This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014R0600-20240109
Regulation (EU) No 600/2014 of the European Parliament and of the Council of 15 May 2014 on markets in financial instruments and amending Regulation (EU) No 648/2012 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02014R0600 — MT — 09.01.2024 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173 12.6.2014, p. 84) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2016/1033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Ġunju 2016 |
L 175 |
1 |
30.6.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/2033 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta' Novembru 2019 |
L 314 |
1 |
5.12.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/2175 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Diċembru 2019 |
L 334 |
1 |
27.12.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 22 |
1 |
22.1.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/858 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2022 |
L 151 |
1 |
2.6.2022 |
|
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
20.12.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) Nru 600/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti unifirmi rigward dawn li ġejjin:
divulgazzjoni ta’ dejta tan-negozjar lill-pubbliku;
rapportar ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;
negozjar ta’ derivati f’ċentri organizzati;
aċċess nondiskriminatorju għall-ikklerjar u aċċess nondiskriminatorju għan-negozjar f’punti referenzjarji;
setgħat ta’ intervent fil-prodott mill-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA u setgħat tal-ESMA fuq il-kontrolli tal-ġestjoni tal-pożizzjonijiet u l-limiti tal-pożizzjonijiet;
forniment ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditti minn pajjiż terzi wara deċiżjoni ta’ ekwivalenza applikabbli mill-Kummissjoni b’fergħa jew mingħajrha;
l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015:
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Ġunju 2015, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fejn jiġi vvalutat it-trattament tat-tranżazzjonijiet minn banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi, li għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jinkludu l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-kompiti statitorji tagħhom u l-volumi ta’ kummerċ tagħhom fl-Unjoni. Ir-rapport għandu:
jidentifika dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi rilevanti rigward id-divulgazzjoni regolatorja ta’ tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali, inklużi tranżazzjonijiet magħmula minn membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u
jevalwaw l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni regolatorha fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq it-tranżazzjonijiet ta’ bank ċentrali ta’ pajjiż terz.
Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni pprovduta fil-paragrafu 6 mhijiex neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti tkun bank ċentrali ta’ pajjiż terz li jkun qed iwettaq politika monetarja, skambju u operazzjonijiet ta’ stabilità finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tipprovdi li dik l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali ta’ pajjiż terz.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“ditti tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘servizzi u attivitajiet ta’investiment’ tfisser servizzi ta’ investiment u attivitajiet definiti fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘servizzi anċillari’ tfisser is-servizzi anċillari kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(3) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘eżekuzzjoni tal-ordnijiet f’isem il-klijenti’ tfisser eżekuzzjoni f’isem il-klijenti kif definit fl-Artikolu 4(1)(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘in-negozjar akkont tagħhom infushom’ ifisser jitratta fuq kont tiegħu kif definit fl-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ġeneratur tas-suq’ tfisser ġeneratur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(7) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘klijent’ tfisser klijent kif definit fl-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘klijent professjonali’ ifisser klijent professjonali kif definit fl-Artikolu 4(1)(10) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘strument finanzjarju’ tfisser strument finanzjarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘operatur tas-suq’ tfisser operatur tas-suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(18) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘sistema multilaterali’ tfisser sistema multilaterali kif iddefinita fl-Artikolu 4(1)(19) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘internalizzatur sistematiku’ ifisser internalizzatur sistematiku kif definit fl-Artikolu 4(1) u (20) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘suq regolat’ tfisser suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(21) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘facilità multilaterali tan-negozjar’ jew ‘MTF’ tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4 (1)(22) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘faċilità organizzata tan-negozjar’ jew ‘OTF’ tfisser faċilità organizzata tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1)(23) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ċentru tan-negozjar’ tfisser post tal-kummerċ kif definit fl-Artikolu 4(1)(24) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘suq likwidu’ jfisser:
għall-finijiet tal-Artikoli 9, 11u 18, suq għal strument finanzjarju jew klassi ta’ strumenti finanzjarji, fejn ikun hemm xerrejja u bejjiegħa lesti u lesti fuq bażi kontinwa, u fejn is-suq jiġi valutat skont il-kriterji li ġejjin, b’kont konsiderazzjoni l-istrutturi speċifiċi tas-suq tal-istrument finanzjarju partikolari jew tal-klassi partikolari ta’ strumenti finanzjarji:
il-frekwenza medja u d-daqs ta’ tranżazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, b’kont meħud tan-natura u l- ħajja tal-prodotti fil- klassi ta’ strument finanzjarju;
in-numru u tip ta’ parteċipanti tas-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq nnegozjati strumenti finanzjarji fi prodott partikolari;
id-daqs medju ta’ spreads, fejn disponibbli;
għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 14, suq għal -istrument finanzjarju li jkun innegozjat kuljum u fejn is-suq ikun ivvalutat skont il-kriterji li ġejjin:
il-flotazzjoni libera;
l-għadd medju ta’ tranżazzjonijiet ta’ kuljum f’dawk l-istrumenti finanzjarji;
il-fatturat medju ta’ kuljum għal dawk l-istrumenti finanzjarji;
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u, għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, l-ESMA, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-mekkaniżmi ta’ rapportar approvati (ARMs, approved reporting mechanisms) u l-arranġamenti ta’ pubblikazzjoni approvati (APAs, approved publication arrangements) b’deroga skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 3 );
‘fergħa’ tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘rabtiet mill-qrib’ tfisser rabtiet mill-qrib kif definiti fl-Artikolu 4(1)(35) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘korp maniġerjali’ tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1)(36) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘maniġment superjuri’ tfisser maniġment superjuri kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘depożitu strutturat’ tfisser depożitu strutturat kif definit fl-Artikolu 4(1)(43) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘titoli trasferibbli’ tfisser titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ċertifikati ta’ depożitu’ tfisser l-irċevuti depożitarji kif definit fl-Artikolu 4(1)(45) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘fond innegozjat bi skambju’ jew ‘ETF’ tfisser fond innegozjat fil-boroż kif definit fl-Artikolu 4(1)(46) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘ċertifikati’ tfisser dawk it-titoli li huma negozjabbli fis-suq kapitali u li fil-każ ta’ ħlas lura ta’ investiment mill-emittent huma kklassifikati fuq ishma iżda taħt strumenti tal-bonds mhux garantiti u strumenti simili oħra;
‘prodotti strutturati ta’ finanzjar’ tfisser dawk it-titoli maħluqa sabiex jittitolizzaw u jittrasferixxu r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ pula ta’ assi finanzjarji li jintitolaw lid-detentur tat-titoli biex jirċievi ħlasijiet regolari li jiddependu fuq il-fluss tal-flus mill-assi sottostanti;
‘derivati’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, u msemmija fl-Anness I, Taqsima C (4) sa (10) tagħha;
‘derivati ta’ komoditajiet’ tfisser dawk l-istrumenti finanzjarji definiti fil-punt (44)(c) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE relatati ma’ komodità jew sottostanti msemmija fit-Taqsima C(10) tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, jew fil-punti (5), (6), (7) u (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tagħha;
‘CCP’ tfisser CCP fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘derivat negozjat fil-borża’ tfisser derivat negozjat f’suq regolat jew f’suq ta’ pajjiż terz meqjus bħala ekwivalenti għal suq regolat b’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, u li għaldaqstant ma jaqax fid-definizzjoni ta’ derivat OTC kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
‘indikazzjoni azzjonabbli tal-interess’ tfisser messaġġ minn membru jew parteċipant għal ieħor fi ħdan sistema ta’ negozjar fir-rigward ta’ interess ta’ negozjar disponibbli li fih l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex isir ftehim fuq negozjar;
‘arranġament ta’ pubblikazzjoni approvat’ jew ‘APA’ tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ pubblikazzjoni ta’ rapporti kummerċjali f’isem ditti ta’ investiment skont l-Artikoli 20 u 21;
‘fornitur ta’ tape konsolidat’ jew ‘CTP’ tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ ġbir ta’ rapporti kummerċjali għall-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Artikoli 6, 7, 10, 12 u 13, 20 u 21 minn swieq regolati, MTFs, OTFs u APAs u tikkonsolidahom f’xandir elettroniku kontinwu live tad-data li jipprovdi data dwar il-prezz u l-volum għal kull strument finanzjarju;
‘mekkaniżmu ta’ rapportar approvat’ jew ‘ARM’ tfisser persuna awtorizzata taħt dan ir-Regolament sabiex tipprovdi s-servizz ta’ rapportar ta’ dettalji ta’ tranżazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-ESMA f’isem ditti ta’ investiment;
‘fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta’ tfisser persuna msemmija fil-punti (34) sa (36) u persuna msemmija fl-Artikolu 27b(2);
‘Stat Membru tad-domiċilju’ tfisser Stat Membru tad-domiċilju kif definit fl-Artikolu 4(1)(55) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘Stat Membru ospitanti’ tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 4(1)(56) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘punt ta’ referenza’ tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew figura, disponibbli għall- pubbliku jew ippubblikati li huwa perjodikament jew regolarment determinata mill- applikazzjoni ta’ formula għal, jew fuq il- bażi tal-valur ta’ wieħed jew aktar sottostanti assi jew prezzijiet, inklużi prezzijiet stimati, rati attwali jew stmati ta’ imgħax jew valuri oħra, jew stħarriġ u li b’referenza għalihom tiġi determinata l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.
‘arranġament tal-interoperabilità’ tfisser arranġament tal-interoperabilità kif definiti fl-Artikolu 2(12) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
“istituzzjoni finanzjarja’ pajjiż terz’ tfisser entità, l-uffiċċju prinċipali tagħhom hija stabbilita f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il- liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex iwettaq kwalunkwe mis-servizzi jew l-attivitajiet elenkati fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva2014/65/UE, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 7 );
‘ditta ta’ pajjiż terz’ tfisser ditta ta’ pajjiż terz kif definit fl -Artikolu 4(1)(57) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘prodott tal-enerġija bl-ingrossa’ tfisser prodotti tal-enerġija bl-ingrossa kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ( 8 );
‘derivattivi tal-komoditajiet agrikoli’ tfisser kuntratti derivattivi relatati ma’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 ta’, u l-Anness I, Partijiet I sa XX u XXIV/1, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
‘frammentazzjoni tal-likwidità’ tfisser sitwazzjoni li fiha:
parteċipanti f’ċentru tan-negozju ma jkunux jistgħu jikkonkludu tranżazzjoni ma’ parteċipant wieħed jew iżjed f’dak iċ-ċentru minħabba n-nuqqas ta’ arranġamenti tal-ikklerjar li jkollhom aċċess għalihom il-parteċipant kollha; jew
membru tal-ikklerjar jew il-klijenti tiegħu jkunu mġiegħla jżommu l-pożizzjonijiet tagħhom fi strument finanzjarju f’iktar minn CCP waħda u dan ikun jillimita l-potenzjal għan-netting ta’ skoperturi finanzjarji
‘dejn sovran’ tfisser dejn sovran kif definit fl-Artikolu 4(1)(61) tad-Direttiva 2014/65/UE;
‘kompressjoni tal-portafoll’ tfisser servizz ta’ tnaqqis ta’ riskju fejn żewġ kontopartijiet jew iktar jitterminaw totalment jew parzjalment uħud mid-derivati jew id-derivati kollha ppreżentati minn dawk il-kontropartijiet għal inklużjoni fil-kompressjoni tal-portafoll u jissostitwixxu d-derivati tterminati b’derivat ieħor li l-valur nozzjonali kkombinat tiegħu jkun inqas mill-valur nozzjonali kkombinat tad-derivati tterminati;
‘skambju ma' prodott bażiku’ tfisser tranżazzjoni f'kuntratt tad-derivattivi jew strument finanzjarju ieħor li tiddependi fuq l-eżekuzzjoni simultanja ta' kwantità ekwivalenti ta' ass fiżiku sottostanti;
‘ordni f'pakkett’ tfisser ordni pprezzata bħala unità waħda:
għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' skambju ma' prodott bażiku; jew
f'żewġ strumenti finanzjarji jew aktar għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' transazzjoni f'pakkett;
‘transazzjoni f'pakkett’ tfisser:
skambju ma' prodott bażiku; jew
transazzjoni li tinvolvi l-eżekuzzjoni ta' żewġ transazzjonijiet komponenti jew aktar fi strumenti finanzjarji u li tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
it-transazzjoni tiġi eżegwita bejn żewġ kontropartijiet jew aktar;
kull komponent tat-transazzjoni ekonomika ġġorr riskju ekonomiku jew finanzjarju relatat mal-komponenti l-oħra kollha;
l-eżekuzzjoni ta' kull komponent tkun simultanja u tiddependi mill-eżekuzzjoni tal-komponenti l-oħra kollha.
Meta tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
il-limitu sa fejn is-servizzi huma pprovduti lil ditti tal-investiment awtorizzati fi Stat Membru wieħed biss;
in-numru ta’ rapporti jew tranżazzjonijiet kummerċjali;
jekk l-ARM jew l-APA jagħmilx parti minn grupp ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw b’mod transfruntier.
Fejn entità tkun taħt superviżjoni mill-ESMA għal kwalunkwe servizz provdut fil-kapaċità tagħha bħala fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta taħt dan ir-Regolament, l-ebda waħda mill-attivitajiet tagħha bħala ARM jew APA ma għandha tiġi eskluża mis-superviżjoni tal-ESMA taħt kwalunkwe att delegat adottat skont dan il-paragrafu.
