This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014D0932-20221024
Council Decision 2014/932/CFSP of 18 December 2014 concerning restrictive measures in view of the situation in Yemen
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
02014D0932 — MT — 24.10.2022 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365 19.12.2014, p. 147) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 143 |
11 |
9.6.2015 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1927 tas-26 ta' Ottubru 2015 |
L 281 |
14 |
27.10.2015 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1747 tad-29 ta' Settembru 2016 |
L 264 |
36 |
30.9.2016 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/634 tat-3 ta' April 2017 |
L 90 |
22 |
4.4.2017 |
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/694 tas-7 ta' Mejju 2018 |
L 117 |
17 |
8.5.2018 |
|
L 105 |
7 |
3.4.2020 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/398 tal-5 ta’ Marzu 2021 |
L 77I |
3 |
5.3.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2016 tat-18 ta’ Novembru 2021 |
L 410I |
7 |
18.11.2021 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/420 tal-14 ta’ Marzu 2022 |
L 86 |
4 |
14.3.2022 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1902 tas-6 ta’ Ottubru 2022 |
L 260 |
6 |
6.10.2022 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2035 tal-24 ta’ Ottubru 2022 |
L 274I |
4 |
24.10.2022 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK
tat-18 ta' Diċembru 2014
rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Għandu jkun ipprojbit li:
jingħataw assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-provvista ta' persunal merċenarju armat, marbuta ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għalihom, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1;
jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata jew assistenza oħra, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Artikolu 2a
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-tranżitu minn, it-territorji tagħhom tal-persuni nominati mill-Kumitat li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:
atti li jxekklu jew ifixklu it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;
atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali f’konflitt armat, jew ir-reklutaġġ jew l-użu ta’ tfal f’konflitt armat li jiksru l-liġi internazzjonali, fil-Jemen; jew
atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.
Il-persuni imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina, każ b'każ, li:
id-dħul jew it-tranżitu jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi; jew
eżenzjoni tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Jemen.
Artikolu 2b
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet identifikati mill-Kumitat bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:
atti li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;
atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew
l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali f’konflitt armat, jew ir-reklutaġġ jew l-użu ta’ tfal f’konflitt armat li jiksru l-liġi internazzjonali, fil-Jemen; jew
atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.
jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà ta' jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.
Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:
neċessarji għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.
Stat Membru jista' jippermetti wkoll għal eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:
neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm tali determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u tkun ġiet approvata mill-Kumitat; jew
is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza sakemm il-privileġġ ikun ġie konkluż jew is-sentenza tkun ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità kienet inkluża fl-Anness, il-privileġġ jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 1, u tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat;
Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':
imgħaxijiet jew dħul ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet; jew
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi taħt din id-Deċiżjoni;
sakemm tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 3
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.
Artikolu 4
Artikolu 5
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif adatt, skont id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.
Artikolu 6a
B’deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li tkun meħtieġa eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħrajn fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor li jkun konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet msemmija fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)
PERSUNI
1. Abdullah Yahya Al Hakim (psewdonimu: (a) Abu Ali al Hakim; (b) Abu-Ali al-Hakim; (c) Abdallah al-Hakim; (d) Abu Ali Alhakim; (e) Abdallah al-Mu'ayyad).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: Grupp Huthi t-tieni fil-kmand. Indirizz: Dahyan, Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1985; b) Bejn l-1984 u l-1986. Post tat-twelid: a) Dahyan, il-Jemen; b) Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837273. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdullah Yahya al Hakim ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.
Abdullah Yahya al Hakim kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011, bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.
F'Ġunju 2014, Abdullah Yahya al Hakim skont ir-rapporti kellu laqgħa sabiex jippjana kolp ta' stat kontra l-President tal-Jemen Abdrabuh Mansour Hadi. Al Hakim iltaqa' ma' militari u kmandanti tas-sigurtà, u mexxejja tribali; figuri partiġjani ewlenin leali lejn l-eks-President tal-Jemen Ali Abdullah Saleh attendew ukoll il-laqgħa, li kienet timmira li tikkoordina l-isforzi militari biex jieħdu f'idejhom Sana'a, il-belt kapitali tal-Jemen.
