Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0932-20211118

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta' Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/932/2021-11-18

    02014D0932 — MT — 18.11.2021 — 008.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK

    tat-18 ta' Diċembru 2014

    rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen

    (ĠU L 365 19.12.2014, p. 147)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/882 tat-8 ta' Ġunju 2015

      L 143

    11

    9.6.2015

     M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1927 tas-26 ta' Ottubru 2015

      L 281

    14

    27.10.2015

    ►M3

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1747 tad-29 ta' Settembru 2016

      L 264

    36

    30.9.2016

    ►M4

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/634 tat-3 ta' April 2017

      L 90

    22

    4.4.2017

    ►M5

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/694 tas-7 ta' Mejju 2018

      L 117

    17

    8.5.2018

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/490 tat-2 ta’ April 2020

      L 105

    7

    3.4.2020

    ►M7

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/398 tal-5 ta’ Marzu 2021

      L 77I

    3

    5.3.2021

    ►M8

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2016 tat-18 ta’ Novembru 2021

      L 410I

    7

    18.11.2021




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/932/PESK

    tat-18 ta' Diċembru 2014

    rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen



    ▼M1

    Artikolu 1

    1.  
    Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts tal-imsemmija hawn fuq, jew għall-benefiċċju tal-individwi u l-entitajiet deżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014), u dawk li qed jaġixxu f'isimhom jew taħt ordnijiet tagħhom fil-Jemen, minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu tal-bastimenti jew l-ajruplani tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti joriġinawx fit-territorji tagħhom jew le.

    Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.  

    Għandu jkun ipprojbit li:

    (a) 

    jingħataw assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-provvista ta' persunal merċenarju armat, marbuta ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għalihom, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1;

    (b) 

    jingħataw finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni jew riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata jew assistenza oħra, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 2

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b'mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha għall-Jemen, fit-territorju tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom, malli jiskopruhom, jissekwestraw u jiddisponu (inkluż billi jinqerdu, jagħmluhom inoperabbli, jaħżnu jew jiġu ttrasferiti lejn Stat għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni biex jintremew) mill-oġġetti li l-provvista, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont din id-Deċiżjoni.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw minnufih lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet rapport inizjali bil-miktub dwar l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jkun fih, b'mod partikolari, tifsira tar-raġunijiet għall-ispezzjonijiet, ir-riżultati ta' tali spezzjonijiet, u jekk kienx hemm kooperazzjoni jew le, u, jekk instabux oġġetti pprojbiti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, fi żmien 30 jum, rapport bil-miktub sussegwenti li jkun fih id-dettalji rilevanti dwar l-ispezzjoni, il-konfiska u r-rimi, u d-dettalji rilevanti tat-trasferiment, inkluża deskrizzjoni tal-oġġetti, l-oriġini u d-destinazzjoni maħsuba tagħhom, jekk din l-informazzjoni ma tkunx fir-rapport inizjali bil-miktub.

    ▼M1

    Artikolu 2a

    ▼B

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-tranżitu minn, it-territorji tagħhom tal-persuni nominati mill-Kumitat li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:

    (a) 

    atti li jxekklu jew ifixklu it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;

    (b) 

    atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew

    ▼M6

    (c) 

    l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali f’konflitt armat, jew ir-reklutaġġ jew l-użu ta’ tfal f’konflitt armat li jiksru l-liġi internazzjonali, fil-Jemen; jew

    ▼M1

    (d) 

    atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.

    ▼B

    Il-persuni imsemmijin f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.  
    Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  
    Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn id-dħul jew it-tranżitu huwa neċessarju għall-parteċipazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji.
    4.  
    Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn Stat Membru jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li dħul jew tranżitu huwa meħtieġ biex javvanzaw il-paċi u l-istabbiltà fil-Jemen u l-Istat Membru jinnotifika sussegwentement lill-Kumitat fi żmien tmienja u erbgħin siegħa wara li tkun saret tali determinazzjoni.
    5.  

    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina, każ b'każ, li:

    (a) 

    id-dħul jew it-tranżitu jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi; jew

    (b) 

    eżenzjoni tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Jemen.

    6.  
    F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 3, 4 jew 5, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew tranżitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tiġi mogħtija u għall-persuni kkonċernati mill-awtorizzazzjoni.

    ▼M1

    Artikolu 2b

    ▼B

    1.  