TITOLU II
TRASPARENZA GĦAĊ-ĊENTRI TAN-NEGOZJAR
KAPITOLU 1
Trasparenza għas-strumenti ta’ ekwità
Artikolu 3
Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għaċ-ċentri ta’ negozjar fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra
Artikolu 4
Eżenzjonijiet għall-istrumenti tal-ekwità
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) għal:
sistemi ta’ tqabbil tal-ordnijiet ibbażati fuq metodoloġija ta’ negozjar li bihom il-prezz tal-istrument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(1) jiġi dderivat miċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità, fejn dak il-prezz referenzjarju huwa ppubblikat fil-wisa’ u huwa meqjus mill-parteċipanti tas-suq bħala prezz referenzjarju affidabbli. L-użu kontinwu ta’ dik l-eżenzjoni għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.
sistemi li jifformalizzaw tranżazzjonijiet negozjati li:
jitwettqu fil-firxa ppeżata ta’ volum attwali riflessa fir-reġistru tal-ordnijiet jew fil-kwotazzjonijiet tal-ġeneraturi tas-suq taċ-ċentru tan-negozjar li jopera dik is-sistema. Dawn huma suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5; jew
ikunu f’ishma, irċevuti tad-depożitu, ETF, ċertifikati jew strumenti finanzjarji simili oħra illikwidi li ma jaqgħux fit-tifsira ta’ suq likwidu, u li jkunu nnegozjati f’perċentwal ta’ prezz referenzjarju adegwat, liema perċentwal u prezz referenzjarju huma ddeterminati minn qabel mill-operatur tas-sistema; jew
huma soġġetti għal kondizzjonijiet barra minn dak tal-prezz tas-suq attwali ta’ dak l-istrument finanzjarju;
ordnijiet ta’ skala kbira meta pparagunati mad-daqs normali tas-suq;
ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet taċ-ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati.
Il-prezz referenzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jiġi stabbilit billi jinkiseb:
il-punt medju tal-prezzijiet attwali tal-offerti tal-bejgħ u x-xiri taċ-ċentru tan-negozjar fejn dak l-istrument finanzjarju kien għall-ewwel darba ammess għan-negozjar jew l-aktar suq rilevanti f’termini ta’ likwidità; jew
meta l-prezz imsemmi fil-punt (a) ma jkunx disponibbli, il-prezz tal-ftuħ u/jew tal-għeluq tas-sessjoni relevanti tan-negozjar.
L-ordnijiet għandhom jirreferu biss għall-prezz imsemmi fil-punt (b) barra l-fażi kontinwa ta’ nnegozjar tas-sessjoni relevanti ta’ negozju.
Meta ċ-ċentri tan-negozjar joperaw sistemi li jifformalizzaw it-tranżazzjonijiet negozjati skont il-paragrafu 1(b)(i):
dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar;
iċ-ċentru tan-negozjar għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti, sistemi u proċeduri biex jipprevjenu jew jidentifikaw abbuż tas-suq jew tentattiv ta’ abbuż tas-suq fir-rigward ta’ tali tranżazzjonijiet negozjati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014;
iċ-ċentru tan-negozjar għandu jistabbilixxi, imantni u jimplimenta sistemi biex jinduna b’kull tentattiv li l-eżenzjoni tintuża biex jiġu evitati rekwiżiti oħrajn ta’ dan ir-Regolament jew Direttiva 2014/65/UE u li jirrapporta dawn it-tentattivi lill-awtorità kompetenti.
Meta awtorità kompetneti tagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 1(b)(i) jew (iii), dik l-awtorità kompetenti għandha timmoniterja l-użu tal-eżenzjoni miċ-ċentru tan-ngeozjar biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ din l-eżenzjoni jkunu rispettati.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:
il-firxa tal-prezzijiet tal-offerti tal-bejgħ u xiri jew tal-kwotazzjonijiet mingħand ġeneraturi tas-suq magħżula, u l-intensità tal-interess tan-negozjar b’dawk il-prezzijiet, li għandhom jiġu ppubblikati għal kull klassi ta’ strument finanzjarju konċernat skont l-Artikolu 3(1), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 3(2);
l-aktar suq rilevanti f’termini tal-likwidità ta’ strument finanzjarju skont il-paragrafu 1(a);
il-karatteristiċi speċifiċi ta’ tranżazzjoni negozjata fir-rigward tal-modi differenti li l-membru jew il-parteċipant ta’ ċentru tan-negozjar jista’ jesegwixxi tali tranżazzjoni;
it-tranżazzjonijiet negozjati li ma jikkontribwixxux għall-formazzjoni tal-prezzijiet u li jagħmlu użu mill-eżenzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1(b)(iii);
id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati, li għalihom tista’ ssir eżenzjoni minn divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar skont il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju konċernat;
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 5
Mekkaniżmu għal-Limitazzjoni tal-Volum
Sabiex ikun żgurat li l-użu tal-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) u 4(1)(b)(i) ma jagħmilx ħsara mhux dovuta lill-formazzjoni tal-prezzijiet, in-negozju f’dawk l-eżenzjonijiet huwa ristrett kif ġej:
il-perċentwali ta’ negozju fi strument finanzjarju mwettaq f’ċentru tan-negozjar skont dawk l-eżenzjonijiet għandu jkun limitat għal 4 % tal-volum totali tan-negozju f’dak l-istrument finanzjarju fiċ-ċentri kollha tan-negozjar madwar l-Unjoni matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar.
in-negozju globali fil-livell tal-Unjoni fi strument finanzjarju mwettaq skont dawk l-eżenzjonijiet għandu jkun limitat għal 8 % tal-volum totali tan-negozju f’dak l-istrument finanzjarju fiċ-ċentri kollha tan-negozjar madwar l-Unjoni matul il-perjodu preċedenti ta’ 12-il xahar.
Dak il-mekkaniżmu ta’ limitazzjoni tal-volum m’għandux japplika għal tranżazzjonijiet innegozjati li jkunu f’sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor li għalihom m’hemmx suq likwidu kif determinat skont l-Artikolu 2(1)(17)(b) u li jkunu nnegozjati f’perċentwal ta’ prezz referenzjarju adegwat kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(ii), jew għal tranżazzjonijiet innegozjati li jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet li mhumiex il-prezz attwali tas-suq ta’ dak l-istrument finanzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b)(iii).
Sabiex tkun żgurata bażi affidabbli għall-monitoraġġ tan-negozju li jitwettaq skont dawk l-eżenzjonijiet u sabiex jiġi ddterminat jekk il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ikunux inqabżu, l-operaturi taċ-ċentri tan-negozju għandhom ikunu obbligati li jkollhom fis-seħħ sistemi u proċeduri sabiex:
jippermettu l-identifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet kollha tan-negozju li jkunu twettqu fiċ-ċentri tagħhom skont dawk l-eżenzjonijiet; kif ukoll
jiggarantixxu li l-perċentwal tat-tranżazzjonijiet tan-negozju awtorizzat skont dawk l-eżenzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) ma jinqabeż fl-ebda ċirkustanza.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont -Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 6
Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra
Artikolu 7
Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak is-sehem, l-irċevuta tad-depożitu, l-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor jew dik il-klassi tas-sehem, tal-irċevuta tad-depożitu, tal-ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor.
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar jiġu applikati fil-prattika.
Fejn l-awtorità kompetenti tawtorizza pubblikazzjoni differita u awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ma taqbilx mad-differiment jew mal-applikazzjoni effettiva tal-awtorizzazzjoni mogħtija, dik l-awtorità kompetenti tista’ tirreferi l-kwestjoni lura lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika dan li ġej b’mod li jippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:
id-dettalji ta’ tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż l-internalizzaturi sistematiċi u l-operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-paragrafu 6(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 6(1) u 20, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti u dawk determinati minn fatturi oħra;
il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju.
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investimenti inklużi internalizzaturi sistematiċi u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-tranżazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(1);
il-kriterji li jridu jiġu applikati meta jiġu deċiżi t-tranżazzjonijiet li għalihom, minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip, inkluż il-profil tal-likwidità, tas-sehem, irċevuta tad-depożitu, ETF, ċertifikat jew strument finanzjarju simili ieħor involut, il-pubblikazzjoni differita hija permessa għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 2
Trasparenza għas-strumenti mhux tal- ekwità
Artikolu 8
Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel in-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjari strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati
Artikolu 9
Eżenzjonijiet għall-istrumenti mhux tal-ekwità
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lill-operaturi tas-suq u lid-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar mill-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal:
ordnijiet ta’ skala kbira meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq u ordnijiet miżmuma f’faċilità tal-ġestjoni tal-ordnijiet ta’ ċentru tan-negozjar sakemm jiġu ddivulgati;
l-indikazzjonijiet azzjonabbli tal-interess fit-talba għal kwotazzjoni u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi li huma akbar minn daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju, li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa;
derivati li mhumiex soġġetti għall-obbligu tan-negozjar speċifikat fl-Artikolu 28 u strumenti finanzjarji oħra li m’hemmx suq likwidu għalihom;
ordnijiet għall-iskop ta' skambju ma' prodott bażiku;
ordnijiet f'pakkett li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun strument finanzjarju li għalih ma jkunx hemm suq likwidu, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;
tal-inqas wieħed mill-komponenti tiegħu jkun fuq skala kbira meta mqabbel mad-daqs normali tas-suq, ħlief jekk ikun hemm suq likwidu għall-ordni f'pakkett kollha kemm hi;
il-komponenti kollha tiegħhu jkunu eżegwiti abbażi ta' talba għal kwotazzjoni jew sistema ta' negozjar bil-fomm u jkunu akbar mid-daqs speċifiku tal-istrument.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti oħra b’tali rtirar mingħajr dewmien u qabel ma jidħol fis-seħħ, waqt li jagħtu raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni tagħhom.
Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Meta s-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.
Qabel ma tissospendi jew iġġedded is-sospensjoni temporanja skont dan il-paragrafu tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tgħarraf lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tagħti spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk fil-fehma tagħha, is-sospensjoni temporanja jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja ikunux ġustifikati f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw dan li ġej:
il-parametri u l-metodi għall-kalkolu tal-limitu massimu tal-likwidità msemmi fil-paragrafu 4 b’rabta mal-istrument finanzjajru. Il-parametri u l-metodi għall-Istati Membri biex jikkalkulaw il-limitu massimu għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li meta jintlaħaq il-limitu massimu, huwa jirrappreżenta tnaqqis sinifikanti fil-likwidità fiċ-ċentri kollha fl-Unjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat ibbażat fuq il-kriterji użati skont l-Artikolu 2(1)(17);
il-firxa tal-prezzijiet tad-domanda u tal-offerta jew il-kwoti u l-intensità tal-interessi għan-negozjar f’dawk il-prezzijiet, jew offerta jew prezzijiet tal-offerta indikattivi ta’ qabel in-negozjar li huma qrib tal-prezz tal-interess ta’ negozjar, li għandha tiġi ppubblikata għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikoli 8(1) u (4), filwaqt li titqies il-kalibrazzjoni meħtieġa għat-tipi differenti ta’ sistemi ta’ negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);
id-daqs tal-ordnijiet li huma ta’ skala kbira u t-tip u d-daqs minimu tal-ordnijiet miżmuma f’faċilità ta’ ġestjoni tal-ordnijiet sakemm jiġu ddivulgati, li jistgħu jkunu eżentati mid-divulgazzjoni qabel in-negozjar taħt il-paragrafu 1 għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat;
id-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b) u d-definizzjoni ta’ talba għal kwotazzjoni u sistemi ta’ negozjar bil-vuċi li d-divulgazzjoni tagħhom qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1;
Meta tiddetermina d-daqs speċifiku għall-istrument finanzjarju li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa, f’konformità mal-paragrafu 1(b), l-ESMA għandha tqis il-fatturi li ġejjin:
jekk, f’daqsijiet bħal dawn, il-fornituri tal-likwidità jkunux jistgħu jkopru r-riskji tagħhom;
fejn suq fl-istrument finanzjarju, jew klassi ta’ strumenti finanzjarji, ikun jikkonsisti parzjalment minn investituri tal-bejgħ bl-imnut; il-valur medju tat-transazzjonijiet imwettqa minn dawk l-investituri;
l-istrumenti finanzjarji jew il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li mhemmx suq likwidu għalihom fejn id-divulgazzjoni ta’ qabel in-negozjar tista’ tiġi eżentata skont il-paragrafu 1.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar 2017.
Is-setgħa tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 10
Rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar għal ċentri tan-negozjar fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati
Artikolu 11
Awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni differita
B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni differita fir-rigward ta’tranżazzjonijiet li:
huma ta’ daqs kbir meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dak il-bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, jew għal dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat innegozjati f’ċentru tan-negozjar; jew
huma relatati ma’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat li huwa nnegozjat f’ċentru tan-negozjar, jew klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat li huwa nnegozjat f’ċentru tan-negozjar li għalih m’hemmx suq likwidu;
huma aktar minn daqs speċifiku għal dak il-bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat nnegozjati f’ċentru tan-negozjar, jew dik il-klassi ta’ bond, prodott finanzjarju strutturat, kwota ta’ emissjoni jew derivat innegozjati f’ċentru tan-negozjar, li jesponi lill-fornituri tal-likwidità għal riskju żejjed u li jieħu kont ta’ jekk il-parteċipanti rilevanti tas-suq humiex investituri tal-bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa.
L-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jiksbu l-approvazzjoni minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti tal-arranġamenti proposti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita, u għandhom jiddivulgaw b’mod ċar dawk l-arranġamenti lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku. L-ESMA għandha timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tan-negozjar differita u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif jintużaw fil-prattika.
Is-sospensjoni temporanja għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-websajt tal-awtorità kompetenti rilevanti. Tali sospensjoni tista’ tiġġedded għal perjodi ulterjuri ta’ mhux aktar minn tliet xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu jkunu applikabbli. Fejn is-sospensjoni temporanja ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.
Qabel ma s-sospensjoni temporanja tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 10 tiġi sospiża jew imġedda, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha u tagħti spjegazzjoni. L-ESMA għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti hekk kif ikun prattikabbli dwar jekk fil-fehma tagħha, is-sospensjoni temporanja jew it-tiġdid tas-sospensjoni temporanja ikunux ġustifikati f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, flimkien ma’ awtorizzazzjoni għal pubblikazzjoni differita:
jitolbu l-pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati ta’tranżazzjoni jew dettalji ta’ diversitranżazzjonijiet f’forma aggregata, jew kombinazzjoni tagħhom, waqt il-perijodu tad-differiment;
jippermettu n-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni individwali waqt perjodu estiż ta’ differiment;
jippermettu, fir-rigward tal-istrumenti mhux tal-ekwità li mhumiex dejn sovran, il-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata waqt perjodu estiż ta’ differiment;
jippermettu, fir-rigward ta’ strumenti ta’ dejn sovran, il-pubblikazzjoni ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata għal perjodu indefinit ta’ żmien.
Fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn sovran, il-punti (b) u (d) jistgħu jintużaw jew separatament jew konsekuttivament sakemm ladarba l-perjodu estiż tan-nonpubblikazzjoni tal-volum jiskadi, il-volumi jkunu jistgħu mbagħad jiġu ppubblikati f’forma aggregata.
Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji l-oħrajn kollha, meta l-perjodu tad-differiment jiskadi, id-dettalji pendenti tat-tranżazzjoni u d-dettalji kollha tat-tranżazzjonijiet fuq bażi individwali għandhom ikunu ppubblikati.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji b’tali mod li tippermetti l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE biex jiġu speċifikati dawn li ġejjin:
id-dettalji ta’tranżazzjonijiet li ditti tal-investiment, inkluż internalizzaturi sistematiċi, u l-operaturi tas-suq u d-ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku għal kull klassi ta’ strument finanzjarju kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 10(1), inklużi identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati taħt l-Artikoli 10(1) u 21(1), li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi marbuta primarjament mal-valutazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;
il-limitu taż-żmien li jkun determinat f’konformità mal-obbligu tal-pubblikazzjoni qrib il-ħin reali kemm jista’ jkun, inkluż meta n-negozjar jitwettaq barra l-ħinijiet ordinarji tan-negozju;
il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investiment, inkluż internalizzaturi sistematiċi, u operaturi tas-suq u ditti tal-investiment li joperaw ċentru tan-negozjar, biex jipprovdu pubblikazzjoni differita tad-dettalji tat-transazzjonijiet għal kull klassi ta’ strumenti finanzjarji kkonċernata f’konformità mal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 21(4);
il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jkunu qed jiġu ddeterminati d-daqs u t-tip ta’ tranżazzjoni li għaliha l-pubblikazzjoni ddiferita u l-pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati ta’ tranżazzjoni, jew il-pubblikazzjoni ta’ dettalji ta’ diversi tranżazzjonijiet f’forma aggregata, jew in-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ tranżazzjoni b’riferenza partikolari l-awtorizzazzjoni għal estensjoni taż-żmien ta’ differiment għal ċerti strumenti finanzjarji skont il-likwidità tagħhom, hija permessa skont il-paragrafu 3.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 3
Obbligu li tiġi offruta dejta tan-negozjar fuq bażi kummerċjali separata u raġonevoli
Artikolu 12
Obbligu li d-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar issir disponibbli b’mod separat
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 13
Obbligu sabiex id-dejta ta’ qabel in-negozjar u wara n-negozjar tkun disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli
TITOLU III
TRASPARENZA GĦALL-INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI U GĦAD-DITTI TAL- INVESTIMENT LI JINNEGOZJAW OTC U REĠIMI GĦALL-FLUTTWAZZJONIJIET MINIMI POSSIBBLI FIL-PREZZIJIET GĦAL INTERNALIZZATURI SISTEMATIĊI
Artikolu 14
Obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward tal-ishma, l-irċevuti ta’ depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra
Fejn ma jkunx hemm suq likwidu għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom, fuq talba, jiddivulgaw kwotazzjonijiet lill-klijenti tagħhom.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 15
Eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti
L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-ditti li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tagħhom. Tali notifika għandha tiġi trażmessa lill-ESMA. L-ESMA għandha tistabbilixxi lista tal-internalizzaturi sistematiċi kollha fl-Unjoni.
Il-kwotazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati b’mod li huwa faċilment aċċessibbli għall-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġonevoli.
Madanakollu, f’każijiet ġustifikati, huma jistgħu jeżekwixxu dawk l-ordnijiet bi prezz aħjar sakemm dan il-prezz jaqa’ f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.
Artikolu 16
Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw dan li ġej:
li d-ditti tal-investiment jaġġornaw regolarment il-prezzijiet tal-offerti ppubblikati skont l-Artikolu 14 u jżommu prezzijiet li jirriflettu l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq;
li d-ditti tal-investiment jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-titjib tal-prezz stabbiliti fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 17
Aċċess għall-kwotazzjonijiet
Sabiex tiġi żgurata l-valwazzjoni effiċjenti tal-ishma, l-irċevuti tad-depożiti, l-ETFs, iċ-ċertifikati u strumenti finanzjarji simili oħra u tiġi massimizzata l-possibbiltà li d-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar negozju għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw:
il-kriterji li jispeċifikaw meta kwotazzjoni hija ppubblikata b’mod regolari u kontinwu u faċilment aċċessibbli kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti tal-investiment jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jagħmlu pubbliki l-kwotazzjonijiet tagħhom, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:
permezz tal-faċilitajiet ta’ kwalunkwe suq regolat li jkun aċċetta l-istrument inkwistjoni għan-negozjar;
permezz ta’ APA;
permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;
il-kriterji li jispeċifikaw dawk it-transazzjonijiet fejn l-eżekuzzjoni f’diversi titoli tkun parti minntranżazzjoni waħda jew dawk l-ordnijiet li huma soġġetti għal kundizzjonijiet għajr il-prezz attwali tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(3);
il-kriterji li jispeċifikaw x’jista’ jiġi kkunsidrat bħala kundizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq li tippermetti l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aġġornament tal-kwotazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 15(1);
il-kriterji li jispeċifikaw meta l-għadd u/jew il-volum tal-ordnijiet mixtieqa mill-klijenti jaqbeż b’mod konsiderevoli n-norma kif imsemmi fl-paragrafu 2;
il-kriterji li jispeċifikaw meta l-prezzijiet jaqgħu f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 15(2).
Artikolu 17a
Daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet
Il-kwotazzjonijiet tal-internalizzaturi sistematiċi, it-titjib tal-prezz fuq dawk il-kwotazzjonijiet u l-prezzijiet tal-eżekuzzjoni, għandhom jikkonformaw mad-daqs tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet f'konformità mal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/65/UE.
L-applikazzjoni tad-daqsijiet tal-fluttwazzjonijiet minimi possibbli fil-prezzijiet m’għandhiex tipprevjeni lill-internalizzaturi sistematiċi li jqabblu ordnijiet fuq skala kbira f’nofs l-offerta kurrenti u toffri prezzijiet.
Artikolu 18
Obbligu għall-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati
Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw il-kwotazzjonijiet vinkolanti fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati nnegozjati f’ċentru tan-negozjar li għalihom huma internalizzaturi sistematiċi u li għalihom hemm suq likwidumeta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
jintalbu kwotazzjoni minn klijent tal-internalizzatur sistematiku;
jaqblu li jipprovdu kwotazzjoni.
L-internalizzaturi sistematiċi m’għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu li jippubblika kwotazzjoni vinkolanti skont il-paragrafu 1 għall-istrumenti finanzjarji li jaqgħu taħt il-limitu ta’ likwidità determinat f’konformità mal-Artikolu 9(4).
Madanakollu, f’każijiet ġustifikati, huma jistgħu jeżegwixxu ordnijiet bi prezz aħjar dment li dan il-prezz jaqa’ f’firxa pubblika qrib il-kundizzjonijiet tas-suq.
Artikolu 19
Monitoraġġ mill-ESMA
Artikolu 20
Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi l-internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ ishma, irċevuti tad-depożiti, ETFs, ċertifikati u strumenti finanzjarji simili
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej:
identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;
l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju;
il-parti fi tranżazzjoni li trid tagħmel it-tranżazzjoni pubblika skont il-paragrafu 1 jekk iż-żewġ partijiet fi tranżazzjoni jkunu ditti tal-investiment.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 21
Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment, inklużi internalizzaturi sistematiċi, fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati
Fejn il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11 jipprevedu pubblikazzjoni differita u pubblikazzjoni ta’ dettalji limitati jew dettalji f’forma aggregata, jew kombinazzjoni tagħhom, jew in-nonpubblikazzjoni tal-volum ta’ ċerti kategoriji ta’tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati negozjati f’ċentru tan-negozjar, dik il-possibbiltà għandha tapplika wkoll għal dawk it-transazzjonijiet meta jitwettqu barra ċentri tan-negozjar.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw dan li ġej b’mod li tkun tista’ ssir il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva 2014/65/UE:
l-identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;
l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.
il-parti fi tranżazzjoni li trid tagħmel it-tranżazzjoni pubblika skont il-paragrafu 1 jekk iż-żewġ partijiet fi tranżazzjoni jkunu ditti tal-investiment.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 22
L-għoti ta’ informazzjoni għall-finijiet tat-trasparenza u kalkoli oħrajn
Sabiex iwettqu l-kalkoli bil-għan li jiddeterminaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza qabel u wara n-negozjar u r-reġimi tal-obbligu ta’ negozjar imsemmija fl-Artikoli 3 sa 11, fl-Artikoli 14 sa 21 u fl-Artikolu 32, li huma applikabbli għall-istrumenti finanzjarji, kif ukoll bil-għan li jiġi ddeterminat jekk ditta ta’ investiment hijiex internalizzatur sistematiku, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni mingħand:
iċ-ċentri ta’ negozjar;
l-APAs; u
is-CTPs.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 23
Obbligu tan-negozjar għad-ditti tal-investiment
Ditta tal-investiment għanda tiżgura li n-negozjar li hija twettaq f’ishma ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew innegozjati f’ċentru tan-negozjar, iseħħ f’suq regolat, f’MTF jew permezz ta’ internalizzatur sistematiku, jew ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz valutat bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE, kif xieraq, sakemm il-karatteristiċi tagħhom ma jinkludux li huma:
mhux sistematiċi, ad hoc, irregolari u mhux frekwenti, jew
jitwettqu bejn kontropartijiet eliġibbli u/jew professjonali u ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-karatteristiċi partikulari ta’ dawk it-tranżazzjonijiet f’ishma li ma jikkontribwixxux għall-proċess tal-iskoperta tal-prezzijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis każijiet bħal:
negozjar f’likwidità mhux utilizzabbli; or
fejn l-iskambju ta’ tali strumenti finanzjarji huwa ddeterminat minn fatturi li mhumiex il-valutazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 23a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(6), l-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, l-Artikoli 18(4) u 27(1), l-Artikolu 34, l-Artikoli 40(5), 42(5), 44(2), 45(6) u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, għandha ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ). Il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li magħha hija relatata l-informazzjoni;
meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
TITOLU IV
IR-RAPPORTAR TA’ TRANŻAZZJONIJIET
Artikolu 24
Obbligu li tinżamm l-integrità tas-swieq
Mingħajr ħsara għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-infurzar tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-awtoritajiet kompetenti koordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiżguraw li jaġixxu b’onestà, b’mod ġust u professjonali u b’manjiera li tippromwovi l-integrità tas-suq.
Artikolu 25
Obbligu għaż-żamma tar-rekords
Dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għandu jinkludi l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-membru jew tal-parteċipant li ttrasmetta l-ordni, il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-ordni, id-data u l-ħin meta l-ordni kienet trasmessa, il-karatteristiċi tal-ordni, inkluż it-tip tal-ordni, il-prezz limitu jekk dan ikun applikabbli, il-perjodu ta’ validità, kwalunkwe istruzzjoni speċifika ta’ ordni, dettalji ta’ kwalunkwe modifika, kanċellazzjoni, twettiq parzjali jew sħiħ tal-ordni, l-isem tal-aġenzija jew l-operatur f’kapaċità prinċipali.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 26
Obbligu ta’ rapportar ta’tranżazzjonijiet
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, skont l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2014/65/UE, jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-aktar suq relevanti f’termini ta’ likwidità għal dawk l-istrumenti finanzjarji tirċievi din l-informazzjoni wkoll.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom mingħajr dewmien bla bżonn iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ESMA kwalunkwe informazzjoni rrapportata f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal:
strumenti finanzjarji li huma ammessi għan-negozjar jew negozjati f’ċentru tan-negozjar jew li għalihom saret talba għall-ammissjoni għan-negozjar;
strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa strument finanzjarju negozjat f’ċentru tan-negozjar; kif ukoll
strumenti finanzjarji meta s-sottostanti huwa indiċi jew basket kompost minn strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru tan-negozjar
L-obbligu għandu japplika għat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punti (a) sa (c) irrispettivament minn jekktranżazzjonijiet bħal dawn jitwettqux fiċ-ċentru tan-negozjar jew le.
L-ESMA għandha tiżviluppa, sat-3 ta’ Jannar 2016 linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tiżgura li l-applikazzjoni ta’ identifikaturi ta’ entità legali fi ħdan l-Unjoni tikkonforma mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom ir-responsabilità għall-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li jitressqu quddiem l-awtorità kompetenti’
B’deroga minn dik ir-responsabilità, meta ditta tal-investiment tirrapporta dettalji dwar dawk it-tranżazzjonijiet permezz ta’ ARM li jaġixxi f’isimha jew permezz ta’ ċentru tan-negozjar, id-ditta tal-investiment m’għandhiex tkun responsabbli għal nuqqasijiet għall-kompletezza, il-preċiżjoni jew il-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti li huma attribwibbli lill-ARM jew liċ-ċentru tan-negozjar. F’dawk il-każijiet, u suġġett għall-Artikolu 66(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-ARM jew iċ-ċentru tan-negozjar għandhom ikunu responsabbli għal dan in-nuqqasijiet.
Id-ditti tal-investiment għandhom, madankollu, jieħdu passi raġonevoli biex jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-preżentazzjoni f’waqtha tar-rapporti ta’tranżazzjoni li jkunu tressqu f’isimhom.
L-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jeżigi li ċ-ċentru tan-negozjar, meta jagħmel rapporti f’isem id-ditta tal-investiment, ikollu fis-seħħ mekkaniżmi ta’ sigurtà tajbin imfasslin biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, biex jimminimizzaw ir-riskju tal-korruzzjoni tad-dejta u aċċess mhux awtorizzat u biex jipprevjenu kxif ta’ informazzjoni filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità tad-dejta f’kull ħin. L-Istat Membru tad-domiċilju għandu jeħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar iżżomm riżorsi adegwati u jkollu fis-seħħ faċilitajiet ta’ back-up b’mod li joffri u jżomm għaddejjin is-servizzi tuegħu f’kull ħin.