F'dikjarazzjoni pubblika fid-29 ta' Awwissu 2014, il-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara li l-Kunsill ikkundanna l-azzjonijiet tal-forzi kkmandati minn Abdullah Yahya al Hakim li invadew Amran, il-Jemen, inklużi l-kwartieri ġenerali tal-Brigata tal-Armata tal-Jemen fit-8 ta' Lulju 2014. Al Hakim mexxa l-ħakma vjolenti ta' Lulju 2014 tal-Governorat ta' Amran u kien il-kmandant militari responsabbli li jieħu deċiżjonijiet rigward il-konflitti kurrenti fil-Governorat ta' Amran u f'Hamdan, il-Jemen.
Minn kmieni f'Settembru 2014, Abdullah Yahya al Hakim baqa' f'Sana'a biex jissorvelja operazzjonijiet ta' ġlied fil-każ li kien jibda l-ġlied. Ir-rwol tiegħu kien li jorganizza operazzjonijiet militari sabiex ikunu jistgħu jwaqqgħu l-Gvern tal-Jemen, u huwa kien ukoll responsabbli biex jiżgura u jikkontrolla r-rotot kollha lejn u barra Sana'a.
2. Abd Al-Khaliq Al-Houthi (psewdonimu: (a) Abd-al-Khaliq al-Huthi; (b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; (c) 'Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; (d) Abd al-Khaliq al-Huthi; (e) Abu-Yunus).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi. Data tat-twelid: 1984. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837297. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014, fis-26.8.2016).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abd al-Khaliq al-Houthi ġie ddeżinjat għal sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.
Abd al-Khaliq al-Houthi kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.
Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Houthi mexxa grupp ta' ġellieda mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f'attakk fuq postijiet f'Dimaj, il-Jemen. Il-ġlied sussegwenti rriżulta f'diversi mwiet.
Lejn l-aħħar ta' Settembru 2014, numru mhux magħruf ta' ġellieda mhux identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f'Sana'a, il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Houthi. Fit-30 ta' Awwissu 2014, al-Houthi kkoordina biex l-armi minn Amran għal kamp ta' protesta f'Sana'a.
3. Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ali Abdallah Salih).
Kitba oriġinali:
Deżinjazzjoni: a) President tal-Partit tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu tal-Jemen; b) Eks President tar-Repubblika tal-Jemen. Data tat-twelid: a) 21.3.1945; b) 21.3.1946; c) 21.3.1942; d) 21.3.1947. Post tat-twelid: a) Bayt al-Ahmar, Gvernatoral ta' Sana'a, il-Jemen; b) Sana'a, il-Jemen; c) Sana'a, Sanhan, Al-Rib' al-Sharqi. Nazzjonalità: Jemenit. Nru tal-passport: 00016161 (Jemen). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 01010744444. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Status: irrappurtat mejjet. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837306. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20 ta' Novembru 2014, 23 ta' April 2018).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.
Ali Abdullah Saleh kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.
Skont il-Ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 appoġġat mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, Ali Abdullah Saleh irriżenja minn President tal-Jemen wara aktar minn 30 sena.
Mill-ħarifa tal-2012, Ali Abdullah Saleh kien allegatament sar wieħed mis-sostenituri primarji tal-azzjonijiet vjolenti ta' Huthi fit-Tramuntana tal-Jemen.
Ġlied fin-Nofsinhar tal-Jemen fi Frar 2013 kien ir-riżultat ta' sforzi magħquda ta' Saleh, l-AQAP u s-seċessjonista tan-Nofsinhar Ali Salim al-Bayd sabiex jaqilgħu l-inkwiet qabel il-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali fil-Jemen tat-18 ta' Marzu 2013. Aktar reċentement, f'Settembru 2014, Saleh kien qed jiddestabbilizza l-Jemen billi juża persuni oħrajn biex jimminaw lill-gvern ċentrali u joħolqu biżżejjed instabbiltà biex jheddu b'kolp ta' stat. Skont rapport ta' Settembru 2014 minn Bord ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, interlokuturi allegaw li Saleh jappoġġa azzjonijiet vjolenti ta' xi Jemeniti billi jipprovdilhom fondi u appoġġ politiku, kif ukoll billi jiżgura li l-Membri tal-GPC jibqgħu jikkontribwixxu għad-destabbilizzazzjoni tal-Jemen permezz ta' diversi mezzi.