    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati minn persuni jew entitajiet identifikati mill-Kumitat bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż iżda mhux limitat għal:

    (a) 

    atti li jxekklu jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-transizzjoni politika, kif deskritt fil-Ftehim dwar l-Inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni;

    (b) 

    atti li jimpedixxu l-implimentazzjoni tal-eżiti tar-rapport finali tal-Konferenza għad-Djalogu Nazzjonali Komprensiv permezz tal-vjolenza, jew attakki fuq infrastruttura essenzjali; jew

    ▼M6

    (c) 

    l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta’ atti li jiksru l-liġi internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż vjolenza sesswali f’konflitt armat, jew ir-reklutaġġ jew l-użu ta’ tfal f’konflitt armat li jiksru l-liġi internazzjonali, fil-Jemen; jew

    ▼M1

    (d) 

    atti li jiksru l-embargo fuq l-armi jew li jxekklu l-kunsinna ta' għajnuna umanitarja lill-Jemen jew l-aċċess għal għajnuna umanitarja fil-Jemen, jew id-distribuzzjoni tagħha.

    ▼B

    jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà ta' jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

    Il-persuni u l-entitajiet imsemmija f'dan il-paragrafu huma elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    2.  
    L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir direttament jew indirettament disponibbli, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
    3.  

    L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

    (a) 

    neċessarji għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet tal-użu ta' servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

    (c) 

    maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    wara li ssir notifika lill-Kumitat mill-Istat Membru kkonċernat dwar il-ħsieb tal-awtorizzazzjoni, fejn ikun il-każ, tal-aċċess għal tali fondi jew riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

    4.  

    Stat Membru jista' jippermetti wkoll għal eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:

    (a) 

    neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm tali determinazzjoni tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat u tkun ġiet approvata mill-Kumitat; jew

    (b) 

    is-suġġett ta' privileġġ jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw sabiex jissodisfaw dak il-privileġġ jew dik is-sentenza sakemm il-privileġġ ikun ġie konkluż jew is-sentenza tkun ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità kienet inkluża fl-Anness, il-privileġġ jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 1, u tkun ġiet notifikata mill-Istat Membru kkonċernat;

    5.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità indikata milli tagħmel pagament dovut skont kuntratt magħmul qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament mhuwiex irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fl- ►M1  paragrafu 1 ◄ u wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jsiru jew li jiġu rċevuti tali pagamenti jew li jiġi awtorizzat, fejn adatt, ir-rilaxx ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.
    6.  

    Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

    (a) 

    imgħaxijiet jew dħul ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi taħt din id-Deċiżjoni;

    sakemm tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

    Artikolu 3

    Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista fl-Anness u għandu jemendaha f'konformità mad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

    Artikolu 4

    1.  
    Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jinnomina persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi lil tali persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna b'opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
    2.  
    Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi preżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata b'dan.

    Artikolu 5

    1.  
    L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat.
    2.  
    L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat li hija neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata jew imħassra kif adatt, skont id-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà.

    ▼M6

    Artikolu 6a

    B’deroga mill-miżuri imposti mill-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015), dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li tkun meħtieġa eżenzjoni biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħrajn fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor li jkun konsistenti mal-objettivi ta’ dawk ir-Riżoluzzjonijiet, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tagħti l-awtorizzazzjoni meħtieġa.

    ▼B

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




    ANNESS

    ▼M1

    Lista ta' persuni u entitajiet msemmija fl-Artikoli 1(1), 2a(1) u l-Artikolu 2b(1) u (2)

    ▼B

    PERSUNI

    ▼M4

    1.  Abdullah Yahya Al Hakim (psewdonimu: (a) Abu Ali al Hakim; (b) Abu-Ali al-Hakim; (c) Abdallah al-Hakim; (d) Abu Ali Alhakim; (e) Abdallah al-Mu'ayyad).

    Kitba oriġinali:image

    Deżinjazzjoni: Grupp Huthi t-tieni fil-kmand. Indirizz: Dahyan, Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Data tat-twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1985; b) Bejn l-1984 u l-1986. Post tat-twelid: a) Dahyan, il-Jemen; b) Provinċja ta' Sa'dah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837273. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdullah Yahya al Hakim ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

    Abdullah Yahya al Hakim kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011, bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

    F'Ġunju 2014, Abdullah Yahya al Hakim skont ir-rapporti kellu laqgħa sabiex jippjana kolp ta' stat kontra l-President tal-Jemen Abdrabuh Mansour Hadi. Al Hakim iltaqa' ma' militari u kmandanti tas-sigurtà, u mexxejja tribali; figuri partiġjani ewlenin leali lejn l-eks-President tal-Jemen Ali Abdullah Saleh attendew ukoll il-laqgħa, li kienet timmira li tikkoordina l-isforzi militari biex jieħdu f'idejhom Sana'a, il-belt kapitali tal-Jemen.