Sistemi ta’ tqabbil tan-negozju jew ta’ rapportar, inklużi repożitorji tat-transazzjonijiet irreġistrati jew rikonoxxuti f’konformità mat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jistgħu jiġu approvati mill-awtorità kompetenti bħala ARM sabiex jiġu trażmessi rapporti tat-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-paragrafi 1, 3 u 9.
F’każijiet fejn it-tranżazzjonijiet ġew irrapportati f’repożitorju tan-negozjar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huwa approvat bħala ARM u fejn dawn ir-rapporti fihom id-dettalji meħtieġa skont il-paragrafi 1, 3 u 9 u huma trażmessi lill-awtorità kompetenti mir-repożitorju tan-negozjar fil-limitu ta’ żmien stipulat mill-paragrafu 1, għandu jitqies li d-ditta tal-investiment tkun konformi mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1.
Meta jkun hemm żbalji jew nonpubblikazzjonijiet fir-rapporti ta’ tranżazzjoni, l-ARM, id-ditta tal-investiment jew iċ-ċentru tan-negozjar li jirrapporta t-tranżazzjoni għandu jikkoreġi l-informazzjoni u jippreżenta rapport ikkoreġut lill-awtorità kompetenti.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
l-istandards u l-formats tad-dejta sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;
il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;
ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, il-prezzijiet tat-tranżazzjoni, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-klijenti li f’isimhom il-kumpanija tal-investimenti wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinazzjoni sabiex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u t-twettiq tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-eżenzjoni applikabbli li skontha jkun sar in-negozjar, il-mezzi ta’ identifikazzjoni tad-ditti tal-investimenti konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-dejta meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet skont il-paragrafu 3; u
id-deżinjazzjoni biex jiġi identifikat bejgħ bin-nieqes ta’ ishma u dejn sovran kif imsemmi fil-paragrafu 3;
il-kategoriji rilevanti ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jiġu rrappurtati skont il-paragrafu 2;
il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta’ entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta’ entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.
l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-transazzjonijiet lil fergħat ta’ ditti tal-investiment;
dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta’tranżazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27
Obbligu tal-provvista ta’ dejta ta’ referenza ta’ strumenti finanzjarji
Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji oħrajn koperti mill-Artikolu 26(2) negozjati fuq is-sistema tiegħu, kull internalizzatur sistematiku għandu jipprovdi lill-ESMA b’dejta ta’ referenza relatata ma’ dawk l-istrumenti finanzjarji.
Id-dejta ta’ referenza ta’ identifikazzjoni għandha tkun lesta biex tiġi ppreżentata lill-ESMA f’format elettroniku u standardizzat qabel jibda n-negozjar fl-istrument finanzjarju li tirreferi għalih. Id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju għandha tiġi aġġornata kull meta jkun hemm bidliet fid-dejta fir-rigward ta’ strument finanzjarju. L-ESMA għandha tippubblika dik id-dejta ta’ referenza minnufih fis-sit web tagħha. L-ESMA għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti aċċess mingħajr dewmien bla bżonn għal dik id-dejta ta’ referenza.
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw, skont l-Artikolu 26, l-attivitajiet tad-ditti ta’ investiment sabiex jiżguraw li dawn jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq, l-ESMA għandha, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa sabiex ikun żgurat li:
l-ESMA effettivament tirċievi d-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
il-kwalità tad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun adatta għall-fini tar-rapportar tat-tranżazzjonijiet taħt l-Artikolu 26;
id-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju riċevuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tintbagħat b’mod effiċjenti u mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
ikun hemm mekkaniżmi effettivi fis-seħħ bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu riżolti l-kwistjonijiet relatati mal-kunsinna tad-dejta jew il-kwalità tad-dejta.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
l-istandards u l-formati tad-dejta għad-dejta ta’ referenza tal-istrument finanzjarju f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għall-forniment tad-dejta u kwalunkwe aġġornament tagħha lill-ESMA u għat-trażmissjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 1, u l-forma u l-kontenut ta’ tali dejta;
il-miżuri tekniċi li huma meħtieġa fir-rigward tal-arranġamenti li jridu jsiru mill-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 2.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA tista’ tissospendi l-obbligi ta’ rapportar speċifikati fil-paragrafu 1 għal ċerti strumenti finanzjarji jew għall-istrumenti finanzjarji kollha fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
is-sospensjoni tkun neċessarja sabiex jiġu ppreservati l-integrità u l-kwalità tad-dejta ta’ referenza soġġetta għall-obbligu ta’ rapportar kif speċifikat fil-paragrafu 1 li jistgħu jitqiegħdu f’riskju minħabba kwalunkwe wieħed minn dan li ġej:
inkompletezza, impreċiżjoni jew korruzzjoni serji tad-dejta sottomessa, jew
indisponibbiltà b’mod puntwali, interruzzjoni jew ħsara fil-funzjonament tas-sistemi użati għas-sottomissjoni, għall-ġbir, għall-ipproċessar jew għall-ħżin tad-dejta ta’ referenza rispettiva mill-ESMA, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-infrastrutturi tas-suq, mis-sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu, u mill-parteċipanti importanti fis-suq;
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida;
is-sospensjoni ma jkollha l-ebda effett ta’ detriment fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;
is-sospensjoni ma toħloq ebda arbitraġġ regolatorju.
Meta tieħu l-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tqis kemm il-miżura tiżgura l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dejta rrapportata għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 2.
Qabel ma tiddeċiedi jekk tiħux il-miżura msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li taħthom iċ-ċirkustanzi taħt liema s-suspensjoni msemmija f’dak is-subparagrafu ma tibqax tapplika.
TITOLU IVa
SERVIZZI TA’ RAPPORTAR TA’ DEJTA
KAPITOLU 1
L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta
Artikolu 27a
Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, awtorità kompetenti nazzjonali tfisser awtorità kompetenti kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 27b
Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni
B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, APA jew ARM identifikati skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 2(3) għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti skont dan it-Titolu.
Fejn l-ESMA, jew awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tkun irtirat awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 27e, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perijodu ta’ ħames snin.
Artikolu 27c
L-awtorizzazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ d-dejta
Il-fornituri ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandhom jiġu awtorizzati mill-ESMA, jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għall-finijiet ta’ dan it-Titolu fejn:
il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni; u
il-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu.
Artikolu 27d
Proċeduri għall-għoti u r-rifjut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni
Fejn l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Wara li tivvaluta applikazzjoni bħala kompluta, l-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, għandha tinnotifika b’dan lill-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tiddetermina:
l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta taħt il-paragrafu 1, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;
l-informazzjoni inkluża fin-notifiki taħt l-Artikolu 27f(2).
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27e
Irtirar ta’ awtorizzazzjoni
L-ESMA, jew l-awtorità kompetenti nazzjonali fejn rilevanti, tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta fejn dan tal-aħħar:
ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkun ipprovda ebda servizz fis-sitt xhur preċedenti;
ikun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew permezz ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom kien ġie awtorizzat;
kiser serjament u sistematikament dan ir-Regolament.
Artikolu 27f
Rekwiżiti għall-korp maniġerjali ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta
Il-korp maniġerjali għandu jkollu l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza kollettivi adegwati sabiex ikun kapaċi jifhem l-attivitajiet tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta. Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb sabiex jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn meħtieġ u sabiex jissorvelja u jimmonitorja b’mod effettiv it-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, fejn meħtieġ.
Fejn operatur tas-suq jitlob awtorizzazzjoni sabiex jopera APA, CTP jew ARM skont l-Artikolu 27d u l-membri tal-korp maniġerjali tal-APA, tas-CTP jew tal-ARM ikunu l-istess bħall-membri tal-korp maniġerjali tas-suq regolat, dawk il-persuni jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 2
Kundizzjonijiet għall-APAs, għas-CTPs u għall-ARMs
Artikolu 27g
Rekwiżiti organizzazzjonali għall-APAs
L-informazzjoni ppubblikata minn APA f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;
il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;
il-volum tat-tranżazzjoni;
il-ħin tat-tranżazzjoni;
il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;
in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
il-kodiċi għaċ-ċentru ta’ negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, fejn it-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta’ internalizzatur sistematiku, il-kodiċi ‘SI’ jew inkella l-kodiċi ‘OTC’;
jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-mezzi li bihom APA jista’ jikkonforma mal-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1;
il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafu 1, inkluża, mill-inqas, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b’tali mod li tkun iffaċilitata l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mitluba taħt dan l-Artikolu;
ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27h
Rekwiżiti organizzazzjonali għas-CTPs
Dik l-informazzjoni għandha tinkludi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
l-identifikatur tal-istrument finanzjarju;
il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;
il-volum tat-tranżazzjoni;
il-ħin tat-tranżazzjoni;
il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;
in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
il-kodiċi għaċ-ċentru ta’ negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, fejn it-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta’ internalizzatur sistematiku, il-kodiċi ‘SI’ jew inkella l-kodiċi ‘OTC’;
fejn applikabbli, il-fatt li algoritmu tal-kompjuter fi ħdan id-ditta ta’ investiment kien responsabbli għad-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;
jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi;
jekk l-obbligu li tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) kien irrinunzjat f’konformità mal-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 4(1), markatura li tindika għal liema minn dawk ir-rinunzji ġiet soġġetta t-tranżazzjoni.
L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara li s-CTP jkun ippubblikaha. Is-CTP għandu jkun jista’ jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u f’formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq.
CTP għandu jkollu fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati sabiex jiġbor l-informazzjoni ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 10 u mal-Artikolu 21, jikkonsolidaha fi fluss kontinwu ta’ dejta elettronika, u jagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mill-aktar qrib il-ħin reali li jkun teknikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli, inklużi, mill-inqas, id-dettalji li ġejjin:
l-identifikatur jew fatturi ta’ identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;
il-prezz li bih ġiet konkluża t-tranżazzjoni;
il-volum tat-tranżazzjoni;
il-ħin tat-tranżazzjoni;
il-ħin li fih kienet irrapportata t-tranżazzjoni;
in-notazzjoni tal-prezz tat-tranżazzjoni;
il-kodiċi għaċ-ċentru ta’ negozjar li fih ġiet eżegwita t-tranżazzjoni jew, fejn it-tranżazzjoni tkun ġiet eżegwita permezz ta’ internalizzatur sistematiku, il-kodiċi ‘SI’ jew inkella l-kodiċi ‘OTC’;
jekk applikabbli, indikatur li t-tranżazzjoni kienet soġġetta għal kundizzjonijiet speċifiċi.
L-informazzjoni għandha tkun disponibbli bla ħlas 15-il minuta wara l-pubblikazzjoni tas-CTP. Is-CTP għandu jkun jista’ jxerred tali informazzjoni b’mod effiċjenti u konsistenti b’mod li jiżgura aċċess veloċi għall-informazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja, u f’formati aċċettati b’mod ġenerali li jkunu interoperabbli u faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-mezzi li bihom is-CTP jista’ jikkonforma mal-obbligi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2;
il-kontenut tal-informazzjoni ppubblikata taħt il-paragrafi 1 u 2;
l-istrumenti finanzjarji, li d-dejta tagħhom trid tiġi pprovduta fil-fluss tad-dejta u għall-istrumenti mhux ta’ ekwità, iċ-ċentri ta’ negozjar u l-APAs li jeħtieġ li jiġu inklużi;
mezzi oħrajn sabiex jiġi żgurat li d-dejta ppubblikata minn CTPs differenti tkun konsistenti u tippermetti mmappjar komprensiv u kontroreferenza ma’ dejta simili minn sorsi oħrajn, u tkun tista’ tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni;
ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27i
Rekwiżiti organizzazzjonali għall-ARMs
L-ARM għandu jkollu stabbiliti sistemi li jippermettu lill-ARM jinduna bi żbalji jew ommissjonijiet ikkawżati mill-ARM innifsu u li jippermettu lill-ARM jikkorreġi u jittrażmetti, jew jittrażmetti mill-ġdid, skont kif ikun il-każ, rapporti korretti u kompleti ta’ tranżazzjonijiet lill-awtorità kompetenti.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-mezzi li bihom l-ARM jista’ jikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1; u
ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.
Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
TITOLU V
DERIVATI
Artikolu 28
Obbligu għal negozjar fi swieq regolati, MTFs jew OTFs
Kontropartijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) tiegħu għandhom jikkonkludu tranżazzjonijiet li la jkunu tranżazzjonijiet intragrupp kif definit fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament u lanqas ma jkunu tranżazzjonijiet koperti mid-dispożizzjonijiet tranżitorji fl-Artikolu 89 ta’ dak ir-Regolament ma’ kontropartijiet finanzjarji oħra tali jew ma’ tali kontropartijiet mhux finanzjarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(1(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f’derivati li jappartjenu għal klassi ta’ derivati li ġiet ukoll dikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ negozjar skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 u elenkata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 34 biss fi:
swieq regolati;
MTFs;
OTFs; or
ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi, dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont il-paragrafu 4 u sakemm il-pajjiż terz jipprevedi sistema ta’ rikonoxximent effettiva u ekwivalenti liċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-ammissjoni għan-negozjar jew għan-negozjar ta’ derivati ddikjarati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar f’dak il-pajjiż terz fuq bażi mhux esklużiva.
L-ESMA għandha timmonitorja regolarment l-attività fid-derivati li ma ġewx dikjarati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar kif deskritt fil-paragrafu 1 sabiex jiġu identifikati l-każijiet fejn klassi partikolari ta’ kuntratti tista’ tippreżenta riskju sistemiku u tipprevjeni arbitraġġ regolatorju bejn tranżazzjonijiet derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar u tranżazzjonijiet derivati mhux soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.
Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu għall-iskop waħdieni li tiġi determinata l-eliġibbiltà ta’ ċentru tan-negozjar għad-derivati soġġetti għall-obbligu tan-negozjar.
Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies li għandu l-effett ekwivalenti meta dak il-qafas jilħaq il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
iċ-ċentri tan-negozjar ikollhom regoli ċari u trasparenti dwar l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar sabiex it-tali strumenti finanzjarji ikunu jistgħu jiġu negozjati b’mod ġust, ordinat u effiċjenti, u jkunu negozjabbli liberament;
l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ informazzjoni perjodiċi u kontinwi li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-investitur;
jiżgura t-trasparenza u l-integrità tas-suq permezz ta’ regoli li jindirizzaw l-abbuż tas-suq f’forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont dan il-paragrafu tista’ tkun limitata għal kategorija jew kategoriji ta’ ċentri tan-negozjar. F’dak il-każ, ċentru tan-negozjar ta’ pajjiż terz huwa inkluż fil-paragrafu 1(3) biss jekk jaqa’ fil-kategorija koperta mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Meta jkun possibbli u xieraq, l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu għandhom ikunu identiċi għal dawk adottati skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
Artikolu 29
Obbligu ta’ kklerjar għad-derivati negozjati fi swieq regolati u ż-żmien ta’ aċċettazzjoni għall-ikklerjar
F’dan il-paragrafu, “derivati kklerjati” tfisser
id-derivati kollha li għandhom jiġu kklerjati minħabba l-obbligu ta’ kklerjar skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew minħabba l-obbligu ta’ kklerjar taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
id-derivati kollha li b’xi mod ieħor il-partijiet rilevanti jilħqu qbil dwarhom li għandhom jiġu kklerjati.
L-ESMA għandha l-awtorità kontinwa li tfassal ulterjorment standards tekniċi regolatorji biex taġġorna dawk li jkunu fis-seħħ jekk hija tikkunsidra dan bħala meħtieġ mal-iżvilupp ta’ standards industrijali.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 30
Arranġamenti indiretti ta’ kklerjar
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Qed tiġi delegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 31
Kompressjoni tal-portafoll
Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 50, miżuri li jispeċifikaw dan li ġej:
l-elementi tal-kompressjoni tal-portafoll,
l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata skont il-paragrafu 2
b’mod li jsir użu kemm jista’ jkun possibbli minn kwalunkwe rekwiżit eżistenti ta’ żamma tar-rekords, rappurtar jew pubblikazzjoni.
Artikolu 32
Proċedura ta’ obbligu ta’ negozjar
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej
liema mill-klassi ta’ derivati ddikjarata soġġetta għall-obbligu ta’ kklerjar skont l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew partita rilevanti minnha għandha tiġi nnegozjata fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-Regolament;
id-data jew dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu tan-negozjar, inkluża kwalunkwe introduzzjoni gradwali u l-kategoriji tal-kontropartijiet li għalihom japplika l-obbligu meta din l-introduzzjoni gradwali u dawn il-kategoriji tal-kontropartijiet ġew previsti fl-istandards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni tal-istandards tekniċi skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 mill-Kummissjoni.
Qabel ma tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni, l-ESMA għandha twettaq konsultazzjoni pubblika u, fejn xieraq, tista’ tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Sabiex l-obbligu ta’ negozjar ikollu effett:
il-klassi ta’ derivati b’konformità mal-paragrafu 1(a) jew partita relevanti fiha trid tkun ammessa għal negozjar jew tkun negozjata tal-inqas f’ċentru tan-negozjar wieħed imsemmi fl-Artikolu 28(1), u
għandu jkun hemm biżżejjed interess ta’ bejgħ u xiri minn partijiet terzi fil-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha biex jippermetti li tali klassi ta’ derivati titqies likwida biżżejjed sabiex tinnegozjaw biss fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).
Matul l-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tikkunsidra l-klassi tad-derivati jew partita relevanti fiha bħala likwida biżżejjed skont il-kriterji li ġejjin:
il-frekwenza u d-daqs medji tat-transazzjonijiet fuq firxa ta’ kundizzjonijiet tas-suq, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-natura u ċ-ċiklu ta’ ħajja tal-prodotti fil-klassi ta’ derivati;
l-għadd u t-tip ta’ parteċipanti attivi fis-suq, inkluż il-proporzjon ta’ parteċipanti fis-suq għall-prodotti/kuntratti nnegozjati fi prodott partikolari;
id-daqs medju tad-differenzjali (spreads).
Fit-tħejjija ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tikkunsidra l-impatt antiċipat li dak l-obbligu ta’ negozjar jista’ jkollu fuq il-likwidità ta’ klassi ta’ derivati jew partita relevanti tagħha u l-attivitajiet kummerċjali ta’ utenti aħħarin li mhumiex entitajiet finanzjarji.
L-ESMA għandha tiddetermina jekk il-klassi ta’ derivati jew partita relevanti fiha hijiex biss likwida biżżejjed fi tranżazzjonijiet taħt ċertu daqs.
Wara n-notifika mill-ESMA msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’ tippubblika sejħa għall-iżvilupp ta’ proposti għan-negozjar ta’ dawn id-derivati fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1).
L-ESMA għandha tissottometti abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Is-setgħa hija mogtħija lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 33
Mekkaniżmu biex jiġu evitat regoli duplikattivi jew kunfliġġenti
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddikjaraw li l-arranġamenti legali, superviżorji u ta’ infurzar tal-pajjiż terz rilevanti:
ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikoli 28 u 29;
jiżguraw protezzjoni tas-sigriet professjonali li tkun ekwivalenti għal dik stipulata f’dan ir-Regolament;
ikunu qed jiġu applikati u infurzati b’mod effettiv b’mod ekwu u bla distorsjoni sabiex ikunu żgurati s-superviżjoni u l-infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 51.
Fi żmien 30 jum tal-kalendarju mill-preżentazzjoni tar-rapport, fejn ir-rapport jiżvela difett jew inkonsistenza sinifikanti fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ekwivalenti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ tirtira r-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali tal-pajjiż terz inkwistjoni. Meta att ta’ implimentazzjoni dwar l-ekwivalenza jiġi rtirat, it-transazzjonijiet tal-kontropartijiet għandhom awtomatikament jiġu soġġetti mill-ġdid għar-rekwiżiti kollha li jinsabu fl-Artikoli 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 34
Reġistru ta’ derivati soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar
L-ESMA għandha tippubblika u żżomm fuq il-websajt tagħha reġistru li jispeċifika, b’mod eżawrenti u inekwivoku, id-derivati li huma soġġetti għall-obbligu ta’ negozjar fiċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 28(1), iċ-ċentri fejn huma ammessi għan-negozjar jew fejn huma negozjati, u d-dati li fihom jidħol fis-seħħ l-obbligu.
TITOLU VI
AĊĊESS TA’ KKLERJAR NONDISKRIMINATORJU GĦALL-ISTRUMENTI FINANZJARJI
Artikolu 35
Aċċess nondiskriminatorju għal CCP
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha taċċetta li tikklirja strumenti finanzjarji fuq bażi nondiskriminatorja u trasparenti, anki fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar li fih titwettaqtranżazzjoni. Partikolarment dan għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju ta’ kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar f’termini ta’:
rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, fejn l-inklużjoni ta’ dawn il-kuntratti fil-proċeduri ta’ close-up u proċeduri oħrajn ta’ netting ta’ CCP ibbażata fuq il-liġi dwar l-insolvenza applikabbli ma tipperikolax il-funzjonament mingħajr xkiel u ordnat, il-validità jew l-infurzar ta’ dawn il-proċeduri; kif ukoll
il-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelati kklerjati mill-istess CCP skont mudell ta’ riskju li jikkonforma mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
CCP tista’ teħtieġ li ċ-ċentru tan-negozjar jikkonforma ma’ rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju. Ir-rekwiżit f’dan il-paragrafu ma japplika għall-ebda kuntratt ta’ derivati li diġà huwa soġġett għall-obbligu ta’ aċċess skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
CCP mhijiex marbuta b’dan l-Artikolu jekk ma tkunx konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar li jkun ta notifika skont l-Artikolu 36(5).
L-awtorità kompetenti tas-CCP jew dik taċ-ċentru tan-negozjar għandha tagħti aċċess għal CCP lil ċentru tan-negozjar biss meta tali aċċess:
ma jirrikjedix arranġament ta’ interoperabbiltà, fil-każ ta’ derivati li mhumiex derivati OTC skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew
ma jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità kif definita fl-Artikolu 2(36), jew ma jaffettwax ħażin ir-riskju sistemiku.
Xejn fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu m’għandu jimpedixxi l-għoti tal-aċċess fejn it-talba msemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi l-interoperabbiltà u ċ-ċentru tan-negozjar u s-CCPs kollha parti fl-arranġament propost ta’ interoperabbiltà jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-arranġament u r-riskji li s-CCP riċeventi hija esposta għalihom li joriġinaw minn pożizzjonijiet inter-CCP jkunu kollateralizzati f’parti terza.
Fejn il-ħtieġa għal arranġament ta’ interoperabbiltà hija r-raġuni jew tkun parti tar-raġuni għal ċaħda ta’ talba, iċ-ċentru tan-negozjar javża lis-CCP u jinforma lill-ESMA dwar liema CCPs oħrajn għandhom aċċess għaċ-ċentru tan-negozjar, u l-ESMA tippubblika dik l-informazzjoni biex b’hekk ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ dawk is-CCPs sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti alternattivi għall-aċċess.
Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, lis-CCP u liċ-ċentru tan-negozjar inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.
Meta tali perjodu tranżizzjonali jkun approvat, is-CCP ma tistax tibbenefika mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli u l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ dan l-arranġament tranżizzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-membri tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għas-CCP u l-ESMA meta perjodu tranżizzjonali jiġi approvat. L-ESMA għandha tippubblika lista tan-notifiki kollha li tirċievi.
Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 36 jew dan l-Artikolu fir-rigward tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti tas-suq monetarju għal kemm idum fis-seħħ l-arranġament tranżizzjonali.
CCP li tkun awtorizzata matul il-perjodu ta’ tliet snin qabel id-dħul fis-seħħ, iżda li tkun iffurmata permezz ta’ fużjoni jew akkwiżizzjoni li tinvolvi tal-anqas CCP awtorizzata waħda qabel dan il-perjodu, m’għandhiex titħalla tapplika għall-arranġamenti tranżitorji skont dan il-paragrafu.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn CCP, inklużi l-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd u t-tip ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni ta’ riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa.
il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jitħalla l-aċċess minn CCP, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi tal-ikklerjar, ir-rekwiżit tal-kollateral u r-rekwiżiti operazzjonali fir-rigward tal-marġinazzjoni.
il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti ta’ aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq jew jaffettwaw ħażin ir-riskju sistemiku.
il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5.
il-kundizzjonijiet għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar ikunu trattati f’termini ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u n-netting ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti u l-kontromarġinazzjoni ma’ kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 36
Aċċess nondiskriminatorju għal ċentru tan-negozjar
Ċentru tan-negozjar mhuwiex marbut b’dan l-Artikolu jekk ikun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP li tkun tat notifika li qed tuża l-arranġamenti tranżitorji skont l-Artikolu 35(5).
L-awtorità kompetenti taċ-ċentru tan-negozjar jew dik tas-CCP għandha tagħti aċċess lil CCP għal ċentru tan-negozjar biss meta t-tali aċċess:
ma jirrikjedix arranġament ta’ interoperabbiltà, fil-każ ta’ derivati li mhumiex derivati OTC skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012; jew
me jheddidx il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, b’mod partikolari minħabba l-frammentazzjoni tal-likwidità u ċ-ċentru tan-negozjar ikun qiegħed fis-seħħ mekkaniżmi adegwati biex jipprevjeni tali frammentazzjoni, jew ma jaffettwax ħażin ir-riskju sistemiku.
Xejn fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu m’għandu jwaqqaf l-għoti tal-aċċess fejn it-talba msemmija fil-paragrafu 2 tirrikjedi l-interoperabbiltà u ċ-ċentru tan-negozjar u s-CCPs kollha parti fl-arranġament propost ta’ interoperabbiltà jkunu taw il-kunsens tagħhom għall-arranġament u r-riskji li s-CCP riċeventi hija esposta għalihom li joriġinaw minn pożizzjonijiet inter-CCP jkunu kollateralizzati f’parti terza.
Fejn il-ħtieġa għal arranġament ta’ interoperabbiltà tkun ir-raġuni jew parti minnha għal ċaħda ta’ talba, iċ-ċentru tan-negozjar javża lis-CCP u jinforma lill-ESMA dwar liema CCPs oħrajn għandhom aċċess għaċ-ċentru tan-negozjar u l-ESMA tippubblika dik l-informazzjoni biex b’hekk ditti tal-investiment jistgħu jagħżlu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 37 tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward ta’ dawk is-CCPs sabiex jiġu ffaċilitati l-arranġamenti alternattivi għall-aċċess.
Jekk awtorità kompetenti tiċħad l-aċċess, għandha toħroġ id-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u tipprovdi r-raġunijiet sħaħ lill-awtorità kompetenti l-oħra, liċ-ċentru tan-negozjar u lis-CCP inklużi l-provi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tagħha.
Il-limitu relevanti għan-nonparteċipazzjoni huwa ammont nozzjonali annwali negozjat ta’ EUR 1 000 000 miljun. L-ammont nozzjonali għandu jkun ‘single-counted’ u għandu jinkludi t-tranżazzjonijiet kollha f’derivati negozjati fil-borża konklużi skont ir-regoli taċ-ċentru tan-negozjar.
Meta ċentru tan-negozjar ikun parti minn grupp li jkun konness b’rabtiet sodi, il-limitu għandu jiġi kkalkulat biż-żieda tal-ammont nozzjonali annwali negozjat taċ-ċentri tan-negozjar kollha fil-grupp kollu kemm hu li huma bbażati fl-Unjoni.
