Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0762-20190410

    Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom (notifikata bid-dokument C(2014) 7489) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2014/762/UE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/762/2019-04-10

    02014D0762 — MT — 10.04.2019 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta' Ottubru 2014

    li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom

    (notifikata bid-dokument C(2014) 7489)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/762/UE)

    (ĠU L 320 6.11.2014, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/142 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-15 ta' Jannar 2018

      L 25

    40

    30.1.2018

    ►M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/570 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' April 2019

      L 99

    41

    10.4.2019




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta' Ottubru 2014

    li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili u li tħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/277/KE, Euratom u 2007/606/KE, Euratom

    (notifikata bid-dokument C(2014) 7489)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/762/UE)



    KAPITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, fir-rigward ta':

    (a) l-interazzjoni taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza (“ERCC”) mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri;

    (b) Il-komponenti tas-Sistema Komuni ta' Komunikazzjoni u Informazzjoni f'każ ta' Emerġenza (“CECIS”) kif ukoll l-organizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz taċ-CECIS;

    (c) l-identifikazzjoni ta' moduli, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u ta' esperti, kif ukoll ir-rekwiżiti operazzjonali għall-funzjonament u l-interoperabbiltà tal-moduli, inklużi l-kompiti, il-kapaċitajiet, il-komponenti ewlenin, l-awtosuffiċjenza u l-iskjerament;

    (d) il-miri tal-kapaċità, ir-rekwiżiti rigward kwalità u l-interoperabbiltà u l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EERC, inkluż l-arranġamenti finanzjarji;

    (e) l-identifikazzjoni u t-tnaqqis tal-lakuni fl-EERC;

    (f) l-organizzazzjoni ta' programm ta' taħriġ, qafas ta' eżerċizzju u programm tat-tagħlimiet meħuda;

    (g) il-proċeduri operazzjonali għar-reazzjoni għad-diżastri kemm fi ħdan kif ukoll 'il barra mill-Unjoni, inkluża l-identifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

    (h) il-proċess għall-istazzjonar ta' skwadri ta' esperti;

    (i) u l-organizzazzjoni tal-appoġġ għat-trasport ta' assistenza.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “min jagħmel it-talba għall-għajnuna” tfisser l-Istat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew diżastru imminenti jew li qed jistenna li jiġi affettwat minn diżastru imminenti, kif ukoll in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn kif speċifikat fl-Anness VII;

    (2) “assistenza ta' protezzjoni ċivili” tfisser skwadri, esperti jew moduli intiżi għall-protezzjoni ċivili, bit-tagħmir tagħhom, kif ukoll materjal jew provvisti ta' għajnuna meħtieġa biex jittaffew il-konsegwenzi ta' diżastru;

    (3) “kapaċitajiet ta' riserva” tfisser il-kapaċitajiet ta' reazzjoni għad-diżastri, id-disponibilità u l-aċċess rapidu, li huma kofinanzjati skont l- Artikolu 21(2)(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE;

    (4) “skwadri ta' intervent” tfisser ir-riżorsi umani u materjali inkluż il-moduli, stabbiliti minn Stat Membru wieħed jew aktar għall-interventi ta' protezzjoni ċivili;

    (5) “skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ” tfisser ir-riżorsi umani u materjali stabbiliti minn Stat Membru wieħed jew aktar biex iwettqu kompiti ta' appoġġ, kif imsemmi fl-Anness II;

    ▼M1

    (6) “Korp Mediku Ewropew” tfisser dik il-parti tal-EERC disponibbli għall-operazzjonijiet ta' reazzjoni skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni f'każ ta' emerġenzi akuti li jolqtu s-saħħa.

    ▼B



    KAPITOLU 2

    IĊ-ĊENTRU TA' KOORDINAZZJONI TAR-REAZZJONI F'KAŻ TA' EMERĠENZA (ERCC)

    Artikolu 3

    L-interazzjoni tal-ERCC mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri

    1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta' kuntatt nazzjonali għall-ERCC li jkun disponibbli 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. In-nomina għandha ssir bl-użu tal-formula tal-pajjiż kif stabbilit fl-Anness I.

    2.  L-ERCC iżomm kuntatt mill-qrib mal-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri sabiex iwettqu d-dmirijiet regolari tagħhom u l-operazzjonijiet ta' reazzjoni stipulati f'din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.



    KAPITOLU 3

    SISTEMA KOMUNI TA' KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI F'KAŻ TA' EMERĠENZA (CECIS)

    Artikolu 4

    Saffi ta' CECIS

    Iċ-CECIS jinkludi t-tliet komponenti li ġejjin:

    (a) saff tan-netwerk, li jgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri u l-ERCC;

    (b) saff ta' applikazzjoni, li jikkonsisti minn dejtabejżis u min sistemi oħra ta' informazzjoni neċessarji għall-funzjonament tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk meħtieġa:

    (i) għall-komunikazzjoni tan-notifikazzjonijiet,

    (ii) biex tiġi żgurata komunikazzjoni u tixrid ta' informazzjoni bejn l-ERCC u l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt,

    (iii) għat-tixrid ta' tagħlimiet meħuda mill-interventi;

    (c) saff ta' sigurta, li jikkonsisti minn grupp ta' sistemi, regoli u proċeduri necessarji biex jiżguraw l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzalità tad-dejta merfugħa fiċ-CECIS u skambjata permezz tagħha.

    Artikolu 5

    Sigurtà tal-informazzjoni

    1.  Iċ-CECIS ikollu l-kapaċità li jimmaniġġa dokumenti, dejtabejżis u sistemi ta' informazzjoni b'mod sikur permezz tas-Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA) jew xi netwerk bħalu.

    2.  Id-dokumenti u l-informazzjoni klassifikata bħala “EU CONFIDENTIAL” jew ogħla, tiġi trasmessa skont arranġamenti speċjali bejn l-oriġinatur u r-reċipjent(i) kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom ( 1 ).

    Artikolu 6

    Informazzjoni u aġġornament

    1.  L-Istati Membri jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa billi jużaw il-formula tal-pajjiż li tinsab fl-Anness I.

    2.  L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt u, fejn ikun meħtieġ, dwar servizzi oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' diżastri naturali, teknoloġiċi u radjoloġiċi jew ma aċċidenti ambjentali, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar.

    3.  L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar xi tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

    4.  Id-dejtabejż taċ-CECIS ikun fih taqsima partikolari b'informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni u d-disponibbiltà ta' kapaċitajiet ta' reazzjoni fl-EERC. Il-Kummissjoni tiżgura aċċess kontinwu għall-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-protezzjoni ċivili.

    5.  L-Istati Membri jiżguraw li t-taqsima nnominata fid-dejtabejż taċ-CECIS tkun dejjem aġġornata fir-rigward tal-istat ta' disponibbiltà u tad-dejta fattwali neċessarja kollha dwar il-karatteristiċi relevanti tal-kapaċitajiet kollha ta' reazzjoni rreġistrati fl-EERC.

    6.  Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess ta' qari biss fiċ-CECIS lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti.

    Artikolu 7

    Grupp tal-utenti taċ-CECIS

    Grupp ta' utenti li jikkonsisti minn rappreżentanti nominati mill-Istati Membri jassisti lill-Kummissjoni fil-validazzjoni, l-ittestjar, u l-iżvilupp ulterjuri taċ-CECIS.

    Artikolu 8

    Implimentazzjoni u żvilupp ulterjuri

    1.  Il-Kummissjoni tiġġestixxi u tkompli tiżviluppa ċ-CECIS, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-Istati Membri.

    2.  L-Istati Membri jimplimentaw l-ambjent ta' teknoloġija tal-informazzjoni xierqa taċ-CECIS fit-territorju tagħhom f'konformità mal-impenji magħmula bl-użu tal-formola tal-pajjiż li tinsab fl-Anness I.

    Artikolu 9

    CECIS għat-tniġġis tal-baħar

    1.  Il-Kummissjoni tiżgura li applikazzjoni CECIS speċjalizzata aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima permezz tal-Internet tkun disponibbli għal tniġġis tal-baħar biex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet tar-reazzjoni għal inċidenti marittimi.

    2.  L-applikazzjoni, permezz tal-Internet, tkun miftuħa wkoll għal pajjiżi terzi li jikkondividu baċin tal-baħar reġjonali mal-Unjoni. L-aċċess jista' jingħata wkoll fuq bażi ad hoc lis-segretarjati tal-konvenzjonijiet tal-baħar reġjonali relevanti.



    KAPITOLU 4

    MODULI, ASSISTENZA TEKNIKA U SKWADRI TA' ASSISTENZA TEKNIKA U APPOĠĠ, KAPAĊITAJIET OĦRA TA' REAZZJONI U ESPERTI

    Artikolu 10

    Reġistrazzjoni ta' moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti

    1.  L-Istati Membri jirreġistraw il-moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ tagħhom, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni kif ukoll l-esperti identifikati skont l-Artikolu 9(6) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE fid-dejtabejż taċ-CECIS.

    2.  Il-moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u l-esperti impenjati minn qabel fl-EERC jibqgħu reġistrati fit-taqsima apposta tad-dejtabejż taċ-CECIS.

    3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi aġġornata skont kif ikun meħtieġ.

    Artikolu 11

    Għamla ta' moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti

    1.  Il-moduli kif ukoll l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ jistgħu jkunu magħmula minn riżorsi pprovduti minn Stat Membru wieħed jew aktar.

    2.  Meta modulu jew skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ ikunu magħmula minn aktar minn element wieħed, l-iskjerament ta' dak il-modulu jew skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ f'intervent jista' jkun limitat għall-elementi neċessarji għal dak l-intervent.

    Artikolu 12

    Awtosuffiċjenza tal-moduli

    1.  L-elementi li ġejjin ta' awtosuffiċjeza japplikaw għal kull modulu kif speċifikat fl-Anness II:

    (a) kenn xieraq mit-temp prevalenti;

    (b) ġenerazzjoni ta' enerġija u dawl li jkopri l-konsum tal-bażi tal-operazzjoni u tat-tagħmir meħtieġ biex titwettaq il-missjoni;

    (c) faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene għall-użu mill-persunal tal-modulu;

    (d) disponibbiltà ta' ikel u ilma għall-persunal tal-modulu;

    (e) persunal, faċilitajiet u provvisti mediċi jew para mediċi għall-persunal tal-modulu;

    (f) ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

    (g) tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fil-post;

    (h) trasport lokali;

    (i) loġistika, tagħmir u persunal li jippermettu l-istabbiliment ta' bażi ta' operazzjonijiet u l-bidu tal-missjoni mingħajr dewmien mal-wasla fuq il-post.

    2.  Konformità mar-rekwiżiti ta' awtosuffiċjenza jiġu ggarantiti mill-Istat Membru li qed joffri, permezz ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

    (a) l-inklużjoni fil-modulu tal-persunal, it-tagħmir u oġġetti konsumabbli neċessarji;

    (b) li jsiru l-arranġamenti neċessarji fil-post tal-operazzjonijiet;

    (c) li jsiru l-prearranġamenti neċessarji biex jiġu kkombinati skwadra ta' intervent mhux awtosuffiċjenti ma' skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 13 qabel ir-reġistrazzjoni tal-modulu kkonċernat skont l-Artikolu 10(1).

    3.  Il-perjodu li għalih l-awtosuffiċjenza trid tkun iggarantita mill-bidu tal-missjoni ma jistax ikun iqsar minn wieħed milli ġej:

    (a) 96 siegħa;

    (b) il-perjodi stipulati fl-Anness II.

    Artikolu 13

    Rekwiżiti għall-moduli u l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ

    1.  Il-moduli jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II.

    2.  L-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II.

    3.  Ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Anness II jiġu riveduti minn żmien għal żmien.

    4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

    (a) il-moduli għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma' moduli oħra;

    (b) l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma' skwadri oħra ta' assistenza teknika u appoġġ u mal-atturi relevanti fuq il-post;

    (c) il-komponenti ta' modulu għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala modulu wieħed;

    (d) il-komponenti ta' skwadra ta' assitenza teknika u appoġġ għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ waħda;

    (e) il-moduli u l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, meta skjerati barra l-Unjoni, jistgħu jiffunzjonaw ma' kapaċitajiet internazzjonali ta' rispons għad-diżastri b'appoġġ għall-pajjiż milqut;

    (f) il-kapijiet tal-iskwadri, il-viċi kapijiet tal-iskwadri u l-uffiċjali ta' kooperazzjoni ta' moduli u skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ jipparteċipaw f'korsijiet u eżerċizzji xierqa ta' taħriġ organizzati mill-Kummissjoni, kif stipulati fl-Artikoli 26 sa 32.



    KAPITOLU 5

    L-IŻVILUPP TAL-KAPAĊITÀ EWROPEA GĦAR-REAZZJONI GĦALL-EMERĠENZA (EERC) FIL-FORMA TA' KONSORZJU VOLONTARJU

    Artikolu 14

    Miri ta' kapaċità

    1.  Il-miri ta' kapaċità tal-EERC ikunu kif speċifikat fl-Anness III.

    2.  Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tivvaluta l-adegwatezza tal-għanijiet ta' kapaċità, mill-inqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevedihom abbażi ta' riskji identifikati f'valutazzjonijiet nazzjonali ta' riskju jew sorsi oħra nazzjonali jew internazzjonali ta' informazzjoni.

    3.  L-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti dwar ir-riskji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għanijiet ta' kapaċità.

    Artikolu 15

    Rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà

    1.  Ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà speċifikati fl-Anness IV japplikaw għal moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fl-EERC.

    2.  Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jivvalutaw l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà mill-inqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevedihom. Ir-rekwiżiti ta' kwalità jkunu bbażati fuq standards internazzjonali stabbiliti, fejn dawn diġà jeżistu.

    Artikolu 16

    Proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni

    1.  Il-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni speċifikati fil-paragrafi 2 sa 8 japplikaw għal moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti fl-EERC.

