Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0480-20190530

    Consolidated text: Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/480/2019-05-30

    02014R0480 — MT — 30.05.2019 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2014

    tat-3 ta' Marzu 2014

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    (ĠU L 138 13.5.2014, p. 5)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/616 tat-13 ta' Frar 2015

      L 102

    33

    21.4.2015

    ►M2

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/886 tat-12 ta' Frar 2019

      L 142

    9

    29.5.2019




    ▼B

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 480/2014

    tat-3 ta' Marzu 2014

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet segwenti li jissuplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 303/2013:

    (a) dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tnejn ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS (minn issa 'l quddiem imsejħa “Fondi ESI”) fir-rigward tas-segwenti:

    (i) il-kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;

    (ii) regoli relatati mal-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' dan li ġej:

     regoli speċifiċi addizzjonali dwar ix-xiri ta' art u fuq il-kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji,

     regoli speċifiċi addizzjonali dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji, kriterji relatati tal-għażla u prodotti li jistgħu jitwasslu permezz ta' strumenti finanzjarji,

     regoli dwar il-ġestjoni u l-kontroll ta' ċerti strumenti finanzjarji, inkluż li jsiru kontrolli minn awtoritajiet ta' ġestjoni u awditjar, arranġamenti biex iżomm dokumenti ta' sostenn, l-elementi li għandhom ikunu ppruvati minn dokumenti ta' sostenn, u arranġamenti ta' ġestjoni u kontroll u ta' awditjar,

     regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsir għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament,

     regoli speċifiċi dwar it-twaqqif ta' sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija,

     regoli speċifiċi li jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi tal-prestazzjoni u l-limiti minimi applikabbli, kif ukoll regoli għar-rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu;

    (iii) il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett wara t-tlestija;

    (iv) ir-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni;

    (b) dispożizzjonijiet li jissuplimentaw il-Parti Tlieta ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward tal-metodoloġija li għandha tintuża fit-twettiq tal-analiżi tal-kwalità ta' proġetti kbar;

    (c) dispożizzjonijiet li jissupplimentaw il-Parti Erbgħa ta' dak ir-Regolament applikabbli għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS fir-rigward tas-segwenti:

    (i) regoli li jispeċifikaw l-informazzjoni relatata mad-dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita mill-awtorità maniġerjali;

    (ii) rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-reġistri tal-kontabilità li għandhom jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu fil-livell tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji;

    (iii) l-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u l-awditjar tal-kontijiet u l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet;

    (iv) regoli dettaljati dwar l-użu tad-dejta miġbura matul dawn l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati;

    (v) regoli dettaljati dwar il-kriterji għad-determinazzjoni ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, inkluż it-tipi ewlenin ta' tali nuqqasijiet, il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandha tkun applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji b'rati fissi jew dawk estrapolati.



    KAPITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TNEJN TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FONDI ESI



    TAQSIMA I

    Kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li trid tiġi applikata fil-qafas ta' prestazzjoni;

    (Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    Artikolu 2

    Determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja

    (Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja li għandu jkun applikat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun rata fissa determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-medja tar-rati finali ta' kisba għall-indikaturi kollha tal-output u l-passi ewlenin ta' implimentazzjoni skont qafas ta' prestazzjoni u r-rata finali ta' kisba tal-indikatur finanzjarju skont dak il-qafas ta' prestazzjoni (il-“koeffiċjent kisba/użu”).

    2.  Il-koeffiċjent kisba/użu jkun ikkalkulat kif ġej:

    (a) il-valur finali miksub għal kull indikatur tal-output u pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valuri ta' mira rispettiva tagħhom sabiex tinkiseb ir-rata finali tagħhom espressa bħala perċentwal tal-mira;

    (b) il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-pass ewlieni fl-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun iddeterminata. Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;

    (c) il-valur finali miksub għal kull indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas tal-prestazzjoni f'ċerta prijorità jkun diviż bil-valur ta' mira rispettiv tiegħu sabiex tinkiseb ir-rata finali tiegħu espressa bħala perċentwal tal-mira; Għal dan l-iskop, fejn rata ta' kisba finali hija kkalkulata li taqbeż il-100 %, hija tgħodd bħala 100 %;

    (d) il-medja tar-rati ta' kisba finali kollha għall-indikaturi kollha ta' output u l-passi ewlenin tal-implimentazzjoni magħżula għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika tkun diviża bir-rata ta' kisba finali għall-indikatur finanzjarju magħżul għall-qafas ta' prestazzjoni fi prijorità speċifika.

    3.  Jekk prijorità hija relatata ma' aktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija waħda ta' reġjun, il-koefiċjent ta' kisba/assorbiment ikun ikkalkulat separatament għall kull Fond ESI u/jew skont il-kategorija tar-reġjun.

    Artikolu 3

    Il-livel ta' korrezzjoni finanzjarja

    (Ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja huwa ffissat kif ġej:

    (a) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 65 % iżda mhux inqas minn 60 %, tkun applikata rata fissa ta' 5 %;

    (b) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 60 % iżda mhux inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 10 %;

    (c) għal koefiċjent ta' kisba/użu ta' inqas minn 50 %, tkun applikata rata fissa ta' 25 %;

    2.  Ir-rata fissa tkun applikata għall-kontribuzzjoni mill-Fond ESI ddeterminata abbażi tan-nefqa ddikjarata mill-Istat Membru fil-prijorità li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, wara l-applikazzjoni ta' kull korrezzjoni finanzjarja oħra.

    Għal prijoritajiet li jikkonċernaw iktar minn Fond ESI wieħed jew kategorija ta' reġjun, ir-rata fissa tkun applikata għal kull fond ESI u/jew kategorija ta' reġjun.

    3.  Fatturi esterni li jikkontribwixxu għal nuqqas serju biex jintlaħqu l-miri, minbarra dawk imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ikunu kkunsidrati skont il-każ. Il-korrezzjoni b'rata fissa stabbilita fil-paragrafu 1 tista' titnaqqas b'massimu ta' 50 %, waqt li jitqies l-estent tal-kontribut ta' dawn il-fatturi għall-falliment serju.

    4.  Fejn l-applikazzjoni tar-rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 1 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.



    TAQSIMA II

    Strumenti finanzjarji

    Artikolu 4

    Regoli speċifiċi dwar ix-xiri ta' art

    (L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FAEŻR jistgħu jappoġġaw l-investimenti li jinkludu x-xiri ta' art mhux mibnija u ta' art mibnija għal ammont li ma jaqbiżx l-10 % tal-kontribut tal-programm imħallas lir-riċevitur finali. Fil-każ ta' garanziji, dan il-perċentwal japplika fuq l-ammont tas-self sottostanti jew strumenti oħra li jġorru r-riskju.

    2.  Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu sostenn għar-riċevituri finali fir-rigward ta' investimenti fl-infrastruttura bil-għan li jkun sostnut l-iżvilupp urban jew attivitajiet ta' riġenerazzjoni urbana, il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 huwa ta' 20 %.

    3.  F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, l-awtorità maniġerjali tista' tidderoga mil-limiti fl-paragrafi 1 u 2 għal operazzjonijiet li jikkonċernaw il-konservazzjoni ambjentali.

    Artikolu 5

    Kombinazzjoni ta' sostenn tekniku ma' strumenti finanzjarji

    (L-Artikolu 37(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    Għotjiet għal sostenn tekniku jistgħu jiġu kkumbinati ma' strumenti finanzjarji f'operazzjoni waħda skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 biss għall-iskop ta' tħejjija teknika tal-investiment prospettiv għall-benefiċċju tar-riċevitur finali li għandhom jiġu sostnuti minn dik l-operazzjoni.

    Artikolu 6

    Regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji

    ▼M2

    (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    ▼B

    1.  Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom skont il-liġi applikabbli u jaġixxu bil-grad ta' kura professjonali, effiċjenza, trasparenza u diliġenza mistennija minn korp professjonali b'esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Huma jiżguraw li:

    (a) riċevituri finali li jirċievu sostenn minn strumenti finanzjarji huma magħżula waqt li titqies b'mod dovut in-natura tal-istrument finanzjarju u l-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti ta' investiment li għandhom ikunu ffinanzjati. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi;

    ▼M1

    (b) il-benefiċjarji finali jkunu infurmati li l-finanzjament huwa pprovdut fi programmi kkofinanzjati mill-Fondi ESI, skont ir-rekwiżiti stabbiliti

    (i) fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni,

    (ii) fl-Artikolu 66(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) għall-FAEŻR,

    (iii) fl-Artikolu 97(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għall-FEMS.

    ▼B

    (c) strumenti finanzjarji jipprovdu sostenn b'mod li jkun proporzjonat u li jkollu l-inqas effett distortiv fuq il-kompetizzjoni;

    ▼M2

    (d) trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju tal-ekonomija tas-suq u tal-BEI, meta jużaw il-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/2017, kif imsemmi fl-Artikolu 37(2)(c) u l-Artikolu 43a tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa proporzjonali mar-riskji meħuda minn dawn l-investituri u limitat għall-minimu neċessarju biex jiġu attirati dawn l-investituri, li għandu jkun żgurat permezz ta' patti u kundizzjonijiet u salgwagwardji proċedurali.

    ▼B

    2.  Minħabba li l-obbligazzjoni finanzjarja diretta tal-awtorità maniġerjali lejn il-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji jew ir-riċevituri finali kif ukoll kull dejn jew obbligazzjoni oħra tal-istrument finanzjarju ma jistgħux jaqbżu l-ammont impenjat mill-awtorità maniġerjali għall-istrument finanzjarju skont il-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti, il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jiżguraw li l-ebda pretensjoni ma tkun tista' ssir fir-rigward tal-awtorità maniġerjali lil hinn mill-ammont impenjat minnha għall-istrument finanzjarju.

    3.  Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu responsabbli għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwat minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kull gwadann ieħor iġġenerat minn dawn il-kontribuzzjonijiet.

    Madankollu l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji mhux se jkunu responsabbli għar-rimborżi tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm juru li l-kundizzjonijiet kumulattivi segwenti jkunu ssodisfati:

    (a) l-irregolaritajiet seħħew fil-livell tar-riċevitur finali jew, fil-każ ta' fondi ta' fondi, fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tar-riċevituri finali;

    (b) il-korpi li jimpliementaw strumenti finanzjarji kkonformaw mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità;

    (c) l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux ikunu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju segwew il-miżuri kuntrattwali u legali kollha bid-diliġenza dovuta.

    Artikolu 7

    Il-kriterji għall-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji

    ▼M2

    (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Qabel ma jintgħażel korp biex jimplimenta strument finanzjarju, skont il-punt (a) tal-Artikolu 38(4)(a), is-subpunt (iii) tal-punt(b) tal-Artikolu 38(4), il-punt (c) tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li l-korp jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

    ▼B

    (a) id-dritt li jwettaq kompiti ta' implimentazzjoni rilevanti skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali;

    (b) vijabbiltà ekonomika u finanzjarja adegwata;

    (c) kapaċità adegwata biex jimplimenta l-istrument finanzjarju, inkluż l-istruttura organizzazzjonali u qafas ta' governanza li jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa lill-awtorità maniġerjali;

    (d) l-eżistenza ta' sistema effettiva u effiċjenti ta' kontroll intern;

    (e) l-użu ta' sistema ta' kontabilità li tipprovdi informazzjoni akkurata, sħiħa u kredibbli mingħajr dewmien;

    (f) il-ftehim għandu jkun awditjat mill-korpi tal-awditjar tal-Istat Membru, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri Ewropea.

