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond kif definiti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 ( 3 ) jiġu deċiżi fuq bażi biannwali. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-arġentina silus u l-istokkijiet tal-linarda. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, is-sajd ewlieni tal-linarda huwa marbut man-negozjati annwali man-Norveġja; għal raġunijiet ta' simiplifikazzjoni, it-TACs kollha tal-linarda għandhom jiġu stabbiliti skont dik u fl-istess att legali. Għalhekk, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-arġentina silus u tal-linarda għandhom jiġu stabbiliti f'regolament annwali rilevanti ieħor li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd.

    (10)

    F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 ( 4 ) l-istokkijiet li huma suġġetti għal diversi miżuri msemmija hawnhekk għandhom jiġu identifikati. It-TACs prekawzjonarji għandhom japplikaw għal stokkijiet li għalihom ma hemm disponibbli ebda evalwazzjoni b'bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena li fiha jkunu jeħtieġu jiġu ffissati t-TACs; it-TACs analitiċi għandhom japplikaw mod ieħor. Fid-dawl tal-pariri mill-ICES u l-STECF għall-istokkijiet tal-baħar fond, dawk l-istokkijiet li għalihom ma hemm disponibbli ebda evalwazzjoni b'bażi xjentifika tal-opportunitajiet tas-sajd rilevanti għandhom ikunu soġġetti għal TACs prekawzjonarji f'dan ir-Regolament.

    (11)

    Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jiffissa għas-snin 2015 u 2016 l-opportunitajiet tas-sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għall-istokkijiet ta' ħut ta' ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-Unjoni u f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    (1)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) “bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

    (b) “ilmijiet tal-Unjoni” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ħlief ilmijiet li jmissu mat-territorji msemmija fl-Anness II tat-Trattat;

    (c) “qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista' tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk ta' ħut kull sena;

    (d) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni jew lil Stat Membru;

    (e) “ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li ma jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' ebda Stat.

    (2)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin:

    (a) iż-żoni tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

    (b) iż-żoni tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

    Artikolu 3

    TACs u allokazzjonijiet

    It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Unjoni jew f'ċerti ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali TACs fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet funzjonalment konnessi magħhom, skont il-każ, huma stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

    (1)  L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f'dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

    (a) skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

    (b) tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 ( 7 ) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 ( 8 );

    (c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

    (d) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

    (2)  L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet li huma suġġetti għal TAC prekawzjonarja, filwaqt li l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-istokkijiet li huma suġġetti għal TAC analitika, ħlief fejn ikun speċifikat mod ieħor fl-Anness ta' dan ir-Regolament,.

    Artikolu 5

    Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

    Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti t-TACs għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

    Artikolu 6

    Trażmissjoni ta' dejta

    Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni dejta relattiva għall-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbudin, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet mogħtija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    PARTI 1

    Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet

    1. Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, ir-riferiment għall-istokkijiet ta' ħut isegwi l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċijiet. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-fond huma mqegħdin fil-bidu ta' dik il-lista. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament qed tingħata t-tabella komparattiva, ta' hawn taħt, ta' ismijiet komuni u ta' ismijiet bil-Latin:



    Isem komuni

    Kodiċi Alpha-3

    Isem xjentifiku

    Ċinturin iswed

    BSF

    Aphanopus carbo

    Alfonsinos

    ALF

    Beryx spp.

    Roundnose grenadier

    RNG

    Coryphaenoides rupestris

    Roughhead grenadier

    RHG

    Macrourus berglax

    Mera tal-Atlantiku

    ORY

    Hoplostethus atlanticus

    Paġella tal-garġi

    SBR

    Pagellus bogaraveo

    Lipp Abjad

    GFB

    Phycis blennoides

    2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-fond” tfisser il-lista tal-ispeċijiet li ġejja:



    Isem komuni

    Kodiċi Alpha-3

    Isem xjentifiku

    Gattarelli tal-baħar fond

    API

    Apristurus spp.

    Frilled shark

    HXC

    Chlamydoselachus anguineus

    Żagħrun

    CWO

    Centrophorus spp.

    Mazzola Portugiża

    CYO

    Centroscymnus coelolepis

    Longnose velved dogfish

    CYP

    Centroscymnus crepidater

    Mazzola sewda

    CFB

    Centroscyllium fabricii

    Mazzola munqar l-għasfur

    DCA

    Deania calcea

    Murruna sewda

    SCK

    Dalatias licha

    Mazzola tal-fanal maġġuri

    ETR

    Etmopterus princeps

    Mazzola tal-fanal

    ETX

    Etmopterus spinax

    Murruna b'sitt garġi

    GAM

    Galeus murinus

    Bluntnose sixgill shark

    SBL

    Hexanchus griseus

    Sailfin roughshark (Sharpback shark)

    OXN

    Oxynotus paradoxus

    Knifetooth dogfish

    SYR

    Scymnodon ringens

    Kelb il-baħar tal-Groenlandja

    GSK

    Somniosus microcephalus

    PARTI 2

    Opportunitajiet tas-sajd annwali appikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f'żoni fejn it-TACs jeżistu skont l-ispeċi u skont iż-żona (f'tunnellati ta' piż ħaj)