4. Abdulmalik al-Houthi (magħruf ukoll bħala: Abdulmalik al-Huthi)
Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Moviment Houthi tal-Jemen. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-26.8.2016).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Abdulmalik Al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fl-14 ta' April 2015 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).
Abdul Malik al-Houthi huwa mexxej ta' grupp li kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen.
F'Settembru 2014, il-forzi Houthi ħatfu Sana'a u f'Jannar 2015 ippruvaw b'mod unilaterali jibdlu l-gvern leġittimu tal-Jemen b'awtorità governattiva illeġittima li l-Houthis iddominaw. Al-Houthi ħa t-tmexxija tal-moviment Houthi tal-Jemen fl-2004 wara l-mewt ta' ħuh, Hussein Badredden al-Houthi. Bħala l-mexxej tal-grupp, al-Houthi hedded kemm-il darba lill-awtoritajiet tal-Jemen b'aktar rewwixti jekk ma jwiġbux it-talbiet tiegħu u żamm arrestat lill-President Hadi, il-Prim Ministru, u membri ewlenin tal-kabinett. Hadi eventwalment ħarab lejn Aden. Il-Houthis imbagħad nedew attakk ieħor fuq Aden bl-għajnuna tal-unitajiet militari leali lejn l-ex president Saleh u ibnu, Ahmed Ali Saleh.
5. Ahmed Ali Abdullah Saleh (psewdonimu: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)
Titlu: Eks-ambaxxatur, eks-Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid:25.7.1972. Ċittadinanza: Jemenita. Nru tal-Passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140 ta' hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar. Indirizz: Emirati Għarab Magħquda. Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh (YEi.003). Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5895854. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-16.9.2015).
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem.
Wara li missier Saleh, l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irriżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.
6. Sultan Saleh Aida Aida Zabin
Informazzjoni oħra: Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) f'Sanaa. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, ul-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:25.2.2021.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Sultan Saleh Aida Aida Zabin involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen.
Sultan Saleh Aida Aida Zabin huwa d-direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) f'Sanaa. Huwa qeda rwol prominenti f'politika ta' intimidazzjoni u użu ta' arrest, detenzjoni, tortura, vjolenza sesswali u stupru sistematiċi kontra nisa politikament attivi. Zabin bħala direttur tas-CID huwa direttament responsabbli għal, jew bis-saħħa tal-awtorità tiegħu responsabbli għal, u kompliċi fl-użu ta' diversi postijiet ta' detenzjoni inkluż l-arrest domiċiljari, l-għases tal-pulizija, il-ħabsijiet formali u ċ-ċentri ta' detenzjoni u ċentri ta' detenzjoni mhux żvelati. F'dawn il-postijiet, in-nisa, inkluż mill-inqas minorenni waħda, għebu bil-forza, ġew kemm-il darba interrogati, stuprati, ittorturati, miċħuda trattament mediku f'waqtu u ġew soġġetti għal xogħol furzat. Zabin stess wettaq tortura direttament f'xi każijiet.
7. Saleh Mesfer Saleh Al Shaer (psewdonimi: (a) Saleh Mosfer Saleh al Shaer; (b) Saleh Musfer Saleh al Shaer; (c) Saleh Mesfer al Shaer; (d) Saleh al Shae; (e) Saleh al Sha’ir; (f) Abu Yasser).
Kitba oriġinali: الشاعر صالح مسفر صالح
Deżinjazzjoni: Maġġur Ġenerali, “Kustodi Ġudizzjarju” ta’ proprjetajiet u fondi li huma proprjetà tal-avversarji tal-Houthis. Indirizz: Jemen. Post tat-twelid: Al Safrah, Provinċja ta’ Sa’dah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Nru tal-Passaport: a) Numru tal-Jemen 05274639, maħruġ fis-7.10.2013 (Data ta’ skadenza: 7.10.2019) b) Numru tal-Jemen 00481779, maħruġ fid-9.12.2000 (Data ta’ skadenza: 9.12.2006) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: a) Jemen 1388114 b) Jemen 10010057512. Informazzjoni oħra: Bħala “Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika” tal-Houthi, għen lill-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Bħala “Kustodju Ġudizzjarju” hu direttament involut fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Griż; Karnaġġjon: Medju; Binja: Irqiq; Tul (ft/in): Mhux magħruf; Piż (lbs): Mhux magħruf; u Klann: Membru tal-konfederazzjoni tribali tal-Hashid. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021
Saleh Mesfer Saleh Al Shaer ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).
Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż billi dderieġa atti li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli fil-Jemen.
Informazzjoni addizzjonali:
B’referenza għad-Dikjarazzjoni tal-Każ tal-Bord ta’ Esperti tan-NU tat-28 ta’ Awwissu 2019, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbilit fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Filwaqt li serva bħala Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Houthis, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer assista l-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Huwa elenkat ukoll b’rabta mal-involviment dirett tiegħu sa minn kmieni fl-2018 fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen, fil-kapaċità tiegħu bħala “Kustodju Ġudizzjarju” u bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Al Shaer uża l-awtorità tiegħu u network ibbażat f’Sana’a li jinkludi membri tal-familja tiegħu, qorti kriminali speċjali, il-bureau tas-sigurtà nazzjonali, il-bank ċentrali, is-servizzi ta’ reġistratur tal-Ministeru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Jemen, u xi banek privati sabiex b’mod arbitrarju jċaħħdu mill-pussess tal-ġid tagħhom individwi u entitajiet privati mingħajr ebda proċess ġudizzjarju dovut jew possibbiltà ta’ rimedju.
8. Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari (psewdonimi: (a) Mohammad Al-Ghamari).
Kitba oriġinali: الغماري محمد عبدالكریم
Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap Kmandant tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: a) 1979; b) 1984. Post tat-twelid: Izla Dhaen, Distrett ta’ Wahha, Provinċja ta’ Hajjar, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Informazzjoni oħra: Il-Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż f’Marib, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021
Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).
Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.
Informazzjoni addizzjonali:
Al-Ghamari huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Ghamari, bħala Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Dan l-aħħar huwa ħa f’idu l-attakk tal-Houthi fuq skala kbira kontra t-territorju miżmum mill-gvern tal-Jemen fil-provinċja ta’ Marib. L-attakk ta’ Marib qed jiggrava l-kriżi umanitarja tal-Jemen, peress li jqiegħed madwar miljun persuna vulnerabbli spostati internament f’riskju li jerġgħu jiġu spostati, iwassal għall-mewt ta’ persuni ċivili, u qed jikkawża eskalazzjoni usa’ tal-konflitt.
9. Yusuf Al-Madani
Kitba oriġinali: یوسف المداني
Titlu: Maġġur Ġeneral. Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Ħames Reġjun Militari tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: 1977. Post tat-twelid: Direttorat ta’ Muhatta, Provinċja ta’ Hajjah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Mexxej prominenti tal-forzi Houthi u kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen – li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021
Yusuf Al-Madani ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).
Yusuf Al-Madani involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.
Informazzjoni addizzjonali:
Al-Madani huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Madani huwa mexxej prominenti tal-forzi Houthi u huwa l-kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ir-ripożizzjonament persistenti tal-Houthi u ksur ieħor tad-dispożizzjonijiet dwar il-waqfien mill-ġlied tal-Ftehim ta’ Hudaydah iddestabbilizzaw belt li sservi bħala triq kritika għall-komoditajiet umanitarji u kummerċjali essenzjali. Barra minn hekk, hemm rapporti regolari ta’ attakki tal-Houthi li għandhom impatt fuq iċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili fi Hudaydah u madwarha, u dan ikompli jaggrava s-sitwazzjoni għall-Jemeniti li qed jiffaċċaw uħud mill-ogħla livelli ta’ bżonnijiet umanitarji fil-pajjiż.
10. Mansur Al-Sa’adi
Kitba oriġinali: منصور السعادي
Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kmandant tal-Houthi tal-Forzi Navali u tad-Difiża Kostali tal-Jemen Data tat-twelid: 1988 Post tat-twelid: Jemen Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: a) Mansoor Ahmed Al Saadi b) Mansur Ahmad al-Sa’adi c) Abu Sajjad Nazzjonalità: Jemen Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Jemen Elenkat: 26 ta’ Settembru 2022Informazzjoni oħra: Il-Kap tal-Persunal tal-Forzi Navali tal-Houthi, li kien il-moħħ wara l-attakki letali kontra t-tbaħħir internazzjonali fil-Baħar l-Aħmar, għandu rwol ewlieni fl-isforzi navali tal-Houthi li jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Kannella. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individual
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(h) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 26 ta’ Settembru 2022.
