EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014D0119-20160306

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/119(1)/2016-03-06

2014D0119 — MT — 06.03.2016 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/119/PESK

tal-5 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina

(ĠU L 066 6.3.2014, p. 26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/216/PESK tal-14 ta' April 2014

  L 111

91

15.4.2014

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/143 tad-29 ta' Jannar 2015

  L 24

16

30.1.2015

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/364 tal-5 ta' Marzu 2015

  L 62

25

6.3.2015

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/876 tal-5 ta' Ġunju 2015

  L 142

30

6.6.2015

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1781 tal-5 ta' Ottubru 2015

  L 259

23

6.10.2015

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/318 tal-4 ta' Marzu 2016

  L 60

76

5.3.2016


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 070, 11.3.2014, p.  35 (2014/119/PESK)

 C2

Rettifika, ĠU L 350, 6.12.2014, p.  15 (2014/119/PESK)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/119/PESK

tal-5 ta’ Marzu 2014

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Frar 2014, il-Kunsill ikkundanna f'termini l-aktar qawwija kull użu tal-vjolenza fl-Ukraina. Huwa appella għal tmiem immedjat tal-vjolenza fl-Ukraina, u għar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa appella lill-Gvern tal-Ukraina sabiex jeżerċita trażżin massimu u lill-kapijiet tal-oppożizzjoni sabiex jiddisassoċjaw ruħhom minn dawk li jirrikorru għal azzjoni radikali, inkluża l-vjolenza.

(2)

Fit-3 ta' Marzu 2014, il-Kunsill qabel biex jiffoka miżuri restrittivi fuq l-iffriżar u rkupru ta' assi ta' persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukraina u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, bil-għan tal-konsolidazzjoni u s-sostenn tal-istat ta' dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.

(3)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

▼M2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta', huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li jkunu ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:

(a) għall-misapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew

(b) għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.

▼B

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu l-oġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fill-paragrafu 1 kienu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizjarja, amministrattiva jew arbitrali li ġiet mogħtija fl-Unjoni, jew sentenza ġudizjarja li tkun infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament bħala pagament ta' pretensjonijiet assigurati minn tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru konċernat.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.  Il-paragrafu 1 m'għandux iżomm lil xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp minn dawk elenkati milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt li daħlu għalih qabel id-data li fiha tali persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness, dment li l-Istat Membru konċernat jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b) pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c) pagamenti dovuti taħt sentenzi ġudizjarji, amministrattivi jew arbitrali li ġew mogħtija fl-Unjoni jew li huma infurzabbli fl-Istat Membru konċernat,

sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

1.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi biex jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp konċernati, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna, entità jew korp bl-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp konċernati kif meħtieġ.

Artikolu 3

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 1(1).

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.

▼M5

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼M6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2017.

▼M5

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼M3




ANNESS

Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Viktor Fedorovych Yanukovych

(Вiктор Федорович Янукович),

Viktor Fedorovich Yanukovich

(Виктор Фёдорович Янукович)

imwieled fid-9 ta' Lulju 1950 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), eks President tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M6

2.

Vitalii Yuriyovych Zakharchenko

(Вiталiй Юрiйович Захарченко),

Vitaliy Yurievich Zakharchenko

(Виталий Юрьевич Захарченко)

Imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks-Ministru tal-Affarijiet Interni.

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-kariga minn uffiċjal b'kariga pubblika biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih stess jew għal terza parti, u b'hekk ikkawżat telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

▼M3

3.

Viktor Pavlovych Pshonka

(Вiктор Павлович Пшонка)

imwieled fis-6 ta' Frar 1954 f'Serhiyivka (Donetsk oblast), eks Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M6

4.

Olena Leonidivna Lukash

(Олена Леонiдiвна Лукаш),

Elena Leonidovna Lukash

(Елена Леонидовна Лукаш)

Imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (Moldova), eks-Ministru tal-Ġustizzja.

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-kariga minn uffiċjal b'kariga pubblika biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti, u b'hekk ikkawżat telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

▼M3

5.

Andrii Petrovych Kliuiev

(Андрiй Петрович Клюєв),

Andriy Petrovych Klyuyev

imwieled fit-12 ta' Awwissu 1964 f'Donetsk, eks-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-uffiċċju minn uffiċjal b'kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti, u b'hekk ikkawża telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni.

6.3.2014

6.

Viktor Ivanovych Ratushniak

(Вiктор Iванович Ратушняк)

imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan

6.3.2014

7.

Oleksandr Viktorovych Yanukovych

(Олександр Вiкторович Янукович)

imwieled fl-10 ta' Lulju 1973 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M4 —————

▼M3

9.

Artem Viktorovych Pshonka

(Артем Вiкторович Пшонка)

imwieled fid-19 ta' Marzu 1976 f'Kramatorsk (Donetsk oblast), iben l-eks Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan.

6.3.2014

▼M5

10.

Serhii Petrovych Kliuiev

(Сергiй Петрович Клюєв),

Serhiy Petrovych Klyuyev

imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant

Persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna indikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M3

11.

Mykola Yanovych Azarov

(Микола Янович Азаров),

Nikolai Yanovich Azarov

(Николай Янович Азаров)

imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f' Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

12.

Serhiy Vitaliyovych Kurchenko

(Сергiй Вiталiйович Курченко)

imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f' Kharkiv, negozjant

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M6

13.

Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk

(Дмитро Володимирович Табачник)

Imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 f'Kiev, eks-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza.

Persuna soġġetta għal proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

6.3.2014

▼M6 —————

▼M3

15.

Serhiy Hennadiyovych Arbuzov

(Сергiй Геннадiйович Арбузов),

Sergei Gennadievich Arbuzov

(Сергей Геннадиевич Арбузов)

imwieled fl-24 ta' Marzu 1976 f'Donetsk, eks Prim Ministru tal-Ukrajna

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

15.4.2014

16.

Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko

(Юрiй Володимирович Iванющенко)

imwieled fil-21 ta' Frar 1959 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi

15.4.2014

17.

Oleksandr Viktorovych Klymenko

(Олександр Вiкторович Клименко)

imwieled fis-16 ta' Novembru 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast), eks Ministru għad-Dħul u l-Ħlasijiet

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni.

15.4.2014

18.

Edward Stavytskyi,

Eduard Anatoliyovych Stavytsky

(Едуард Анатолiйович Ставицький)

imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972 f' Lebedyn (Sumy oblast), eks Ministru għall-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukrajna

Irrappurtat li hu residenti f'Iżrael. Madankollu, għadu fil-pussess taċ-ċittadinanza Ukrajna tiegħu

Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi.

15.4.2014

Top