    Speċijiet:

    Klieb il-baħar tal-fond

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2

    (DWS/56789-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Ġermanja

    0

    0

     

     

    Estonja

    0

    0

     

     

    Irlanda

    0

    0

     

     

    Spanja

    0

    0

     

     

    Franza

    0

    0

     

     

    Litwanja

    0

    0

     

     

    Polonja

    0

    0

     

     

    Portugall

    0

    0

     

     

    Renju Unit

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Klieb il-baħar tal-fond

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

    (DWS/10-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Portugall

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Klieb il-baħar tal-fond, Deania hystricosa u Deania profundorum

    Żona:

    L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII

    (DWS/12INT-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    0

    0

     

     

    Spanja

    0

    0

     

     

    Franza

    0

    0

     

     

    Renju Unit

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

    (BSF/1234-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Ġermanja

    3

    3

     

     

    Franza

    3

    3

     

     

    Renju Unit

    3

    3

     

     

    Unjoni

    9

    9

     

     

    TAC

    9

    9

     

    TAC prekawzjonarja



    Speċijiet:

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

    (BSF/56712-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Ġermanja

    42

    39

     

     

    Estonja

    20

    19

     

     

    Irlanda

    104

    96

     

     

    Spanja

    208

    191

     

     

    Franza

    2 918

    2 684

     

     

    Latvja

    136

    125

     

     

    Litwanja

    1

    1

     

     

    Polonja

    1

    1

     

     

    Renju Unit

    208

    191

     

     

    Oħrajn (1)

    11

    10

     

     

    Unjoni

    3 649

    3 357

     

     

    TAC

    3 649

    3 357

     

    TAC Analitika

    (1)   Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota.



    Speċijiet:

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

    (BSF/8910-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Spanja

    12

    12

     

     

    Franza

    29

    29

     

     

    Portugall

    3 659

    3 659

     

     

    Unjoni

    3 700

    3 700

     

     

    TAC

    3 700

    3 700

     

    TAC Analitika



    Speċijiet:

    Ċinturin iswed

    Aphanopus carbo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tas-CECAF 34.1.2

    (BSF/C3412-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Portugall

    3 141

    2 827

     

     

    Unjoni

    3 141

    2 827

     

     

    TAC

    3 141

    2 827

     

    TAC prekawzjonarja



    Speċijiet:

    Alfonsinos

    Beryx spp.

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

    (ALF/3X14-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    9

    9

     

     

    Spanja

    67

    67

     

     

    Franza

    18

    18

     

     

    Portugall

    193

    193

     

     

    Renju Unit

    9

    9

     

     

    Unjoni

    296

    296

     

     

    TAC

    296

    296

     

    TAC Analitika



    Speċijiet:

    Roundnose grenadier u roughhead grenadier

    Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u IV

    (RNG/124-) għar-roundnose grenadier;

    (RHG/124-) għar-roughhead grenadier

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Danimarka

    1

    1

     

     

    Ġermanja

    1

    1

     

     

    Franza

    10

    10

     

     

    Renju Unit

    1

    1

     

     

    Unjoni

    13

    13

     

     

    TAC

    13

    13

     

    TAC prekawzjonarja



    Speċijiet:

    Roundnose grenadier u roughhead grenadier

    Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III

    (RNG/03-) għar-roundnose grenadier; (1)

    (RHG/03-) għar-roughhead grenadier

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Danimarka

    412

    329

     

     

    Ġermanja

    2

    2

     

     

    Svezja

    21

    17

     

     

    Unjoni

    435

    348

     

     

    TAC

    435

    348

     

    TAC prekawzjonarja

    (1)   Fiż-żona IIIa tal-ICES ma għandu jsir ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier sakemm isiru l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u n-Norveġja.



    Speċijiet:

    Roundnose grenadier u roughhead grenadier

    Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI u VII

    (RNG/5B67-) għar-roundnose grenadier; (3)

    (RHG/5B67-) għar-roughhead grenadier

    Sena

    2015 (1) (2)

    2016 (1) (2)

     

     

    Ġermanja

    8

    8

     

     

    Estonja

    59

    60

     

     

    Irlanda

    260

    265

     

     

    Spanja

    65

    66

     

     

    Franza

    3 302

    3 358

     

     

    Litwanja

    76

    77

     

     

    Polonja

    38

    39

     

     

    Renju Unit

    194

    197

     

     

    Oħrajn (2)

    8

    8

     

     

    Unjoni

    4 010

    4 078

     

     

    TAC

    4 010

    4 078

     

    TAC Analitika

    (1)   Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/*8X14-) — għar-roundnose grenadier; RHG/*8X14- għar-roughhead grenadier).

    (2)   Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess ebda sajd dirett.

    (3)   Il-ħatt ta' roundnose grenadier ma għandux jaqbeż il-95 % tal-kwota ta' kull Stat Membru.