Meta ċentru tan-negozjar li jkun għamel notifika skont dan il-paragrafu jkun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP waħda jew aktar, dawk is-CCPs m’għandhomx jibbenefikaw mid-drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew dan l-Artikolu għal derivati negozjati fil-borża fil-limitu relevanti, għad-durata tan-nonparteċipazzjoni.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
il-kondizzjonijiet speċifiċi li skonthom talba għal aċċess tista’ tiġi miċħuda minn ċentru tan-negozjar, inklużi kundizzjonijiet ibbażati fuq il-volum antiċipat ta’tranżazzjonijiet, l-għadd ta’ utenti, l-arranġamenti għal ġestjoni tar-riskji operazzjonali u l-kumplessità jew fatturi oħra li joħolqu riskji sinifikanti bla ħtieġa,
il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jingħata l-aċċess, fosthom il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji matul il-fażi tal-iżvilupp, il-bażi nondiskriminatorja u trasparenti fir-rigward tat-tariffi relatati mal-aċċess.
il-kundizzjonijiet li skonthom l-għoti tal-aċċess jhedded il-funzjonament bla intoppi u ordinat tas-swieq, jew jaffettwa ħażin ir-riskju sistemiku;
il-proċedura biex issir notifika skont il-paragrafu 5, inklużi speċifikazzjonijiet addizzjonali għall-kalkolu tal-ammont nozzjonali u l-metodu li bih l-ESMA tista’ tivverifika l-kalkolu tal-volumi u tapprova n-nonparteċipazzjoni.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 37
Aċċess nondiskriminatorju għal, u l-obbligu ta’ liċenzjar ta’ punti referenzjarji
Meta l-valur ta’ kwalunkwe strument finanzjarju huwa kkalkolat b’referenza għal punt referenzjarju, persuna bid-drittijiet proprjetarji għall-punt referenzjarju għandha tiżgura għall-finijiet ta’ negozjar u kklerjar, li s-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar ikollhom aċċess nondiskriminatorju għal:
aġġornamenti relevanti dwar il-prezz u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ dak il-punt referenzjarju għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
liċenzji.
Liċenzja li tinkludi l-aċċess għall-informazzjoni għandha tingħata fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba minn CCP jew ċentru tan-negozjar.
L-aċċess għandu jingħata bi prezz kummerċjali raġonevoli filwaqt li jitqies il-prezz li bih jingħata aċċess għall-punt referenzjarju jew huma liċenzjati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq termini ekwivalenti lil CCP oħra, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata għall-finijiet ta’ kklerjar jew negozjar. Prezzijiet differenti jistgħu jiġu ċċarġjati għal CCPs differenti, ċentri tan-negozjar jew kwalunkwe persuna relatata biss meta dan ikun oġġettivament ġustifikat b’kunsiderazzjoni ta’ raġunijiet kummerċjali raġonevoli bħall-kwantità, l-ambitu jew il-qasam ta’ użu mitluba.
Meta jiġi żviluppat punt referenzjarju ġdid konsegwentement għall-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament wara it- ►M1 3 ta' Jannar 2018 ◄ , l-obbligu ta’ liċenzjar jibda mhux aktar tard minn 30 xahar wara referenza għal strument finanzjarju li l-punt referenzjarju beda n-negozjar jew ġie ammess għan-negozjar. Meta persuna bi drittijiet proprjetarji għal punt referenzjarju ġdid tippossjedi punt referenzjarju eżistenti, dik il-persuna għandha tistabbilixxi li, meta mqabbel ma kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti, il-punt referenzjarju ġdid jissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
il-punt referenzjarju ġdid ma jkunx sempliċement kopja jew adattament ta’ kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti u l-metodoloġija, inkluża d-dejta sottostanti, tal-punt referenzjarju ġdid tkun sostanzjalment differenti minn kwalunkwe tali punt referenzjarju eżistenti; u
il-punt referenzjarju l-ġdid ma jkun sostitut għal ebda tali punt referenzjarju eżistenti.
Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u b’mod partikolari għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.
L-ebda CCP, ċentru tan-negozjar jew entità relatata ma jistgħu jidħlu fi ftehim ma’ xi fornitur ta’ punt referenzjarju li l-effett tiegħu jkun wieħed minn dawn:
il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal tali informazzjoni jew drittijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1; jew
il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe CCP oħra jew ċentru tan-negozjar ieħor milli jiksbu aċċess għal liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 1;
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
l-informazzjoni permezz tal-liċenzjar li trid issir disponibbli skont il-paragrafu 1(a) għall-użu uniku tas-CCP jew taċ-ċentru tan-negozjar;
kundizzjonijiet oħra li skonthom jingħata aċċess, inkluża l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni provduta;
l-istandards rigward kif jista’ jiġi ppruvat li punt referenzjarju huwa ġdid b’konformità mal-paragrafi 2(a) u (b).
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38
Aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar ta’ pajjiżi terzi
CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’pajjiżi terzi jistgħu jitolbu liċenzja u d-drittijiet ta’ aċċess b’konformità mal-Artikolu 37 biss jekk il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni b’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jitqies bħala wieħed li jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja għal:
aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
liċenzji,
minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
Il-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jitqies ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
iċ-ċentri tan-negozjar f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni u l-infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva biex is-CCPs u ċ-ċentri tan-negozjar awtorizzati skont reġimi barranin jingħataw aċċess għal CCPs u ċentri tan-negozjar stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;
il-qafas legali u superviżorju ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva skont liema CCPs u ċentri tan-negozjar awtorizzati f’ġuriżdizzjonijiet barranin jingħataw aċċess fuq bażi ġusta. raġonevoli u nondiskriminatorja għal:
aġġornamenti relevanti dwar il-prezzijiet u d-dejta u informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-metodoloġija u l-ipprezzar ta’ punti referenzjarji għall-finijiet ta’ kklerjar u negozjar; u
liċenzji,
minn persuni bi drittijiet proprjetarji għal punti referenzjarji stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
TITOLU VIa
IS-SETGĦAT U L-KOMPETENZI TAL-ESMA
KAPITOLU 1
Kompetenzi u proċeduri
Artikolu 38a
L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ESMA
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA jew lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 38b sa 38e ma għandhomx jintużaw sabiex jesiġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew dokumenti li jkunu soġġetti għal privileġġ legali.
Artikolu 38b
Talba għall-informazzjoni
L-ESMA tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-persuni li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha sabiex l-ESMA tkun tista’ taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament:
APA, CTP, ARM, fejn ikunu taħt is-superviżjoni tal-ESMA, u ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq li joperaw ċentru ta’ negozjar sabiex joperaw is-servizzi ta’ rapportar ta’ dejta ta’ APA, CTP jew ARM, kif ukoll il-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom;
il-maniġers tal-persuni msemmija fil-punt (a);
l-awdituri u l-konsulenti tal-persuni msemmija fil-punt (a).
Kwalunkwe talba sempliċi għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
tiddikjara l-iskop tat-talba;
tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
tinkludi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tinkludi dikjarazzjoni li ma hemm ebda obbligu fuq il-persuna li mingħandha tintalab l-informazzjoni sabiex tipprovdi dik l-informazzjoni iżda li f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa;
tindika l-ammont tal-multa li trid tiġi imposta f’konformità mal-Artikolu 38h fejn l-informazzjoni pprovduta tkun skorretta jew qarrieqa.
Meta titlob il-forniment ta’ informazzjoni taħt il-paragrafu 1 b’deċiżjoni, l-ESMA għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
tiddikjara l-iskop tat-talba;
tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa;
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tindika l-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 38i fejn il-produzzjoni tal-informazzjoni meħtieġa ma tkunx kompluta;
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 38h, fejn it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;
tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-ESMA u għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-‘Qorti tal-Ġustizzja’) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38c
Investigazzjonijiet ġenerali
Sabiex taqdi dmirijietha taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 38b(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA huma mogħtija s-setgħa li:
jeżaminaw kwalunkwe rekord, dejta, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu miżmumin;
jieħdu jew jakkwistaw kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, dejta, proċeduri u materjal ieħor;
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
jintervistaw kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata bil-fini li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-dejta.
Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ talba għal rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-dejta msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 3 tkun awtentika;
li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38d
Spezzjonijiet fuq il-post
Fejn awtorità ġudizzjarja nazzjonali tirċievi applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ spezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7, dik l-awtorità għandha tivverifika dawn li ġejjin:
li d-deċiżjoni adottata mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 5 tkun awtentika;
li kwalunkwe miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament u s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrivedi l-ħtieġa għal investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja skont il-proċedura stabbilità fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38e
Skambju ta’ informazzjoni
L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta’ dmirijiethom taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 38f
Segretezza professjonali
L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li lilha l-ESMA tkun iddelegat xi kompiti, inklużi awdituri u esperti li jkunu ngħataw kuntratt mill-ESMA.
Artikolu 38g
Miżuri superviżorji mill-ESMA
Fejn l-ESMA ssib li persuna elenkata fil-punt (a) tal-Artikolu 38b(1) tkun wettqet xi wieħed mit-tipi ta’ ksur tar-rekwiżiti previsti fit-Titolu IVa, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
tadotta deċiżjoni li titlob lill-persuna ttemm il-ksur;
tadotta deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 38h u 38i;
toħroġ avviżi pubbliċi.
Meta tieħu l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
it-tul ta’ żmien u l-frekwenza tal-ksur;
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat jew iffaċilitat mill-ksur jew huwiex b’xi mod ieħor attribwibbli għall-ksur;
jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;
il-livell tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;
l-importanza tal-profitti miksuba, it-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew it-telf għall-partijiet terzi minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu stabbiliti;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur sabiex jiġi impedut li l-ksur jiġi ripetut.
Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;
fejn rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li ġie ppreżentat appell u li tispeċifika li tali appell ma għandux effett sospensiv;
dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli li l-Bord tal-Appell tal-ESMA jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 2
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
Artikolu 38h
Multi
Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
Artikolu 38i
Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi ħlasijiet perjodiċi ta’ penali sabiex iġġiegħel:
persuna ttemm ksur f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont il-punt (a) tal-Artikolu 38g(1);
persuna msemmija fl-Artikolu 38b(1):
tipprovdi informazzjoni kompleta li tkun intalbet permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 38b;
tissottometti għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, dejta u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38c;
tissottometti għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 38d.
Artikolu 38j
Id-divulgazzjoni, in-natura, l-infurzar u l-allokazzjoni tal-multi u tal-ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-infurzar għandu jkun iggvernat mir-regoli tal-proċedura fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun seħħ.
Artikolu 38k
Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
Artikolu 38l
Smigħ tal-persuni kkonċernati
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F’tali każ, l-ESMA tista’ tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista’ jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.
Artikolu 38m
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata biex tirrieżamina deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew ħlas perjodiku ta’ penali. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali imposti.
Artikolu 38n
Tariffi għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni
Artikolu 38o
Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.
TITOLU VII
MIŻURI SUPERVIŻORJI DWAR INTERVENTI FUQ IL-PRODOTT U POŻIZZJONIIJET
KAPITOLU 1
Monitoraġġ tal-prodott u intervent fuq il-prodott
Artikolu 39
Monitoraġġ tas-suq
Artikolu 40
Setgħat ta’ intervent temporanju tal-ESMA
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 huma sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew strumenti finanzjarji b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.
Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eżenzjonijiet, speċifikati mill-ESMA.
L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni;
ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għall-istrument jew l-attività finanzjarji relevanti ma jindirizzawx it-theddida;
awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-ESMA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jkun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.
Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżgura li l-azzjoni:
ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni;
ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju, u
tkun ittieħdet wara konsultazzjoni mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, fejn il-miżura tirrigwarda derivati ta’ komoditajiet agrikoli.
Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-ESMA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.
Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;
id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji;
il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju, attività jew prassi;
il-lieva li strument finanzjarju jew prassi jipprovdu.
Artikolu 41
Setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-EBA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 jkunu sodisfatti, temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi fl-Unjoni:
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ depożiti strutturati jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.
Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet speċifikati mill-EBA.
L-EBA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-investitur jew theddid għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;
ir-rekwiżiti regolatorji skont il-liġi tal-Unjoni li huma applikabbli għad-depożitu strutturat jew l-attività rilevanti ma jindirizzawx it-theddida;
awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li ttieħdu ma jindrizzawx adegwatament it-theddida.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew sodisfatti, l-EBA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.
Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EBA għandha tiżgura li l-azzjoni:
ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; u
ma toħloqx riskju ta’ abritraġġ regolatorju.
Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 42, l-EBA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 43.
Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
il-grad ta’ kumplessità ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat u mibjugħ;
id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ depożiti strutturati;
il-grad ta’ innovazzjoni ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;
il-lieva li prodott jew prassi jipprovdu.
Artikolu 42
Intervent fuq il-prodott mill-awtoritajiet kompetenti
Awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi dan li ġej f’dak jew minn dak l-Istat Membru:
il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati jew strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati b’ċerti karatteristiċi speċifikati; jew
tip ta’ attività jew prassi finanzjarja.
Awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk tkun sodisfatta fuq bażi raġonevoli li:
jew
strument finanzjarju, depożitu strutturat jew attività jew prassi joħolqu tħassib sinifikanti rigward il-protezzjoni tal-investitur jew huma ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha f’tal-anqas Stat Membru wieħed; jew
derivat ikollu effett negattiv fuq il-mekkaniżmu tal-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq sottostanti;
ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għall-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi ma jindirizzawx biżżejjed ir-riskji msemmija fil-punt (a) u l-kwistjoni ma tistax tiġi indirizzata aħjar permezz ta’ superviżjoni jew infurzar imtejba tar-rekwiżiti eżistenti;
l-azzjoni hija proporzjonata meta tiġi kkunsidrata n-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-investituri jew tal-parteċipanti tas-suq konċernati u l-effett probabbli li l-azzjoni jista’ jkollha fuq l-investituri u l-parteċipanti tas-suq li jista’ jkollhom, jużaw jew jibbenefikaw mill-istrument finanzjarju, id-depożitu strutturat jew l-attività jew il-prassi;
l-awtorità kompetenti kkonsultat kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni;
l-azzjoni ma għandhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor; u
tkun ikkonsultat kif xieraq mal-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli fiżiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007/KE, f’każ li strument finanzjarju, jew attività jew prassi jkunu ta’ theddida serja għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-suq agrikolu fiżiku.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti, l-awtorità kompetenti tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma strument finanzjarju jew depożitu strutturat ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti.
Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti ma għandhiex timponi projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-ESMA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiiet dwar id-dettalji ta’:
l-istrument jew l-attività jew il-prassi finanzjarja li magħhom hija relatata l-azzjoni proposta;
in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni proposta u meta hija maħsuba li tidħol fis-seħħ; u
l-evidenza li fuqha bbażat id-deċiżjoni tagħha u li skontha hija sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fil-paragrafu 2.
Dawn il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:
il-grad ta’ kumplessità ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat u r-relazzjoni għat-tip ta’ klijent li għalih huwa kkummerċjalizzat, distribwit u mibjugħ;
il-grad ta’ innovazzjoni ta’ strument finanzjarju jew ta’ depożitu strutturat, attività jew prassi;
il-lieva li strument finanzjarju jew depożitu strutturat jew prassi jipprovdu;
b’rabta mal-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew tas-swieq tal-komoditajiet, id-daqs jew il-valur nozzjonali ta’ ħruġ ta’ strumenti finanzjarji jew depożiti strutturati.
Artikolu 43
Koordinazzjoni mill-ESMA u mill-EBA
KAPITOLU 2
Pożizzjonijiet
Artikolu 44
Koordinazzjoni tal-miżuri nazzjonali tal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet u limiti tal-pożizzjonijiet mill-ESMA
Artikolu 45
Setgħat tal-ESMA relatati mal-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ESMA għandha, fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet fil-paragrafu 2, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
titlob minn kwalunkwe persuna l-informazzjoni relevanti kollha rigward id-daqs u l-għan ta’ pożizzjoni jew skopertura li daħlet għaliha permezz ta’ derivat;
wara li tanalizza l-informazzjoni miksuba, tobbliga lil tali persuna tieħu passi biex tnaqqas id-daqs ta’ jew telimina l-pożizzjoni jew l-iskopertura b’konformità mal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(b);
bħala l-aħħar miżura, tillimita l-abbiltà ta’ persuna li tidħol f’derivat ta’ komodità.
L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
il-miżuri elenkati fil-paragrafu 1 jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq ta’ derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti tal-forniment għal komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;
awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma ħadux miżuri sabiex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod suffiċjenti;
L-ESMA għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu b’konformità mal-kriterji u l-fatturi previsti fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.
Meta tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżgura li l-miżura:
tindirizza b’mod sinifikanti t-theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komodità b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anke fir-rigward tal-arranġamenti tal-forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni jew ittejjeb b’mod sinifikanti l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw it-theddida kif imkejla b’konformità mal-kriterji u l-fatturi speċifikati mill-att delegat imsemmi fil-paragrafu 10(a) ta’ dan l-Artikolu.;
ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imkejjel b’konformità mal-paragrafu 10(c) ta’ dan l-Artikolu.;
ma għandhiex xi wieħed mill-effetti negattivi li ġejjin fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżura: it-tnaqqis tal-likwidità f’dawk is-swieq, ir-restrizzjoni tal-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tar-riskji marbuta direttament mal-attività kummerċjali ta’ kontroparti mhux finanzjarja, jew il-ħolqien ta’ inċertezza għall-parteċipanti tas-suq.
L-ESMA għandha tikkonsulta lill-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) qabel ma tieħu xi miżura relatata mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.
L-ESMA għandha tikkonsulta lill-korpi pubbliċi kompetenti għas-sorveljanza, l-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni ta’ swieq fiżiċi agrikoli skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel ma tieħu xi miżura relatata mad-derivati ta’ komoditajiet agrikoli.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, b’konformità mal-Artikolu 50, atti delegati li jispeċifikaw il-kriterji u l-fatturi sabiex jiġi determinat:
l-eżistenza ta’ theddida għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-swieq finanzjarji, inklużi s-swieq tad-derivati ta’ komoditajiet b’konformità mal-objettivi elenkati fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/65/UE u anki fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ forniment ta’ komoditajiet fiżiċi, jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) filwaqt li jitqies kemm fil-fatt il-pożizzjonijiet jintużaw għall-iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet f’komoditajiet fiżiċi jew kuntratti ta’ komoditajiet u kemm fil-fatt il-prezzijiet fis-swieq sottostanti huma stabbiliti b’referenza għall-prezzijiet ta’ derivati ta’ komodità;
it-tnaqqis xieraq ta’ pożizzjoni jew skopertura li tkun infetħet permezz ta’ derivat msemmi fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu;
is-sitwazzjonijiet fejn jista’ jinqala’ riskju ta’ arbitraġġ regolatorju kif imsemmi fil-paragrafu 3(b) ta’ dan l-Artikolu.
Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom iqisu l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 57(3) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiddifferenzjaw bejn is-sitwazzjonijiet li fihom l-ESMA tieħu azzjoni għaliex awtorità kompetenti tkun naqset li taġixxi u dawk li fihom l-ESMA tindirizza riskju addizzjonali li l-awtorità kompetenti ma tkunx tista’ tindirizza b’mod suffiċjenti skont l-Artikolu 69(2)(j) jew (o) tad-Direttiva 2014/65/UE.
TITOLU VIII
FORNIMENT TA’ SERVIZZI U TWETTIQ TA’ ATTIVITAJIET MINN DITTI MINN PAJJIŻI TERZI WARA DEĊIŻJONI TA’ EKWIVALENZA B’FERGĦA JEW MINGĦAJRHA
Artikolu 46
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-ESMA għandha tirreġistra ditta minn pajjiż terz li tkun applikat biex tforni servizzi ta’ investiment jew biex twettaq attivitajiet fl-Unjoni kollha skont il-paragrafu 1 fil-każ biss li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1);
id-ditta tkun awtorizzata fil-ġuriżdizzjoni fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tagħha biex tipprovdi servizzi jew attivitajiet ta’ investiment li għandhom jiġu fornuti fl-Unjoni u tkun soġġetta għal superviżjoni u infurzar li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz;
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 47(2);
id-ditta stabbilixxiet l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa biex tirrapporta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 6a.
Id-ditta applikanti minn pajjiż terz għandha tipprovdi lill-ESMA bl-informazzjoni kollha neċessarja għar-reġistrazzjoni tagħha. Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex sħiħa. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx sħiħa, l-ESMA għandha tistipula skadenza sa meta d-ditta applikanti minn pajjiż terz trid tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali.
Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.
Fi żmien 180 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa, l-ESMA għandha tinforma bil-miktub lid-ditta applikanti minn pajjiż terz bi spjega sħiħa tar-raġunijiet għalfejn ir-reġistrazzjoni ngħatat jew ġiet miċħuda.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li ditti minn pajjiżi terzi jipprovdu servizzi ta’ investiment lil, jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment flimkien ma’ servizzi anċillari għal, kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fit-territorji tagħhom b’konformità mar-reġimi nazzjonali fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 47(1) jew meta tali deċiżjoni tkun ġiet adottata iżda jew ma tkunx għadha effettiva jew ma tkoprix is-servizzi jew l-attivitajiet ikkonċernati.
L-informazzjoni fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub u b’mod prominenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kontroparti eliġibbli jew klijent professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE stabbilit jew li jinsab fl-Unjoni jibda fuq l-inizjattiva esklużiva tiegħu l-għoti ta’ servizz jew attività ta’ investiment minn ditta ta' pajjiż terz, dan l-Artikolu ma japplikax għall-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività mid-ditta tal-pajjiż terz lil dik il-persuna, inkluż relazzjoni marbuta speċifikament mal-għoti ta’ dak is-servizz jew ta’ dik l-attività. Mingħajr preġudizzju għal relazzjonijiet intragrupp, meta ditta ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali ditta tal-pajjiż terz jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali entità, tissolleċita klijenti jew klijenti potenzjali fl-Unjoni, ma għandhiex titqies bħala servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklussiva tal-klijent. Inizjattiva minn tali klijenti ma għandhiex tintitola lid-ditta ta' pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji ġodda ta’ prodotti tal-investiment jew servizzi tal-investiment lil dak l-individwu.
l-iskala u l-ambitu tas-servizzi u l-attivitajiet imwettqa mid-ditti fl-Unjoni, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika madwar l-Istati Membri;
għal ditti li jwettqu l-attività msemmija fil-punt (3) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, l-iskopertura minima, medja u massima tagħhom ta’ kull xahar għall-kontropartijiet tal-UE;
għal ditti li jipprovdu s-servizzi msemmija fil-punt (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE, il-valur totali tal-istrumenti finanzjarji li joriġinaw mill-kontropartijiet tal-UE sottoskritti jew imqiegħda fuq bażi ta’ impenn sod matul it-12-il xahar preċedenti;
il-fatturat u l-valur aggregat tal-assi li jikkorrispondi għas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a);
jekk sarux arranġamenti għall-protezzjoni tal-investituri, u deskrizzjoni dettaljata tagħhom;
il-politika u l-arranġamenti tal-immaniġġar tar-riskji applikati mid-ditta fit-twettiq tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a)';
l-arranġamenti għall-governanza, inkluż it-titolari ta' funzjonijiet ewlenin għall-attivitajiet tad-ditta fl-Unjoni;
kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa biex l-ESMA jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tikkomunika l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu.
Fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’, inkluż fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont dan l-Artikolu, titlob lil ditti ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi jew iwettqu attivitajiet skont dan l-Artikolu biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom.
Fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fejn ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha taċċessa d-data rilevanti miżmuma għad-dispożizzjoni tagħha f'konformità mal-ewwel subparagrafu u għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.
L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-26 ta’ Settembru 2020.
Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 47
Deċiżjoni tal-ekwivalenza
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(2) fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan kollu li ġej:
li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti, li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), fid-Direttiva 2013/36/UE, id-Direttiva 2014/65/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ), u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti leġislattivi;
li d-ditti awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju applikabbli u legalment vinkolanti; u
li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti u effettiva għar-rikonoxximent tad-ditti tal-investiment awtorizzati skont reġimi legali ta’ pajjiżi terzi;
Meta l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti minn pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, ir-rekwiżiti prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju legalment vinkolanti msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu biss li jkollhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fl-atti msemmija f’dak is-subparagrafu wara valutazzjoni dettaljata u granulari. Għal dawk il-għan, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta u tqis il-konverġenza superviżorja bejn il-pajjiż terz konċernat u l-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tispeċifika aktar iċ-ċirkostanzi li fihom l-iskala u l-ambitu tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ekwivalenza msemmija fil- paragrafu 1 x’aktarx ikunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni.
Meta l-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi pprovduti u l-attivitajiet imwettqa minn ditti ta' pajjiżi terzi x’aktarx li jkunu ta’ importanza sistemika għall-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tehmeż kondizzjonijiet operattivi speċifiċi ma’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza biex jiġi żgurat li l-ESMA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom l-għodod meħtieġa biex jipprevjenu l-arbitraġġ regolatorju u jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ ditti tal-investiment ta’ pajjiżi terzi rreġistrati skont l-Artikolu 46(2) fir-rigward ta’ servizzi pprovduti u attivitajiet imwettqa fl-Unjoni billi jiġi żgurat li dawk id-ditti jikkonformaw:
mar-rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 20 u 21;
mar-rekwiżiti ta’ rapportar li għandhom effett ekwivalenti għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 26, fejn tali informazzjoni ma tistax tinkiseb direttament u fuq bażi kontinwa permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil mal-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz;
ma’rekwiżiti li għandhom effett ekwivalenti għall-obbligu ta’ negozjar imsemmi fl-Artikoli 23 u 28, fejn applikabbli.
Meta tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra jekk il-pajjiż terz humiex identifikat bħala ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa skont il-politika rilevanti tal-Unjoni jew bħala pajjiż b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849.'';
Il-qafas prudenzjali, organizzazzjonali u tal-kondotta tan-negozju ta’ pajjiż terz jista’ jiġi kkunsidrat li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal awtorizzazzjoni u superviżjoni effettiva u infurzar fuq bażi kontinwa;
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali suffiċjenti u, b'mod partikolari, id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (3) jew (6) tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE huma soġġetti għal rekwiżiti kapitali komparabbli ma' dawk li japplikaw kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni;
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet ta’ investiment f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti xierqa applikabbli għall-azzjonisti u l-membri tal-korp maniġerjali tagħhom;
id-ditti li jipprovdu servizzi jew li jwettqu attivitajiet tal-investiment huma soġġetti għal imġiba kummerċjali u rekwiżiti organizzazzjonali adegwati;
it-trasparenza u l-integrità tas-suq tiġi żgurata billi jipprevjenu l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, meta tivvaluta l-ekwivalenza tar-regoli ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-obbligu ta' negozjar stabbilit fl-Artikoli 23 u 28, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk il-qafas legali tal-pajjiż terz jipprevedix kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ ċentri tan-negozjar bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu ta' negozjar li għandhom effett simili għal dawk stabbiliti skont dan ir-Regolament jew skont id-Direttiva 2014/65/UE.";
L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiżi terzi li l-ofqsa ġuridiċi u superviżorji tagħhom ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti skont il-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw tal-anqas:
il-mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar id-ditti mhux mill-Unjoni awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA, u fejn rilevanti, il-modalitajiet tal-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA, u, fejn rilevanti, l-arranġamenti għall-kondiviżjoni ulterjuri mill-ESMA ta' informazzjoni bħal din mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti minn pajjiż terz tqis li ditta minn pajjiż terz li tkun taħt is-superviżjoni tagħha u li l-ESMA tkun reġistrat fir-reġistru previst fl-Artikolu 48 tkun qed tikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tagħha jew leġiżlazzjoni oħra li tkun obbligata tirrispetta;
il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji inkluż investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post li tista’ twettaq l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn id-ditta ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi ta' investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment skont l-Artikolu 46, meta dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-ESMA jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, wara li tkun informat kif xieraq lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tiegħu.
il-proċeduri li jikkonċernaw talba għal informazzjoni skont l-Artikolu 46 (6a) u (6b) li l-ESMA tista’ tibgħat lil ditta ta' pajjiż terz irreġistrata skont l-Artikolu 46(2).';
Il-fergħa għandha tibqa’ soġġetta għas-superviżjoni tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE. Madankollu, u mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ kooperazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jistabblixxu ftehimiet ta’ kooperazzjoni proporzjonati sabiex jiżguraw li l-fergħa ta’ ditta minn pajjiż terz li tipprovdi servizzi ta’ investiment fl-Unjoni Ewropea tagħti l-livell xieraq ta’ protezzjoni tal-investitur.