Mansur Al-Sa’adi ġie elenkat fis-26 ta’ Settembru 2022 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji ta’ deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), inkluż kif elaborat mill-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).
Mansur Al-Sa’adi involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi.
Informazzjoni addizzjonali:
Al-Sa’adi huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji navali tal-Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Filwaqt li serva bħala l-Kap tal-Persunal tal-Forzi Navali tal-Houthi, Al-Sa’adi kien il-moħħ wara l-attakki letali kontra bastimenti tat-tbaħħir internazzjonali fil-Baħar l-Aħmar. Il-Forzi Navali tal-Houthi ripetutament xerrdu l-mini navali, li kif enfasizzat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, huma ta’ riskju għall-bastimenti kummerċjali, tas-sajd u tal-għajnuna umanitarja. Al-Sa’adi għen ukoll fil-kuntrabandu ta’ armi lejn Houthis fil-Jemen bi ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi kif stabbilit fil-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni 2216 (2015).
Verifika tar-rwol militari attiv:
(“Mansour Al-Saadi u Ahmed Al-Hamzi, żewġ karattri misterjużi fil-forza tal-ajru u l-flotta navali tal-Houthi, kellhom rwol kruċjali fil-gwerra fil-Jemen, u estendew l-influwenza tagħha għat-theddid tal-artijiet Sawdin u s-sigurtà tal-Baħar l-Aħmar.”)
(“Al-Saadi jinħeba wara l-laqam “Abu Sajjad,” u huwa magħruf bħala l-Emir tal-Baħar l-Aħmar u huwa primarjament responsabbli għat-tfassil mill-ġdid ta’ forza ta’ difiża navali u kostali li l-missjoni tagħha qed tfixkel il-bastimenti tal-gwerra tal-koalizzjoni u tirrikatta l-komunità internazzjonali billi thedded il-korsiji tat-tbaħħir.”)
11. Motlaq Amer Al-Marrani
Kitba oriġinali: مطلق عامر المراني
Deżinjazzjoni: (Eks) Viċi Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Houthi (NSB) (aġenzija tal-intelligence) Data tat-Twelid: 1 ta’ Jannar 1984Post tat-Twelid: Al-Jawf, Jemen Psewdonimu affidabbli: a) Mutlaq Ali Aamer Al Marrani b) Abu Emad Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Nazzjonalità: Jemen Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Jemen Elenkat: 26 ta’ Settembru 2022Informazzjoni oħra: Eks Viċi Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Houthi (NSB), issorvelja d-detenuti tal-NSB li kienu soġġetti għal tortura u trattament ħażin ieħor waqt li kienu detenuti, ippjana u ordna arresti u detenzjoni illegali ta’ ħaddiema umanitarji u d-devjazzjoni illegali ta’ assistenza umanitarja bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Kannella. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individual
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(h) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 26 ta’ Settembru 2022.
Motlaq Amer Al-Marrani ġie elenkat fis-26 ta’ Settembru 2022 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji ta’ deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), inkluż kif elaborat mill-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), kif ukoll il-paragrafu 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140.
Motlaq Amer Al-Marrani involva ruħu f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u ostakola l-aċċess għall-assistenza umanitarja fil-Jemen.
Informazzjoni addizzjonali:
Al-Marrani huwa elenkat għall-organizzazzjoni ta’ atti illegali ta’ tortura u detenzjoni li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż atti li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli u li rriżultaw fl-ostakolar tal-aċċess għall-assistenza umanitarja fil-Jemen, u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbilit fil-Paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), kif elaborat aktar mill-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), kif ukoll il-paragrafu 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140.
Bħala Viċi Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Houthi (NSB), Al-Marrani mexxa l-arrest, id-detenzjoni, u t-trattament ħażin ta’ ħaddiema umanitarji u oħrajn li jaħdmu fl-assistenza umanitarja u nstab ukoll li abbuża mill-awtorità u l-influwenza tiegħu fuq l-aċċess umanitarju bħala ingranaġġ biex jiġġenera profitt personali. Il-Bord ta’ Esperti dwar il-Jemen iddokumenta dawn l-attivitajiet fir-Rapport Finali tiegħu tal-2018 (ara S/2018/594, paragrafu 193).