    2.  Iċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ikunu soġġetti għall-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-Anness IV, ħlief għal kapaċitajiet ta' riserva, li għalihom għandu japplika l-Artikolu 25(3).

    3.  L-Istati Membri li joffru modulu partikolari, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, kapaċità ta' reazzjoni oħra, jew esperti għall-inklużjoni fl-EERC, jipprovdu l-informazzjoni elementi stabbiliti fl-Anness V.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċita ta' reazzjoni oħra, jew l-espert in kwistjoni jistgħux jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-EERC u tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha mingħajr dewmien lill-Istat Membru rilevanti. F'din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra b'mod partikolari li jintlaħqu l-ħtiġiet ta' kwalità, il-miri ta' kapaċità, il-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta, il-qrubija ġeografika u l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha, kif ukoll fatturi rilevanti oħra li hija għandha tiddetermina bil-quddiem u li jkunu applikabbli għal moduli, l-iskwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni, jew esperti kollha kumparabbli.

    5.  Jekk jiġu kkunsidrati għall-inklużjoni fl-EERC, il-Kummissjoni tiftaħ il-proċedura ta' ċertifikazzjoni għall-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċita oħra ta' reazzjoni, jew esperti abbażi tal-informazzjoni pprovduta, u xi informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru. F'każijiet fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti ta' kwalità u ta' interoperabbiltà ikunu ssodisfati, tista' tirreġistra l-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew l-espert fil-konsorzju volontarju.

    6.  Il-Kummissjoni tikkomunika bil-miktub lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru l-evalwazzjoni tagħha tat-taħriġ, l-eżerċizzji, u/jew il-workshops meħtieġa, u xi kundizzjonijiet oħra relevanti ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni.

    7.  Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni kollha l-Kummissjoni tiddikjara l-modulu, l-iskwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew l-espert bħala ċċertifikati għall-EERC u tikkomunika dan lill-Istat Membru.

    ▼M1

    8.  Iċ-ċertifikazzjoni ta' modulu, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċità oħra ta' reazzjoni jew espert għandha tiġi evalwata mill-ġdid mhux aktar tard wara li jkunu għaddew ħames (5) snin, jekk l-assi jiġi sottomess għar-reġistrazzjoni mill-ġdid fl-EERC.

    ▼B

    9.  Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tivvaluta l-adegwatezza tal-proċedura taċ-ċertifikazzjoni u r-reġistrazzjoni mill-anqas sena iva u sena le u, jekk neċessarju, tirrevediha.

    Artikolu 17

    Arranġamenti finanzjarji għall-ispejjeż ta' adattament

    1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu għotja għall-ispejjeż ta' finanzjament tal-adattament individwalment għal kull modulu, skwadra ta' assistenza teknika u appoġġ, jew xi-kapaċità oħra ta' reazzjoni, mingħajr ma l-Kummissjoni tippubblika sejħa għall-proposti. L-ispejjeż ta' adattament jinkludu l-elementi ta' spiża speċifikati fl-Artikolu 21(2)(c) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    2.  Sabiex jissostanzjaw din it-talba, l-Istati Membri jissottomettu lill-Kummissjoni pjani ta' implimentazzjoni għall-ispejjeż ta' adattament, inklużi stimi ta' spejjeż u skeda ta' żmien.

    3.  Il-Kummissjoni tevalwa u, fejn ir-rekwiżiti relevanti ikunu ġew issodisfati, tapprova il-pjani ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, u tispeċifika liema fost l-ispejjeż rispettivi jkunu eliġibbli bħala spejjeż ta' adattament.

    4.  Wara evalwazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tal-għotja.

    5.  L-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tal-ispejjeż li jkunu ġarrbu għall-ispejjeż ta' adattament.



    KAPITOLU 6

    L-INDIRIZZAR TA' LAKUNI FIL-KAPAĊITÀ TA' REAZZJONI

    Artikolu 18

    Monitoraġġ tal-progress lejn il-miri ta' kapaċità

    Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kontinwament timmonitorja l-progress lejn l-iskopijiet ta' kapaċità, filwaqt li tqis il-kapaċitajiet identifikati skont l-Artikolu 20, u regolarment tinforma lill-Istati Membri dwar il-valutazzjoni tagħha tal-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri fid-dettall meħtieġ dwar xi lakuni li jkun fasal fil-kapaċità ta' reazzjoni.

    Artikolu 19

    Proċedura biex jiġu identifikati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

    1.  Bħala parti mill-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri ta' kapaċità, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tivvaluta d-differenza bejn il-kapaċitajiet reġistrati tal-Istati Membri fl-EERC u l-miri ta' kapaċità stabbiliti fl-Anness III.

    2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw bħala l-kapaċitajiet impenjati għall-EERC biss dawk il-kapaċitajiet li jkunu ġew reġistrati bħala magħmula disponibbli mill-Istati Membri għall-EERC, skont l-Artikolu 16.

    Artikolu 20

    Proċedura biex jiġu identifikati kapaċitajiet ta' reazzjoni barra l-EERC

    1.  Meta l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri tkun identifikat lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni skont l-Artikolu 19 ta' din id-Deċiżjoni, hija, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina jekk il-kapaċitajiet ikunux disponibbli minn barra l-EERC, skont l- Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    2.  Il-Kummissjoni tikkunsidra bħala disponibbli minn barra l-EERC il-kapaċitajiet li ġejjin biss:

    (a) kapaċitajiet reġistrati fiċ-CECIS;

    (b) kapaċitajiet ta' riżerva; jew

    (c) kapaċitajiet mhux koperti mill-punti (a) u (b) iżda li jkunu jistgħu faċilment jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru jew l-Istati Membri bil-kwantitajiet meħtieġa, fejn ikunu meħtieġa, fi ħdan il-perjodu ta' żmien meħtieġħ, għat-tul ta' żmien meħtieġ.

    3.  Għall-finijiet tal-garanzija tal-kapaċitajiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tindirizza talba lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u tistipula d-dettalji tal-valutazzjoni ta' lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni u tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar xi kapaċitajiet disponibbli minn barra l-EERC kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fit-talba skadenza biex jidħlu r-risposti ta' massimu ta' 60 jum kalendarju, li t-tul eżatt tagħha jkun jiddependi fuq kemm ikun mistenni li jkun kumpless il-proċess biex jiġu aċċertati l-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 mill-Istati Membri.

    5.  L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miktub fi żmien l-iskadenza stabbilita bid-dettalji ta' kull kapaċità msemmija fil-paragrafu 2.

    6.  Meta Stat Membru ma jweġibx bil-miktub fi żmien l-iskadenza speċifikata, il-Kummissjoni tassumi għall-finijiet ta' din il-valutazzjoni li l-ebda kapaċità msemmija fil-paragrafu 2 ma tkun disponibbli f'dak l-Istat Membru.

    7.  Abbażi tal-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu biss dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tivvaluta jekk dawk il-kapaċitajiet jimlewx il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni identifikati skont l-Artikolu 19 ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-lakuni fil-kapaċità bħala mimlija biss meta n-numru ta' kapaċitajiet fi ħdan l-EERC u dawk il-kapaċitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, f'daqqa, ikunu ugwali jew jeċċedu, il-miri ta' kapaċità stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 21

    Proċedura biex jiġu indirizzati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

    1.  Meta l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri tidentifika lakuni potenzjalment sinifikanti fil-kapaċità ta' reazzjoni skont l-Artikolu 19, li ma jkunux jistgħu jiġu indirizzati skont l-Artikolu 20, hija tinnotifika bil-miktub lill-Istati Membri, u tagħti dettalji dwar dawk li hija tqis li huma lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika.

    2.  Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri bil-miktub biex jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika, skont l-Artikolu 12(3) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    3.  L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk, meta, u kif ikunu qed jippjanaw li jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika, individwalment jew permezz ta' kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra.

    Artikolu 22

    Appoġġ mill-Kummissjoni fl-indirizzar tal-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika

    1.  Meta l-finanzjament tal-Unjoni jkun meħtieġ biex jiġu indirizzati lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni strateġika skont l-Artikoli 12(3) u 21(1)(j) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, il-Kummissjoni tippubblika sejħa għal proposti biex tappoġġja lill-Istati Membri.

    2.  B'reazzjoni għas-sejħa għall-proposti, l-Istati Membri iżommu ruħhom konformi mal-Artikolu 21(1)(j)(iii) u (iv) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    3.  L-Istati Membri jindikaw, fost affarijiet oħra, il-persentaġġ meħtieġ ta' kofinanzjament mill-Unjoni.

    Artikolu 23

    Spejjeż eliġibbli għall-appoġġ għall-indirizzar tal-lakuni fil-kapaċità ta' reazzjoni

    1.  L-ispejjeż kollha tat-tagħmir, is-servizzi jew ir-riżorsi umani meħtieġa għall-istabbiliment inizjali tal-kapaċitajiet ta' reazzjoni jkunu eliġibbli.

    2.  L-ispejjeż ta' manutenzjoni li għaddejjin jew l-ispejjeż operattivi mhumiex eliġibbli.

    ▼M2 —————

    ▼B



    KAPITOLU 8

    PROGRAMM TA' TAĦRIĠ

    Artikolu 26

    Programm ta' taħriġ

    1.  Għandu jiġi stabbilit programm ta' taħriġ li jkopri l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri. Il-programm ikun jinkludi korsijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll sistema ta' skambju ta' esperti. Il-programm għandu jkun immirat għall-gruppi apposta msemmija fl-Artikolu 27.

    2.  Il-Kummissjoni tkun risponsabbli għall-kordinazzjoni u l-organizzazzjoni u biex tistabbilixxi l-kontenut u l-iskeda tal-programm ta' taħriġ.

    Artikolu 27

    Il-Parteċipanti

    1.  Il-gruppi li għalihom il-programm ta' taħriġ ser ikun immirat ser ikunu:

    (a) Il-persunal tal-Istati Membri tal-protezzjoni ċivili u l-ġestjoni tad-diżastri, b'mod partikolari l-mexxejja tal-iskwadri, id-deputati tagħhom u l-uffiċjali ta' kollegament, l-esperti tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 41, inkluż l-esperti fejn jidħlu l-prevenzjoni u t-tħejjija, kif ukoll il-persunal ewlieni tal-punti ta' kuntatt nazzjonali;

    (b) Il-persunal tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji;

    (c) esperti magħżula minn pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

    2.  Il-parteċipazzjoni fil-korsijiet ta' taħriġ tkun ukoll miftuħa għal esperti magħżula li ġejjin minn:

    (a) in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha;

    (b) l-organizzazzjonijiet internazzjonali speċifikati fl-Anness VII;

    (c) pajjiżi terzi u, fejn xieraq, atturi rilevanti oħra.

    3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni jinnominaw lil dawk li jkunu se jingħataw taħriġ f'kull sessjoni.

    Artikolu 28

    Korsijiet ta' taħriġ

    1.  Il-programm jikkonsisti f'sett ta' korsijiet fi tliet livelli: introduttiv, operattiv u ta' ġestjoni.

    2.  Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri tistabbilixxi il-ġabra ta' korsijiet, il-kontenut, il-kurrikuli u l-iskedi tas-sistema ta' korsijiet, inklużi ħtiġijiet ta' aċċess.

    3.  Il-Kummissjoni tiżgura li l-għalliema u l-lecturers ikunu aġġornati dwar l-iżviluppi rilevanti tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    Artikolu 29

    Skambju ta' esperti

    Is-sistema għall-iskambju ta' esperti bejn l-Istati Membri jew mal-Kummissjoni tippermetti lill-esperti biex:

    (a) jiksbu u jikkondividu l-esperjenza;

    (b) isiru familjari ma' tekniċi oħra u proċeduri operazzjonali użati;

    (c) jistudjaw approċi meħuda minn servizzi ta' emerġenza parteċipanti u istituzzjonijiet oħra.

    Artikolu 30

    Azzjonijiet oħra ta' taħriġ

    Fejn xieraq u skont il-programm ta' ħidma annwali, jingħataw opportunitajiet ta' taħriġ addizzjonali sabiex jintlaħqu bżonnijiet identifikati għall-implimentazzjoni effiċjenti u mingħajr xkiel ta' azzjonijiet ta' protezzjoni ċivili u tal-ġestjoni tad-diżastri.

    Artikolu 31

    Sistema ta' evalwazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza tal-livell ta' taħrig u l-kontenut tiegħu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni torganizza sistema xierqa ta' evalwazzjoni għall-azzjonijiet ta' taħriġ organizzati.



    KAPITOLU 9

    QAFAS TA' EŻERĊIZZJU

    Artikolu 32

    Programm ta' eżerċizzju, qafas strateġiku u prijoritajiet

    1.  Jiġi stabbilit programm ta' eżerċizzji ta' protezzjoni ċivili, ġestit mill-Kummissjoni.

    2.  Il-programm ta' eżerċizzji ta' protezzjoni ċivili għandha tkun iggwidata minn qafas strateġiku li jistabbilixxi l-objettivi u r-rwol tal-eżerċizzji taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    3.  Il-programm ta' eżerċizzji b'mod partikolari jkun immirat lejn:

    (a) it-titjib tal-kapaċità ta' reazzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta' skwadri u assi oħra pprovduti f'interventi ta' assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni;

    (b) it-titjib u l-verifika tal-proċeduri u l-istabbiliment ta' approċċ komuni għall-kordinazzjoni ta' interventi ta' assistentza taħt il-mekkaniżmu tal-Unjoni u t-tnaqqis tal-ħin ta' reazzjoni f'każ ta' diżastri maġġuri;

    (c) it-titjib tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-protezzjoni ċivili tal-Istati Membri u l-Kummissjoni;

    (d) l-identifikazzjoni u tal-qsim ta' tagħlimiet meħuda;

    (e) l-ittestjar tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda.

