EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0579-20160311

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 579/2014 tat- 28 ta' Mejju 2014 li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/579/2016-03-11

2014R0579 — MT — 11.03.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 160 29.5.2014, p. 14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/238 tad-19 ta' Frar 2016

  L 45

1

20.2.2016




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 579/2014

tat-28 ta' Mejju 2014

li jagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-trasport taż-żjut u x-xaħmijiet likwidi bil-baħar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Deroga

B'deroga għall-punt 4 tal-Kapitolu IV tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, żjut u xaħmijiet likwidi li huma maħsuba għal, jew li x'aktarx jintużaw għall-konsum mill-bniedem (“żjut jew xaħmijiet”) jistgħu jiġu ttrasportati b'bastimenti tal-baħar li mhumiex irriservati għat-trasport tal-oġġetti tal-ikel suġġett għal konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għal deroga

1.  Il-merkanzija li tinġarr qabel iż-żjut u x-xaħmijiet fl-istess tagħmir f'bastiment tal-baħar (minn hawn 'il quddiem tissejjaħ il-“merkanzija preċedenti”) għandha tikkonsisti f'sustanza jew taħlita ta' sustanzi elenkati fl-anness ta' dan ir-Regolament.

2.  It-trasport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet likwidi li għandhom jiġu pproċessati għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament riservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) fejn iż-żjut u x-xaħmijiet huma ttrasportati f'tank tal-azzar inossidabbli, jew f'tank miżbugħ b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti, il-merkanzija preċedenti għandha tkun:

(i) oġġett tal-ikel; jew

(ii) merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness;

jew

(b) meta ż-żjut jew ix-xaħmijiet jiġu ttrasportati f'tank magħmul minn materjali għajr dawk imsemmija fil-punt (a), it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu:

(i) oġġetti tal-ikel; jew

(ii) merkanzija mil-lista ta' merkanzija preċedenti aċċettabbli kif stabbilit fl-Anness.

3.  It-transport bl-ingrossa f'bastimenti tal-baħar ta' żjut u xaħmijiet li ma għandhomx jiġu pproċessati aktar għandhom ikunu permissibli f'tankijiet li mhumiex esklussivament irriservati għat-trasport ta' oġġetti tal-ikel, suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tank għandu jkun:

(i) tal-azzar inossidabbli; jew

(ii) miksi b'reżina epossidika jew teknikament ekwivalenti;

u wkoll

(b) it-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tank għandhom ikunu oġġetti tal-ikel.

Artikolu 3

Żamma ta' rekords

1.  Il-kaptan tal-bastiment tal-baħar li jittrasporta, f'tankijiet, żjut u xaħmijiet bl-ingrossa għandu jżomm evidenza ddokumentata preċiża marbuta mat-tliet merkanziji preċedenti ttrasportati fit-tankijiet ikkonċernati, u l-effettività tal-proċess ta' tindif applikat bejn dawk il-merkanziji.

2.  Meta l-merkanzija tkun ġiet trasbordata, minbarra l-evidenza dokumentata meħtieġa fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment tal-baħar riċevitur, għandu jżomm evidenza dokumentata preċiża li t-trasport taż-żjut jew tax-xaħmijiet bl-ingrossa kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 matul it-trasbord preċedenti u tal-effettività tal-proċess tat-tindif użat bejn dawk il-merkanziji fuq il-bastiment l-ieħor.

3.  Fuq talba, il-kaptan ta' bastiment tal-baħar għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b'evidenza dokumentata pprovduta fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4

Tħassir

Id-Direttiva 96/3/KE hija imħassra.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



LISTA TA' MERKANZIJA PREĊEDENTI AĊĊETTABLI

Sustanza (is-sinonimi)

Nru CAS

Aċidu aċetiku (aċidu etanojku; aċidu tal-ħall; aċidu karbossiliku tal-metan)

64-19-7

Anidride aċetiku (anidride etanojku)

108-24-7

Aċeton (dimetilketon; 2-propanon)

67-64-1

Żjut aċidi u distillati tal-aċidi grassi — minn żjut u xaħmijiet veġetali u/jew taħlitiet tagħhom u żjut u xaħmijiet tal-baħar u tal-annimali

Idrossidu tal-ammonju (idrat tal-ammonju; soluzzjoni tal-ammonja; ammonja milwiema)

1336-21-6

Polifosfat tal-ammonju

68333-79-9 u 10124-31-9

Żjut u xaħmijiet tal-annimali, tal-baħar u veġetali skont l-MEP.2/Circ. tal-IMO.