Kif iddokumentat ulterjorment mill-Bord ta’ Esperti dwar il-Jemen, Al-Marrani ssorvelja d-detenuti tal-NSB, li allegatament kienu soġġetti għal tortura u trattament ħażin ieħor matul id-detenzjoni tagħhom. Huwa organizza wkoll l-estorsjoni, l-intimidazzjoni, u l-arrest illegali ta’ maniġers ta’ kumpanniji u diretturi tal-banek, b’theddid li jakkużahom b’kollaborazzjoni u spjunaġġ għall-għadu sakemm ma kkonformawx mal-ordnijiet ta’ kustodju ġudizzjarju.
Verifika tar-rwol fl-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem:
12. Ahmad Al-Hamzi
Kitba oriġinali: أحمد الحمزي
Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Houthi Data tat-Twelid: 1985 Post tat-twelid: Sana'a, Yemen Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu anqas affidabbli: a) Ahmad 'Ali al-Hamzi b) Ahmad 'Ali Ahsan al-Hamzi c) Ahmed Ali al-Hamzi d) Muti al-Hamzi Nazzjonalità: Jemen Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Jemen Elenkat: 4 ta' Ottubru 2022Informazzjoni oħra: Ahmad al-Hamzi, il-kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru tal-Houthi, kif ukoll il-programm tal-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) tagħhom, jaqdi rwol ewlieni fl-isforzi militari Houthi li jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Kannella. Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Skont it-taqsima 5(h) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.
Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 4 ta' Ottubru 2022.
Ahmad Al-Hamzi ġie elenkat fl-4 ta' Ottubru 2022 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji ta' deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014), inkluż kif elaborat aktar mill-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).
Ahmad Al-Hamzi involva ruħu f'atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi.
Informazzjoni addizzjonali:
Waqt li serva bħala Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Houthi, kif ukoll il-programm tal-UAVs tagħhom, al-Hamzi akkwista armi għall-użu fil-gwerra ċivili tal-Jemen bi ksur tal-embargo mmirat fuq l-armi kif stabbilit fil-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni 2216 (2015). Il-forzi militari Houthi taħt il-kmand tal-Maġġur Ġeneral Al-Hamzi wettqu attakki mmirati bil-UAVs. Al-Hamzi huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta' attakki mill-forzi Houthi li kellhom impatt fuq persuni ċivili Jemeniti, nazzjonijiet fil-fruntiera mal-Jemen, u bastimenti kummerċjali Jemeniti fl-ilmijiet internazzjonali.
Verifika tar-rwol militari attiv:
ENTITAJIET
1. THE HOUTHIS ( 1 ) (magħrufin ukoll bħala: (a) ANSARALLAH; (b) ANSAR ALLAH; (c) PARTISANS OF GOD; (d) SUPPORTERS OF GOD).
Informazzjoni: The Houthis involvew ruħhom f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, u l-istabbiltà tal-Jemen.
Data tad-deżinjazzjoni min-NU:24.2.2022.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
The Houthis involvew ruħhom f'attakki li laqtu ċ-ċittadini u l-infrastruttura ċivili fil-Jemen, implimentaw politika ta' vjolenza sesswali u repressjoni fil-konfront ta' nisa politikament attivi u professjonisti, involvew ruħhom fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal, inċitaw il-vjolenza kontra gruppi inkluż abbażi tar-reliġjon u n-nazzjonalità, u użaw b'mod indiskriminat mini tal-art u apparat esplożiv improvviżat fil-Kosta tal-Punent tal-Jemen. The Houthis xekklu wkoll il-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen, jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.
The Houthis wettqu attakki fuq it-trasport marittimu kummerċjali fil-Baħar l-Aħmar bl-użu ta' apparat esplożiv improvviżat fuq l-ilma u mini tal-baħar.
The Houthis wettqu wkoll attakki terroristiċi transfruntiera ripetuti li laqtu ċ-ċittadini u l-infrastruttura ċivili fir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda u heddew li jolqtu intenzjonalment siti ċivili.
( 1 ) L-Artikolu 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2) tad-Deċiżjoni 2014/932/PESK ma għandhomx japplikaw għal din l-entità.