    4.  Il-prijoritajiet ġenerali tal-programm ta' eżerċizzji jiġu mfissra fi pjan komprensiv għat-tul. Dan ikun jinkludi elementi ta' xenarji relevant ta' diżastru u kapaċitajiet.

    5.  Il-Kummissjoni:

    (a) tiżviluppa l-qafas strateġiku u l-pjan komprensiv fit-tul, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, filwaqt li tqis it-tagħlimiet meħuda mill-programm u informazzjoni rilevanti oħra;

    (b) tistabbilixxi l-għanijiet tal-eżerċizzji kif ukoll ir-rwol tagħhom f'komponenti oħra tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni; kif ukoll

    (c) tressaq proposta kull sena fil-programm ta' ħidma għal prijoritajiet speċifiċi ta' eżerċizzju f'konformità mal-pjan komprensiv għat-tul.



    KAPITOLU 10

    PROGRAMMI TA' TAGĦLIMIET MEĦUDA

    Artikolu 33

    Monitoraġġ, analiżi u evalwazzjoni

    1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkondividu d-dejta, l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet neċessarji għalihom biex ikunu jistgħu jissorveljaw, janalizzaw u jivvalutaw l-azzjonijiet kollha rilevanti ta' protezzjoni ċivili fi ħdan il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    2.  Il-Kummissjoni tistabbilixxi u tamministra dejtabejż li jkun jista' jintuża mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-ġbir u l-kondiviżjoni tad-dejta, għat-tixrid tat-tagħlimiet meħuda, u biex l-istat ta' implimentazzjoni tagħhom ikun sorveljat.

    3.  Il-Kummissjoni tiffaċilita l-identifikazzjoni tat-tagħlimiet mal-partijiet interessati rilevanti, inkluż permezz tal-organizzazzjoni ta' laqgħat.

    Artikolu 34

    Il-promozzjoni tal-implimentazzjoni

    1.  Il-Kummissjoni tiżgura li t-tagħlimiet li jkunu ġew identifikati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti jkunu ta' kontribut fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-iżvilupp ulterjuri tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    2.  B'mod partikolari, it-tagħlimiet identifikati jkunu ta' kontribut fl-istabbiliment ta':

    (a) il-prijoritajiet tal-programm ta' taħriġ, inkluż fejn xieraq il-kontenut u l-kurrikuli tal-korsijiet ta' taħriġ, u l-programm ta' eżerċizzji;

    (b) il-prijoritajiet tas-sejħiet annwali għal proġetti ta' prevenzjoni u l-istat ta' tħejjija; kif ukoll

    (c) il-prijoritajiet tal-attivitajiet ta' ppjanar li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 10 tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    3.  Il-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-programm tat-tagħlimiet meħuda, billi telenka tagħlimiet identifikati relevanti, l-azzjonijiet ta' rimedju previsti, ir-responsabbiltajiet u l-iskedi, kif ukoll l-istat tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet.

    4.  Minn żmien għal żmien l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà nazzjonali tagħhom.



    KAPITOLU 11

    IL-PROĊEDURI OPERAZZJONALI GĦAR-REAZZJONI GĦAD-DIŻASTRI

    Artikolu 35

    Talbiet għal assistenza u reazzjoni

    1.  Meta jseħħ diżastru ġewwa l-Unjoni, jew meta jkun imminenti, hekk kif tidħol talba għall-assistenza permezz taċ-CECIS, il-Kummissjoni, kif xieraq u mingħajr dewmien, twettaq l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    2.  Meta jseħħ diżastru barra l-Unjoni, jew meta jkun imminenti, li jista' jeħtieġ assistenza ta' protezzjoni ċivili, il-Kummissjoni tista' tinforma lill-pajjiż terz bil-possibilitajiet li tintalab l-assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    3.  Stat Membru jew pajjiż terz milqut minn diżastru jew mhedded minn diżastru imminenti, jekk ikun jixtieq jitlob għajnuna permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, jindirizza talba bil-miktub għal assistenza ta' protezzjoni ċivili lill-ERCC permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Jekk ikunu jixtiequ jitolbu assistenza permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, in-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, jew kull organizzazzjoni internazzjonali speċifikata fl-Anness VII, jindirizzaw talba bil-miktub għall-assistenza ta' protezzjoni ċivili lill-ERCC.

    4.  Min jitlob l-assistenza jagħti lill-ERCC kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna s-sitwazzjoni, u b'mod partikolari, il-bżonnijiet speċifiċi, l-appoġġ mitlub u l-lokalità.

    5.  Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC dwar iż-żmien, punt ta' dħul, u l-lokalità fejn tkun qed tintalab l-assistenza, u dwar il-punt ta' kuntatt operattiv fuq il-post li jkun qed jiġġestixxi d-diżastru.

    6.  L-ERCC iħejji, sa fejn hu possibbli, pjanijiet speċifiċi ta' skjerament għal kull talba għal assistenza. Dawn ikunu jinkludu rakkomandazzjonijiet għall-forniment tal-assistenza, inkluż talbiet biex jintużaw moduli, skwadri ta' assistenza teknika u appoġġ, xi kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni u esperti rreġistrati fl-EERC, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtiġijiet kritiċi possibbli. Il-pjanijiet speċifiċi ta' skjerament iridu jkunu skont l-istruttura u l-għamla speċifikati fl-Anness VI, u jkunu bbażati fuq il-pjanijiet ġenerali żviluppati minn qabel fl-Artikoli 15(3)(c) u 16(3)(b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, li tkopri l-aktar tipi relevanti tar-riskji ta' diżastru u jqisu x-xenarji ta' riskju identifikati fil-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri. Il-pjani speċifiċi tal-iskjerament jiġu trażmessi lill-Istati Membri kollha.

    7.  Fil-proċess tas-selezzjoni minn fost il-kapaċitajiet tal-ERCC jitqiesu l-kriterji li ġejjin, li l-prijorità tagħhom tista' tkun tiddependi fuq l-element speċifiċi tat-talba għall-assistenza:

    (a) id-disponibilità;

    (b) l-adegwatezza;

    (c) il-lokalità/il-qrubija;

    (d) il-ħin stmat meħtieġ għat-trasport u l-ispejjeż stmati;

    (e) l-esperjenza preċedenti;

    (f) l-użu preċedenti tal-assi;

    (g) kriterji rilevanti oħra, bħalma huma l-kapaċitajiet lingwistiċi, il-qrubija kulturali.

    8.  Sakemm ma jsirx ftehim mod ieħor mal-Istati Membri, l-ERCC ma jistidinx lill-Istati Membri biex jiskjeraw kapaċitajiet speċifiċi mill-EERC f'żoni fejn hemm kunflitti armati, theddid tiegħu, jew kundizzjonijiet oħra fejn is-sikurezza u s-sigurtà tal-iskwadri tkun f'riskju.

    9.  L-Istati Membri li lejhom tkun indirizzata stedina biex jiskjeraw il-kapaċitajiet mill-EERC, skont l-Artikolu 11(7) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, jikkomunikaw id-deċiżjoni aħħarija tagħhom dwar l-iskjerament lill-ERCC. L-ERCC jispeċifika l-perjodu ta' żmien li fih l-Istat Membru fil-prinċipju irid jagħti risposta. Din l-iskadenza tkun ibbażata fuq in-natura tad-diżastru u fi kwalunkwe każ ma tkunx anqas minn sagħtejn.

    10.  Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC liema offerti ta' assistenza ikun aċċetta.

    11.  Meta l-assistenza tkun neċessarja biex tiġi indirizzata ħtieġa kritika u l-assistenza ma tkunx disponibbli, jew ma tkunx disponibbli biżżejjed, fl-EERC, il-Kummissjoni minnufih tinforma lill-punti nazzjonali ta' kuntatt kollha permezz taċ-CECIS dwar l-appoġġ finanzjarju disponibbli mill-Unjoni għat-trasport, skont l-Artikolu 23(3)(b) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    12.  Fir-rigward tat-talbiet għall-iskwadri u l-mezzi ta' intervent, l-ERCC jinforma lill-Istati Membri dwar is-selezzjoni ta' min ikun għamel it-talba għall-assistenza. L-Istati Membri li jipprovdu l-assistenza jinfurmaw b'mod regolari lill-ERCC dwar l-iskwadri ta' intervent u l-mezzi mibgħuta, inklużi l-kapaċitajiet kollha li huma parti mill-EERC.

    13.  Il-Kummissjoni tista' tagħżel, taħtar u tibgħat skwadra ta' esperti għall-appoġġ fuq il-post skont l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    Artikolu 36

    Missjonijiet ta' esperti

    1.  L-esperti mibgħuta jwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikolu 8(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Huma jirrappurtaw b'mod regolari lill-awtoritajiet tal-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u lill-ERCC.

    2.  L-ERCC iżomm lill-Istati Membri infurmati dwar il-progress tal-missjoni tal-esperti.

    3.  Min jitlob l-assistenza jinforma lill-ERCC fuq bażi regolari dwar l-evoluzzjoni tal-attivitajiet li jkunu għaddejjin fuq il-post.

    4.  Fil-każ ta' interventi f'pajjiżi terzi, il-kap tal-iskwadra jinforma lill-ERCC fuq bażi regolari dwar l-izvilupp tal-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq il-post.

    5.  L-ERCC jikkompila l-informazzjoni kollha li jkun irċieva u jqassamha lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

    Artikolu 37

    Diżingaġġ operattiv

    1.  L-Istat Membru li jkun għamel it-talba, jew kwalunkwe Stat Membru li jkun qed jipprovi l-assistenza, jinforma kemm jista' jkun malajr lill-ERCC u lill-esperti u l-iskwadri ta' intervent mibgħuta f'każ li jkunu jqisu li l-assistenza tagħhom ma tkun aktar meħtieġa jew ma tkunx tista' tibqa' tingħata. Id-disingaġġ effettiv jiġi organizzat b'mod xieraq minn min jitlob l-assistenza u mill-Istati Membri. L-ERCC jinżamm infurmat b'dan.

    2.  F'pajjiżi terzi, il-kap tal-iskwadra jirrapporta kemm jista' jkun malajr lill-ERCC fil-każ li dan jikkunsidra, wara konsultazzjonijiet xierqa ma' min ikun għamel it-talba għall-assistenza, li l-assistenza ma tkunx għadha meħtieġa jew meta l-ostakoli ma jippermettux l-għoti effettiv tal-assistenza. L-ERCC jgħaddi din l-informazzjoni lid-delegazzjoni tal-Unjoni f'dak il-pajjiż kif ukoll lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri. L-ERCC, f'koordinazzjoni ma' min jitlob l-assistenza, jara li jkun hemm diżingaġġ effettiv tal-esperti u tal-iskwadri ta' intervent mibgħuta.

    Artikolu 38

    Rappurtaġġ u tagħlimiet identifikati

    1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' min jitlob l-għajnuna u tal-Istati Membri li jkunu pprovdew l-assistenza, kif ukoll l-esperti mibgħuta, ikollhom il-possibilità li jippreżentaw il-konklużjonijet tagħhom fuq kull aspett tal-intervent lill-ERCC. L-ERCC iħejji rapport sommarju dwar l-assistenza pprovduta u kull tagħlima rilevanti identifikata.

    2.  Minbarra l-Artikoli 33 u 34, l-ERCC flimkien mal-Istati Membri jagħmlu segwitu tal-implimentazzjoni tat-tagħlimiet identifikati sabiex itejbu l-interventi ta' assistenza taħt il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

    Artikolu 39

    Spejjeż

    1.  Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-Istat li jkun qed jitlob l-għajnuna iġorr l-ispejjeż tal-assistenz mogħtija mill-Istati Membri.

    2.  Kull Stat Membru li jipprovdi l-assistenza jista', filwaqt li titqies in-natura partikolari tad-diżastru u l-firxa tad-danni, joffri l-assistenza tiegħu totalment jew parzjalment mingħajr ħlas. Dak l-Istat Membru jista' wkoll jirrinunzja għar-rimborż kollu, jew parti minnu, tal-ispejjeż tiegħu fi kwalunkwe ħin.

    3.  Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għal kemm idum l-intervent, l-Istat li jitlob l-għajnuna jiffaċilita l-għajxien u l-akkomodazzjoni lill-iskwadri ta' assitenza u jtihom riforniment u provvisti bla ħlas. Madanakollu, l-iskwadri ta' assistenza jkunu loġistikament indipendenti u awtosuffiċjenti għal perjodu raġonevoli, skont l-assi użati u jinfurmaw lill-ERCC kif xieraq.

    4.  L-Ispejjeż sabiex jintbagħtu l-esperti u l-appoġġ loġistiku rilevanti jiġu ttrattati skont l-Artikolu 22(a) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Dawn l-ispejjeż ikunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

    Artikolu 40

    Kumpens għad-danni

    1.  L-Istat Membri li jagħmlu talba għall-assistenza ma jagħmlu l-ebda talba għall-kumpens mill-Istati Membri f'każ ta' danni kkawżati meta tali danni jkunu b'konsegwenza tal-intervent ta' assistenza pprovdut skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dan ikun ir-riżultat ta' frodi jew ta' mġiba ħażina serja.

    2.  Fl-eventwalità ta' danni mġarrba minn partijiet terzi b'riżultat ta' interventi ta' assistenza, l-Istati Membri li jkunu għamlu t-talba u l-Istat membru li jkun ipprovda l-assistenza jikkooperaw biex jiffaċilitaw l-għoti ta' kumpens għat-tali danni skont il-liġijiet applikabbli u l-oqsfa relevanti.



    KAPITOLU 12

    IL-PROĊESS TAL-ISKJERAMENT TAL-ISKWADRI TA' ESPERTI

    Artikolu 41

    Kategoriji ta' esperti

    L-Istati Membri jikklassifikaw l-esperti fil-kategoriji li ġejjin:

    (a) esperti tekniċi;

    (b) esperti ta' valutazzjoni;

    (c) esperti ta' koordinamenti;

    (d) kapijiet ta' skwadri.