Alkoħol benżiliku (gradi farmaċewtiċi u ta' reaġenti biss)

100-51-6

Aċetat ta' n-butil

123-86-4

Aċetat ta' sek-butil

105-46-4

Aċetat ta' terz-butil

540-88-5

▼M1

Soluzzjoni ta' nitrat tal-ammonju

6484-52-2

Nitrat ammoniku tal-kalċju

15245-12-2

▼B

Soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju

10043-52-4

▼M1

Nitrat tal-kalċju

10124-37-5

Nitrat tal-kalċju (II) deidrat

35054-52-5

Nitrat tal-kalċju tetraidrat

13477-34-4

▼B

Ċikloeżan (eżametilen; eżanaften; eżaidrobenżen)

110-82-7

Żejt tal-fażola tas-sojja epossidizzat (b'minimu ta' 7 % — massimu ta' 8 % ta' kontenut tal-ossiġenu ossiran

8013-07-8

Etanol (alkoħol etiliku)

64-17-5

Aċetat etiliku (etere aċetiku; ester aċetiku; nafta tal-ħall)

141-78-6

2-etileżanol (2-etileżil alkoħol)

104-76-7

Aċidi grassi

 

Aċidu arakidiku (aċidu ikosanojku)

506-30-9

Aċidu beħeniku (aċidu dokosanojku)

112-85-6

Aċidu butiriku (aċidu n-butiriku; aċidu butanojku; aċidu aċetiku etiliku; aċidu formiku propiliku)

107-92-6

Aċidu kapriku (acidu n-dekanojku)

334-48-5

Aċidu kaprojku (aċidu n-eżanojku)

142-62-1

Aċidu kapriliku (aċidu n-ottanojku)

124-07-2

Aċidu erukiku (aċidu cis-13-dokosenojku)

112-86-7

Aċidu ettojku (aċidu n-ettanojku)

111-14-8

Aċidu lawriku (aċidu n-dodekanojku)

143-07-7

Aċidu lawrolejku (aċidu dedeċenojku)

4998-71-4

Aċidu linolejku (aċidu 9,12-ottadekadienojku)

60-33-3

Aċidu linoleniku (aċidu 9,12, 15-ottadekatrienojku)

463-40-1

Aċidu miristiku (aċidu n-tetradekanojku)

544-63-8

Aċidu miristolejku (aċidu n-tetradeċenojku)

544-64-9

Aċidu olejku (aċidu n-ottadeċenojku)

112-80-1

Aċidu palmitiku (aċidu n-eżadekanojku)

57-10-3

Aċidu palmitolejku (aċidu cis-9-eżadeċenojku)

373-49-9

Aċidu pelargoniku (aċidu n-nonanojku)

112-05-0

Aċidu rikinolejku (aċidu cis-12-idrossi ottadek-9-enojku; aċidu taż-żejt tar-riġnu)

141-22-0

Aċidu steariku (aċidu n-ottadekanojku)

57-11-4

Aċidu valeriku (aċidu n-pentanojku; aċidu valerjaniku)

109-52-4

Esteri tal-aċidi grassi — kull esteru prodott minn taħlita tal-aċidi grassi elenkati ma' kwalunkwe alkoħol grass elenkat, kif ukoll il-metanol u l-etanol. Eżempji ta' dawn huma

 

Miristat tal-butil

110-36-1

Stearat ċetiliku

110-63-2

Palmitat tal-olejl

2906-55-0

Lawrat tal-metil (dodekanoat tal-metil)

111-82-0

Oleat tal-metil (ottadeċenoat tal-metil)

112-62-9

Palmitat tal-metil (eżadekanoat tal-metil)

112-39-0

Stereat tal-metil (ottadekanoat tal-metil)

112-61-8

Alkoħols grassi:

 

Alkoħol butiliku (1-butanol; alkoħol butiriku)

71-36-3

Alkoħol kaproliku (1-eżanol; alkoħol eżiliku)

111-27-3

Alkoħol kapriliku (1-n-ottanol; karbinol ettiliku)

111-87-5

Alkoħol ċetiliku (alkoħol C-16; 1-eżadekanol; alkoħol ċetiliku; alkoħol palmitiliku; alkoħol n-primarju eżadeċiliku)

36653-82-4

Alkoħol deċiliku (1-dekanol)

112-30-1

Alkoħol enantiliku (1-ettanol; alkoħol ettiliku)

111-70-6

Alkoħol lawriku (n-dodekanol; alkoħol dodeċiliku)

112-53-8

Alkoħol miristiliku (1-tetradekanol; tetradekanol)

112-72-1

Alkoħol noniliku (1-nonanol; alkoħol pelargoniku; ottilkarbinol)

143-08-8

alkoħol tal-olejliku (ottadeċenol)

143-28-2

Alkoħol steariliku (1-ottadekanol)

112-92-5

Alkoħol trideċil (1-tridekanol)

112-70-9

Taħlitiet ta' alkoħol grassi:

 

Alkoħol miristiliku lawriliku (taħlita ta' C12 — C14)

 