    2.  Meta jintgħażel il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità maniġerjali tqis kif dovut in-natura tal-istrument finanzjarju li għandu jkun implimentat, l-esperjenza tal-korp fl-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji simili, l-għarfien espert u l-esperjenza tal-membri tat-tim propost, u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-korp. L-għażla tkun trasparenti u ġġustifikata b'motivazzjonijiet oġġettivi u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi. Mill-inqas jintużaw il-kriterji segwenti tal-għażla:

    (a) metodoloġija robusta u kredibbli għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' intermedjarji finanzjarji jew riċevituri finali kif applikabbli;

    (b) il-livell tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għall-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju u l-metodoloġija proposta għall-kalkolu tagħhom;

    (c) il-patti u l-kundizzjonijiet applikati fir-rigward ta' sostenn ipprovdut lir-riċevituri finali, inkluż l-ipprezzar;

    (d) l-abilità li li jinġabtu riżorsi għal investimenti addizzjonali mal kontribuzzjonijiet tal-programm, fir-riċevituri finali;

    (e) l-abbiltà li tintwera attività addizzjonali meta mqabbla mal-attività preżenti;

    (f) f'każijiet fejn il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju jalloka r-riżorsi finanzjarji proprji għall-istrument finanzjarju jew jikkondividi r-riskju, jipproponi miżuri biex ikunu allinjati l-interessi u biex jittaffew il-kunflitti possibbli ta' interess.

    ▼M2

    3.  Meta korp li jimplimenta fond ta' fondi, inkluż il-BEI u istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jafda ulterjorment kompiti ta' implimentazzjoni lil intermedjarju finanzjarju, huwa jiżgura li r-rekwiżiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' dak l-intermedjarju finanzjarju.

    ▼M2

    4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, meta l-korp li jimplimenta strument finanzjarju skont l-Artikolu 39a(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun il-BEI jew istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw.

    ▼B

    Artikolu 8

    Regoli speċifiċi dwar il-garanziji fornuti permezz ta' strumenti finanzjarji

    ▼M2

    (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4) u l-Artikolu 39a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    ▼B

    Meta l-istrumenti finanzjarji jipprovdu garanziji, ir-rekwiżiti segwenti jkunu ssodisfati:

    (a) proporzjon multiplikatur xieraq jinkiseb bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-programm imwarrba biex jiġi koprut telf mistenni u dak mhux mistenni minn self ġdid jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju li għandhom ikunu koperti minn garanziji u l-valur ta' telf ġdid żburżat jew strumenti oħra ta' kondiviżjoni tar-riskju;

    (b) il-proporzjon multiplikatur ikun stabbilit permezz ta' valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti għall-prodott ta' garanzija speċifiku li għandu jkun offrut, waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tas-suq, l-istrateġija ta' investiment tal-istrument finanzjarju, u l-prinċipji tal-ekonomija u l-effiċjenza. Il-valutazzjoni tar-riskju ex ante tista' tkun riveduta meta dan ikun iġġustifikat minn kundizzjonijiet sussegwenti tas-suq;

    (c) il-kontribuzzjoni tal-programm impenjata sabiex jiġu onorati l-garanziji tirrifletti dik il-valutazzjoni tar-riskju ex ante;

    (d) jekk l-intermedjarju finanzjarju, jew l-entità li jibbenefikaw mill-garanziji ma żburżawx l-ammont ippjanat ta' self ġdid jew strumenti oħra għall-kondiviżjoni tar-riskju lir-riċevituri finali, in-nefqa eliġibbli titnaqqas proporzjonalment.

    Artikolu 9

    ▼M2

    Ġestjoni u l-kontroll ta' strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    (L-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità maniġerjali tiżgura li:

    ▼B

    (a) l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, il-programm relevanti u l-ftehim relevanti ta' finanzjament, kemm waqt il-proċess ta' valutazzjoni u għażla tal-operazzjoni kif ukoll waqt it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju;

    (b) ftehimiet ta' finanzjament ikun fihom dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-awditjar u r-rekord għall-awditjar skont il-punt 1(e) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

    ▼M2

    (c) verifiki ta' ġestjoni jitwettqu matul il-perjodu ta' programmar u matul it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 125(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, u skont l-Artikolu 58(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għall-FAEŻR;

    ▼B

    (d) dokumenti ta' sostenn għan-nefqa ddikjarata bħala eliġibbli huma:

    (i) miżmuma għall-operazzjoni mill-awtorità maniġerjali, l-intermedjarju finanzjarju, jew il-korp li jimplimenta l-fond ta' fondi fejn l-istrument finanzjarju huwa implimentat permezz ta' fond ta' fondi, sabiex jipprovdu evidenza dwar l-użu tal-fondi għall-finijiet maħsuba, ta' konformità mal-liġi applikabbli u ta' konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet marbuta mal-iffinanzjar ipprovdut skont il-programmi rilevanti;

    (ii) disponibbli biex jippermettu l-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni;

    (e) id-dokumenti ta' sostenn li jippermettu verifika tal-konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali u mal-kundizzjonijiet tal-finanzjament jinkludu mill-inqas:

    (i) dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju;

    ▼M2

    (ii) dokumenti li jidentifikaw l-ammonti kontribwiti minn kull programm u taħt kull assi prijoritarju lill-istrument finanzjarju, l-infiq li huwa eliġibbli skont il-programmi u mgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn minn Fondi ESI u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi li jistgħu jkunu attribwiti lill-Fondi ESI skont l-Artikoli 43, 43a u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

    ▼B

    (iii) dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati ma' monitoraġġ, rappurtar u verifiki;

    ▼M2

    (iv) dokumenti li juru konformità mal-Artikoli 43, 43a, 44 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

    ▼B

    (v) dokumenti li jikkonċernaw il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-programm u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;

    (vi) dokumenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni;

    (vii) formoli ta' applikazzjoni, jew ekwivalenti, preżentati minn riċevituri finali b'dokumenti ta' sostenn, inklużi pjanijiet ta' negozju u, fejn relevanti, kontijiet annwali preċedenti;

    (viii) checklists u rapporti min korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju, fejn disponibbli;

    (ix) dikjarazzjonijiet magħmula dwar l-għajnuna de minimis, jekk applikabbli;

    (x) ftehimiet iffirmati b'rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju inkluż għal ekwità, self, garanziji jew forom oħra ta' investiment mogħti lir-riċevituri finali;

    (xi) evidenza li l-appoġġ provdut permezz tal-istrument finanzjarju kien intuża għall-iskop maħsub tiegħu;

    (xii) rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-awtorità maniġerjali u l-istrument finanzjarju, u fl-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u fil-każ ta' garanziji prova li s-self sottostanti kien żburżat;

    (xiii) rekords separati jew kodiċi ta' kontabbilità għall-kontribuzzjoni tal-programm imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.

    2.  Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, l-awtoritajiet ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmar sal-għeluq kemm fil-qafas ta' awditi ta' sistemi kif ukoll ta' awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    ▼M2

    Għal operazzjonijiet li jinvolvu appoġġ mill-programmi għal strumenti finanzjarji fil-FAEŻR, il-korpi ta' awditjar jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jiġu awditjati matul il-perjodu kollu ta' programmazzjoni sal-għeluq fil-qafas ta' awditi ta' sistemi u awditi ta' operazzjonijiet skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

    ▼M2 —————

    ▼M2

    Artikolu 10

    Regoli dwar l-irtirar ta' pagamenti li jsiru għall-istrumenti finanzjarji u aġġustamenti konsegwenti fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament

    (L-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jistgħu biss jirtiraw kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 38(1)(a) u l-istrumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) implimentati skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk il-kontribuzzjonijiet ma kinux diġà inklużi f'applikazzjoni għall-ħlas kif imsemmi fl-Artikolu 41 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji sostnunti mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS, kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu rtirati wkoll jekk l-applikazzjoni għall-ħlas li jmiss tkun emendata biex tkun irtirata jew sostitwita n-nefqa korrispondenti.

    ▼B

    Artikolu 11

    Sistema ta' kapitalizzazzjoni ta' pagamenti annwali għas-sussidji tar-rati tal-imgħax u s-sussidji tat-tariffi ta' garanzija

    (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Sussidji kapitalizzati fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fl-aħħar tal-perjodu ta' eliġibilità bħala t-total tal-obbligi ta' pagament skontati għall-finijiet u l-perjodi stipulati f'dak l-Artikolu, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.

    2.  Kwalunkwe riżorsi li jifdal li jitħallew f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dan il-perjodu, jintużaw skont l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 12

    Kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni abbażi ta' prestazzjoni

    (L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-awtorità maniġerjali tikkalkula l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fuq il-bażi tal-kriterji segwenti bbażati fuq il-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 42(5) ta' dak ir-Regolament:

    (a) l-iżborż tal-kontribuzzjonijiet ipprovduti mill-programm tal-Fondi ESI;

    (b) ir-riżorsi mħallsa lura mill-investimenti jew mir-rilaxx tar-riżorsi impenjati għal kuntratti ta' garanzija;

    (c) il-kwalità tal-miżuri li jakkumpanjaw l-investiment qabel u wara d-deċiżjoni ta' investiment biex ikun massimizzat l-impatt tiegħu; kif ukoll

    (d) il-kontribuzzjoni tal-istrument finanzjarju għall-objettivi u r-riżultati tal-programm.

    2.  L-awtorità maniġerjali tinforma lill-kumitat ta' monitoraġġ imwaqqaf skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bid-dispożizzjonijiet rigward il-kalkolu bbażat fuq il-prestazzjoni tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew tat-tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju. Il-kumitat ta' monitoraġġ jirċievi rapporti fuq bażi annwali dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni effettivament imħallsa fis-sena kalendarja preċedenti.

    Artikolu 13

    Limiti minimi għall-ispejjeż ta' ġestjoni u tariffi

    (L-Artikolu 42(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Fir-rigward ta' korp li jimplimenta fond ta' fondi, it-total tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni, li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ma jaqbiżx l-ammont ta':

    (a) 3 % għall-ewwel 12-il xahar wara l-iffirmar ta' ftehim ta' finanzjament, 1 % għat-tieni 12-il xahar u minn hemm 'l hemm 0,5 % kull sena, tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi, ikkalkulati pro rata temporis minn meta jsir il-pagament effettiv għall-fond ta' fondi sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll

    (b) 0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa mill-fond ta' fondi lil intermedjarji finanzjarji, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument meta jsir il-pagament effettiv mill-fond ta' fondi sal-ħlas lura lill-fond ta' fondi, tmiem il-perjodu ta' eliġibilità jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel.