    Artikolu 42

    Kompiti u funzjonijiet

    1.  L-esperti tekniċi għandu jkollhom il-ħila li jagħtu parir fuq affarijiet speċifiċi u ta' teknika għolja u fuq ir-riskji nvoluti u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    2.  L-esperti li jagħmlu stima għandhom ikunu kapaci li jipprovdu stima tas-sitwazzjoni u jagħtu parir fuq l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    3.  L-esperti ta' koordinament jistgħu jkunu jinkudu deputati kapijiet ta' skwadri, persuni responsabbli għal-loġistika u l-komunikazzjonijiet, u persunal ieħor skont kif ikun meħtieġ. Jekk ikun hekk mitlub, l-esperti tekniċi u l-esperti ta' valutazzjoni jistgħu jiġu nkorporati fl-iskwadra ta' koordinament sabiex jassistu lill-kap tal-iskwadra matul il-peerjodu kollu tal-missjoni.

    4.  Il-kap tal-iskwadra ikun responsabbli għat-tmexxija tal-iskwadri ta' valutazzjoni u ta' koordinament matul l-intervent. Il-kap tal-iskwadra jżomm kuntatt kif xieraq mal-awtoritajiet tal-pajjiż affettwat, mal-ERCC, inkluż mal-uffiċjal ta' kollegament tal-ERCC, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u fil-każ ta' xi interventi ta' assistenza skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni barra l-Istati Membri, ukoll mad-delegazzjoni tal-Unjoni f'dak il-pajjiż.

    5.  L-esperti skjerati fuq missjonijiet ta' tħejjija jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru li jinnominahom biex jassumu xi waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 41 u jkunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri ta' tħejija xierqa, inkluża l-kapaċità amministrattiva, il-ħtiġijiet għal twissija bikrija, it-taħriġ, eżerċizzji, u sensibilizzazzjoni.

    6.  L-esperti skjerati fuq missjonijiet ta' prevenzjoni jistgħu jingħataw mandat mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru li jinnominahom biex jassumu xi waħda mill-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 41 u jkunu jistgħu jipprovdu pariri u jirrapportaw dwar miżuri xierqa ta' prevenzjoni u l-kapaċità tal-immaniġġjar tar-risjku.

    Artikolu 43

    Dejtabejż tal-esperti

    1.  L-informazzjoni fuq l-esperti għandha tinġabar mill-Kummissjoni f'database kompetenti u li tkun disponibbli permezz taċ-CECIS.

    2.  L-esperti inklużi fl-EERC ikunu speċifikament identifikati fid-dejtabejż imsemmi fil-paragrafu 1.

    Artikolu 44

    Korsijiet ta' taħriġ

    L-esperti għandhom, fejn neċessarju, isegwu l-program ta' taħrig stabbilit skont l-Artikolu 26.

    Artikolu 45

    Nomina

    Fl-eventwalità ta' talba għall-għajnuna, l-Istati Membri ikunu responsabbli biex jinnominaw l-esperti disponibbli u għall-iskambju tad-dettalji ta' kuntatt tagħhom mal-ERCC.

    Artikolu 46

    Il-mobilizzazzjoni u l-ftehim ta' servizz

    1.  L-ERCC ikollu l-kapaċità li jimmobilizza u jibgħat l-esperti nominati fi żmien qasir ħafna wara li l-esperti jkunu ġew nominati għall-missjoni speċifika mill-Istati Membri.

    2.  Il-Kummissjoni tiffirma ma' kull espert ftehim ta' servizz, li jkopri l-elementi li ġejjin:

    (a) l-għanijiet tal-missjoni;

    (b) it-termini ta' referenza;

    (c) kemm il-missjoni hi ppjanata li ddum;

    (d) l-informazzjoni dwar il-persuna li hi l-kuntatt lokali;

    (e) il-kopertura ta' kundizzjoni tal-assigurazzjoni;

    (f) il-kumpens ta' kuljum li jkopri l-ispejjeż;

    (g) il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' ħlas;

    (h) il-linji gwida għal esperti tekniċi, l-esperti ta' valutazzjoni, l-esperti ta' koordinament u l-kapijiet tal-iskwadri.



    KAPITOLU 13

    APPOĠĠ TA' TRASPORT

    Artikolu 47

    Forom ta' appoġġ ta' trasport

    L-appoġġ ta' trasport jista' jieħu l-forma ta':

    (a) il-ġbir flimkien jew il-kondiviżjoni ta' kapaċitajiet ta' trasport;

    (b) l-identifikazzjoni, u l-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-Istati Membri għar-riżorsi tat-trasport fis-suq kummerċjali u/jew minn sorsi oħra; jew

    (c) l-għoti ta' appoġġ mill-Unjoni lill-Istati Membri permezz ta' għotjiet jew permezz ta' servizzi ta' trasport akkwistati minn entitajiet privati jew oħrajn.

    Artikolu 48

    Proċedura għal appoġġ għat-trasport permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni

    1.  Il-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 49 u 50 japplikaw kull meta ssir talba għall-appoġġ ta' trasport.

    2.  It-talbiet jinħarġu mill-awtorità kompetenti li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 56 u jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-miktub. Għandhom jinkludu l-informazzjoni li ssir provediment għaliha fil-Parti A tal-Anness VIII.

    3.  Fil-każ tal-ġbir flimkien ta' kapaċitajiet ta' trasport, Stat Membru wieħed jista' jieħu r-riedni billi jitlob għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għall-operazzjoni kollha.

    4.  Kull talba għall-apoġġ ta' trasport skont din id-Deċiżjoni u t-tweġibiet u l-iskambji ta' informazzjoni relatati bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiġu trażmessi lill-ERCC u pproċessati minnha.

    5.  It-talbiet jiġu trasmessi permezz taċ-CECIS jew bil-posta elettronika. It-trasmissjoni ta' talbiet li jinvolvu l-finanzjament mill-Unjoni biċ-CECIS, it-telefaks, jew bil-posta elettronika jiġu aċċettati sakemm l-oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti jiġu aktar tard pprovduti lill-Kummissjoni mill-aktar fis.

    6.  Madankollu, il-Kummissjoni tista' timplimenta sistema elettronika ta' skambju għall-iskambji kollha mal-benefiċjarji, fosthom il-konklużjoni ta' ftehimiet dwar għoti, in-notifika tad-deċiżjonijiet ta' għoti u kwalunkwe emendi fihom, skont l-Artikolu 179 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 ( 2 ).

    Artikolu 49

    Talbiet għall-appoġġ ta' trasport

    1.  Malli tirċievi talba għall-appoġġ, il-Kummissjoni tinnotifika minnufih lill-punti ta' kuntatt nominati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(7) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    2.  Fin-notifika, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdulha dettalji dwar kull riżorsa ta' trasport li jistgħu jagħmlu disponibbli għall-Istat Membru li jagħmel it-talba jew xi soluzzjoni alternattiva oħra li jistgħu jipproponu biex jintlaħqu l-bżonnijiet espressi mill-pajjiż affettwat. Il-Kummissjoni tista' tindika perjodu massimu ta' żmien li fih tkun trid tingħata din l-informazzjoni.

    3.  Man-notifika tal-punti ta' kuntatt mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-appoġġ għat-trasport mitlub isir eliġibbli għall-kofinanzjament mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall- Artikolu 53.

    Artikolu 50

    Tweġibiet għal talbiet għall-appoġġ ta' trasport

    1.  L-Istati Membri li jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ ta' trasport jinfurmaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkunu rċevew in-notifika li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 49 sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fin-notifika, dwar kull riżorsa ta' trasport li jistgħu jagħmlu disponibbli fuq bażi volontarja bħala reazzjoni għat-talba għall-appoġġ għall-ġbir flimkien jew l-identifikazzjoni tar-riżorsi ta' trasport. Din l-informazzjoni jkollha l-elementi li jsir provvedement għalihom fil-Parti B tal-Anness VIII u tinkludi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet finanzjarji jew restrizzjonijiet oħra, jekk ikun hemm.

    2.  Il-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun, tikkumpila l-informazzjoni dwar ir-riżorsi tat-trasport disponibbli u tibgħatha lill-Istat Membru li jagħmel it-talba.

    3.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tibgħat lill-Istati Membri kull informazzjoni oħra li għandha dwar riżorsi tat-trasport disponibbli minn sorsi oħra, inkluż is-suq kummerċjali u tiffaċilita l-aċċess tal-Istati Membri għal dawk ir-riżorsi addizzjonali.

    4.  L-Istat Membru li jagħmel it-talba jgħarraf lill-Kummissjoni bis-soluzzjonijiet tat-trasport li jkun għażel u jikkoordina mal-Istati Membri li jipprovdu tali appoġġ jew mal-operatur identifikat mill-Kummissjoni.

    5.  Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-għażla li jkun għamel l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Dak l-Istat Membru jżomm lill-Kummissjoni regolarment mgħarrfa dwar il-progress fil-għoti tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili tiegħu.

    Artikolu 51

    Talbiet għal għotja

    1.  Meta tkun ġiet identifikata soluzzjoni possibbli ta' trasport minn Stat Membru iżda jkun meħtieġ finanzjament mill-Unjoni biex ikun jista' jsir it-trasport tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili, l-Istat Membru jista' jitlob għotja mill-Unjoni.

    2.  L-Istat Membru jindika fit-talba tiegħu il-perċentwali tal-kofinanzjament mill-Unjoni li jkun qed japplika għaliha, li ma tistax teċċedi 55 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u ma teċċedix massimu ta' 85 % tal-ispejjeż eliġibbli għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Il-Kummissjoni minnufih tgħarraf lill-Istati Membru kollha b'din it-talba.

    3.  Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sħubiji ta' qafas mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 178 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012.

    Artikolu 52

    Talbiet għal servizz ta' trasport

    1.  F'każijiet fejn ma tkun ġiet identifikata l-ebda soluzzjoni ta' trasport mill-Istat Membru li jitlob appoġġ ta' trasport, jista' jitlob lill-Kummissjoni toħroġ kuntratt ta' servizz ta' trasport lil entitajiet privati jew oħrajn sabiex jittrasportaw l-assistenza tal-protezzjoni ċivili tagħha lill-pajjiż affettwat.

    2.  Malli taslilha talba kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tgħarraf minnufih lill-Istati Membri bit-talba u tgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba għal servizz ta' trasport b'kull soluzzjoni ta' trasport disponibbli u bl-ispejjeż tagħhom.

    3.  Fuq il-bażi tal-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru jikkonferma bil-miktub it-talba tiegħu għal servizz ta' trasport u l-impenn tiegħu li jħallas lill-Kummissjoni lura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54. L-Istat Membru jindika liema perċentwal tal-ispejjeż se jħallas bħala rimborż. Il-persentaġġ ma jkunx anqas minn 45 % fil-każ ta' azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u 15 % fil-każ ta' azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    4.  L-Istat Membru minnufih jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fit-talba għal servizz ta' trasport.

    Artikolu 53

    Deċiżjoni dwar finanzjament mill-Unjoni għal appoġġ ta' trasport

    1.  Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji stipulati fl-Artikolu 23(1)(d) tad- Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u l-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) ikunux ġew sodisfatti, jittieħed kont ta' dan li ġej:

    (a) l-informazzjoni li jkun hemm fit-talba għall-finanzjament mill-Unjoni ppreżentata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 48(2);

    (b) il-ħtiġijiet espressi mill-pajjiż affettwat;

    (c) kull valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa minn esperti li jirrapurtaw lill-Kummissjoni waqt id-diżastru;

    (d) kull informazzjoni oħra rilevanti u affidabbli disponibbli lill-Kummissjoni fil-mument tad-deċiżjoni pprovduta mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (e) l-effiċjenza u l-effettività tas-soluzzjonijiet ta' trasport imfassla biex jiżguraw it-twassil f'waqtu tal-assistenza ta' protezzjoni ċivili;

    (f) il-possibbiltajiet għal akkwist lokali;

    (g) azzjonijiet oħra meħuda mill-Kummissjoni.

    2.  L-Istati Membri jagħtu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi vvalutat it-twettiq tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 23(1)(d) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. L-Istati Mermbri jinfurmaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli malli jirċievu talba mill-Kummissjoni għal informazzjoni bħal din.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tindika kemm għandu jitħallas prefinanzjament, li jista' jkun sa 85 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-Unjoni, suġġett għad-disponibbiltà ta' riżorsi baġitarji. Ma jiġi pprovdut l-ebda prefinanzjament għal għotjiet taħt il-livell limitu stabbilit għal għotjiet ta' valur baxx kif definiti fl-Artikolu 185 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1268/2012, sakemm l-Istat Membru li jagħmel it-talba għal appoġġ finanzjarju jkun jista' jagħti prova li n-nuqqas ta' finanzjament minn qabel jikkomprometti l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    4.  Id-deċiżjonii dwar l-appoġġ finanzjarju tiġi kkomunikata minnufih lill-Istat Membru li jitlob l-appoġġ finanzjarju. Tiġi wkoll ikkomunikata lill-Istati Membri l-oħra kollha.

    5.  L-applikazzjonijiet individwali għal għotja ta' trasport li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tintalab tkun anqas minn EUR 2 500 mhumiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-Unjoni, ħlief jekk koperti mill-isħubijiet ta' qafas li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 51(3).