    Speċijiet:

    Roundnose grenadier u roughhead grenadier

    Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV

    (RNG/8X14-) għar-roundnose grenadier; (2)

    (RHG/8X14-) għar-roughhead grenadier

    Sena

    2015 (1)

    2016 (1)

     

     

    Ġermanja

    24

    21

     

     

    Irlanda

    5

    5

     

     

    Spanja

    2 617

    2 354

     

     

    Franza

    121

    109

     

     

    Latvja

    42

    38

     

     

    Litwanja

    5

    5

     

     

    Polonja

    819

    737

     

     

    Renju Unit

    11

    10

     

     

    Unjoni

    3 644

    3 279

     

     

    TAC

    3 644

    3 279

     

    TAC Analitika

    (1)   Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 10 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII (RNG/*5B67- għar-roundnose grenadier; RHG/*5B67- għar-roughhead grenadier).

    (2)   Il-ħatt ta' roundnose grenadier ma għandux jaqbeż it-80 % tal-kwota ta' kull Stat Membru.



    Speċijiet:

    Mera tal-Atlantiku

    Hoplostethus atlanticus

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI

    (ORY/06-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    0

    0

     

     

    Spanja

    0

    0

     

     

    Franza

    0

    0

     

     

    Renju Unit

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Mera tal-Atlantiku

    Hoplostethus atlanticus

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII

    (ORY/07-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    0

    0

     

     

    Spanja

    0

    0

     

     

    Franza

    0

    0

     

     

    Renju Unit

    0

    0

     

     

    Oħrajn

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Mera tal-Atlantiku

    Hoplostethus atlanticus

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

    (ORY/1CX14)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    0

    0

     

     

    Spanja

    0

    0

     

     

    Franza

    0

    0

     

     

    Portugall

    0

    0

     

     

    Renju Unit

    0

    0

     

     

    Oħrajn

    0

    0

     

     

    Unjoni

    0

    0

     

     

    TAC

    0

    0

     

    TAC AnalitikaL-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika.



    Speċijiet:

    Paġella tal-garġi

    Pagellus bogaraveo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

    (SBR/678-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Irlanda

    5

    5

     

     

    Spanja

    135

    128

     

     

    Franza

    7

    6

     

     

    Renju Unit

    17

    16

     

     

    Oħrajn (1)

    5

    5

     

     

    Unjoni

    169

    160

     

     

    TAC

    169

    160

     

    TAC Analitika

    (1)   Esklużivament għall-qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota.



    Speċijiet:

    Paġella tal-garġi

    Pagellus bogaraveo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX

    (SBR/09-)

    Sena

    2015 (1)

    2016 (1)

     

     

    Spanja

    294

    144

     

     

    Portugall

    80

    39

     

     

    Unjoni

    374

    183

     

     

    TAC

    374

    183

     

    TAC Analitika

    (1)   Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII (SBR/*678-).



    Speċijiet:

    Paġella tal-garġi

    Pagellus bogaraveo

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

    (SBR/10-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Spanja

    6

    5

     

     

    Portugall

    678

    507

     

     

    Renju Unit

    6

    5

     

     

    Unjoni

    690

    517

     

     

    TAC

    690

    517

     

    TAC Analitika



    Speċijiet:

    Lipp abjad

    Phycis blennoides

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

    (GFB/1234-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Ġermanja

    10

    10

     

     

    Franza

    10

    10

     

     

    Renju Unit

    17

    17

     

     

    Unjoni

    37

    37

     

     

    TAC

    37

    37

     

    TAC Analitika



    Speċijiet:

    Lipp abjad

    Phycis blennoides

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

    (GFB/567-)

    Sena

    2015 (1)

    2016 (1)

     

     

    Ġermanja

    12

    12

     

     

    Irlanda

    312

    312

     

     

    Spanja

    706

    706

     

     

    Franza

    427

    427

     

     

    Renju Unit

    977

    977

     

     

    Unjoni

    2 434

    2 434

     

     

    TAC

    2 434

    2 434

     

    TAC Analitika

    (1)   Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX (GFB/*89-).



    Speċijiet:

    Lipp abjad

    Phycis blennoides

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

    (GFB/89-)

    Sena

    2015 (1)

    2016 (1)

     

     

    Spanja

    290

    290

     

     

    Franza

    18

    18

     

     

    Portugall

    12

    12

     

     

    Unjoni

    320

    320

     

     

    TAC

    320

    320

     

    TAC Analitika

    (1)   Minn kull kwota jista' jinqabad massimu ta' 8 % fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII (GFB/*567-).



    Speċijiet:

    Lipp abjad

    Phycis blennoides

    Żona:

    L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII

    (GFB/1012-)

    Sena

    2015

    2016

     

     

    Franza

    10

    10

     

     

    Portugall

    45

    45

     

     

    Renju Unit

    10

    10

     

     

    Unjoni

    65

    65

     

     

    TAC

    65

    65

     

    TAC Analitika



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    ( 2 ) Il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).

    ( 3 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).

    ( 4 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

    ( 5 ) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

    ( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li mhumiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

    ( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

    ( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).

    Top