    2.  Għall-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji li jipprovdu ekwità, self, garanziji, kif ukoll mikrokrediti, inkluż meta kkumbinati ma' għotjiet, sussidji fuq ir-rata tal-imgħax jew sussidji fuq it-tariffi fuq il-garanziji skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni li jistgħu jkunu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(1)(d) ta' dak ir-Regolament ma jaqbżux it-total ta':

    (a) remunerazzjoni bażi li tkun ikkalkulata kif ġej:

    (i) għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena għall-ewwel 24 xahar wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta' finanzjament, u 1 % fis-sena minn hemm 'l hemm, mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mill-mument tal-iffirmar tal-ftehim ta' finanzjament rilevanti sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel;

    (ii) għal strument finanzjarju fil-każijiet l-oħra kollha, 0,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas effettiv għall-istrument finanzjarju sa tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, il-ħlas lura lill-awtorità maniġerjali, jew lill-fond ta' fondi, jew id-data ta' stralċ, liema minnhom tkun l-ewwel; kif ukoll

    (b) remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni li tkun ikkalkulata kif ġej:

    (i) għal strument finanzjarju li jipprovdi ekwità, 2,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' ekwità, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċvitur finali sakemm isir l-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' tħassir jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

    (ii) għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 1 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' self, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad jridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

    (iii) għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal kuntratti ta' garanziji pendenti skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif ukoll minn riżorsi użati mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm, ikkalkulati pro rata temporis mid-data tal-impenn sal-maturità tal-kuntratt ta' garanzija, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

    (iv) għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 1,5 % kull sena mill-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa skont it-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 lir-riċevituri finali fil-forma ta' mikrokreditu, kif ukoll riżorsi investiti mill-ġdid li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programm li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis mid-data ta' ħlas lir-riċevitur finali sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, tmiem il-proċedura ta' rkupru fil-każ ta' inadempjenza jew tmiem il-perjodu ta' eliġibilità, liema minnhom tkun l-ewwel;

    (v) għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax jew sussidji fuq it-traiffi tal-garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 0,5 % tal-ammont ta' għotja mħallas fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) ta' dak ir-Regolament għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.

    Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu japplikaw għal korp li jimplimenta strument finanzjarju li jipprovdi garanziji minkejja li l-istess korp qiegħed jimplimenta fond ta' fondi, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

    3.  L-ammont aggregat ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni matul il-perjodu tal-eliġibbiltà stipulat fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jaqbiżx il-limiti segwenti:

    (a) għal fond ta' fondi, 7 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-fond ta' fondi;

    (b) għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità, 20 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

    (c) għal strument finanzjarju li jipprovdi self, 8 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju;

    (d) għal strument finanzjarju li jipprovdi garanziji, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

    (e) għal strument finanzjarju li jipprovdi mikrokreditu, 10 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa fl-istrument finanzjarju;

    (f) għal strument finanzjarju li jipprovdi għotjiet, sussidji tar-rati tal-imgħax jew sussidji tat-tariffi ta' garanzija skont l-Artikolu 37(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, 6 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrument finanzjarju.

    4.  Mea l-istess korp jimplimenta fond ta' fondi u strument finanzjarju, la l-ammonti tal-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni fil-paragrafi 1 u 2 u lanqas il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jkunu kumulati għall-istess kontribuzzjonijiet tal-programm jew l-istess riżorsi li huma attribwibbli għall-kontribuzzjonijiet tal-programn ma jkunu investiti mill-ġdid.

    ▼M2

    5.  Meta l-biċċa l-kbira tal-kapital investit f'intermedjarji finanzjarji li jipprovdu ekwità huwa pprovdut minn investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq u l-kontribuzzjoni tal-programm hija pprovduta pari passu ma' dawk l-investituri, l-ispejjeż u t-tariffi ta' ġestjoni għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq u ma jeċċedux dawk pagabbli mill-investituri privati.

    ▼B

    6.  Il-limiti minimi stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jinqabżu meta jkunu imposti minn korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju inkluż fejn applikabbli, meta jimplimenta l-fond ta' fondi, li jkun intagħżel permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont ir-regoli applikabbli u s-sejħa għall-offerta kompetittiva tat prova tal-ħtieġa ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni ogħla.

    Artikolu 14

    Rimborż ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati għal strumenti bbażati fuq l-ekwità u l-mikrokreditu

    (L-Artikolu 42(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jiġu rimborżati bħala nefqa eliġibbli skont l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikunu kkalkulati fi tmiem il-perjodu tal-eliġibbiltà bħala t-total ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni skontati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, u skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti.

    2.  Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-mikrokreditu ma jaqbżux il-1 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala self, li għad iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.

    3.  Spejjeż jew tariffi ta' ġestjoni kapitalizzati li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà għal strument finanzjarju li jipprovdi l-ekwità ma jaqbżux il-1,5 % kull sena tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-benefiċjarji fit-tifsira tal-Artikolu 42(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 bħala ekwità, li għadhom iridu jitħallsu lura lill-istrument finanzjarju, ikkalkulati pro rata temporis minn tmiem il-perjodu ta' eliġibilità sakemm isir il-ħlas lura tal-investiment, it-tmiem tal-proċedura ta' rkupru f'każ ta' inadempjenzi jew il-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament, liema minnhom tkun l-ewwel.

    4.  Kull riżorsa li jifdal li titħalla f'kont miżmum minn terzi wara l-perjodu msemmi fl-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jew bħala riżultat ta' stralċ mhux mistenni tal-istrument finanzjarju qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu, tintuża skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament.



    TAQSIMA III

    Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat ta' operazzjonijiet li jiġġeneraw dħul nett

    Artikolu 15

    Metodu għall-kalkolu ta' dħul nett skontat

    (Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Għall-iskop tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul nett skontat tal-operazzjoni jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu l-ispejjeż skontati mid-dħul skontat u, fejn applikabbli, billi jiżdied il-valur residwu tal-investiment.

    2.  Id-dħul nett skontat ta' operazzjoni jiġi kkalkulat fuq perjodu ta' referenza applikabbli għas-settur ta' dik l-operazzjoni stabbilit fl-Anness I. Il-perjodu ta' referenza jinkludi l-perjodu ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni.

    3.  Id-ħul u l-ispejjeż ikunu ddeterminati billi jkun applikat il-metodu inkrimentali bbażat fuq paragun tad-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju tal-investiment il-ġdid bid-dħul u l-ispejjeż fix-xenarju mingħajr l-investiment il-ġdid.

    Meta operazzjoni tikkonsisti minn ass ġdid, id-dħul u l-ispejjeż ikunu dawk tal-investiment il-ġdid.

    4.  Meta t-taxxa fuq il-valur miżjud mhix spiża eliġibbli skont l-Artikolu 69(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kalkolu tad-dħul nett skontat ikun ibbażat fuq ċifri li jeskludu t-taxxa fuq il-valur miżjud.

    Artikolu 16

    Determinazzjoni tad-dħul

    (Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, id-dħul jiġi stabbilit fuq il-bażi li ġejja:

    (a) fejn applikabbli, l-imposti tal-utent ikunu ffissati f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġeż iħallas, u, jekk xieraq, iqisu kunsiderazzjonijiet ta' affordabbiltà;

    (b) id-dħul ma jinkludix trasferimenti minn baġits nazzjonali jew reġjonali jew minn sistemi ta' assigurazzjoni pubblika nazzjonali;

    (c) fejn operazzjoni żżid assi ġodda li jikkomplementaw servizz li kien diġà jeżisti, kemm il-kontribuzzjonijiet mingħand utenti ġodda kif ukoll dawk addizzjonali mingħand l-utenti eżistenti u kontribuzzjonijiet tas-servizz jew l-infrastruttura l-ġodda jiġu kkunsidrati.

    Artikolu 17

    Determinazzjoni tal-ispejjeż

    (Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dħul nett skontat, l-ispejjeż li ġejjin li jseħħu matul il-perjodu ta' referenza msemmmi fl-Artikolu 15(2) jiġu kkunsidrati:

    (a) l-ispejjeż ta' sostituzzjoni ta' tagħmir ta' żmien qasir li jiżgura l-funzjonament tekniku tal-operazzjoni;

    (b) l-ispejjeż stabbiliti tal-operat, inklużi spejjeż tal-manutenzjoni, bħal persunal, manutenzjoni u tiswija, ġestjoni ġenerali u l-amministrazzjoni, u l-assigurazzjoni;

    (c) l-ispejjeż varjabbli tal-operat, inkluż il-konsum tal-manutenzjoni, bħal konsum tal-materja prima, l-enerġija, oġġetti ta' konsum għall-proċess, u kull manutenzjoni u tiswija meħtieġa biex tiġi estiża l-ħajja tal-operazzjoni.

    Artikolu 18

    Valur residwu tal-investiment

    (Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Meta l-assi ta' operazzjoni għandhom ħajja tad-disinn li taqbeż il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2), il-valur residwu tagħhom ikun iddeterminat billi jinħadem il-valur preżenti nett tal-flussi ta' flus fil-bqija tal-ħajja tal-operazzjoni. Metodi oħra biex ikun ikkalkulat il-valur residwu jistgħu jintużaw f'ċirkostanzi debitament ġustifikati.

    2.  Il-valur residwu tal-investiment ikun inkluż fil-kalkolu tad-dħul nett skontat tal-operazzjoni biss jekk id-dħul jegħleb l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 17.

    Artikolu 19

    Skontar tal-flussi tal-flus

    (Is-seba' subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Meta jkunu kkalkulati l-ispejjeż u d-dħul jitqiesu biss flussi tal-flus imħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni. Il-flussi tal-flus jiġu stabbiliti għal kull sena li fiha huma mħallsa jew riċevuti mill-operazzjoni matul iż-żmien ta' referenza msemmi fl-Artikolu 15(2).

    2.  Entrati ta' kontabbiltà bħal deprezzament mhux fi flus, kwalunkwe riżerva għall-ispejjeż ta' sostituzzjoni fil-futur u r-riżervi ta' kontinġenza, ikunu esklużi mill-kalkolu.

    3.  Il-flussi tal-flus jiġu skontati lura għall-preżent bl-użu ta' rata ta' skont finanzjarju ta' 4 % f'termini reali bħala punt ta' riferiment indikattiv għall-operazzjonijiet ta' investiment pubbliku kkofinanzjati mill-Fondi tal-ESI.

    4.  L-Istati Membri jistgħu jużaw rata ta' skont finanzjarju oħra għajr 4 % jekk jipprovdu ġustifikazzjoni għal dak il-punt ta' riferiment u jiżguraw li din tiġi użata b'mod konsistenti f'operazzjonijiet simili fl-istess settur.