    Artikolu 54

    Ħlas lura ta' finanzjament mill-Unjoni għal appoġġ ta' trasport

    Għall-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni toħroġ, fi żmien 90 jum minn meta tkun tlestiet l-operazzjoni ta' trasport li għaliha jkun ingħata appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, nota ta' debitu lill-Istati Membri li jkunu bbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni għal ammont li jikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni magħmula mill-Kummissjoni fuq talba għal servizz ta' trasport u li tirrappreżenta mill-inqas 15 % tal-ispejjeż għat-trasport għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u 45 % għal azzjonijiet ta' trasport skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

    Artikolu 55

    Kumpens għad-danni

    L-Istat Membru li jitlob appoġġ ta' trasport m'għandu jagħmel l-ebda talba għal kumpens mill-Unjoni għal danni kkawżati lill-proprjetà tiegħu jew lill-persunal tas-servizz tiegħu meta tali danni jkunu konsegwenza tal-għoti ta' appoġġ ta' trasport irregolat minn din id-Deċiżjoni, sakemm ma jiġix ippruvat li dan ikun riżultat ta' frodi jew każ serju ta' mġiba ħażina.

    Artikolu 56

    Nomina tal-awtoritajiet kompetenti

    L-Istati Membri jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jitolbu u jirċievu appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni b'applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan fi żmien 60 jum wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni. Kull bidla f'din l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kummissjoni.

    Madankollu, in-notifiki ta' awtoritajiet kompetenti magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2007/606/KE, Euratom, jibqgħu validi sakemm joħroġ avviż ieħor mill-Istat Membru kkonċernat.



    KAPITOLU 14

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 57

    Revoka

    Id-Deċiżjonijiet 2004/277/KE, Euratom 2007/606/KE, Euratom huma mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet imħassra jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u moqrija skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IX.

    Artikolu 58

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    CECIS

    image

    image




    ANNESS II

    REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL MODULI U TIMIJIET TEKNIĊI TA' ASSISTENZA U APPOĠĠ

    1.    Ippumpjar b'kapaċità qawwija



    Kompiti

    — Forniment ta' ppumpjar:

    — 

    — f'żoni mgħarrqa,

    — biex jiġi assistit it-tifi tan-nar bit-twassil tal-ilma.

    Kapaċitajiet

    — Forniment ta' ppumpjar b'mezz mobbli u pompi b'kapaċità qawwija:

    — 

    — b' kapaċità totali tal-anqas 1 000 m3/siegħa u;

    — b'kapaċità mnaqqsa ta' ppumpjar għal differenza ta' 40 metru fl-għoli.

    — Ħila biex:

    — 

    — jiffunzjona f'żoni u art li mhumiex faċilment aċċessibbli,

    — jippompja ilma bit-tajn, li fih mhux aktar minn 5 fil-mija ta' elementi solidi bid-daqs tagħom ikun sa 40 mm,

    — jippompja ilma sa 40 grad °C għal operazzjonijiet itwal,

    — iwassal l-ilma fuq distanza ta' 1 000  metru.

    Elementi prinċipali

    — Pompi b'kapaċità medja u qawwija.

    — Manek u rbit tal-pajpijiet kompatibbli ma' standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

    — Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ħila li jintuża għal perjodu sa' 21 jum.

    2.    Tisfija tal-ilma



    Kompiti

    — Forniment ta' ilma għax-xorb, minn sorsi ta' ilma tal-wiċċ, skont l-istandards applikabbli u tal-anqas skont il-livell tal-istandards tal-WHO.

    — Twettieq ta' kontroll tal-kwalità tal-ilma mill-punt tas-sors tat-tagħmir tal-purifikazzjoni.

    Kapaċitajiet

    — Purifikazzjoni ta' 225 000  litru ilma kuljum.

    — Kapaċità ta' ħżin ekwivalenti għall-produzzjoni ta'nofs jum.

    Elementi prinċipali

    — Faċilità mobbli tal-purifikazzjoni tal-ilma.

    — Faċilità mobbli tal-ħżin tal-ilma.

    — Laboratorju mobbli tal-post.

    — Irbit tal-pajpijiet kompatibbli ma' standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

    — Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ħila li jintuża għal perjodu sa' 12-il ġimgħa.

    3.    Tiftix u salvataġġ medju urban



    Kompiti

    — Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (1) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

    — Forniment tal-ewwel għajnuna ta' salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

    Kapaċitajiet

    — Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida tal-Grupp Internazzjonali għall-Pariri dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ (INSARAG):

    — 

    — tiftix bil-klieb tat-tiftix u/jew tagħmir tekniku tat-tfittix,

    — salvataġġ, inkluż irfigħ,

    — qtugħ ta' konkos,

    — irbit tekniku bil-ħbula,

    — irfid bażiku,

    — detezzjoni u iżolament ta' materjal ta' periklu (hazmat) (2),

    — għajnuna avvanzata ta' salvataġġ tal-ħajja (3).

    — Ħila li jiffunzjona fuq sit wieħed 24 siegħa kull jum għal sebat ijiem.

    Elementi prinċipali

    — Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

    — Tiftix (tiftix tekniku u/jew tiftix bil-klieb, detezzjoni ta' hazmat, iżolament ta' hazmat).

    — Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

    — Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija.

    Awtosuffiċjenza

    — Tal-anqas sebat ijiem ta' operazzjonijiet.

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Operattiv fi żmien 32 siegħa fil-pajjiż milqut.

    (1)   Każwalitajiet ħajjin.

    (2)   Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi inkluż fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

    (3)   Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

    4.    Tiftix u salvataġġ urban intensiv



    Kompiti

    — Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (1) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

    — Forniment tal-ewwel għajnuna ta' salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

    Kapaċitajiet

    — Il-modulu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida INSARAG:

    — 

    — tiftix bil-klieb tat-tiftix u tagħmir tekniku tat-tfittix,

    — salvataġġ, inkluż irfigħ tqil,

    — qtugħ tal-konkos rinfurzat u strutturi tal-ħadid,

    — irbit tekniku bil-ħbula,

    — irfid avvanzat,

    — detezzjoni u iżolament ta' hazmat (2),

    — għajnuna avvanzata ta' salvataġġ tal-ħajja (3).

    — Ħila li jiffunzjona fuq aktar minn sit wieħed 24 siegħa kuljum għal 10 ijiem.

    Elementi prinċipali

    — Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

    — Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, detezzjoni ta' hazmat, iżolament ta' hazmat).

    — Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

    — Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija (4).

    Awtosuffiċjenza

    — Tal-anqas 10 tijiem ta' operazzjoni.

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Operattiv fi żmien 48 siegħa fil-pajjiż milqut.

    (1)   Każwalitajiet ħajjin.

    (2)   Kapaċità bażika, mezzi aktar estensivi inkluż fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

    (3)   Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

    (4)   Suġġett għat-termini ta' liċenzja medika u veterinarja.

    5.    Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ħelikopters



    Kompiti

    — Jgħin fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — Tliet ħelikopters b'kapaċità ta' 1 000  litru kull wieħed.

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Tliet ħelikopters bl-ekwipaġġ, biex jiġi ggarantit li tal-anqas żewġ ħelikopters huma operattivi fi kwalunkwe ħin.

    — Persunal tekniku.

    — erba' bramel tal-ilma jew tliet kits tar-rilaxx.

    — Sett tal-manutenzjoni.

    — Sett ta' spare parts.

    — Żewġ winċijiet għas-salvataġġ.

    — Tagħmir tal-komunikazzjoni.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn tliet sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    6.    Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani



    Kompiti

    — Jgħin fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — Żewġ ajruplani b'kapaċitàta' 3 000  litru kull wieħed.

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Żewġ ajruplani.

    — Minimu ta' erba' gruppi ta' persunal.

    — Persunal tekniku.

    — Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post.

    — Tagħmir tal-komunikazzjoni.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn tliet sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    7.    Kariga medika avvanzata



    Kompiti

    — Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

    — Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

    Kapaċitajiet

    — Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

    — Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Disponibbiltà ta' provvisti għat-trattament ta' 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika kull xift ta' 12-il siegħa:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

    — kura intensiva: tabib u infermier,

    — ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u żewġ infermiera,

    — evakwazzjoni: infermier;

    — persunal speċjalizzat ta' appoġġ: 4.

    — Tined:

    — 

    — tinda/tined b'żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

    — tinda/tined għall-persunal.

    — Post ta' kontroll.

    — Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.

    8.    Kariga medika avvanzata bil-kirurġija



    Kompiti

    — Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

    — Iwettaq kirurġija biex jikkontrolla d-dannu.

    — Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

    Kapaċitajiet

    — Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

    — Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Skwadra kirurġika kapaċi twettaq kirurġija għall-kontroll tal-ħsara fuq 12-il pazjent kull 24 siegħa ta' attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Disponibbiltà ta' provvisti għat-trattament ta' 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika kull xift ta' 12-il siegħa:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

    — kura intensiva: tabib u infermier,

    — kirurġija: tliet kirurgi, żewġ infermiera għall-operazzjonijiet, anestetista, infermier anestetista,

    — ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u żewġ infermiera,

    — evakwazzjoni: infermier;

    — persunal ta' appoġġ speċjalizzat: 4.

    — Tined:

    — 

    — tinda/tined b'żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

    — tinda/tined għall-persunal,

    — tinda/tined għall-persunal.

    — Post ta' kontroll.

    — Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.

    9.    Sptar fil-post



    Kompiti

    — Forniment ta' kura, inizjali u/jew ta' segwiment, medika u għat-trawma, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu ta' sptar fil-post, bħal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew tar-Red Cross.

    Kapaċitajiet

    — 10 sodod għall-pazjenti bi trawma qawwija, bil-possibbiltà li titkabbar il-kapaċità.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika għal:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi,

    — kura intensiva,

    — kirurġija,

    — ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt,

    — evakwazzjoni,

    — persunal speċjalizzat ta' appoġġ,

    — u tal-anqas tkopri li ġej: ġeneralista, tobba tal-emerġenza, ortopedista, pedjatra, anestetista, spiżjar, ostetriku, uffiċjal tas-saħħa, tekniku tal-laboratorju, tekniku tar-raġġi X.

    — Tined:

    — 

    — tined xierqa għall-attivitajiet mediċi,

    — tined għall-persunal.

    — Post ta' kontroll.

    — Depożitu ta' provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq f'massimu ta' sebat ijiem wara t-talba.

    — Operattiv fuq is-sit 12-il siegħa mill-wasla fis-sit.

    — Operattiv tal-anqas għal 15-il jum.

    10.    Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru



    Kompiti

    — Trasport tal-vittmi tad-diżastru lejn faċilitajiet tas-saħħa għall-kura medika.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta' trasport ta' 50 pazjent kull 24 siegħa.

    — Kapaċità ta' titjiriet lejl u nhar.

    Elementi prinċipali

    — Ħelikopters/ajruplani bi streċers.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 12(1).

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    11.    Kamp temporanju ta' emerġenza



    Kompiti

    — Forniment ta' kenn temporanju ta' emerġenza, inkluż persunal biex jarma l-kamp, prinċipalment fil-fażijiet inizjali ta' diżastru b'koordinazzjoni mal-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm l-inkarigu jiġi ttrasferit lill-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet umanitarji, fejn il-kapaċità tibqa' tkun neċessarja għal perjodi itwal.

    — Meta jsir it-trasferiment, jitħarreġ il-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel ma jitlaq dan il-modulu.

    Kapaċitajiet

    — Kamp tat-tinda mgħammar għal 250 persuna (50 tinda).

    Elementi prinċipali

    — Tittieħed kunsiderazzjoni ta' linjigwida rikonoxxuti kemm internazzjonali kif ukoll tal-UE,:

    — 

    — tined bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet xitwin) u sodod tal-kampjiet bi sleeping bag u/jew kutra,

    — ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir għat-tidwil,

    — faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene,

    — distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb, skont l-istandards tal-WHO,

    — kenn għal attivitajiet soċjali bażiċi (posibbiltà ta' armar).

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ġeneralment, il-missjoni għandha ddum l-aktar erba' ġimgħat, jew meta meħtieġ ikun inbeda proċess ta' trasferiment tal-inkarigu.

    12.    Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN)



    Kompiti

    — Twettiq/konferma tal-valutazzjoni inizjali, inkluż:

    — 

    — id-deskrizzjoni tal-perikli jew ir-riskji,

    — id-determinazzjoni taż-żona kontaminata,

    — il-valutazzjoni jew konferma tal-miżuri protettivi diġà meħuda.

    — Twettiq ta' kampjunar kwalifikat.

    — Immarkar taż-żona kontaminata.

    — Previżjoni tas-sitwazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni dinamika tar-riskji, inkluż rakkomandazzjonijiet għal twissija u miżuri oħra.

    — Forniment ta' appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju.

    Kapaċitajiet

    — L-identifikazzjoni u detezzjoni ta' perikli kimiċi u radjoloġiċi permezz ta' kombinazzjoni ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji:

    — 

    — kapaċità ta' detezzjoni ta' radjazzjoni alfa, beta u gamma u ta' identifikazzjoni ta' iżotopi komuni,

    — kapaċità ta' identifikazzjoni, u fejn possibbli, ta' twettiq ta' analiżi semikwantitattiva ta' kimiċi komuni industrijali tossiċi u aġenti rikonoxxuti użati għall-gwerer.

    — Kapaċità tal-ġbir, ipproċessar u tħejjija ta' kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra (1).

    — Kapaċità li jiġu applikati mudelli xjentifiċi xierqa għall-previżjoni tal-perikli u li jiġu kkonfermati mudelli permezz ta' monitoraġġ kontinwu.

    — Forniment ta' appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju:

    — 

    — limitar tal-periklu,

    — newtralizzar tal-periklu,

    — forniment ta' appoġġ tekniku lil skwadri jew moduli oħra.

    Elementi prinċipali

    — Laboratorju kimiku u radjoloġiku, mobbli fuq il-post.

    — Tagħmir ta' detezzjoni li jinżamm fl-idejn jew mobbli.

    — Tagħmir għall-kampjunar fuq il-post.

    — Sistemi ta' mmudellar għat-tifrix.

    — Stazzjon mobbli meteoroloġiku.

    — Materjal għall-immarkar.

    — Dokumentazzjoni ta' referenza u aċċess għal sorsi deżinjati ta' għarfien espert xjentifiku.

    — Kontroll sikur għall-kampjuni u l-iskart.