    F'dikjarazzjoni pubblika fid-29 ta' Awwissu 2014, il-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddikjara li l-Kunsill ikkundanna l-azzjonijiet tal-forzi kkmandati minn Abdullah Yahya al Hakim li invadew Amran, il-Jemen, inklużi l-kwartieri ġenerali tal-Brigata tal-Armata tal-Jemen fit-8 ta' Lulju 2014. Al Hakim mexxa l-ħakma vjolenti ta' Lulju 2014 tal-Governorat ta' Amran u kien il-kmandant militari responsabbli li jieħu deċiżjonijiet rigward il-konflitti kurrenti fil-Governorat ta' Amran u f'Hamdan, il-Jemen.

    Minn kmieni f'Settembru 2014, Abdullah Yahya al Hakim baqa' f'Sana'a biex jissorvelja operazzjonijiet ta' ġlied fil-każ li kien jibda l-ġlied. Ir-rwol tiegħu kien li jorganizza operazzjonijiet militari sabiex ikunu jistgħu jwaqqgħu l-Gvern tal-Jemen, u huwa kien ukoll responsabbli biex jiżgura u jikkontrolla r-rotot kollha lejn u barra Sana'a.

    2.  Abd Al-Khaliq Al-Houthi (psewdonimu: (a) Abd-al-Khaliq al-Huthi; (b) Abd-al-Khaliq Badr-al-Din al Huthi; (c) 'Abd al-Khaliq Badr al-Din al-Huthi; (d) Abd al-Khaliq al-Huthi; (e) Abu-Yunus).

    Kitba oriġinali:image

    Deżinjazzjoni: Kmandant militari Huthi. Data tat-twelid: 1984. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837297. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:7.11.2014 (emendata fl-20.11.2014, fis-26.8.2016).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abd al-Khaliq al-Houthi ġie ddeżinjat għal sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tal-UNSCR 2140 (2014), bħala li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

    Abd al-Khaliq al-Houthi kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

    Lejn l-aħħar ta' Ottubru 2013, Abd Al-Khaliq al-Houthi mexxa grupp ta' ġellieda mlibbsin uniformijiet militari tal-Jemen f'attakk fuq postijiet f'Dimaj, il-Jemen. Il-ġlied sussegwenti rriżulta f'diversi mwiet.

    Lejn l-aħħar ta' Settembru 2014, numru mhux magħruf ta' ġellieda mhux identifikati allegatament kienu lesti biex jattakkaw faċilitajiet diplomatiċi f'Sana'a, il-Jemen, malli jirċievu ordnijiet minn Abd Al-Khaliq al-Houthi. Fit-30 ta' Awwissu 2014, al-Houthi kkoordina biex l-armi minn Amran għal kamp ta' protesta f'Sana'a.

    ▼M5

    3.  Ali Abdullah Saleh (magħruf ukoll bħala: Ali Abdallah Salih).

    Kitba oriġinali:image

    Deżinjazzjoni: a) President tal-Partit tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu tal-Jemen; b) Eks President tar-Repubblika tal-Jemen. Data tat-twelid: a) 21.3.1945; b) 21.3.1946; c) 21.3.1942; d) 21.3.1947. Post tat-twelid: a) Bayt al-Ahmar, Gvernatoral ta' Sana'a, il-Jemen; b) Sana'a, il-Jemen; c) Sana'a, Sanhan, Al-Rib' al-Sharqi. Nazzjonalità: Jemenit. Nru tal-passport: 00016161 (Jemen). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 01010744444. Informazzjoni oħra: Sess: Raġel. Status: irrappurtat mejjet. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU-INTERPOL: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5837306. Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 7.11.2014 (emendata fl-20 ta' Novembru 2014, 23 ta' April 2018).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat għas-sanzjonijiet fis-7 ta' Novembru 2014 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18 tar-Riżoluzzjoni.