    5.  Valur ieħor għajr 4 % jista' jiġi ġġustifikat abbażi ta':

    (a) il-kundizzjonijiet makroekonomiċi speċifiċi tal-Istat Membru u x-xejriet u ċ-ċirkustanzi makroekonomiċi internazzjonali; jew

    (b) in-natura tal-investitur jew l-istruttura tal-implimentazzjoni, bħal sħubijiet pubbliċi-privati; jew

    (c) in-natura tas-settur ikkonċernat;

    ▼M2 —————

    ▼B



    TAQSIMA IV

    Definizzjoni tar-rata fissa għall-ispejjeż indiretti u l-metodi relatati applikabbli f'politiki oħra tal-Unjoni

    Artikolu 20

    Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013

    ▼M2

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    ▼B

    L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet:

    (a) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-kodiċi tal-oqsma tal-intervent 056, 057 jew 060-065 kif ippreżentati fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 ( 4 ) u mwettqa skont waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b), (2)(b), 3(a) u (c), u (4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

    (b) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 04 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni skont l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;

    (c) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikoli 17, 26 jew 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. Meta l-operazzjoni tkun ipprogrammata skont l-Artikolu 17 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jitqiesu biss l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' grupp operattiv tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni ffinanzjati skont l-Artikolu 35(1)(c) ta' dak ir-Regolament;

    ▼M1

    (d) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS u programmati skont l-Artikoli 26, 28, 39 jew 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

    ▼B

    Artikolu 21

    Finanzjament b'rata fissa għal spejjeż indiretti fuq il-bażi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

    ▼M2

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    ▼B

    L-ispejjeż indiretti, jistgħu jkunu kkalkulati billi tkun applikata r-rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) għat-tip ta' operazzjonijiet jew proġetti segwenti li jagħmlu parti minn operazzjoni:

    (a) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR f'kodiċijiet ta' oqsma ta' intervent 085, 086 jew 087, kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 u mwettqa taħt waħda mill-prijoritajiet ta' investiment stabbiliti fl-Artikolu 5(5)(a) u (6)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013;

    (b) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE skont il-kodiċi ta' intervent tal-qasam 01 kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 215/2014 u li jikkontribwixxu għall-bidla lejn ekonomija b'anqas użu ta' karbonju, reżiljenti għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ekoloġikament sostenibbli skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013;

    (c) l-operazzjonijiet appoġġati mill-FAEŻR skont l-Artikolu 17 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jikkontribwixxu għall-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 5(4) jew (5) ta' dak ir-Regolament;

    ▼M1

    (d) l-operazzjoni appoġġata mill-FEMS u programmata skont l-Artikoli 38, 40(1), 41(1), 44(6), 48(1)(e), (i), (j) jew (k) jew 80(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

    ▼B



    KAPITOLU III

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPPLIMENTAW IL-PARTI TLIETA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR U L-FOND TA' KOEŻJONI FIR-RIGWARD TAL-METODOLOĠIJA LI GĦANDHA TINTUŻA FIT-TWETTIQ TAL-ANALIŻI TAL-KWALITÀ TA' PROĠETTI KBAR

    Artikolu 22

    Rekwiżiti għall-esperti indipendenti li jwettqu l-eżami tal-kwalità

    (Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-eżami tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, isir minn esperti indipendenti li jkollhom:

    (a) esperjenza teknika sinifikanti ta' kull stadju taċ-ċiklu tal-proġetti;

    (b) esperjenza internazzjonali wiesgħa tas-setturi tal-investiment ikkonċernati;

    (c) għarfien espert sinifikanti fl-analiżi u l-evalwazzjoni tal-benefiċċji soċjo-ekonomiċi;

    (d) għarfien u esperjenza sinifikanti tal-liġi, politiki u proċeduri rilevanti tal-Unjoni;

    (e) indipendenza mill-awtoritajiet kollha involuti direttament jew indirettament fl-approvazzjoni, l-implimentazzjoni, jew l-operazzjoni tal-proġett ewlieni;

    (f) l-ebda kunflitt ta' interess fi kwalunkwe livell b'relazzjoni mal-proġett ewlieni;

    (g) ebda interess kummerċjali fir-rigward tal-proġett ewlieni;

    (h) il-kompetenza lingwistika meħtieġa.

    2.  Fejn Stat Membru jipproponi li jqabbad esperti indipendenti għajr dawk appoġġati minn assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, huwa, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 101 ta' dak ir-Regolament, iressaq talba għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Dak il-ftehim ikun ibbażat fuq dokumenti li juru l-konformità tal-esperti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru fi żmien tliet xhur minn meta ssir it-talba jekk taqbilx mal-proposta rigward l-esperti indipendenti.

    Artikolu 23

    Eżami tal-kwalità tal-proġetti ewlenin

    (Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-esperti indipendenti jwettqu l-valutazzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-esperti indipendenti jistgħu jitolbu elementi addizzjonali rigward l-informazzjoni li jqisu meħtieġa għall-eżami tal-kwalità.

    L-Istat Membru u l-esperti indipendenti jistgħu jaqblu li dan ix-xogħol ikun ikkumplimentat minn żjarat fuq il-post.

    L-esperti indipendenti jistgħu, bi ftehim mal-Istati Membri, jikkonsultaw lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni tagħhom.

    2.  L-esperti indipendenti għall-finijiet tal-eżami tal-kwalità jwettqu l-passi li ġejjin:

    (a) l-esperti indipendenti jivverifikaw li l-operazzjoni hija proġett ewlieni fit-tifsira tal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li l-proġett ewlieni mhuwiex operazzjoni kkompletata fis-sens tal-Artikoli 2(14) u 65(6) ta' dak ir-Regolament, u li l-proġett importanti huwa inkluż fil-programm operattiv rilevanti;

    (b) l-esperti indipendenti jivverifikaw il-kompletezza, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-informazzjoni skont il-punti minn (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 kif stipulat fil-format imsemmi fil-ħames paragrafu tal-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

    (c) l-esperti indipendenti jivvalutaw il-kwalità tal-proġett ewlieni fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    (d) l-esperti indipendenti jipproduċu rapport indipendenti ta' eżami tal-kwalità (minn hawn 'il quddiem “ir-Rapport IQR”) fil-format stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Fir-rapport IQR, l-esperti indipendenti jifformulaw u jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijet tagħhom b'mod mhux ambigwu għall-elementi msemmija f'dan il-paragrafu.

    3.  Proġett ewlieni jiġi evalwat b'mod pożittiv mill-eżami tal-kwalità fis-sens tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jekk l-esperti indipendenti jikkonkludu li l-kriterji kollha msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.



    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET LI JISSUPLIMENTAW IL-PARTI ERBGĦA TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1303/2013 APPLIKABBLI GĦALL-FEŻR, IL-FSE, IL-FOND TA' KOEŻJONI U L-FEMS



    TAQSIMA I

    Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata

    Artikolu 24

    Dejta li tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata

    (L-Artikolu 125(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-informazzjoni dwar id-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita skont l-Artikolu 125(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 hija stabbilita fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    2.  Tiġi rreġistrata u maħżuna d-dejta għal kull operazzjoni, inkluża dejta dwar parteċipanti individwali, fejn applikabbli, sabiex din tkun tista' tiġi aggregata fejn dan ikun neċessarju għal skopijiet ta' monitoraġġ, evalwazzjoni, ġestjoni finanzjarja, verifika u awditjar. Hija tippermetti wkoll l-aggregazzjoni ta' tali dejta b'mod kumulattiv għall-perjodu kollu ta' programmazzjoni. Għall-FSE, id-dejta tiġi rreġistrata u maħżuna b'mod li jippermetti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni jwettqu l-ħidmiet relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikoli 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 u l-Annessi I u II ta' dak ir-Regolament.

    3.  Fejn operazzjoni hija appoġġata minn aktar minn programm operattiv, prijorità jew Fond wieħed jew taħt aktar minn kategorija waħda ta' reġjun, l-informazzjoni msemmija fl-oqsma 23-113 tal-Anness III tiġi rreġistrata b'mod li tippermetti li d-dejta tinġabar maqsuma skont kull programm operattiv, prijorità, Fond jew kategorija ta' reġjun. Wieħed ikun jista' jirkupra wkoll id-dejta ta' indikazzjoni msemmija fl-oqsma 31-40 tal-Anness III mqassma skont il-prijorità ta' investiment u skont is-sess, fejn applikabbli.



    TAQSIMA II

    Ir-rekords għall-awdijtar u l-użu tad-dejta miġbura matul l-awditjar

    Artikolu 25

    Rekwiżiti minimi ddettaljati għar-rekords għall-awdijtar

    (L-Artikolu 125(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Ir-rekwiżiti minimi dettaljati għar-rekord għall-awditjar fir-rigward tar-rekords tal-kontabilità li jridu jinżammu u d-dokumenti ta' sostenn li jridu jinżammu huma dawn li ġejjin:

    (a) ir-rekords tal-awditjar jippermettu li tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-kumitat ta' monitoraġġ għall-programm operattiv;

    (b) fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikolu 67(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti kumplessivi ċċertifkati lill-Kummissjoni jkunu jaqblu mar-reġistri ddettaljati tal-kontabilità u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward tal-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;

    (c) fir-rigward tal-għotjiet u l-għajnuna li tista' titħallas lura skont l-Artikoli 67 (1)(b) u (c) u 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ammonti aggregati ċċertifikati lill-Kummissjoni jiġu rikonċiljati mad-dejta dettaljata relatata mal-outputs jew ir-riżultati u mad-dokumenti ta' appoġġ miżmuma mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, l-awtorità maniġerjali, l-entitajiet intermedjarji u l-benefiċjarji, inkluż, fejn japplika, dokumenti dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti skali standard ta' spejjeż għal kull unità u somom f'daqqa, rigward l-operazzjonijiet kofinanzjati permezz tal-programm operattiv;

    ▼M2

    (d) fir-rigward tal-ispejjeż determinati skont il-punt (d) tal-Artikolu 67(1) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu juri u jiġġustifika l-metodu ta' kalkolu, fejn applikabbli, u l-bażi li fuqha r-rati fissi ġew deċiżi, u l-ispejjeż diretti eliġibbli jew l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji magħżula oħra li għalihom tapplika r-rata fissa;

    ▼M2

    (da) fir-rigward tal-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti l-verifika tal-ksib tal-kondizzjonijiet ta' finanzjament u r-rikonċiljazzjoni tad-data sottostanti relatata mal-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa;

    ▼M2

    (e) fir-rigward tal-ispejjeż stabbiliti skont il-punti (b) u (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68 u l-Artikoli 68a(1) u 68b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li l-ispejjeż diretti eliġibbli li għalihom tapplika r-rata fissa jiġu sostanzjati u vverifikati;

    ▼B

    (f) ir-rekord għall-awditjar jippermetti li l-ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju jkun ivverifikat;

    (g) għal kull operazzjoni, kif ikun xieraq, ir-rekord għall-awditjar jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta' finanzjament, dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-għotja, dokumenti relatati mal-proċeduri ta' akkwist pubbliku, rapporti mill-benefiċjarju u rapporti dwar il-verifiki u l-awditjar imwettqa;

    (h) ir-rekord għall-awditjar jinkludi informazzjoni dwar verifiki u awditjar tal-maniġment imwettqa fuq l-operazzjoni;

    (i) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(3) u l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, ir-rekord għall-awditjar jippermetti li d-dejta fir-rigward tal-indikaturi ta' produzzjoni għall-operazzjoni tiġi rrikonċiljata mal-miri u d-dejta rrappurtata u r-riżultat għall-programm;

    (j) fil-każ ta' strumenti finanzjarji, ir-rekord għall-awditjar jinkludi d-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 9(1)(e) ta' dan ir-Regolament.

    ▼M2

    Għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (c) u (d), ir-rekord tal-awditjar għandu jippermetti li jiġi vverifikat il-metodu ta' kalkolu użat mill-awtorità maniġerjali għall-konformità mal-Artikolu 67(5), l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

    ▼B

    2.  L-awtorità maniġerjali tiżgura li jkun disponibbli rekord tal-identità u ta' fejn jinsabu l-korpi li jżommu d-dokumenti ta' prova kollha meħtieġa biex jiġi żgurat rekord għall-awditjar adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafu 1.

    Artikolu 26

    L-użu tad-dejta miġbura matul l-awditi mwettqa mill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew minn rappreżentati tal-Kummissjoni awtorizzati

    (L-Artikolu 127(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tipprevjeni kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat tad-dejta miġbura mill-Kummissjoni waqt l-awditjar tagħha, jew aċċess għal din id-dejta.