    — Faċilitajiet ta' dikontaminazzjoni għall-persunal.

    — Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta' operazzjoni f'ambjent kontaminat u/jew nieqes mill-ossiġenu, inkluż tuti xierqa li jissiġillaw kontra l-gass.

    — Provvista ta' tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta' periklu.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    (1)   Dan il-proċess, fejn possibli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-Istat li jagħmel it-talba.

    13.    Tiftix u salvataġġ f'kundizzjonijiet CBRN



    Kompiti

    — Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta' ilbies protettiv.

    Kapaċitajiet

    — Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta' tuti protettivi, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta' tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

    — Tliet persuni li jaħdmu simultanjament f'żona ta' periklu.

    — Intervent kontinwu għal 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Materjal għall-immarkar.

    — Kontroll sigur u sikur għall-iskart.

    — Faċilitajiet ta' dekontaminazzjoni għall-persunal u għall-vittmi salvati.

    — Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta' operazzjoni ta' tiftix u salvataġġ f'ambjent ikkontaminat, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta' tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

    — Provvista ta' tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta' periklu.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    14.    Tifi tan-nar mill-art fil-foresti



    Kompiti

    — Jikkontribwixxi fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' mezzi mill-art.

    Kapaċitajiet

    — Riżorsi umani suffiċjenti għal operazzjoni kontinwa matul sebat ijiem.

    — Kapaċità li jopera f'żoni b'aċċess ristrett.

    — Kapaċità li jintramaw linji twal ta' pajpijiet bil-pompi, minimu 2 km, u/jew jagħmlu linji ta' difiża kontinwament.

    Elementi prinċipali

    — Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ biex iwettaq il-ħidmiet imsemmija hawn fuq u b'taħriġ addizzjonali fis-sigurtà u s-sikurezza li jieħu kont tat-tipi differenti ta' nirien li l-modulu jista' jissejjaħ għalih.

    — Għodda manwali biex isiru l-linji ta' difiża.

    — Pajpijiet, tankijiet portabbli u pompi biex tiġi stabbilita l-linja.

    — Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

    — Tankijiet tal-ilma li jinġarru fuq id-dahar.

    — Tagħmir li jista' jintrabat jew jiġi mniżżel minn ħelikopter.

    — Proċeduri ta' evakwazzjoni għall-persunal tat-tifi tan-nar iridu jiġu miftiehma mal-Istat li jirċevihom.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn sitt sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul sebat ijiem.

    15.    Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi



    Kompiti

    — Jikkontribwixxi fit-tifi ta' nirien kbar f'foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta' vetturi.

    Kapaċitajiet

    — Riżorsi umani u vetturi suffiċjenti għal operazzjonijiet kontinwi b'minimu ta' 20 persunal tat-tifi tan-nar f'kull ħin.

    Elementi prinċipali

    — Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ fil-ħidmiet imsemmija hawn fuq.

    — erba' vetturi b'kapaċità ta' off-road.

    — Tankijiet ta' kull vettura li jesgħu mill-anqas 2 000  litru.

    — Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn sitt sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul sebat ijiem.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

    16.    Kontroll ta' għargħar



    Kompiti

    — Rinfurzar ta' strutturi eżistenti u bini ta' barrieri ġodda biex jiġi evitat aktar għargħar mix-xmajjar, baċiri u kanali b'livell tal-ilma li jkun qed jiżdied.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità li l-ilma jitwaqqaf permezz ta' barrieri b'għoli minimu ta' 0,8 metru bl-użu ta':

    — 

    — materjali li jippermettu l-bini ta' barriera twila 1 000  metru,

    — aktar materjali jsiru disponibbli fis-sit.

    — Kapaċità ta' rinfurzar ta' barrieri eżistenti.

    — Kapaċità li jopera f'minimu ta' tliet postijiet fl-istess ħin f'żona aċċessibbli mit-trakkijiet.

    — Operattiv 24/7.

    — Superviżjoni u manutenzjoni ta' barrieri u digi.

    — Kapaċità li jaħdem mal-persunal lokali.

    Elementi prinċipali

    — Materjal biex jinbnew barrieri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għal distanza totali ta' 1 000  metru (ir-ramel għandu jsir disponibbli mill-awtoritajiet lokali).

    — Biċċiet tal-fojl/plastik (jekk meħtieġa sabiex l-ilma ma jgħaddix minn barriera eżistenti, jiddependi mill-kostruzzjoni tal-barriera).

    — Magna li timla l-ixkejjer tar-ramel.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

    — Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

    17.    Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes



    Kompiti

    — Tiftix u salvataġġ mill-ilma u assistenza lil persuni maqbuda fl-għargħar bl-użu ta' dgħajjes.

    — Għoti tal-ewwel għajnuna u twassil tal-ewwel neċessitajiet kif meħtieġ.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta' tiftix ta' persuni f'żoni urbani u rurali.

    — Kapaċità ta' salvataġġ ta' persuni f'żoni mgħarrqa inkluża kura medika fil-livell tal-ewwel rispons.

    — Kapaċità li jaħdmu flimkien f'tiftix mill-ajru (ħelikopters u ajruplani).

    — Kapaċità li jwasslu l-ewwel neċessitajiet tal-ħajja f'żoni mgħarrqa:

    — 

    — trasport ta' tobba, mediċini eċċ.

    — ikel u ilma.

    — Il-modulu jrid ikollu mill-anqas ħames dgħajjes u l-kapaċità li jġorr 50 persuna b'total, eskluż il-persunal tal-Modulu.

    — Id-dgħajjes ikunu mfassla għall-użu f'kundizzjonijiet ta' klima kiesħa u jridu jkunu kapaċi jimxu kontra l-kurrent bi fluss ta' mill-anqas 10 mili nawtiċi.

    — Operattiv 24/7.

    Elementi prinċipali

    — Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għal:

    — 

    — kundizzjonijiet ta' ilma baxx (> 0,5 m),

    — użu f'kundizzjonijiet ta' riħ qawwi,

    — użu bi nhar u bil-lejl,

    — ikunu mgħammra skont l-istandards ta' sigurtà internazzjonali inklużi ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri.

    — Persunal imħarreġ għal salvataġġ mgħaġġel mill-ilma. (Ma hemmx bżonn ta' għaddasa, salvataġġ mill-wiċċ biss).

    Awtosuffiċjenza

    — Japplika l-Artikolu 12.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa mhux aktar minn 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu biss jitwasslu bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

    — Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

    ▼M1

    18.    Tim mediku ta' emerġenza (TME) tat-tip 1 (fiss): Kura ta' Emerġenza għal outpatients



    Kompiti

    Il-kura outpatient inizjali ta' emerġenza ta' korrimenti u ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa sinifikanti oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

    — Klassifikazzjoni tal-pazjenti skont il-gravità tal-kundizzjoni tagħhom, evalwazzjoni, l-ewwel għajnuna;

    — Stabbilizzazzjoni u riferiment ta' trawma severa u emerġenzi li ma jkunux trawma;

    — Kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma.

    Kapaċitajiet

    Servizzi ta' matul il-jum għal mill-inqas 100 konsultazzjoni ta' outpatients kuljum.

    Elementi prinċipali

    Rekwiżiti ta' tim u ta' persunal:

    — Ġestjoni: persunal li jkopri l-funzjonijiet ta' Kap tat-Tim, Deputat Kap tat-Tim, Uffiċjal ta' Kollegament (ħolqa maċ-Ċentru ta' Reċezzjoni/ta' Tluq, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew mekkaniżmu ieħor ta' koordinazzjoni kif xieraq, l-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Emerġenzi Lokali), Uffiċjal ta' Sigurtà;

    — Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-WHO;

    — Servizzi loġistiċi: Maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed (1)+ tim loġistiku f'konformità ma' rekwiżiti ta' awtosuffiċjenza.

    It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta' klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f'diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

    Awtosuffiċjenza

    It-tim għandu jara li jibqa' awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-istazzjonament. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tal-WHO.

    Skjerament

    Disponibbiltà għat-tluq fi żmien ta' mhux aktar minn 24-48 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    Abbiltà li jdum jopera tal-anqas għal 14-il jum.

    19.    Tim mediku ta' emerġenza (TME) tat-tip 1 (mobbli): Kura ta' Emerġenza għal outpatients



    Kompiti

    Il-kura outpatient inizjali ta' emerġenza ta' korrimenti u ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa sinifikanti oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

    — Klassifikazzjoni tal-pazjenti skont il-gravità tal-kundizzjoni tagħhom, evalwazzjoni, l-ewwel għajnuna;

    — Stabbilizzazzjoni u riferiment ta' trawma severa u emerġenzi li ma jkunux trawma;

    — Kura definita għal trawma minuri u emerġenzi li ma jkunux trawma.

    Kapaċitajiet

    Servizzi ta' matul il-jum għal mill-inqas 50 konsultazzjoni ta' outpatients kuljum.

    Elementi prinċipali

    Rekwiżiti ta' tim u ta' persunal:

    — Ġestjoni: persunal li jkopri l-funzjonijiet ta' Kap tat-Tim, Deputat Kap tat-Tim, Uffiċjal ta' Kollegament (ħolqa maċ-Ċentru ta' Reċezzjoni/ta' Tluq, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew mekkaniżmu ieħor ta' koordinazzjoni kif xieraq, l-Awtorità ta' Ġestjoni tal-Emerġenzi Lokali), Uffiċjal ta' Sigurtà;

    — Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-WHO;

    — Servizzi loġistiċi: Maniġer tat-Tim Loġistiku wieħed (1)+ tim loġistiku f'konformità ma' rekwiżiti ta' awtosuffiċjenza.

    It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta' klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f'diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

    Awtosuffiċjenza

    It-tim għandu jara li jibqa' awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-istazzjonament. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tal-WHO.

    Skjerament

    Disponibbiltà għat-tluq fi żmien ta' mhux aktar minn 24-48 siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    Abbiltà li jdum jopera tal-anqas għal 14-il jum.

    20.    Tim Mediku ta' Emerġenza (TME) tat-Tip 2: Kura inpatient Kirurġika ta' Emerġenza



    Kompiti

    Kura akuta inpatient, kirurġija ġenerali u ostetrika għal trawma u kundizzjonijiet maġġuri oħra, inklużi s-servizzi li ġejjin:

    — Intake/Eżami ta' pazjenti ġodda jew referuti, kontroreferenza;

    — Klassifikazzjoni kirurġika tal-gravità u l-valutazzjoni;

    — Għajnuna avvanzata ta' salvataġġ tal-ħajja;

    — Ġestjoni definittiva ta' feriti u ta' ksur bażiku;

    — Kirurġija ta' kontroll tal-ħsara;

    — Kirurġija ta' emerġenza ġenerali u ostetrika;

    — Kura inpatient għal emerġenzi li ma jkunux trawma;

    — Anesteżija bażika, X-ray, sterilizzazzjoni, laboratorju u trasfużjoni tad-demm;

    — Servizzi ta' riabilitazzjoni u segwitu tal-pazjent.

    Kapaċità biex jintlaqgħu u jiġu integrati timijiet ta' kura speċjalizzata biex jaħdmu fi ħdan il-faċilità tagħhom, jekk xi wħud mis-servizzi msemmija hawn fuq ma jkunux jistgħu jiġu pprovduti mit-tim.

    Kapaċitajiet

    Servizzi ta' bi nhar u ta' billejl (li jkopru 24/7 jekk ikun meħtieġ), inkluż bħala minimu:

    — sala tal-operazzjonijiet waħda (1) b'kamra waħda (1) tal-operazzjonijiet; mill-inqas 20 sodda għal inpatients għal kull mejda operattiva;

    — Kapaċità li jiġu ttrattati 7 każijiet kirurġiċi maġġuri jew 15-il każ minuri, kuljum.

    Elementi prinċipali

    Rekwiżiti ta' tim u ta' persunal:

    — Ġestjoni: Kap ta' Tim wieħed (1); Deputat Kap ta' Tim wieħed (1); Uffiċjal ta' Kollegament wieħed (1) (ħolqa maċ-Ċentru ta' Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew xi mekkaniżmu ieħor ta' koordinazzjoni kif xieraq, l-Awtorità Lokali ta' Ġestjoni tal-Emerġenzi); Uffiċjal tas-Sigurtà wieħed (1);

    — Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-WHO (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa);

    — Servizzi loġistiċi: Manġiet tat-Tim Loġistiku wieħed (1)+ tim loġistiku għat-TME u l-inpatients tiegħu.

    It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta' klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f'diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mid-WHO.

    Awtosuffiċjenza

    It-tim għandu jara li jibqa' awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-istazzjonament. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tal-WHO.

    Skjerament

    Disponibbiltà għat-tluq f'ħin massimu ta' 48–72 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien 24-96 siegħa.

    Kapaċità li jibqa' operattiv għal mill-anqas tliet (3) ġimgħat barra mill-Unjoni, u għal mill-anqas 14-il jum ġewwa l-Unjoni.

    21.    Tim Mediku ta' Emerġenza (TME) tat-Tip 3: Kura inpatient b'riferiment



    Kompiti

    Kura kirurġika kumplessa impatient b'riferiment inkluż kapaċità ta' kura intensiva, u li tinkludi s-servizzi li ġejjin:

    — Il-kapaċità li jiġu pprovduti servizzi tat-tip 2 tat-TME;

    — Kura kumplessa rikostruttiva tal-feriti u ortopedika;

    — X-ray avvanzata, sterilizzazzjoni, laboratorju u trasfużjoni tad-demm;

    — Servizzi ta' riabilitazzjoni u segwitu tal-pazjent.

    — Anestezija ta' livell għoli pedjatrika u adulta;

    — Sodod għall-kura intensiva b'monitoraġġ il-ħin kollu u abilità ta' ventilazzjoni;

    — Servizzi ta' aċċettazzjoni u riferiment mit-tipi 1 u 2 ta' TME u mis-sistema nazzjonali tas-saħħa.