    Ali Abdullah Saleh kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Jemen, bħal atti li jxekklu l-implimentazzjoni tal-ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 bejn il-Gvern tal-Jemen u dawk fl-oppożizzjoni, li jipprevedi transizzjoni paċifika tal-poter fil-Jemen, u atti li jxekklu l-proċess politiku fil-Jemen.

    Skont il-Ftehim tat-23 ta' Novembru 2011 appoġġat mill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, Ali Abdullah Saleh irriżenja minn President tal-Jemen wara aktar minn 30 sena.

    Mill-ħarifa tal-2012, Ali Abdullah Saleh kien allegatament sar wieħed mis-sostenituri primarji tal-azzjonijiet vjolenti ta' Huthi fit-Tramuntana tal-Jemen.

    Ġlied fin-Nofsinhar tal-Jemen fi Frar 2013 kien ir-riżultat ta' sforzi magħquda ta' Saleh, l-AQAP u s-seċessjonista tan-Nofsinhar Ali Salim al-Bayd sabiex jaqilgħu l-inkwiet qabel il-Konferenza ta' Djalogu Nazzjonali fil-Jemen tat-18 ta' Marzu 2013. Aktar reċentement, f'Settembru 2014, Saleh kien qed jiddestabbilizza l-Jemen billi juża persuni oħrajn biex jimminaw lill-gvern ċentrali u joħolqu biżżejjed instabbiltà biex jheddu b'kolp ta' stat. Skont rapport ta' Settembru 2014 minn Bord ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, interlokuturi allegaw li Saleh jappoġġa azzjonijiet vjolenti ta' xi Jemeniti billi jipprovdilhom fondi u appoġġ politiku, kif ukoll billi jiżgura li l-Membri tal-GPC jibqgħu jikkontribwixxu għad-destabbilizzazzjoni tal-Jemen permezz ta' diversi mezzi.

    ▼M3

    4.  Abdulmalik al-Houthi (magħruf ukoll bħala: Abdulmalik al-Huthi)

    Informazzjoni oħra: Mexxej tal-Moviment Houthi tal-Jemen. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-26.8.2016).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Abdulmalik Al-Houthi ġie deżinjat għal sanzjonijiet fl-14 ta' April 2015 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015).

    Abdul Malik al-Houthi huwa mexxej ta' grupp li kien involut f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen.

    F'Settembru 2014, il-forzi Houthi ħatfu Sana'a u f'Jannar 2015 ippruvaw b'mod unilaterali jibdlu l-gvern leġittimu tal-Jemen b'awtorità governattiva illeġittima li l-Houthis iddominaw. Al-Houthi ħa t-tmexxija tal-moviment Houthi tal-Jemen fl-2004 wara l-mewt ta' ħuh, Hussein Badredden al-Houthi. Bħala l-mexxej tal-grupp, al-Houthi hedded kemm-il darba lill-awtoritajiet tal-Jemen b'aktar rewwixti jekk ma jwiġbux it-talbiet tiegħu u żamm arrestat lill-President Hadi, il-Prim Ministru, u membri ewlenin tal-kabinett. Hadi eventwalment ħarab lejn Aden. Il-Houthis imbagħad nedew attakk ieħor fuq Aden bl-għajnuna tal-unitajiet militari leali lejn l-ex president Saleh u ibnu, Ahmed Ali Saleh.

    ▼M4

    5.  Ahmed Ali Abdullah Saleh (psewdonimu: Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar)

    Titlu: Eks-ambaxxatur, eks-Brigadier Ġeneral. Data tat-twelid:25.7.1972. Ċittadinanza: Jemenita. Nru tal-Passaport: a) Passaport Jemenit numru 17979 maħruġ taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh (imsemmi fil-karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140 ta' hawn taħt) b) Passaport Jemenit numru 02117777 maħruġ fit-8.11.2005 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar c) Passaport Jemenit numru 06070777 maħruġ fit-3.12.2014 taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Al-Ahmar. Indirizz: Emirati Għarab Magħquda. Informazzjoni oħra: Kellu rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, jew l-istabbiltà tal-Jemen. Ahmed Saleh huwa iben l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen, Ali Abdullah Saleh (YEi.003). Ahmed Ali Abdullah Saleh ġej minn żona magħrufa bħala Bayt Al-Ahmar, li tinsab madwar 20 km Xlokk tal-belt kapitali, Sana'a. Karta tal-identità diplomatika Nru: 31/2013/20/003140, maħruġa fis-7.7.2013 mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda taħt l-isem Ahmed Ali Abdullah Saleh; stat attwali: ikkanċellat. Link elettroniku għall-Avviżi Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5895854. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:14.4.2015 (emendata fis-16.9.2015).