    2.  Il-Kummissjoni tuża d-dejta miġbura waqt l-awditjar tagħha għall-iskop waħdieni li twettaq ir-responsabbiltajiet tagћha skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jkollhom aċċess għad-dejta miġbura.

    3.  Id-dejta miġbura ma tintbagħatx lil persuni għajr dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni li d-dmirijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha skont ir-regoli applikabbli mingħajr il-kunsens espliċitu tal-Istat Membru li jipprovdi d-dejta.



    TAQSIMA III

    L-ambitu u l-kontenut tal-awditjar ta' operazzjonijiet u kontijiet u metodoloġija għall-għażla tal-kampjun ta' operazzjonijiet

    Artikolu 27

    Awditjar tal-operazzjonijiet

    (L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Awdijtar tal-operazzjonijiet jitwettaq fir-rigward ta' kull sena fiskali fuq kampjun ta' operazzjonijiet magħżul permezz ta' metodu stabbilit jew approvat mill-awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament.

    2.  Awditjar tal-operazzjonijiet isir fuq il-bażi ta' dokumenti ta' appoġġ li jikkostitwixxu r-rekord għall-awditjar u jivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni, inklużi l-aspetti li ġejjin:

    (a) li l-operazzjoni kienet magħżula skont il-kriterji tal-għażla għall-programm operattiv, ma kenitx tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata b'mod sħiħ qabel ma l-benefiċjarju bagħat l-applikazzjoni għal finanzjament skont il-programm operattiv, ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu, u l-għanijiet li kellhom jintlaħqu;

    (b) li n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tikkorrispondi mar-rekords tal-kontabbiltà u li d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;

    (c) li għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita skont l-Artikolu 67(1)(b) u (c) u l-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013, l-outputs u r-riżultati li jirfdu l-ħlasijiet lill-benefiċjarju ġew ikkunsinjati, id-dejta tal-parteċipanti jew rekords oħra relatati mal-outputs u r-riżultati huma konsistenti mal-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni u li d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa turi rekord adegwat għall-awditjar kif stipulat fl-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament;

    ▼M2

    (d) li d-data relatata ma' indikaturi u passi l-istadji ewlenin hija affidabbli.

    Huma biss l-aspetti li ġejjin, li ġew stabbiliti fil-punt (a), li għandhom japplikaw għal operazzjonijiet soġġetti għall-finanzjament li mhuwmiex marbut mal-ispejjeż imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013: li l-operazzjoni ġiet implimentata skont id-deċiżjoni tal-approvazjoni u ssodisfat kwalunkwe kundizzjoni applikabbli fiż-żmien tal-awditu dwar il-funzjonalità, l-użu u l-objettivi li kellhom jintlaħqu.

    ▼B

    L-awditjar jivverifika wkoll li l-kontribuzzjoni pubblika tkun tħallset lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    3.  Awdijtar tal-operazzjonijiet, fejn applikabbli, jinkludi verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni.

    ▼M2

    Għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awditjar tal-operazzjonijiet għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju ġew issodisfati.

    ▼B

    4.  L-awditjar tal-operazzjonijiet jivverifika r-reqqa u l-kompletezza tal-infiq korrispondenti rreġistrat mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni fis-sistema tal-kontabilità tagħha u r-rikonċiljazzjoni tar-rekord għall-awditjar fil-livelli kollha.

    5.  Meta l-problemi skoperti jidher li huma ta' natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal operazzjonijiet oħra taħt il-programm operattiv, l-awtorità tal-awditjar tiżgura eżami ulterjuri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, awditjar addizzjonali biex tiġi stabbilita l-iskala ta' dawn il-problemi, u tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi neċessarji.

    6.  In-nefqa biss li taqa' fl-ambitu ta' awditu mwettaq skont il-paragrafu 1 titqies fir-rigward tal-ammont ta' nefqa awditjat, għall-iskopijiet ta' rappurtar lill-Kummissjoni dwar il-kopertura annwali. Għal dawk il-finijiet, jintuża l-mudell għar-rapport ta' kontroll stabbilit fuq il-bażi tal-Artikolu 127(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    Artikolu 28

    Metodoloġija għall-għażla tal-kampjun tal-operazzjonijiet

    (L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-awtorità tal-awditjar tistabbilixxi l-metodu għall-għażla tal-kampjun (“il-metodu tal-kampjunar”) skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, filwaqt li tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fuq livell internazzjonali, INTOSAI, IFAC u IIA.

    2.  Minbarra l-ispjegazzjonijiet mogħtija fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità tal-awditjar iżżomm rekord tad-dokumentazzjoni u l-ġudizzju professjonali li użat biex tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni, li jkopri l-istadji tal-ippjanar, l-għażla, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, sabiex turi li l-metodu stabbilit huwa xieraq.

    3.  Kampjun ikun rappreżentattiv tal-popolazzjoni li huwa magħżul minnha u jippermetti lill-awtorità tal-awditjar biex tħejji opinjoni ta' awditjar valida skont l-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dik il-popolazzjoni tinkludi n-nefqa ta' programm operattiv jew grupp ta' programmi operattivi koperti minn sistema komuni ta' ġestjoni u ta' kontroll, li hija inkluża fl-applikazzjonijiet għall-ħlas sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 131 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għal sena fiskali partikolari. Il-kampjun jista' jintgħażel matul jew wara s-sena fiskali.

    4.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-metodu tat-teħid ta' kampjuni huwa statistiku meta jiżgura:

    (i) għażla aleatorja tal-elementi tal-kampjun;

    (ii) l-użu tat-teorija tal-probabbiltà għall-evalwazzjoni tar-riżultati tal-kampjun, inkluż il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kampjunar u tal-preċiżjoni ppjanati u miksuba.

    5.  Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni jiżgura għażla aleatorja ta' kull unità tal-kampjunar fil-popolazzjoni bl-użu ta' numri aleatorji ġġenerati għal kull unità tal-popolazzjoni sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jikkostitwixxu l-kampjun jew permezz ta' għażla sistematika bl-użu ta' punt tal-bidu aleatorju u l-applikazzjoni ta' regola sistematika biex jintgħażlu l-elementi addizzjonali.

    6.  L-unità tal-kampjunar tkun determinata mill-awtorità tal-awditjar, abbażi ta' ġudizzju professjonali. L-unità tal-kampjunar tista' tkun operazzjoni, proġett f'operazzjoni jew pretensjoni ta' ħlas minn benefiċjarju. Informazzjoni dwar it-tip ta' unità tal-kampjunar iddeterminata u dwar il-ġudizzju professjonali użat għal dak l-għan jiġu inklużi fir-rapport ta' kontroll.

    7.  Meta n-nefqa totali ta' unità tal-kampjunar għas-sena tal-kontijiet tkun ammont negattiv, din tkun eskluża mill-popolazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq u tiġi awditjata separatament. L-awtorità tal-awditjar tista' wkoll tieħu kampjun minn din il-popolazzjoni separata.

    ▼M2

    8.  Meta l-kundizzjonijiet tal-kontroll proporzjonali previst fl-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw, l-awtorità tal-awditjar tista' teskludi l-elementi msemmija f'dak l-Artikolu mill-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha jew iżżomm l-elementi fil-popolazzjoni li jkun se jittieħed il-kampjun minnha u tissostitwihom jekk jintgħażlu. Id-deċiżjoni li tintuża esklużjoni jew sostituzzjoni ta' unitajiet ta' kampjunar jenħtieġ li tittieħed mill-awtorità tal-awditjar abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħha.

    ▼B

    9.  In-nefqa kollha ddikjarata lill-Kummissjoni fil-kampjun tkun suġġetta għall-awditjar.

    ▼M2

    Madankollu, skont il-karatteristiċi tal-unità tal-kampjunar, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li tapplika s-subkampjunar. Il-metodoloġija għall-għażla tal-unitajiet tas-subkampjunar għandha ssegwi l-prinċipji li jippermettu l-projezzjoni fil-livell tal-unità ta' kampjunar.

    ▼B

    10.  L-awtorità tal-awditjar tista' tqassam popolazzjoni fi gruppi billi tqassamha f'subpopolazzjonijiet, li kull waħda minnhom hija grupp ta' unitajiet kampjunarji li jkollhom karatteristiċi simili, b'mod partikolari f'termini ta' riskju jew ir-rata mistennija ta' żbalji jew fejn il-popolazzjoni tinkludi operazzjonijiet li jikkonsistu f'kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm operattiv għal strumenti finanzjarji jew oġġetti oħrajn ta' valur għoli.

    11.  L-awtorità tal-awditjar tevalwa l-kredibbiltà tas-sistema bħala għolja, medja jew baxxa, billi tqis ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi biex tiddetermina l-parametri tekniċi tal-kampjunar sabiex il-livell globali ta' assigurazzjoni miksub mill-awditjar tas-sistemi u mill-awditjar tal-operazzjonijiet ikun għoli. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità għolja, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 60 %. Gћal sistema vvalutata bћala li għandha kredibilità baxxa, il-livell ta' fiduċja użat gћall-operazzjonijiet ta' kampjunar ma jkunx inqas minn 90 %. Il-livell massimu tal-materjalità huwa ta' 2 % tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 3.

    12.  Fejn ġew osservati irregolaritajiet jew riskju ta' irregolaritajiet, l-awtorità tal-awditjar tiddeċiedi fuq il-bażi ta' ġudizzju professjonali jekk ikunx meħtieġ li jiġi awditjat kampjun komplementari ta' operazzjonijiet addizzjonali jew partijiet ta' operazzjonijiet li ma kinux awditjati fil-kampjun aleatorju sabiex jitqiesu l-fatturi ta' riskju speċifiċi identifikati.

    13.  l-awtorità tal-awditjar tanalizza r-riżultati tal-awditi tal-kampjun komplementari separatament, tislet konklużjonijiet ibbażati fuq dawk ir-riżultati u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport annwali ta' kontroll. L-irregolaritajiet misjuba fil-kampjun komplementari ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-iżball aleatorju previst tal-kampjun aleatorju.

    14.  Fuq il-bażi tar-riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet għall-iskop tal-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta' kontroll imsemmija fl-Artikolu 127(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-awtorità tal-awditjar tikkalkula r-rata ta' żball totali, li tkun is-somma tal-iżbalji aleatorji previsti u, jekk applikabbli, żbalji sistemiċi u żbalji anomali mhux ikkoreġuti, diviżi bil-popolazzjoni.

    Artikolu 29

    Awditjar tal-kontijiet

    (L-Artikolu 127(7) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  L-awditi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jitwettqu mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta' kull sena tal-kontabilità.

    2.  L-awditu tal-kontijiet jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-ammonti ddikjarati fil-kontijiet.

    3.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-awtorità tal-awditjar tieħu kont, b'mod partikolari, tar-riżultati tal-awditi tas-sistema mwettqa fuq l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditi fuq l-operazzjonijiet.