Alkoħol steariliku ċetiliku (taħlita ta' C16 — C18)

 

Aċidu formiku (aċidu metanojku; aċidu karbossiliku tal-idroġenu)

64-18-6

Fruttożju

57-48-7 u 30237-26-4

Gliċerol (gliċerina; Gliċerin; Propan-1,2,3-triol)

56-81-5

Glikoli:

 

1,3-butandiol (glikol ta' 1,3-butilen)

107-88-0

1,4-butandiol (glikol ta' 1,4-butilen)

110-63-4

Ettan (gradi kummerċjali)

142-82-5

Eżan (gradi tekniċi)

110-54-3 u 64742-49-0

Perossidu tal-idroġenu

7722-84-1

Iso-butanol (2-metil-1-propanol)

78-83-1

Aċetat tal-isobutil (aċetat ta' 2-metilpropil)

110-19-0

Iso-dekanol (alkoħol isodeċiliku)

25339-17-7

Iso-nonanol (alkoħol isononiliku)

27458-94-2

Iso-ottanol (alkoħol isoottiliku)

26952-21-6

Isopropanol (propan- 2-ol; Alkoħol isopropiliku; IPA)

67-63-0

Demel likwidu tal-kawlina

1332-58-7

Limonen (dipenten)

138-86-3

Soluzzjoni tal-klorur tal-manjeżju

7786-30-3

Metanol (alkoħol metiliku)

67-56-1

Metiletilketon (2-butanon)

78-93-3

Metilisobutilketon (4-metil-2-pentanon)

108-10-1

Metil-terz-butil-etere (MBTE)

1634-04-4

Għasel iswed, magħmul mill-industrija tal-iproċessar taz-zokkor konvenzjonali bl-użu taz-zokkor tal-kannamieli, tal-pitravi taz-zokkor, taċ-ċitru jew tas-sorgu

Xamgħa tal-paraffina (tajba għall-ikel)

8002-74-2 u 63231-60-7

Pentan

109-66-0

Aċidu fosforiku (aċidu ortofosforiku)

7664-38-2

Glikol tal-polipropilen (piż molekulari ikbar minn 400)

25322-69-4

Ilma tax-xorb

7732-18-5

Soluzzjoni tal-idrossidu tal-potassju (potassja kawstika)

1310-58-3

aċetat ta' n-propil

109-60-4

Alkoħol propiliku (propan- 1-ol; 1-propanol)

71-23-8

Glikol propiliniku (1,2 glikol propiliniku; propan-1,2-diol; 1,2-diidrossipropan; glikol tal-monopropilen (mpg); glikol metiliku)

57-55-6

1,3-propandiol (glikol ta' 1,3-propilen; glikol tat-trimetilen)

504-63-2

Tetramer tal-propilen

6842-15-5

Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (soda kawstika, lissija)

1310-73-2

Soluzzjoni tas-silikat tas-sodju (ħġieġ solubbli)

1344-09-8

Soluzzjoni tas-sorbitol (d-sorbitol; alkoħol eżaidriku; d-sorbit)

50-70-4

Aċidu sulfuriku

7664-93-9

Aċidi grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Alkoħol xaħmi mhux frazzjonat minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Esteri grassi mhux frazzjonati minn żjut u xaħmijiet veġetali, tal-baħar u tal-annimali u/jew taħlitiet tagħhom, dejjem jekk is-sorsi tagħhom ikunu żjut u xaħmijiet tajbin għall-ikel

Soluzzjoni ta' nitrat tal-ammonja tal-urea (UAN)

Żjut tal-minerali abjad

8042-47-5



( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

( 2 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE tas-26 ta' Jannar 1996 li tagħti deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/43/KEE dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fir-rigward tat-trasportazzjoni ta' żjut u xaħmijiet likwidi bil-baħar (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 42).

( 3 ) Il-Programm tal-Istandards tal-Ikel FAO/WHO Konġunt, Il-Kummissjoni ta' Codex Alimentarius, l-erbgħa u tletin sessjoni, iċ-Ċentru tal-Konferenzi Internazzjonali, Ġinevra, l-Isvizzera, mill-4 sad-9 ta' Lulju 2011, REP11/CAC, Para. 45-46.

( 4 ) L-Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni tal-kriterji għal merkanziji preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal (2009) 1110, 1-21.

( 5 ) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni ta' sustanzi bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel. L-EFSA Journal 2009; 7(11):1391.

( 6 ) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut, Parti I ta' III. L-EFSA Journal 2011; 9(12):2482.

( 7 ) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, Parti II ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(5):2703.

( 8 ) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi li bħalissa huma fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/3/KE bħala merkanzija preċedenti aċċettabbli għal xaħmijiet u żjut tal-ikel, il-Parti III ta' III. L-EFSA Journal 2012; 10(12):2984.

Top