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Ahmed Ali Saleh ilu jaħdem biex jimmina l-awtorità tal-President Hadi, ixekkel it-tentattivi ta' Hadi li jirriforma l-militar, u jtellef it-transizzjoni paċifika tal-Jemen għad-demokrazija. Saleh qeda rwol importanti fil-faċilitazzjoni tal-espansjoni militari tal-Houthi. Sa minn nofs Frar 2013, Ahmed Ali Saleh kien ta eluf ta' azzarini ġodda lill-brigati tal-Gwardja Repubblikana u shaykhs tribali mhux identifikati. L-armi oriġinarjament ġew akkwistati fl-2010 u miżmuma biex tinxtara l-lealtà ta' min jirċevihom għal gwadann politiku aktar 'il quddiem.

    Wara li missier Saleh, l-eks-President tar-Repubblika tal-Jemen Ali Abdullah Saleh, irriżenja minn President tal-Jemen fl-2011, Ahmed Ali Saleh żamm postu bħala kmandant tal-Gwardja Repubblikana tal-Jemen. Ftit aktar minn sena wara, Saleh kien tkeċċa mill-President Hadi iżda żamm influwenza sinifikanti fil-militar tal-Jemen, anke wara li tneħħa mill-kmand. Ali Abdullah Saleh ġie ddeżinjat min-NU skont il-UNSCR 2140 f'Novembru 2014.

    ▼M7

    6.  Sultan Saleh Aida Aida Zabin

    Informazzjoni oħra: Direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) f'Sanaa. Involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà, ul-istabbiltà tal-Jemen. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:25.2.2021.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Sultan Saleh Aida Aida Zabin involva ruħu f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen.

    Sultan Saleh Aida Aida Zabin huwa d-direttur tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali (CID) f'Sanaa. Huwa qeda rwol prominenti f'politika ta' intimidazzjoni u użu ta' arrest, detenzjoni, tortura, vjolenza sesswali u stupru sistematiċi kontra nisa politikament attivi. Zabin bħala direttur tas-CID huwa direttament responsabbli għal, jew bis-saħħa tal-awtorità tiegħu responsabbli għal, u kompliċi fl-użu ta' diversi postijiet ta' detenzjoni inkluż l-arrest domiċiljari, l-għases tal-pulizija, il-ħabsijiet formali u ċ-ċentri ta' detenzjoni u ċentri ta' detenzjoni mhux żvelati. F'dawn il-postijiet, in-nisa, inkluż mill-inqas minorenni waħda, għebu bil-forza, ġew kemm-il darba interrogati, stuprati, ittorturati, miċħuda trattament mediku f'waqtu u ġew soġġetti għal xogħol furzat. Zabin stess wettaq tortura direttament f'xi każijiet.

    ▼M8

    7.  Saleh Mesfer Saleh Al Shaer (psewdonimi: (a) Saleh Mosfer Saleh al Shaer; (b) Saleh Musfer Saleh al Shaer; (c) Saleh Mesfer al Shaer; (d) Saleh al Shae; (e) Saleh al Sha’ir; (f) Abu Yasser).