    4.  L-awditu tas-sistema jinkludi verifikazzjoni tal-kredibilità tas-sistema tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u, fuq bażi ta' kampjun, il-preċiżjoni tan-nefqa tal-ammonti rtirati u l-ammonti rkuprati rreġistrati fis-sistema tal-kontijiet tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

    5.  Għall-fini tal-opinjoni tal-awditu, sabiex tikkonkludi li l-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta, l-awtorità tal-awditjar tivverifika li l-elementi kollha meħtieġa mill-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma inklużi b'mod korrett fil-kontijiet u li jikkorrispondu mar-rekords ta' sostenn miżmuma mill-awtoritajiet jew korpi rilevanti kollha u l-benefiċjarji. L-awtorità tal-awditjar b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-kontijiet li jkunu pprovduti lilha mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni, tivverifika li:

    (a) l-ammont totali ta' nfiq eliġibbli ddikjarat skont l-Artikolu 137(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jaqbel man-nefqa u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti inkluża fl-applikazzjonijiet ta' pagament sottomessi lill-Kummissjoni għas-sena fiskali rilevanti u, jekk ikun hemm differenzi, li ngħataw spjegazzjonijiet adegwati fil-kontijiet għall-ammonti tar-rikonċiljazzjoni;

    (b) l-ammonti rtirati u rkuprati matul is-sena fiskali, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati fl-aħħar tas-sena fiskali, l-irkupri mwettqa skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-ammonti irrekuperabbli ppreżentati fil-kontijiet jikkorrispondu mal-ammonti mdaħħla fis-sistemi tal-kontabilità tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni u huma bbażati fuq deċiżjonijiet mill-awtorità maniġerjali jew mill-awtorità taċ-ċertifikazzjoni responsabbli;

    (c) in-nefqa tkun ġiet eskluża mill-kontijiet skont l-Artikolu 137(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fejn applikabbli, u li l-korrezzjonijiet meħtieġa kollha jkunu riflessi fil-kontijiet għas-sena fiskali kkonċernata;

    (d) il-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għal strumenti finanzjarji u avvanzi tal-għajnuna mill-Istat imħallsa lil benefiċjarji huma appoġġati mill-informazzjoni disponibbli mingħand l-awtorità maniġerjali u l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni.

    Il-verifiki msemmija fil-punti (b), (c) u (d) jistgħu jitwettqu fuq bażi ta' kampjuni.



    TAQSIMA IV

    Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni f'rabta ma' nuqqasijiet fis-sistemi

    Artikolu 30

    Kriterji sabiex jiġu stabbiliti nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll

    (L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fuq ir-riżultati tal-awditi tas-sistemi kollha disponibbli, inklużi testijiet ta' kontrolli, u tal-awditi tal-operazzjonijiet.

    Il-valutazzjoni tkopri l-ambjent ta' kontroll intern tal-programm, l-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, monitoraġġ mill-awtorità maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni, u l-attivitajiet ta' kontroll tal-awtorità tal-awditjar u jkunu bbażati fuq il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ewlenin stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness IV.

    It-twettiq ta' dawn ir-rekwiżiti jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-kategoriji stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.

    2.  It-tipi ewlenin ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ikunu każijiet fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti prinċipali msemmija fil-punti 2, 4, 5, 13, 15, 16 u 18 tat-Tabella 1 tal-Anness IV, jew tnejn jew aktar rekwiżiti prinċipali oħra fit-Tabella 1 tal-Anness IV huma vvalutati bħala li jaqgħu fil-kategoriji 3 jew 4 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness IV.

    Artikolu 31

    Kriterji għall-applikazzjoni ta' rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati u kriterji għad-determinazzjoni tal-livell ta' korrezzjoni finanzjarja

    (L-Artikolu 144(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

    1.  Korrezzjonijiet finanzjarji jiġu applikati għal programm operattiv sħiħ, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika nuqqas serju, wieħed jew aktar, fil-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

    Minkejja l-ewwel subparagrafu, tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja estrapolata, għall-programm operattiv kollu, jew għal parti minnu, fejn il-Kummissjoni tidentifika irregolaritajiet sistemiċi f'kampjun rappreżentattiv ta' operazzjonijiet, li jippermettu kwantifikazzjoni aktar preċiża tar-riskju għall-baġit tal-Unjoni. F'dan il-każ, ir-riżultati tal-eżami tal-kampjun rappreżentattiv jiġu estrapolati lejn il-bqija tal-popolazzjoni li minnu ttieħed il-kampjun għall-iskop tad-determinazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

    2.  Il-livell ta' korrezzjoni b'rata fissa jkun stabbilit billi jiġu kkunsidrati l-elementi li ġejjin:

    (a) l-importanza relattiva tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll inġenerali;

    (b) il-frekwenza u l-firxa tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji;

    (c) il-grad ta' riskju ta' telf għall-baġit tal-Unjoni.

    3.  Meta jitqiesu dawn l-elementi, il-livell ta' korrezzjoni finanzjarja jiġi ffissat kif ġej:

    (a) fejn in-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tant huwa fundamentali, frekwenti jew mifrux li jirrappreżenta falliment assolut tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 100 %;

    (b) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll huma tant frekwenti u mifruxa li jirrappreżentaw falliment estremament serju tas-sistema li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli ħafna tal-infiq ikkonċernat, tiġi applikata rata fissa ta' 25 %;

    (c) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll qegħdin hemm minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona għal kollox, jew tkun qed tiffunzjona tant ħażin jew b'mod tant infrekwenti li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 10 %;

    (d) meta n-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll huma minħabba li s-sistema ma taħdimx b'mod konsistenti b'tali mod li tqiegħed fir-riskju l-legalità u r-regolarità ta' proporzjon sinifikanti tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta' 5 %.

    4.  Meta l-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont il-paragrafu 3 tkun sproporzjonata, il-livell tal-korrezzjoni jitnaqqas.

    5.  Meta, minħabba nuqqas tal-awtoritajiet responsabbli li jieħdu miżuri korrettivi adegwati wara l-applikazzjoni ta' korrezzjoni finanzjarja f'sena fiskali, l-istess nuqqas serju jew nuqqasijiet serji huma identifikati f'sena fiskali sussegwenti, ir-rata ta' korrezzjoni tista', minħabba l-persistenza tan-nuqqas serju jew nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija ogħla li jmiss.

    Artikolu 32

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Diċembru 2014, fir-rigward tal-informazzjoni fuq id-dejta rreġistrata u maħżuna msemmija fl-Anness III, bl-eċċezzjoni tal-oqsma tad-dejta minn 23 sa 40, minn 71 sa 78 u minn 91 sa 105. Rigward dawn l-oqsma tal-Anness III, l-Artikolu 24 japplika mill-1 ta' Lulju 2015.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Perjodi ta' referenza kif imsemmija fl-Artikolu 15(2)



    Settur

    Perjodu ta' referenza (snin)

    Ferroviji

    30

    Provvista tal-ilma u s-sanità

    30

    Toroq

    25-30

    Immaniġġjar tal-iskart

    25-30

    Portijiet u ajruporti

    25

    Trasport urban

    25-30

    Enerġija

    15-25

    Riċerka u innovazzjoni

    15-25

    Broadband

    15-20

    Infrastruttura tan-negozji

    10-15

    Setturi oħra

    10-15




    ANNESS II

    Kriterji għal analiżi tal-kwalità ta' proġetti ewlenin imsemmija fl-Artikolu 23

    1.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 )

    Evidenza ta' kapaċità teknika, legali, finanzjarja u amministrattiva suffiċjenti għall-ġestjoni tal-proġett fil-fażi tal-implimentazzjoni u dik operattiva.

    2.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Evidenza tal-eliġibbiltà għall-finanzjament tal-proġett fuq il-bażi ta' ħtiġijiet relatati marbuta mal-post jew iż-żona tal-proġett.

    3.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    3.1.

    Il-korrettezza tal-kalkolu tal-ispejjeż totali u l-ispiża eliġibbli totali, billi jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u s-suffiċjenza ta' dettall, u l-adegwatezza tal-bażi loġika applikata għall-kalkolu tal-ispejjeż kemm f'termini tal-ispiża globali tagħha biex jinkisbu l-għanijiet mistennija kif ukoll f'termini ta' spejjeż għal kull unità, fejn applikabbli.

    3.2.

    Evidenza tal-eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif applikabbli, u finanzjament previst biss għal dawk l-elementi li jikkonformaw mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), u mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti mill-Istat Membru.

    3.3.

    Evidenza li s-sostenn pubbliku għall-proġett ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew fil-każ ta' għajnuna mill-Istat, li ġie kkunsidrat fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-proġett.

    4.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    4.1.

    Il-kredibbiltà tal-analiżi tad-domanda (jew tal-pjan tan-negozju f'każ ta' investiment produttiv), abbażi ta' stimi realistiċi u skont ix-xejriet u l-iżviluppi demografiċi ewlenin fis-settur rispettiv li tiġġustifika l-ħtieġa tal-proġett u tal-kapaċità ġenerali tal-faċilitajiet tal-proġett.

    4.2.

    L-adegwatezza tal-kwalità tal-analiżi tal-għażliet biex tappoġġa l-konklużjoni tal-Istat Membru li l-alternattivi prinċipali ġew analizzati u li l-aħjar għażla ġiet magħżula għall-implimentazzjoni, inkluża ġustifikazzjoni tal-għażla meħuda.

    4.3.

    L-adegwatezza tat-teknoloġija proposta għall-proġett u l-kapaċità tal-benefiċjarju finali li jiżgura s-sostenibbiltà tiegħu jew, fil-każ ta' kapaċità insuffiċjenti tal-benefiċjarju finali, biżżejjed provvedimenti previsti biex iżidu din il-kapaċità għal-livelli meħtieġa.

    4.4.

    Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa vijabbli u li jista' jiġi implimentat fil-perjodu ppjanat għall-proġett jew sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità kif definit fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    5.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(e) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    5.1.

    L-analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji segwiet il-metodoloġija rekwiżita msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u applikat b'mod korrett il-metodu għall-kalkolu ta' dħul nett kif imsemmi fl-Artikolu 61 ta' dak ir-Regolament u fl-Artikoli minn 15 sa 19 ta' dan ir-Regolament.

    5.2.

    Il-korrettezza tal-konklużjoni li l-proġett huwa ekonomikament u finanzjarjament vijabbli u għandu effetti soċjo-ekonomiċi pożittivi li jiġġustifikaw il-livell ta' appoġġ sa fejn previst taħt il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni.

    6.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    6.1.

    Kontribuzzjoni ppruvata għall-objettivi tal-politiki ambjentali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima, partikolarment, il-miri marbuta mal-istrateġija Ewropa 2020 u evidenza li qed jitqiesu r-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, u l-ħtiġijiet tal-adattament għalih u l-mitigazzjoni tiegħu, ir-reżiljenza għad-diżastri u li miżuri xierqa jkunu implimentati jew previsti sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-proġett għall-varjabbiltà tat-tibdil fil-klima.

    6.2.

    Evidenza li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas u l-prinċipju tal-azzjoni preventiva, ikunu ġew applikati korrettement.

    6.3.

    Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) għal proġetti elenkati fl-Anness I ta' dik id-Direttiva, u għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew permezz tal-analiżi stipulata fl-Artikolu 4 li hija meħtieġa proċedura tal-EIA bħalma hu l-każ għal proġetti elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE:

    (a) is-sommarju mhux tekniku tar-rapport tal-EIA huwa skont l-Artikolu 5 u l-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE u kien soġġett għal konsultazzjonijiet pubbliċi; kif ukoll

    (b) konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ambjentali, mal-pubbliku, u jekk applikabbli, ma' Stati Membri oħrajn, twettqu skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2011/92/UE; kif ukoll

    (c) id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti nħarġet skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE; jew

    (d) fil-każijiet fejn il-proċedura tal-EIA tkun intemmet b'deċiżjoni legalment vinkolanti, sakemm jinħareġ il-kunsens tal-iżvilupp skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, id-disponibbiltà ta' impenn bil-miktub mill-Istati Membri għal azzjoni f'waqtha biex jiġi żgurat li l-kunsens għall-iżvilupp jinħareġ sa mhux aktar tard minn qabel il-bidu tax-xogħlijiet.