L-ESMA għandha timmonitorja l-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta' infurzar u żviluppi oħra fis-suq rilevanti f'pajjiżi terzi li għalihom ikunu ġew adottati deċiżjonijiet ta' ekwivalenza mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 sabiex tivverifika li l-kondizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom ikunu ttieħdu dawk id-deċiżjonijiet għadhom sodisfatti. L-ESMA għandha tippreżenta rapport kunfidenzjali dwar is-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Fejn jitqies xieraq mill-ESMA, l-ESMA tista’ tikkonsulta lill-ABE fir-rigward tar-rapport.
Ir-rapport għandu jirrifletti wkoll ix-xejriet osservati abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 46(6a), b’mod partikolari fir-rigward ta’ ditti li jipprovdu servizzi jew iwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jinkludi lista tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza meħuda jew irtirati mill-Kummissjoni fis-sena ta’ rapportar, kif ukoll kwalunkwe miżura meħuda mill-ESMA skont l-Artikolu 49, u jipprovdi r-raġunament għal dawk id-deċiżjonijiet u l-miżuri.
Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-iżviluppi regolatorji u superviżorji, il-prattiki ta’ infurzar u żviluppi oħra tas-suq rilevanti f’pajjiżi terzi li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza. Għandu wkoll jieħu kont ta’ kif il-provvista transkonfinali ta’ servizzi ta’ investiment minn ditti ta' pajjiżi terzi evolviet b’mod ġenerali u b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi u l-attivitajiet imsemmija fil-punti (3) u (6) tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2014/65/UE. Fi żmien debitu, ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet ta’ ekwivalenza li għaddejjin li l-Kummissjoni qed twettaq fir-rigward ta’ pajjiż terz.
Artikolu 48
Reġistru
L-ESMA għandha żżomm reġistru tad-ditti minn pajjiż terz li għandhom permess jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni skont l-Artikolu 46. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli pubblikament fil-websajt tal-ESMA u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li d-ditti minn pajjiż terz huma permessi jipprovdu jew iwettqu u referenza għall-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.
Artikolu 49
Miżuri li għandhom jittieħdu mill-ESMA
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ ditta ta' pajjiż terz fir-reġistru stabbilit skont l-Artikolu 48, meta l-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri jew il-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, jew tkun naqset milli turi li d-ditta mill-pajjiż terz ikkonċernat tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għaliha fil-pajjiż terz, jew mal-kondizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1), u tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz qed taġixxi b’manjiera li hija ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq;
L-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta’ evidenza dokumentata, inkluż iżda mhux limitata għall-informazzjoni annwali pprovduta skont l-Artikolu 46(6a), biex temmen li fil-forniment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment fl-Unjoni, id-ditta ta' pajjiż terz tkun kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli għaliha fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1).
L-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tieħu azzjoni fi żmien debitu f'konformità mal-paragrafu 1 jew 2.
Meta tiddeċiedi dwar l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed skont dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tar-riskju maħluq għall-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
id-durata u l-frekwenza tar-riskju li jirriżulta;
jekk ir-riskju jkunx żvela dgħufijiet serji jew sistemiċi fil-proċeduri tad-ditti ta' pajjiż terz;
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew attribwit b'mod ieħor għar-riskju;
jekk ir-riskju jkunx seħħ intenzjonalment jew b’negliġenza.
L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni u lid-ditta minn pajjiż terz ikkonċernat dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 jew 2 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fil-websajt tagħha.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kondizzjonijiet skont liema ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 47(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.
TITOLU IX
ATTI DELEGATI U TA’
KAPITOLU 1
Atti delegati
Artikolu 50
Eżerċizzju tad-delega
KAPITOLU 2
Atti ta’ implimentazzjoni
Artikolu 51
Proċedura ta’ kumitat
TITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 52
Rapporti u analiżi
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq għandu jinkludi l-impatt fuq is-swieq Ewropej tal-ekwità tal-użu tal-eżenzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b)(i) u tal-użu tal-mekkaniżmu ta’ limitu tal-volum skont l-Artikolu 5, b’referenza partikolari:
għal-livell u t-tendenza tan-negozjar tar-reġistru tal-ordnijiet “non-lit” fl-Unjoni Ewropea wara l-introduzzjoni ta’ dan ir-Regolament;
għall-impatt tal-firxiet kwotati trasparenti qabel il-kummerċ;
għall-impatt fuq id-daqs tal-likwidità ta’ reġistri tal-ordnijiet “lit”;
għall-impatt fuq il-kompetizzjoni u fuq l-investituri fl-Unjoni;
għall-impatt fuq in-negozjar ta’ ishma ta’ kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja;
żvilupppi fil-livell internazzjonali u ta’ diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Sat- ►M1 3 ta' Lulju 2022 ◄ il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37.
Skont il-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex testendi l-perjodu tranżizzjonali b’konformità mal-Artikolu 35(5) b’massimu ta’ 30 xahar.
Soġġett għall-konklużjonijiet ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat b’konformità mal-Artikolu 50 biex id-derivati negozjati fil-borża jiġu esklużi mill-ambitu tal-Artikoli 35 u 36 għal mhux aktar minn tletin xahar wara it- ►M1 3 ta' Jannar 2018 ◄ .
Ir-rapporti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jivvalutaw il-funzjonament tat-tape konsolidat fl-isfond tal-kriterji li ġejjin:
id-disponibbiltà u l-puntwalità tal-informazzjoni wara n-negozjar f’format ikkonsolidat li jiġbor it-tranżazzjonijiet kollha, irrispettivament minn jekk jitwettqux f’ċentri ta’ gozjar jew le;
id-disponibbiltà u l-puntwalità ta’ informazzjoni sħiħa u parzjali wara n-negozjar li tkun ta’ kwalità għolja, f’formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq u disponibbli fuq bażi kummerċjali raġonevoli.
Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li s-CTPs ikunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni b’mod li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tehmeż mar-rapport tagħha talba lill-ESMA sabiex tagħti bidu għal proċedura negozjata għall-ħatra permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku mmexxi mill-ESMA ta’ entità kummerċjali li topera tape konsolidat. L-ESMA għandha tagħti bidu għall-proċedura wara li tirċievi t-talba mill-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet speċifikati fit-talba tal-Kummissjoni u skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).
Fejn tkun inbdiet il-proċedura deskritta fil-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 50 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament, billi tispeċifika miżuri sabiex:
tipprevedi d-durata tal-kuntratt tal-entità kummerċjali li topera tape konsolidat u l-proċess u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid tal-kuntratt u t-tnedija ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku ġdid;
tistabbilixxi li l-entità kummerċjali li topera tape konsolidat għandha tagħmel dan fuq bażi esklużiva u li l-ebda entità oħra ma għandha tkun awtorizzata bħala CTP skont l-Artikolu 27b;
tagħti s-setgħa lill-ESMA sabiex tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-offerta mill-entità kummerċjali li topera tape konsolidat maħtura permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku;
tiżgura li l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar ipprovduta mill-entità kummerċjali li topera tape konsolidat tkun ta’ kwalità għolja, f’formati li jkunu faċilment aċċessibbli u utilizzabbli għall-parteċipanti fis-suq u f’format konsolidat li jaqbad is-suq kollu;
tiżgura li l-informazzjoni ta’ wara n-negozjar tiġi pprovduta fuq bażi kummerċjali raġonevoli, kemm fuq bażi konsolidata kif ukoll fuq bażi mhux konsolidata, u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti ta’ dik l-informazzjoni madwar l-Unjoni;
tiżgura li ċ-ċentri ta’ negozjar u l-APAs jagħmlu d-dejta kummerċjali tagħhom disponibbli għall-entità kummerċjali li topera tape konsolidat, li tkun maħtura permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku mmexxi mill-ESMA b’kost raġonevoli;
tispeċifika l-arranġamenti applikabbli meta l-entità kummerċjali li topera tape konsolidat maħtura permezz ta’ proċess ta’ akkwist pubbliku tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-offerta;
tispeċifika l-arranġamenti li taħthom is-CTPs awtorizzati taħt l-Artikolu 27b jistgħu jkomplu joperaw tape konsolidat fejn ma tkunx qed tintuża s-setgħa prevista fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu jew, fejn ma tinħatar ebda entità permezz tal-proċess ta’ akkwist pubbliku, sa dak iż-żmien meta jitlesta proċess ta’ akkwist pubbliku ġdid u tinħatar entità kummerċjali sabiex topera tape konsolidat.
Artikolu 53
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
fl-Artikolu 5(2), is-subparagrafu li ġej hu miżjud:
“Fl-iżvilupp tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji skont dan il-paragrafu, l-ESMA m’għandhiex tippreġudika d-dispożizzjoni tranżizzjonali fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati tal-enerġija C6 kif stabbilit fl-Artikolu 95 tad-Direttiva 2014/65/UE ( 19 ).
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:
CCP li tkun ġiet awtorizzata biex tikklerja kuntratti tad-derivati OTC għandha taċċetta li tikklerja dawn il-kuntratti fuq bażi mhux diskriminatorja u trasparenti, anke fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ kollateral u ta’ tariffi relatati mal-aċċess, irrispettivament miċ-ċentru tan-negozjar. Dan b’mod partikolari għandu jiżgura li ċentru tan-negozjar ikollu d-dritt għal trattament nondiskriminatorju f’termini ta’ kif kuntratti nnegozjati f’dak iċ-ċentru tan-negozjar jiġu ttrattati f’termini ta’:
rekwiżiti ta’ kollateral u kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ kuntratti ekonomikament ekwivalenti, meta l-inklużjoni ta’ tali kuntratti fl-għeluq u proċeduri oħra ta’ kalkolazzjoni tal-valur nett ta’ CCP bbażata fuq il-liġi applikabbli dwar l-insolvenza ma tipperikolax l-funzjonament bla intoppi u ordinat, il-validità jew l-infurzabilità ta’ tali proċeduri; u
kontromarġinazzjoni b’kuntratti korrelatati kklerjati mill-istess CCP skont mudell tar-riskji li jikonforma mal-Artikolu 41.
CCP tista’ titlob li ċentru tan-negozjar jikkonforma mar-rekwiżiti operattivi u tekniċi stabbiliti mis-CCP, inklużi r-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju.”:
jiżdied il-paragrafu li ġej:
Fl-Artikolu 81 (3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jittrasmetti dejta lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (*1) ”.
Artikolu 54
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Meta CCP li tkun ġiet approvata għall-arranġamenti tranżitorji tkun konnessa b’rabtiet sodi ma’ ċentru tan-negozjar wieħed jew iktar, dawk iċ-ċentri tan-negozjar m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 għal derivati negozjati fil-borża għal kemm idum fis-seħħ il-perjodu tranżizzjonali.
Meta ċentru tan-negozjar, li jkun ġie approvat għall-arranġamenti tranżitorji jkun konness b’rabtiet sodi ma’ CCP waħda jew iktar, dawk is-CCPs m’għandhomx jibbenefikaw minn drittijiet ta’ aċċess skont l-Artikolu 35 jew 36 għal derivati negozjati fil-borża għal kemm idum fis-seħħ il-perjodu tranżizzjonali.
Artikolu 54a
Miżuri tranżizzjonali relatati mal-ESMA
Madankollu, applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li kienet riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 ma għandhiex tiġi ttrasferita lill-ESMA, u d-deċiżjoni li tiġi reġistrata jew rifjutata reġistrazzjoni għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti.
Artikolu 54b
Relazzjonijiet mal-awdituri
Kwalunkwe persuna awtorizzata fis-sens tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), li twettaq, f’funzjoni ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta, il-kompitu deskritt fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE jew kwalunkwe kompitu ieħor preskritt mil-liġi, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-ESMA kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li tagħhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak il-kompitu u li jistgħu:
jikkostitwixxu ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jirregolaw speċifikament l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta;
iwasslu għar-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.
Dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja matul il-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta li fiha jkun qed iwettaq dak il-kompitu.
Artikolu 55
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta' Jannar 2018.
►C1 Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 1(8) u (9), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 4(6), l-Artikolu 5(6) u (9), ◄ l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9(5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(5), l-Artikolu 17 (3), l-Artikolu 19 (2) u (3), l-Artikolu 20 (3), l-Artikolu 21 (5), l-Artikolu 22 (4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 25(3), l-Artikolu 26(9), l-Artikolu 27(3), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(3), l-Artikolu 30(2), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 32(1), (5) u (6), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 35 (6), l-Artikolu 36(6), Artikolu 37(4), l-Artikolu 38(3), l-Artikolu 40(8), l-Artikolu 41(8), l-Artikolu 42(7), l-Artikolu 45(10), l-Artikolu 46(7), l-Artikolu 47(1) u (4), l-Artikolu 52(10) u (12) u l-Artikolu 54(1) għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Minkejja t-tieni paragrafu, l-Artikolu 37(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mit-3 ta' Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 2 ) Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 4 ) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
( 5 ) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
( 6 ) Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).
( 7 ) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers Fond u temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 8 ) Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità tas-swieq tal-enerġija u t-trasparenza (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
( 9 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 11 ) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
( 12 ) Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2012 tad-19 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, u tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivati OTC mhux ikklerjati minn CCP (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 11).
( 13 ) Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 14 ) Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
( 15 ) Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU 314, 5.12.2019, p. 1).
( 16 ) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU 314, 5.12.2019, p. 64).
( 17 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li twaqqaf il-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45).
( 18 ) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
( 19 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)”;
( *1 ) Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014 p 84).
( 20 ) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
( 21 ) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).