    Jistgħu jiġu inklużi servizzi speċjalizzati, bħal ma huma: kura minħabba ħruq; dijaliżi u kura tas-sindromu tat-tgħaffiġ (crush syndrome); kirurġija tax-xedaq u tal-wiċċ; kirurġija ortoplastika; riabilitazzjoni intensiva; saħħa materna; kura pedjatrika u tat-trabi tat-twelid; trasport u ġbir.

    Kapaċitajiet

    Servizzi ta' bi nhar u ta' billejl (li jkopru 24/7 jekk ikun meħtieġ), inkluż bħala minimu:

    — sala tal-operazzjonijiet waħda (1) b'mill-inqas żewġ (2) imwejjed f'żewġt ikmamar separati fi ħdan iż-żona tas-sala, mill-inqas 40 sodda inpatient (20 għal kull mejda), u 4–6 sodod tal-kura intensiva. Kull mejda tal-operazzjonijiet addizzjonali se tkun tenħtieġ 20 sodda aktar għal pazjenti inpatient, biex ikun żgurat li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' wara l-operazzjoni;

    — Kapaċità li jiġu ttrattati 15 każijiet kirurġiċi maġġuri jew 30-il każ minuri, kuljum.

    Elementi prinċipali

    Rekwiżiti ta' tim u ta' persunal:

    — Ġestjoni: Kap ta' Tim wieħed (1); Deputat Kap ta' Tim wieħed (1); Uffiċjal ta' Kollegament wieħed (1) (ħolqa maċ-Ċentru ta' Akkoljenza/tat-Tluq, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tal-Operazzjonijiet fuq il-Post jew xi mekkaniżmu ieħor ta' koordinazzjoni kif xieraq, l-Awtorità Lokali ta' Ġestjoni tal-Emerġenzi); Uffiċjal tas-Sigurtà wieħed (1)

    — Tim ta' Professjonisti tas-Saħħa: kif definit fl-istandards minimi tal-WHO (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa);

    — Tim Loġistiku: Manġiet tat-Tim Loġistiku wieħed (1)+ tim loġistiku għat-TME u l-inpatients tiegħu.

    It-tim għandu jikkonforma mal-“Istandards ta' klassifikazzjoni u standards minimi għal timijiet mediċi barranin f'diżastri li jseħħu bla mistenni” u l-linji gwida sussegwenti jew addizzjonali maħruġa mid-WHO.

    Awtosuffiċjenza

    It-tim għandu jara li jibqa' awtosuffiċjenti matul iż-żmien kollu tal-istazzjonament. Japplika l-Artikolu 12 u, barra minn hekk, l-istandards minimi tal-WHO.

    Skjerament

    Disponibbiltà għat-tluq f'ħin massimu ta' 48–72 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta, u kapaċità li jkun operattiv fuq il-post fi żmien 5-7t'ijiem.

    Kapaċità li jibqa' operattiv għal mill-anqas tliet (8) ġimgħat barra mill-Unjoni, u għal mill-anqas 14-il jum ġewwa l-Unjoni.

    ▼B

    Timijiet tekniċi ta' assistenza u sostenn

    Rekwiżiti minimi għal timijiet tekniċi ta' assistenza u appoġġ



    Kompiti

    — Għoti ta' jew arranġament għal:

    — 

    — appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta' uffiċċju,

    — appoġġ tal-ICT,

    — appoġġ ta' loġistika u ta' sussistenza,

    — appoġġ għat-trasport fil-post.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta' appoġġ lil skwadra tal-valutazzjoni u/jew tal-koordinazzjoni, ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, jew li tkun kkombinata ma' modulu tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 12(2)(c).

    Elementi prinċipali

    — L-elementi ta' appoġġ li ġejjin, li jippermettu li jintlaħqu l-funzjonijiet kollha ta' ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet, filwaqt li jqisu l-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali bħal-linji gwida tan-NU:

    — 

    — appoġġ għat-twaqqif u t-tmexxija ta' uffiċċju,

    — appoġġ għat-tagħmir tal-ICT,

    — tagħmir għall-appoġġ ta' loġistika u ta' sussistenza,

    — appoġġ għat-trasport fil-post.

    — Il-komponenti jkunu jistgħu jinqasmu f'unitajiet differenti biex jiżguraw flessibilità meta jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' intervent speċifiku.

    Skjerament

    — Disponibbiltà għat-tluq sa massimu ta' 12-il siegħa wara t-talba.

    ▼M1




    ANNESS III

    L-GĦANIJIET TA' KAPAĊITÀ TAL-EERC



    Moduli

    Modulu

    Għadd ta' moduli disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1)

    HCP (Ippumpjar ta' kapaċità għolja)

    6

    MUSAR (Tfittix u salvataġġ urban medju — 1 għal kundizzjonijiet kesħin)

    6

    WP (Purifikazzjoni tal-ilma)

    2

    FFFP (Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta' ajruplani)

    2

    AMP (Kariga medika avvanzata)

    2 (2)

    ETC (Kamp Temporanju ta' Emerġenza)

    2

    HUSAR (Tiftix u salvataġġ urban intensiv)

    2

    CBRNDET (Detezzjoni u kampjunar tas-CBRN)

    2

    GFFF (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti)

    2

    GFFF-V (Tifi tan-nar mill-art fil-foresti bl-użu tal-vetturi)

    2

    CBRNUSAR (USAR f'kundizzjonijiet CBRN)

    1

    AMP-S (Kariga medika avvanzata bil-kirurġija)

    1 (2)

    FC (kontroll ta' għargħar)

    2

    FRB (Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes)

    2

    MEVAC (Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru)

    1

    FHOS (Sptar fuq il-post)

    1 (2)

    FFFH (Modulu tat-tifi tan-nar mill-ajru fil-foresti bl-użu ta' ħelikopters)

    2

    TME fiss tat-tip 1 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 1: Kura ta' Emerġenza għal outpatients – fissa)

    5

    TME mobbli tat-tip 1 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 1: Kura ta' Emerġenza għal outpatients – mobbli)

    2

    TME tat-tip 2 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 2: Kura inpatient Kirurġika ta' Emerġenza

    3

    TME tat-tip 3 (Tim mediku ta' emerġenza tat-tip 3: Kura inpatient b'riferiment)

    1



    Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ

    Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ

    Numru ta' TAST disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1)

    TAST (Timijiet Tekniċi ta' Assistenza u Appoġġ)

    2



    Mezzi oħra ta' reazzjoni

    Mezzi oħra ta' reazzjoni

    Numru ta' mezzi oħra ta' reazzjoni disponibbli simultanjament għall-iskjerament (1)

    Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fil-muntanji

    2

    Timijiet ta' tiftix u salvataġġ fl-ilma

    2

    Timijiet għal tiftix u salvataġġ fl-għerien

    2

    Timijiet b'tagħmir speċjalizzat għal tiftix u salvataġġ, eż. robots ta' tiftix

    2

    Timijiet b'vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ

    2

    Timijiet ta' reazzjoni għal inċidenti marittimi

    2

    Timijiet tal-inġinerija strutturali, li jwettqu valutazzjonijiet tal-ħsara u s-sikurezza, il-valutazzjoni ta' bini li għandu jitwaqqa/jissewwa, il-valutazzjoni ta' infrastruttura, irfid għal żmien qasir

    2

    Appoġġ fl-evakwazzjonijiet: jinkludi timijiet għall-ġestjoni tal-informazzjoni u l-loġistika

    2

    Tifi tan-nar: timijiet konsultattivi/ta' valutazzjoni

    2

    Timijiet ta' dekontaminazzjoni CBRN

    2

    Laboratorji mobbli għal emerġenzi ambjentali

    2

    Timijiet jew pjattaformi ta' komunikazzjoni biex jerġgħu jkunu stabbiliti l-komunikazzjonijiet f'żoni remoti

    2

    Mezzi separati għall-Evakwazzjoni Medika bl-ajru permezz ta' Ajruplani u Ħelikopter fl-Ewropa jew madwar id-dinja

    2

    Kapaċità Miżjuda ta' Kenn: unitajiet għal 250 persuna (50 tinda); inkl. l-unità awtosuffiċjenti għall-ġestjoni tal-persunal

    100

    Kit ta' Kenn b'Kapaċità Miżjuda: unitajiet għal 2 500 persuna (500 tinda); b'għodod li jistgħu jiġu akkwistati lokalment

    6

    Pompi tal-ilma li kapaċi jippumpjaw mill-inqas 800 litru/min

    100

    Ġeneraturi tal-enerġija ta' 5-150 kW

    Ġeneraturi tal-enerġija ta' aktar minn 150 kW

    100

    10

    Mezzi ta' kontra t-tniġġiż tal-baħar

    kif meħtieġ

    Timijiet mediċi ta' emerġenza għal kura speċjalizzata

    8

    Laboratorji tal-bijosikurezza mobbli

    4

    Kapaċità tal-Inġinerija Permanenti

    1

    Kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni meħtieġa biex jindirizzaw ir-riskji identifikati

    kif meħtieġ

    (1) Biex tiġi żgurata din id-disponibbiltà, tkun possibbli l-għażla li wieħed jirreġistra għadd ogħla ta' mezzi fl-EERC (eż. f'każ ta' rotazzjoni). Bl-istess mod, f'każ li l-Istati Membri jagħmlu aktar mezzi disponibbli, jista' jiġi reġistrat numru ogħla fl-EERC.

    (2) Għal dan it-tip ta' modulu, l-għażla li wieħed jirreġistra għadd ogħla ta' mezzi fl-EERC m'għandhiex tkun possibbli. L-għan tal-kapaċità għal dan it-tip ta' modulu għandu jiskadi sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019.

    ▼B




    ANNESS IV

    REKWIŻITI TA' KWALITÀ U INTEROPERABILITÀ TAL-EERC

     Għall-moduli, kif ukoll għal timijiet tekniċi ta' assistenza u sostenn, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II japplikaw fil-konfigurazzjoni tal-bidu. Għall-ġejjieni, ir-rekwiżiti ta' kwalità u interoperabbiltà jiġu riveduti mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, bil-għan li jkomplu jtejbu d-disponibbiltà ta' mezzi ta' reazzjoni fl-EERC, inkluż il-ħinijiet ta' reazzjoni tagħhom.

     Għal mezzi oħra ta' reazzjoni u esperti, jiġu definiti wkoll rekwiżiti ta' kwalita u interoperabilità mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mal-Istati Membri.




    ANNESS V

    ▼M1

    PROĊEDURA TA' ĊERTIFIKAZZJONI U REĠISTRAZZJONI GĦALL-EERC

    ▼B

    ELEMENTI TA' INFORMAZZJONI

    L-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti biex japplikaw għal proċedura ta' ċertifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' assi partikolari fl-EERC jinkludu l-elementi li ġejjin, u kull informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tikkunsidra meħtieġa:

    1. Awtovalutazzjoni li tistabbilixxi li assi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti għal dan it-tip ta' assi;

    2. Skeda informattiva tal-modulu, li tinkludi, t-tim tekniku ta' assistenza u sostenn, mezzi oħra ta' rispons, jew esperti oħra (l-iskedi informattivi CECIS);

    3. Konferma tal-arranġamenti neċessarji stabbiliti biex jiżguraw li l-awtorità rilevanti u l-punti ta' kuntatt nazzjonali huma kontinwament kapaċi jindirizzaw it-talbiet għall-mobilizzazzjoni rigward l-assi tagħhom irreġistrati fl-EERC mingħajr dewmien;

    4. Konferma li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi l-arranġamenti ta' finanzjament meħtieġa, biex jiżguraw li l-assi registrati fl-EERC jkunu jistgħu jiġu skjerati immedjatament wara stedina biex isir dan mill-Kummissjoni;

    5. It-tul ta' żmien eżatt tal-impenn minn qabel fl-EERC [minimu ta' sena, massimu ta' tliet snin, ħlief għal esperti, meta t-tul jistgħu jkunu baxxi sa sitt xhur];

    6. Informazzjoni dwar il-ħin ta' mobilizzazzjoni massima ggarantita [massimu ta' 12-il siegħa wara li l-offerta tiġi aċċettata];

    7. Il-post ġeografiku tal-assi, il-post indikattiv ta' mobilizzazzjoni (l-ajruport, eċċ.), il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku normali ta' skjerament, kif ukoll restrizzjonijiet ġeografiċi, jekk ikun hemm;

    8. Proċeduri Operattivi Standard tal-modulu, inkluż assistenza teknika u tim ta' appoġġ, jew mezzi oħra ta' rispons (eż. Linjigwida tal-moduli tal-SOPs);

    9. L-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-trattament tat-trasport, bħal miżuri, piżijiet, ir-restrizzjonijiet fit-titjiriet eċċ., mezzi preferuti ta' trasport; jekk rilevanti: aċċess għal portijiet;

    10. Kull restrizzjonijiet oħra jew kondizzjonijiet prevedibbli ta' skjerament;

    11. “Fajl ta' Esperjenzi”, b'ġabra fil-qosor ta' skjeramenti preċedenti tal-modulu, mezzi ta' rispons, jew ta' esperti oħra; parteċipazzjoni f'eżerċizzji tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, taħriġ ta' persunal ewlieni (Kap tat-tim, Deputat Kap tat-Tim) permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni, konformità mal-istandards internazzjonali fejn rilevanti (eż. INSARAG, WHO, IFRC, eċċ.);

    12. Awtovalutazzjoni ta' ħtiġijiet ta' adattament u l-ispejjeż assoċjati;

    13. L-informazzjoni ta' kuntatt kollha meħtieġa;

    14. Attestazzjoni li tistabbilixxi li l-modulu, inklużi t-tim tekniku ta' assistenza u appoġġ, mezzi oħra ta' rispons, jew esperti f'konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità [u għaddiet b'suċċess il-proċedura ta' ċertifikazzjoni];

    ▼M1

    PASSI TA' ĊERTIFIKAZZJONI

    1. Il-proċess ta' ċertifikazzjoni għandu jinkludi żjara ta' konsultazzjoni, eżerċizzju ta' simulazzjoni, u eżerċizzju fuq il-post. L-eżerċizzju fuq il-post jista' ma jsirx fil-każ tal-moduli relatati man-nar, l-kampijiet temporanji ta' emerġenza, il-moduli ta' evakwazzjoni medika mill-ajru u ċerti kapaċitajiet oħra ta' reazzjoni fuq bażi ta' każ b'każ.