    6.4.

    Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva 2011/92/UE għal proġetti elenkati fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, li għalihom l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew, permezz tal-analiżi stipulata mill-Artikolu 4, li l-ebda proċedura EIA ma kienet meħtieġa:

    (a) id-determinazzjoni tal-analiżi tal-awtoritajiet kompetenti ġiet maħruġa u magħmula disponibbli għall-pubbliku; kif ukoll

    (b) fejn id-determinazzjoni tal-analiżi ma tkunx tirreferi għall-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92/UE, l-informazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 4 u l-Anness III ta' dik id-Direttiva tkun ġiet ipprovduta.

    6.5.

    Fejn xieraq, ebda applikabbiltà pruvata tad-Direttiva 2011/92/UE.

    6.6.

    Jekk il-proġett jirriżulta minn pjan jew programm (soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 )) għajr il-programm operattiv, prova tal-konsistenza tal-proġett mal-pjan jew programm.

    6.7.

    F'każ ta' nuqqas li tiġi ssodisfata l-kundizzjonalità ex ante ġenerali dwar il-leġiżlazzjoni ambjentali u kwalunkwe, skont il-każ, kundizzjonalità tematika rilevanti ex ante għas-setturi tal-iskart u tal-ilma, u s-settur tat-trasport (ir-rekwiżiti SEA) kif stipulat fl-Artikolu 19 u fl-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rabta mal-pjan ta' azzjoni miftiehem għandha tiġi ppruvata.

    6.8.

    Il-konformità tal-proġett mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 12 ):

    (a) fil-każ ta' proġett li x'aktarx ikollu effetti sinifikanti fuq sit(i) Natura2000 (skont l-Artikolu 6(3)) li twettqet valutazzjoni xierqa u li din saret qabel inħareġ il-kunsens għall-żvilupp għall-proġett;

    (b) fil-każ ta' proġett b'effetti negattivi sinifikanti fuq sit(i) Natura 2000, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluża n-notifika lill-Kummissjoni jew l-opinjoni mingħandha, ikunu ġew issodisfati.

    6.9.

    L-adegwatezza tal-informazzjoni dwar il-miżuri addizzjonali ta' integrazzjoni ambjentali bħal awditu ambjentali, ġestjoni ambjentali u monitoraġġ ambjentali speċifiku, li turi l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-ħtiġijiet identifikati.

    6.10.

    L-adegwatezza tal-istima tal-ispiża tal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-impatti negattivi ambjentali.

    6.11.

    Konformità tal-proġett mad-direttivi ambjentali settorjali rilevanti jekk applikabbli, b'mod partikolari:

    (a) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) għal proġetti li jaffettwaw korpi tal-ilma (fejn applikabbli, għal proġetti suġġetti għall-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 4(7) ta' dik id-Direttiva, il-verifika tal-valutazzjoni);

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE ( 14 ) għal proġetti fis-settur tal-ilma urban mormi;

    (c) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) u d-direttivi rilevanti applikabbli bħad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE ( 16 ) għal proġetti relatati ma' skart solidu; kif ukoll

    (d) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ) għal proġetti li jeħtieġu l-għoti ta' permess skont din id-Direttiva.

    7.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(g) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    7.1.

    Konsistenza u adegwatezza tal-objettivi tal-proġett mal-objettivi speċifiċi definiti skont l-assi prijoritarji rilevanti tal-programmi operattivi kkonċernati.

    7.2.

    L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-indikaturi tar-riżultati u l-output tal-assi prijoritarju.

    7.3.

    L-adegwatezza tal-kontribuzzjoni mistennija tal-proġett għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku.

    7.4.

    Evidenza li benefiċjarju ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-aħjar użu tal-infrastruttura fil-fażi operattiva.

    8.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(h) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    8.1.

    Ir-riżorsi finanzjarji totali ġġustifikati u ppjanati u s-sostenn iġġustifikat u ppjanat mill-Fondi ppreżentati b'mod korrett fil-pjan ta' finanzjament.

    8.2.

    L-adegwatezza tal-pjan ta' finanzjament fejn dan jipprova l-vijabilità finanzjarja tiegħu għall-ħtiġijiet finanzjarji annwali għall-implimentazzjoni tal-proġett.

    8.3.

    L-adegwatezza u l-verifikabbiltà tal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, b'kont meħud tar-riskji identifikati.

    9.    Kriterji tal-analiżi tal-kwalità għar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Artikolu 101(i) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    9.1.

    L-istabbiltà u l-fattibilità tal-kalendarju propost għall-implimentazzjoni tal-proġett ewlieni filwaqt li jittieħed kont tar-riskji identifikati.

    9.2.

    Fil-każ li l-implimentazzjoni tal-proġett tkun itwal mill-perjodu tal-ipprogrammar, l-adegwatezza tal-fażijiet identifikati u l-format ottimali mill-perspettiva tal-effettività u l-effiċjenza.




    ANNESS III

    Lista tad-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ (imsemmija fl-Artikolu 24)

    Id-dejta hija meħtieġa għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FSE, il-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-EMFF sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-tieni kolonna.



    Entrati tad-dejta

    Indikazzjoni ta' Fondi li għalihom id-dejta mhix meħtieġa

    Dejta dwar il-benefiċjarju (1) (2)

    1.  L-isem jew identifikatur uniku ta' kull benefiċjarju

     

    2.   ►M2  Informazzjoni dwar jekk il-benefiċjarju huwiex korp tal-liġi pubblika jew korp tal-liġi privata jew persuna fiżika ◄

     

    3.  Informazzjoni dwar jekk il-VAT fuq l-infiq imġarrab mill-benefiċjarju huwiex irrekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-VAT nazzjonali

     

    4.  Id-dettalji ta' kuntatt tal-benefiċjarju

     

    Dejta dwar l-operazzjoni

    5.  Isem jew identifikatur uniku tal-operazzjoni

     

    6.  Deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni

     

    7.  Id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-operazzjoni

     

    8.  Id-data tal-bidu kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    9.  Id-data tat-tmiem kif indikata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    10.  Id-data attwali meta l-operazzjoni tkun fiżikament ikkompletata jew implimentata kompletament

     

    11.  Il-korp li joħroġ id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    12.  Id-data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    13.  Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex proġett ewlieni u CCI

    Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS

    14.  Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex pjan ta' azzjoni konġunta u CCI

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    15.  Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tinkludix finanzjament taħt l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    16.  Informazzjoni dwar jekk l-appoġġ pubbliku għall-operazzjoni hux se jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat

     

    17.  Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata taħt struttura ta' sħubijiet pubbliċi-privati

    ►M1  Mhux applikabbli għall-FEMS ◄

    18.  Il-munita tal-operazzjoni

     

    19.  CCI tal-programm li minnu l-operazzjoni hija appoġġata

     

    20.  Prijorità jew prijoritajiet tal-programm(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata

     

    21.  Il-fond(i) li minnu/hom l-operazzjoni hija appoġġata

     

    22.  Kategorija tar-reġjun ikkonċernat

    Mhux applikabbli għall-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    Dejta dwar kategoriji ta' intervent

    23.  Kodiċi(jiet) għall-qasam tal-intervent

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    24.  Kodiċi(jiet) għall-forma tal-finanzjament

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    25.  Kodiċi(jiet) għat-tip ta' territorju

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    26.  Kodiċi(jiet) għal mekkaniżmi ta' twassil territorjali

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    27.  Kodiċi(jiet) għall-objettiv tematiku

    Mhux applikabbli għall-FSE u l-FEMS

    28.  Kodiċi(jiet) għat-tema sekondarja tal-FSE

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    29.  Kodiċi(jiet) għall-attività ekonomika

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    30.  Kodiċi(jiet) għall-post

    Mhux applikabbli għall-FEMS

    Dejta dwar indikaturi

    31.  L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tal-output imqassma skont is-sess għall-parteċipanti.

     

    32.  Unità ta' kejl għal kull indikatur tal-output

     

    33.  Il-valur mira għall-indikatur tal-output imqassam skont is-sess fejn applikabbli

     

    34.  Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tal-output għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli analizzati skont is-sess

     

    35.  L-isem u l-identifikatur uniku għal kull wieħed mill-indikaturi tar-riżultati komuni u speċifiċi għall-programmi (3) rilevanti għall-operazzjoni jew fejn meħtieġ mir-regoli speċifiċi għall-Fondi, l-isem u l-identifikatur uniku għal kull indikatur komuni tar-riżultati mqassma skont is-sess fejn applikabbli.

     

    36.  Unità ta' kejl għal kull indikatur tar-riżultati

     

    37.  Valur bażi għal kull indikatur tar-riżultat ipprovdut

    Mhux applikabbli għall-FSE

    38.  Valur immirat għall-indikatur tar-riżultati pprovdut, fejn applikabbli mqassam skont is-sess

    Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

    39.  Unità ta' kejl għal kull mira u valur ta' bażi tar-riżultati

     

    40.  Il-livell tal-kisba ta' kull indikatur tar-riżultati pprovdut għal kull sena kalendarja, fejn applikabbli mqassma skont is-sess

    Mhux applikabbli għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni

    Dejta finanzjarja dwar kull operazzjoni (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    41.  L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    42.  L-ammont totali ta' spejjeż eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

     

    43.  L-ammont tal-appoġġ pubbliku, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    Dejta dwar pretensjonijiet ta' ħlasijiet mill-benefiċjarju (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    44.  Data tal-irċevuta ta' kull pretensjoni ta' pagament mingħand il-benefiċjarju

     

    45.  Data ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

     

    46.   ►M2  Ammont ta' nefqa eliġibbli fi pretensjoni ta' pagament li tifforma l-bażi għal kull pagament lill-benefiċjarju, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata ◄

     

    47.  Ammont ta' nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi man-nefqa eliġibbli li tifforma l-bażi għal kull ħlas

     

    48.  Ammont ta' kull pagament lill-benefiċjarju abbażi ta' pretensjoni ta' pagament

     

    49.  Dħul nett iġġenerat mill-operazzjoni waqt l-implimentazzjoni tagħha li ma tqiesx fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ u li jitnaqqas mill-ispiża eliġibbli

     

    50.  Id-data tal-bidu tal-verifiki fuq il-post tal-operazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 125(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

     

    51.  Data ta' awditjar fuq il-post tal-operazzjoni skont l-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament

     

    52.  Il-korp li jagħmel l-awditjar jew il-verifika

     

    Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq l-ispejjeż reali (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    53.  L-ispiża eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' spejjeż realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament, fejn applikabbli

     

    54.  L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż fil-fatt irrimborżati u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzamenti, fejn applikabbli

     

    55.  It-tip ta' kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE (4) jew id-Direttiva 2004/18/KE (5) (xogħlijiet/forniment ta' servizzi/forniment ta' oġġetti) jew id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6)

     

    56.  tal-kuntratt jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

     

    57.  L-ammont eliġibbli mġarrab u mħallas ibbażat fuq kuntratt jekk il-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

     