    Kitba oriġinali: الشاعر صالح مسفر صالح

    Deżinjazzjoni: Maġġur Ġenerali, “Kustodi Ġudizzjarju” ta’ proprjetajiet u fondi li huma proprjetà tal-avversarji tal-Houthis. Indirizz: Jemen. Post tat-twelid: Al Safrah, Provinċja ta’ Sa’dah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Nru tal-Passaport: a) Numru tal-Jemen 05274639, maħruġ fis-7.10.2013 (Data ta’ skadenza: 7.10.2019) b) Numru tal-Jemen 00481779, maħruġ fid-9.12.2000 (Data ta’ skadenza: 9.12.2006) Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: a) Jemen 1388114 b) Jemen 10010057512. Informazzjoni oħra: Bħala “Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika” tal-Houthi, għen lill-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Bħala “Kustodju Ġudizzjarju” hu direttament involut fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen. Deskrizzjoni Fiżika: Kulur tal-Għajnejn: Kannella; Xagħar: Griż; Karnaġġjon: Medju; Binja: Irqiq; Tul (ft/in): Mhux magħruf; Piż (lbs): Mhux magħruf; u Klann: Membru tal-konfederazzjoni tribali tal-Hashid. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-KSNU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Saleh Mesfer Saleh Al Shaer ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 17 u 18(c) tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż billi dderieġa atti li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli fil-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    B’referenza għad-Dikjarazzjoni tal-Każ tal-Bord ta’ Esperti tan-NU tat-28 ta’ Awwissu 2019, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer involva ruħu f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbilit fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Filwaqt li serva bħala Assistent Ministru għad-Difiża għal-Loġistika tal-Houthis, Saleh Mesfer Saleh Al Shaer assista l-Houthis biex jiksbu armi u armamenti kuntrabandati. Huwa elenkat ukoll b’rabta mal-involviment dirett tiegħu sa minn kmieni fl-2018 fl-approprjazzjoni mifruxa u illegali ta’ assi u entitajiet li huma proprjetà ta’ individwi privati taħt arrest mill-Houthis jew sfurzati jieħdu kenn barra mill-Jemen, fil-kapaċità tiegħu bħala “Kustodju Ġudizzjarju” u bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali. Al Shaer uża l-awtorità tiegħu u network ibbażat f’Sana’a li jinkludi membri tal-familja tiegħu, qorti kriminali speċjali, il-bureau tas-sigurtà nazzjonali, il-bank ċentrali, is-servizzi ta’ reġistratur tal-Ministeru għall-Kummerċ u l-Industrija tal-Jemen, u xi banek privati sabiex b’mod arbitrarju jċaħħdu mill-pussess tal-ġid tagħhom individwi u entitajiet privati mingħajr ebda proċess ġudizzjarju dovut jew possibbiltà ta’ rimedju.

    8. Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari (psewdonimi: (a) Mohammad Al-Ghamari).

    Kitba oriġinali: الغماري محمد عبدالكریم

    Deżinjazzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap Kmandant tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: a) 1979; b) 1984. Post tat-twelid: Izla Dhaen, Distrett ta’ Wahha, Provinċja ta’ Hajjar, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemen. Informazzjoni oħra: Il-Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, inkluż f’Marib, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Muhammad Abd Al-Karim Al-Ghamari involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Al-Ghamari huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Ghamari, bħala Kap Kmandant tal-Houthi għandu rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-isforzi militari tal-Houthis li qed jheddu direttament il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen, kif ukoll l-attakki transkonfinali kontra l-Arabja Sawdija. Dan l-aħħar huwa ħa f’idu l-attakk tal-Houthi fuq skala kbira kontra t-territorju miżmum mill-gvern tal-Jemen fil-provinċja ta’ Marib. L-attakk ta’ Marib qed jiggrava l-kriżi umanitarja tal-Jemen, peress li jqiegħed madwar miljun persuna vulnerabbli spostati internament f’riskju li jerġgħu jiġu spostati, iwassal għall-mewt ta’ persuni ċivili, u qed jikkawża eskalazzjoni usa’ tal-konflitt.

    — 
    Al Estiklal profile- “Muhammad Al-Ghamari; The Houthi Leader Who Conveyed The Iranian “Revolutionary Guards’ Experience To Yemen” (https://www.alestiklal.net/en/view/8824/muhammad-al-ghamari-the-houthi-leader-who-conveyed-the-iranian-revolutionary-guards-experience-to-yemen) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Al Mashhad al-Yemeni (Arabic)- “Insurgency Leader Al-Huthi Appoints Prominent Commander To Lead Fighting in Al Hudaydah” (https://www.almashhad-alyemeni.com/print~136875) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Al Mashhad al-Yemeni (Arabic)- Rapport Għarbi dwar il-ħatra ta’ al-Ghamari bħala “Kap Kmandant” f’Marib (https://www.almashhad-alyemeni.com/195498) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Al Manar TV- “Yemeni Chief of Staff: Ready for Long-Term War with Saudi-led Coalition States” (http://english.manartv.com.lb/842052) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Al Marjie (Arabic)- Profil ta’ al-Ghamari- https://www.almarjie-paris.com/1479 [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Al Jazeera – “Houthis say they attacked Aramco, Patriot targets in Saudi Arabia” (https://www.aljazeera.com/news/2021/4/15/yemens-houthis-say-attacked-aramco-patriot-targets-in-jazan) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Human Rights Watch- “Houthi Landmines Kill Civilians, Block Aid” (https://www.hrw.org/news/2019/04/22/yemen-houthi-landmines-kill-civilians-block-aid) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    The Missile War in Yemen: Rapport tas-Center for International and Strategic Studies (https://www.csis.org/analysis/missile-war-yemen-1) [accessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Mines And IEDs Employed By Houthi Forces On Yemen’s West Coast: Rapport ta’ Conflict Armament Research (https://www.conflictarm.com/dispatches/mines-and-ieds-employed-by-houthi-forces-on-yemens-west-coast/) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]