    2. Skwadri ta' Tiftix u Salvataġġ. urbani (medji u kbar) jitqiesu bħala ċertifikati jekk ikunu għaddew mill-Klassifikazzjoni Esterna INSARAG. Skont l-EERC ma għandux jinħoloq proċess ta' ċertifikazzjoni separat għal Timijiet ta' Tfittxija u Salvataġġ Urban.

    3. Timijiet mediċi ta' emerġenza (tipi 1, 2, 3 u ta' kura speċjalizzata) jitqiesu bħala ċertifikati jekk ikunu għaddew minn proċess ta' verifika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Il-proċedura tar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' timijiet mediċi ta' emerġenza fl-EERC għandhom jikkomplementaw il-proċess tal-verifika tad-WHO.

    ▼B




    ANNESS VI

    DESKRIZZJONI GĦALL-PJANIJIET TA' SKJERAMENT SPEĊIFIĊI

    Il-pjan ta' skjerament speċifiku tal-ĊKRE għal [diżastru]

    Deskrizzjoni tax-xenarju tal-intervent

     Analiżi tas-sitwazzjoni — koordinazzjoni fuq il-post

     Referenza għal xenarji ta' intervent ġenerali żviluppati minn qabel

     Xenarji ta' rtirar

    Kriterji ta' għażla għal assi tal-EERC

     Referenza għas-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post

     Referenza għal kriterji ta' għażla definiti minn qabel: disponibilità, adegwatezza, lokalizzazzjoni/prossimità, ħinijiet u spejjeż tat-trasport, eċċ.

     Indikazzjoni ta' urġenza

     Limiti ġeografiċi u limiti oħra definiti minn qabel

    Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus mill-mekkaniżmu

     Talbiet, offerti, tim tal-protezzjoni ċivili tal-UE, ġbir tat-trasport

    Rakkomandazzjonijiet dwar

     L-għoti ta' assistenza

     Bżonnijiet kritiċi

     Elementi oħra rilevanti, kif disponibbli, bħal-loġistika, id-dwana, id-destinatarji




    ANNESS VII

    ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI RILEVANTI

    Dan l-Anness jelenka l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. L-assistenza tal-protezzjoni ċivili tal-Unjoni tista' tintalab minn jew permezz ta' kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti minn dawn.

    1. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM)

    2. Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC)

    3. Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW)




    ANNESS VIII

    APPOĠĠ GĦAT-TRASPORT

    PARTI A

    Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri li jitolbu appoġġ għat-trasport

    1. Diżastru/Emerġenza; pajjiż affettwat.

    2. Referenzi għal messaġġi maħruġa miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni għall-Emerġenzi (ĊKRE)

    3. Stat/l-awtoritajiet li jitolbu l-appoġġ tat-trasport.

    4. Forma ta' appoġġ tat-trasport mitluba: (agħżel waħda jew aktar minn hawn taħt):

    A.   Identifikazzjoni tal-mezzi tat-trasport disponibbli minn Stati Membri oħra (ġbir)

    IVA/LE

    B.   identifikazzjoni tal-mezzi ta' trasport disponibbli fis-suq kummerċjali (kuntrattur tat-trasport tal-Kummissjoni Ewropea) jew sorsi oħra

    IVA/LE

    C.   Appoġġ finanzjarju fil-forma ta' għotja tat-trasport

    IVA/LE

    5. Riċevitur/benefiċjarju aħħari tal-assistenza ttrasportata.

    6. Dettalji tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili li għandha tiġi ttrasportata inkluż deskrizzjoni preċiża ta' oġġetti, il-piż, id-daqs, il-volum, l-ispazju ta' art, imballaġġ b'referenza kif xieraq għal standards ta' imballaġġ tal-ajru, tal-art, marittimi, kull oġġett perikoluż, karatteristiċi tal-vetturi kif ukoll piż, daqs, volum, spazju tal-art u ħtiġijiet oħra legali, doganali, tas-saħħa jew sanitarji rilevanti għat-trasport u t-twassil tal-assistenza.

    Informazzjoni dwar l-għadd ta' persunal li jivvjaġġaw/passiġġieri li għandhom jiġu ttrasportati.

    7. Informazzjoni dwar kif l-assistenza tissodisfa il-ħtiġijiet tal-pajjiż effettwat b'referenza għat-talba jew il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-pajjiż effettwat, b'mod partikolari l-bżonnijiet kritiċi identifikati.

    8. Informazzjoni dwar l-istat ta' aċċettazzjoni ta' din l-assistenza mill-istat effettwat jew l-awtorità li qed tikkordina. (aċċettata/aċċettazzjoni pendenti)

    9. Rotta meħtieġa/jew previstia għat-trasport.

    10. Post/port ta' imbark u punt ta' kuntatt lokali.

    11. Post/port ta' żbark u punt ta' kuntatt lokali. Jekk tkun disponibbli informazzjoni dwar min se jieħu ħsieb il-ħatt u l-approvazzjoni doganali fil-post/port ta' żbark.

    12. Punt ta' kuntatt għal dokumentazzjoni/formalitajiet doganali.

    13. Data/Ħin meta l-assistenza jew il-passiġġieri jkunu lesti għat-trasportazzjoni mill-port tal-imbark.

    14. Informazzjoni dwar kull possibbiltà biex l-assistenza/il-passiġġieri jitressqu lejn post/port alternattiv ta' imbark/hub għall-vjaġġ li jmiss.

    15. Informazzjoni addizzjonali (kif xieraq), jekk disponibbli, il-post tat-twassil, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-kunsinnatarju.

    16. Informazzjoni dwar kontribuzzjonijiet possibbli għall-ispejjeż tat-trasport

    17. Informazzjoni dwar soluzzjonijiet oħra ta' trasport li huma diġà identifikati.

    18. Informazzjoni dwar talba għal kofinanzjamet tal-UE (fejn applikabbli).

    19. Isem u dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant ta' organizzazzjoni li titlob l-appoġġ tat-trasport.

    PARTI B

    Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni meta joffru l-appoġġ għat-trasport

    1. Diżastru/Emerġenza, il-pajjiż affettwat.

    2. Stat/organizzazzjoni li qed twieġeb.

    3. Referenzi għal messaġġi maħruġa miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni għall-Emerġenzi (ĊKRE) u tal-Istat Membru/organizzazzjoni li jitolbu l-appoġġ tat-trasport.

    4. Dettalji tekniċi tal-offerta għat-trasport li tinkludi tipi ta' riżorsi ta' trasport disponibbli, dati u ħinjiet tat-trasportazzjoni, l-għadd ta' ċaqliqiet jew ħarġiet meħtieġa.

    5. Dettalji partikolari, limitazzjonijiet u modalitajiet li jikkonċernaw l-assistenza tal-protezzjoni ċivili li għandha tiġi ttrasportata inkluż il-piż, id-daqs, il-volum, l-ispazju ta' art, imballaġġ, oġġetti perikolużi eventwali, tħejjija tal-vetturi, ħtiġijiet tal-handling, vjaġġar tal-persunal u ħtiġijiet oħra legali, doganali, tas-saħħa jew sanitarji rilevanti għat-trasport.

    6. Rotta proposta għat-trasport.

    7. Post/port ta' imbark u punt ta' kuntatt lokali.

    8. Post/port ta' żbark u punt ta' kuntatt lokali.

    9. Punt ta' kuntatt għal dokumentazzjoni/formalitajiet doganali.

    10. Data/Ħin meta l-assistenza/il-passiġġieri jridu jkunu lesti għat-trasportazzjoni mill-port tal-imbark.

    11. Informazzjoni dwar kull possibbiltà biex l-assistenza titressaq lejn post/port alternattiv ta' imbark/hub għall-vjaġġ li jmiss.

    12. Data/Ħin meta l-assistenza/il-passiġġieri jkunu ppjanati li jaslu fil-post/port tal-imbark.

    13. Informazzjoni addizzjonali (kif xieraq)

    14. Informazzjoni dwar talbiet possibbli għal kontribuzzjonjiet għall-ispejjeż tat-trasport, kontribuzzjonijiet finanzjarji u dettalji dwar kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet partikolari marbuta mal-offerta.

    15. Isem u dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant ta' organizzazzjoni li toffri l-appoġġ tat-trasport.




    ANNESS IX

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI



    Id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom

    Id-Deċiżjoni 2007/606/KE, Euratom

    Din id-Deċiżjoni

    Artikolu 1

     

    Artikolu 1

    Artikolu 2

     

    Artikolu 2

    Artikolu 3(1) (1)

    Artikolu 3(2),

    Artikolu 3(3),

    Artikolu 3(4),

     

    Artikolu 10(1),

    Artikolu 10(3),

    Artikolu 3a(1)

    Artikolu 3a(2)

    Artikolu 3a(3)

    Artikolu 3a(4)

     

    Artikolu 13(1)

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 3b

     

    Artikolu 12

    Artikolu 3c

     

    Artikolu 13(4)

    Artikolu 4

     

    Artikolu 5

     

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 6

     

    Artikolu 7

     

    Artikolu 8

     

    Artikolu 4

    Artikolu 9

     

    Artikolu 10

     

    Artikolu 5

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 11(3)

     

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 12

     

    Artikolu 7

    Artikolu 13

     

    Artikolu 14

     

    Artikolu 10(1) u 10(3)

    Artikolu 15

     

    Artikolu 41

    Artikolu 16(1)

    Artikolu 16(2)

    Artikolu 16(3)

    Artikolu 16(4)

     

    Artikolu 42(1)

    Artikolu 42(2)

    Artikolu 42(3)

    Artikolu 42(4)

    Artikolu 17

     

    Artikolu 43

    Artikolu 18

     

    Artikolu 44

    Artikolu 19

     

    Artikolu 45

    Artikolu 20

     

    Artikolu 46

    Artikolu 21

     

    Artikolu 26

    Artikolu 22

     

    Artikolu 27.1

    Artikolu 23

     

    Artikolu 26(1), it-tielet sentenza

    Artikolu 24

     

    Artikolu 32(3)

    Artikolu 25

     

    Artikolu 29

    Artikolu 26

     

    Artikolu 30

    Artikolu 27(1)

    Artikolu 27(2)

    Artikolu 27(3)

     

    Artikolu 31, l-ewwel sentenza

    Artikolu 27(3)

    Artikolu 31, it-tieni sentenza

    Artikolu 28

     

    Artikolu 29(1)

    Artikolu 29(2)

    Artikolu 29(3)

    Artikolu 29(4)

    Artikolu 29(5)

    Artikolu 29(6)

    Artikolu 29(7)

    Artikolu 29(8)

    Artikolu 29(9)

    Artikolu 29(10)

    Artikolu 29(11)

     

    Artikolu 35(3), l-ewwel sentenza

    Artikolu 35(2)

    Artikolu 35(4) u 35(5)

    Artikoli 35(1)

    Artikolu 35(10)

    Artikolu 35(12)

    Artikolu 46(1)

    Artikolu 30

     

    Artikolu 31

     

    Artikolu 32(1)

    Artikolu 32(2)

    Artikolu 32(3)

    Artikolu 32(4)

    Artikolu 32(5)

    Artikolu 32(6)

     

    Artikolu 36(1)

    Artikolu 36(2)

    Artikolu 36(2)

    Artikolu 36(3)

    Artikolu 36(4)

    Artikolu 36(5)

    Artikolu 33

     

    Artikolu 37

    Artikolu 34

     

    Artikolu 38

    Artikolu 35

     

    Artikolu 39

    Artikolu 36

     

    Artikolu 40

    Artikolu 37

     

    Artikolu 58

     

    Artikolu 1

    Artikolu 1

     

    Artikolu 2

    Artikolu 2

     

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(2)

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(4)

    Artikolu 3(5)

    Artikolu 48(1)

    Artikolu 48(2)

    Artikolu 48(4)

    Artikolu 48(5)

     

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 4(3)

    Artikolu 49(1)

    Artikolu 49(2)

    Artikolu 49(2), it-tieni sentenza; Artikolu 50(1), l-ewwel sentenza

     

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 5(2)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 5(4)

    Artikolu 5(5)

    Artikolu 5(6)

    Artikolu 50(1)

    Artikolu 50(2)

    Artikolu 50(3)

    Artikolu 50(4)

    Artikolu 50(5)

     

    Artikolu 6

    Artikolu 51

     

    Artikolu 7

    Artikolu 52

     

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 53(1)

    Artikolu 53(2)

    Artikolu 53(3)

    Artikolu 53(4)

     

    Artikolu 9

     

    Artikolu 10

    Artikolu 54

     

    Artikolu 11

    Artikolu 55

     

    Artikolu 12

    Artikolu 56

     

    Artikolu 13

    Artikolu 58

     

    Anness

    Anness VIII

    Anness I (2)

     

    Anness I

    Anness II (3)

     

    Anness II

    Anness III (4)

     

    Anness II, fl-aħħar

    (1)   L-Artikoli 3a, 3b u 3c ġew miżjuda permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/73/KE, Euratom (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 23) li jemendaw id-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

    (2)   L-Anness I kif introdott mid-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

    (3)   L-Anness II kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/481/UE, Euratom (ĠU L 236, 7.9.2010, p. 5) li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.

    (4)   L-Anness III kif introdott mid-Deċiżjoni 2008/73/KE, Euratom li temenda d-Deċiżjoni 2004/277/KE, Euratom.



    ( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).

    ( 2 ) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

    Top