    58.  Il-proċedura tal-akkwist użata jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

     

    59.  L-isem jew l-identifikatur uniku tal-kuntrattur jekk l-għoti tal-kuntratt ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE jew id-Direttiva 2004/18/KE jew id-Direttiva 2014/23/UE

     

    Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq skali standard ta' spejjeż għal kull unità (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    60.  L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

     

    61.  L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' skali standard ta' spejjeż għal kull unità

     

    62.  Definizzjoni ta' unità li tintuża għall-finijiet tal-iskala standard ta' spejjeż għal kull unità

     

    63.  Numru ta' unitajiet mogħtija kif indikat fil-pretensjoni ta' pagament għal kull element ta' unità

     

    64.  Spejjeż tal-unità għal unità waħda, f'kull element ta' unità

     

    Dejta dwar l-infiq fil-pretensjoni ta' pagament minn benefiċjarju bbażata fuq ħlasijiet ta' somom f'daqqa (ammonti fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    65.  L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

     

    66.  L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' somom f'daqqa

     

    67.  Għal kull somma f'daqqa, riżultati tanġibbli (outputs jew riżultati) miftiehma fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ bħala l-bażi għall-iżborż ta' ħlasijiet ta' somom f'daqqa

     

    68.  Għal kull somma f'daqqa, l-ammont maqbul fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ

     

    Dejta dwar l-infiq fi pretensjoni ta' pagament mill-benefiċjarju bbażata fuq ir-rati fissi (fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)

    69.  L-ammont tan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilit fuq il-bażi ta' rata fissa

     

    70.  L-infiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' rata fissa

     

    Dejta dwar irkupri mill-benefiċjarju

    71.  Data ta' kull deċiżjoni ta' rkupru

     

    72.  Ammont ta' appoġġ pubbliku affettwat minn kull deċiżjoni ta' rkupru

     

    73.  Nefqa totali eliġibbli affettwata minn kull deċiżjoni ta' rkupru

     

    74.  Data tal-irċevuta ta' kull ammont imħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru

     

    75.  Ammont ta' appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju wara deċiżjoni ta' rkupru (mingħajr imgħax jew penali)

     

    76.  In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku mħallas lura mill-benefiċjarju

     

    77.  Ammont ta' appoġġ pubbliku irrekuperabbli wara deċiżjoni ta' rkupru

     

    78.  In-nefqa totali eliġibbli li tikkorrispondi mal-appoġġ pubbliku irrekuperabbli

     

    Dejta dwar l-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni (f'EUR)

    79.  Data tat-tressiq ta' kull applikazzjoni għal ħlas inkluża n-nefqa eliġibbli mill-operazzjoni

     

    80.   ►M2  L-ammont totali ta' nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkluża f'kull applikazzjoni għal ħlas, akkumpanjat, għal operazzjonijiet soġġetti għall-forma ta' appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b'referenza għall-kundizzjoni ta' finanzjament korrispondenti ssodisfata ◄

     

    81.  L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-operazzjoni inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    82.  Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    83.  Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' nfiq pubbliku kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa għall-istrumenti finanzjarji inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    84.  Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    85.  Fejn l-operazzjoni hija strument finanzjarju, l-ammont totali tan-nefqa pubblika li tikkorrispondi mal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallsa bħala nefqa eliġibbli, fis-sens tal-Artikolu 42(1)(a), (b) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inklużi f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    86.  Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju fl-operazzjoni bħala avvanz inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas

     

    87.   ►M2  Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont tal-avvanz inkluż f'applikazzjoni ta' ħlas li, fi żmien tliet snin mill-ħlas tal-avvanz, ikun ġie kopert min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju jew, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), mill-korp li jirċievi l-għajnuna ◄

     

    88.   ►M2  Fil-każ ta' għajnuna mill-Istat fejn japplika l-Artikolu 131(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-ammont imħallas lill-benefiċjarju taħt l-operazzjoni jew, meta Stati Membri ddeċidew li l-benefiċjarju huwa l-korp li jagħti l-għajnuna skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(10), lill-korp li jirċievi l-għajnuna, bħala avvanz inkluż f'applikazzjoni għal ħlas li ma tkunx ġiet koperta min-nefqa mħallsa mill-benefiċjarju u li għaliha l-perjodu ta' tliet snin ma jkunx għadu għadda ◄

     

    89.  L-ammont ta' nefqa eliġibbli inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    90.  Ammont ta' nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 inkluż f'kull applikazzjoni għal ħlas fuq il-bażi tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    Dejta dwar kontijiet imressqa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (f'EUR)

    91.  Id-data tat-tressiq ta' kull sett ta' kontijiet inkluża n-nefqa fl-operazzjoni

     

    92.  Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet li fihom in-nefqa finali tal-operazzjoni hija inkluża wara t-tlestija tal-operazzjoni (fejn it-total tan-nefqa eliġibbli huwa ta' EUR 1 000 000 jew aktar (l-Artikolu 140 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013))

     

    93.  Ammont totali ta' nfiq eliġibbli tal-operazzjoni mdaħħal fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

     

    94.  L-ammont totali tan-nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

     

    95.  L-ammont totali tal-ħlasijiet magħmula lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 132(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jikkorrispondi mal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-awtorità taċ-ċertifikazzjoni li ġie inkluż fil-kontijiet

     

    96.  In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    97.  Nefqa pubblika totali kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali użata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    98.  In-nefqa totali eliġibbli tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    99.  In-nefqa pubblika totali li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni rkuprata matul is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    100.  In-nefqa eliġibbli totali tal-operazzjoni li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    101.  In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli totali li għandha tiġi rkuprata fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    102.  Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, l-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 matul is-sena fiskali

     

    103.  Għall-operazzjoni inkluża f'kull ġabra ta' kontijiet, in-nefqa pubblika kif definita fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi mal-ammont ta' nefqa eliġibbli totali rkuprat skont l-Artikolu 71 ta' dak ir-Regolament matul is-sena fiskali

     

    104.  L-ammont eliġibbli totali tan-nefqa tal-operazzjoni irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluż fil-kontijiet

     

    105.  In-nefqa pubblika totali tal-operazzjoni li tikkorrispondi mal-ammont tan-nefqa irrekuperabbli fi tmiem is-sena fiskali inkluża fil-kontijiet

     

    Dejta dwar tipi speċifiċi ta' nefqa suġġetti għal limiti massimi

    106.  Ammont ta' spejjeż tat-tip FEŻR imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FSE skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    107.  Ammont ta' spejjeż tat-tip FSE imġarrba u mħallsa kofinanzjat mill-FEŻR skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

    Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    108.  Ammont ta' nefqa mġarrba u mħallsa li ssir barra miż-żona tal-programm iżda fl-Unjoni, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

     

    109.  Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-Unjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

    Mhux applikabbli għall-FEŻR, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    110.  Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa barra mill-parti tal-Unjoni taż-żona tal-programm skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013

    Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    111.  Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa għax-xiri tal-art skont l-Artikolu 69(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

     

    112.  Ammont ta' kontribuzzjonijiet in natura għall-operazzjoni skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

     

    113.  Ammont ta' spejjeż imġarrba u mħallsa f'pajjiżi terzi koperti mill-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni jew mill-Istrument Ewropew tal-Viċinat għal operazzjonijiet ETC

    Mhux applikabbli għall-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni u l-FEMS

    (1)   Fil-każ tal-ETC, il-benefiċarju jinkludi l-benefiċjarju ewlieni u l-benefiċjarji l-oħra.

    (2)   Il-benefiċjarju jinkludi, fejn applikabbli, korpi oħra li jagħmlu nfiq fl-operazzjoni li jiġi ttrattat bħala nfiq imġarrab mill-benefiċjarju.

    (3)   Għall-FSE, l-indikaturi komuni tar-riżultati jinkludu l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013

    (4)   Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

    (5)   Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

    (6)   Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).




    ANNESS IV

    Rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom rigward it-tħaddim effettiv tagħhom imsemmija fl-Artikolu 30



    Tabella 1

    Rekwiżiti ewlenin

    Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll

    Korpi/awtoritajiet ikkonċernati

    Kamp ta' applikazzjoni

    1

    Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

    L-awtorità maniġerjali

    Ambjent ta' kontroll intern

    2

    Għażla xierqa tal-operazzjonijiet.

    L-awtorità maniġerjali

    Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

    3

    Informazzjoni adegwata għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula.

    L-awtorità maniġerjali

    4

    Verifiki adegwati tal-ġestjoni

    L-awtorità maniġerjali

    5

    Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha dwar in-nefqa u l-awditjar jinżammu biex ikun żgurat rekord adegwat għall-awditjar.

    L-awtorità maniġerjali

    Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

    6

    Sistema kredibbli għall-ġbir, reġistrazzjoni u ħażna tad-dejta għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifika u l-awditjar, inklużi kuntatti mal-benefiċjarji permezz ta' sistemi tal-iskambju tad-dejta elettronika.

    L-awtorità maniġerjali

    7

    L-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri proporzjonati kontra l-frodi

    L-awtorità maniġerjali

    Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

    8

    Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni tal-maniġment u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa.

    L-awtorità maniġerjali

    9

    Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati għar-rappurtar u għall-monitoraġġ f'każijiet fejn l-awtorità responsabbli tafda t-twettiq tal-kompiti lil korp ieħor.

    L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

    Ambjent tal-kontroll intern

    10

    Proċeduri xierqa biex jitfasslu u jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għall-ħlas.

    L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

    Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll/Monitoraġġ

    11

    Jinżammu rekords kompjuterizzati xierqa tal-infiq iddikjarat u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti.

    L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

    Attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll

    12

    Rendikont xieraq u sħiħ ta' ammonti li jistgħu jiġu rkuprati, dawk irkuprati u dawk irtirati.

    L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

    13

    Proċeduri xierqa għat-tfassil u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali.

    L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni

    14

    Separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u sistemi adegwati biex jiżguraw li kwalunkwe entità oħra li twettaq awditjar skont l-istrateġija ta' awditjar tal-programm ikollha l-indipendenza funzjonali meħtieġa u tqis l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

    Awtorità tal-awditjar

    Ambjent tal-kontroll intern

    15

    Awditi adegwati tas-sistemi.

    Awtorità tal-awditjar

    L-attivitajiet ta' kontroll

    16

    Awditi adegwati tal-operazzjonijiet

    Awtorità tal-awditjar

    17

    Awditi adegwati tal-kontijiet

    Awtorità tal-awditjar

    18

    Proċeduri adegwati biex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar kredibbli u biex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll.

    Awtorità tal-awditjar



    Tabella 2

    Klassifikazzjoni ta' sistemi ta' ġestjoni u kontroll fir-rigward tat-tħaddim effettiv tagħhom

    Kategorija 1

    Jaħdem sew. Le, jew hemm bżonn biss ta' xi titjib minuri

    Kategorija 2

    Xogħlijiet. Huwa meħtieġ xi titjib

    Kategorija 3

    Jaħdem parzjalment. Hemm bżonn ta' titjib sostanzjali

    Kategorija 4

    Essenzjalment ma jaħdimx.



    ( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    ( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

    ( 4 ) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas- 7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi ta' Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

    ( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

    ( 6 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    ( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

    ( 8 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

    ( 9 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281).

    ( 10 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

    ( 11 ) Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

    ( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

    ( 13 ) Id-Direttiva Nru 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

    ( 14 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

    ( 15 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

    ( 16 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

    ( 17 ) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

    Top