    9. Yusuf Al-Madani

    Kitba oriġinali: یوسف المداني

    Titlu: Maġġur Ġeneral. Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Ħames Reġjun Militari tal-Houthi. Indirizz: Jemen. Data tat-Twelid: 1977. Post tat-twelid: Direttorat ta’ Muhatta, Provinċja ta’ Hajjah, il-Jemen. Ċittadinanza: Jemen. Informazzjoni oħra: Mexxej prominenti tal-forzi Houthi u kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen – li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ritratt disponibbli biex jiġi inkluż fil-link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Link web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:9.11.2021.

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Skont it-taqsima 5(g) tal-Linji Gwida tiegħu, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 jagħmel aċċessibbli taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet inklużi fil-lista tas-sanzjonijiet tiegħu.

    Data li fiha t-taqsira narrattiva saret disponibbli fuq is-sit web tal-Kumitat: 9 ta’ Novembru 2021

    Yusuf Al-Madani ġie elenkat fid-9 ta’ Novembru 2021 skont il-paragrafi 11 u 15 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014) u l-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216 (2015), minħabba li jissodisfa l-kriterji tad-deżinjazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 2140 (2014).

    Yusuf Al-Madani involva ruħu f’atti u pprovda appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen.

    Informazzjoni addizzjonali:

    Al-Madani huwa elenkat għall-involviment tiegħu fil-kampanji militari Houthi u t-tmexxija tagħhom li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Jemen u b’hekk jissodisfa l-kriterji għad-deżinjazzjoni kif stabbiliti fil-Paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 2140 (2014). Al-Madani huwa mexxej prominenti tal-forzi Houthi u huwa l-kmandant tal-forzi f’Hudaydah, Hajjah, Al Mahwit, u Raymah, il-Jemen. Mill-2021, Al-Madani ġie assenjat lill-offensiva mmirata kontra Marib. Ir-ripożizzjonament persistenti tal-Houthi u ksur ieħor tad-dispożizzjonijiet dwar il-waqfien mill-ġlied tal-Ftehim ta’ Hudaydah iddestabbilizzaw belt li sservi bħala triq kritika għall-komoditajiet umanitarji u kummerċjali essenzjali. Barra minn hekk, hemm rapporti regolari ta’ attakki tal-Houthi li għandhom impatt fuq iċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili fi Hudaydah u madwarha, u dan ikompli jaggrava s-sitwazzjoni għall-Jemeniti li qed jiffaċċaw uħud mill-ogħla livelli ta’ bżonnijiet umanitarji fil-pajjiż.

    — 
    Al Masda (Arabic)- “Houthis Appoint Acting Defense, Interior Ministers, Members of Supreme Security Committee” (https://almasdaronline.com/article/67627) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Saba (Arabic)- Report Says Head of Al-Huthi Supreme Political Council Visits Navy Missiles Exhibition (https://www.saba.ye/ar/news478675.htm) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Aden Al Hadath (Arabic) - “Dissident Figure” Says “Abd-al-Malik Al-Huthi Has Leukemia, Identifies “Likely Successor” (https://aden-alhadath.info/news/35501) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    — 
    Kont Twitter ta” Mohammad Ali al-Houthi- Fit-2 ta’ Frar, 2018, Al Huthi ppubblika ritratt tiegħu ma’ Yusuf Al-Madani. It-traduzzjoni tal-posts fuq Twitter bejn wieħed u ieħor hi “bilqiegħda mal-martri ħaj Abu Hussein ilbieraħ” (Abu Hussein huwa l-laqam ta’ Yusuf Al-Madani).
    — 
    Al Jazeera- “Recordings: Houthi leaders planned general’s killing” (https://www.aljazeera.com/news/2016/6/29/recordings-houthi-leaders-planned-generals-killing) [aċċessat fid-19/Ottubru/21]
    Top