Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1306-20170801

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1306/2017-08-01

02013R1306 — MT — 01.08.2017 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1306/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 549)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 17 ta' Diċembru 2013

  L 347

865

20.12.2013

►M2

REGOLAMENT (UE) 2016/791 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016

  L 135

1

24.5.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  6 (1306/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 327, 9.12.2017, p.  83 (1306/2013)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1306/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008



TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:

(a) il-finanzjament ta’ nfiq skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), inkluż infiq għal żvilupp rurali;

(b) is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli;

(c) is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li l-Istati Membri għandhom iwaqqfu;

(d) is-sistema tal-kondizzjonalità;

(e) l-approvazzjoni ta’ kontijiet.

Artikolu 2

Termini użati f’dan ir-Regolament

1.  Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(a) "bidwi", tfisser bidwi fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;

(b) "attività agrikola" tfisser attività agrikola fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;

(c) "żona agrikola" tfisser żona agrikola fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013;

(d) "azjenda" tfisser azjenda fit-tifsira tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 1307/2013, ħlief kif previst fl-Artikolu 91(3);

(e) "pagamenti diretti" tfisser pagamenti diretti fit-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 1307/2013;

(f) "leġislazzjoni agrikola settorjali" tfisser kwalunkwe att applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 43 tat-TFUE fil-qafas tal-PAK kif ukoll, fejn applikabbli, kwalunkwe att iddelegat jew atti ta' implimentazzjoni adottati abbażi ta' dawk l-atti, u t-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 sa fejn japplika għall-FAEŻR;

(g) "irregolarità" tfisser irregolarità fit-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95.

2.  Għall-finijiet tal-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, "force majeure" u "ċirkostanzi eċċezzjonali" jistgħu, b'mod partikolari, jiġu rikonoxxuti fil-każjiet li ġejjin:

(a) il-mewt tal-benefiċjarju;

(b) inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju;

(c) diżastru naturali kbir li jolqot serjament l-azjenda;

(d) il-qerda aċċidentali ta’ bini tal-bhejjem fl-azjenda;

(e) marda epiżootika jew marda tal-pjanti li jolqtu l-bhejjem kollha jew parti minnhom tal-benefiċjarju jew l-għelejjel rispettivament tiegħu;

(f) esproprjazzjoni tal-azjenda kollha jew ta' parti kbira minnha jekk dik l-esproprjazzjoni ma setgħetx tiġi antiċipata fid-data li fiha ssir l-applikazzjoni.



TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR FONDI AGRIKOLI



KAPITOLU I

Fondi agrikoli

Artikolu 3

Fondi li jiffinanzjaw l-infiq agrikolu

1.  Biex jinkisbu l-objettivi tal-PAK kif stabbilit fit-TFUE, il-finanzjament tad-diversi miżuri li jaqgħu taħt dik il-politika, inkluż l-iżvilupp rurali għandu jsir:

(a) mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG);

(b) mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

2.  Il-FAEG u l-FAEŻR (il-"Fondi") għandhom jaqgħu taħt il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (il-"baġit tal-Unjoni").

Artikolu 4

Infiq tal-FAEG

1.  Il-FAEG għandu jiġi implimentat b'ġestjoni komuni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-infiq li ġej, li għandu jsir f'konformità mal-liġi tal-Unjoni:

(a) il-miżuri li jirregolaw jew jgħinu lis-swieq agrikoli;

(b) il-pagamenti diretti lil bdiewa skont il-PAK;

(c) il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal informazzjoni u miżuri ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli fis-suq intern tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi, li jitwettqu mill-Istati Membri abbażi ta’ programmi minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 5 u li huma magħżulin mill-Kummissjoni;

▼M2

(d) il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri relatati mal-mard tal-annimali u t-telf tal-fiduċja tal-konsumaturi kif imsemmi fl-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

▼B

2.  Il-FAEG għandu jiffinanzja l-infiq li ġej b’mod dirett u skont il-liġi tal-Unjoni:

(a) il-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli, li ssir jew direttament mill-Kummissjoni jew permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b) il-miżuri, meħuda skont il-liġi tal-Unjoni, biex jiġu żgurati l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura;

(c) l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni dwar kontabbiltà agrikola;

(d) sistemi ta’ stħarriġ agrikolu, inkluż stħarriġ dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli.

Artikolu 5

Infiq tal-FAEŻR

Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat b'ġestjoni komuni bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi ta’ żvilupp rurali implimentati skont il-liġi tal-Unjoni dwar għajnuna għal żvilupp rurali.

Artikolu 6

Infiq ieħor, inkluż l-assistenza teknika

Il-Fondi jistgħu, kull wieħed minnhom jiffinanzjaw b’mod dirett, b’inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f’isimha, l-attivitajiet ta’ tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' amministrazzjoni u ta' appoġġ tekniku, kif ukoll il-miżuri ta’ evalwazzjoni, ta' awditjar u ta' spezzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-PAK. B'mod partikolari, dawk il-miżuri għandhom jinkludu:

(a) il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-PAK, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u assistenza teknika u amministrattiva;

(b) l-akkwist mill-Kummissjoni tal-immaġni bis-satellita meħtieġa għall-kontrolli skont l-Artikolu 21;

(c) il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ telerilevament użati għall-monitoraġġ ta’ riżorsi agrikoli skont l-Artikolu 22;

(d) il-miżuri meħtieġa biex jinżammu u jiġu żviluppati metodi u mezzi tekniċi għal informazzjoni, interkonnessjoni, monitoraġġ u kontroll tal-ġestjoni finanzjarju tal-fondi użati għall-finanzjament tal-PAK;

(e) l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-PAK skont l-Artikolu 45;

(f) l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ffinanzjati mill-Fondi, inkluż it-titjib ta’ metodi ta’ evalwazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiki taħt il-PAK;

(g) fejn ikun rilevanti, l-aġenziji eżekuttivi stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 ( 1 ), li jaġixxu b’rabta mal-PAK;

(h) il-miżuri relatati ma’ tixrid ta' informazzjoni, aktar għarfien, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni u skambju ta’ esperjenza f’livell tal-Unjoni, meħuda fil-kuntest tal-iżvilupp rurali, inkluż in-netwerking tal-partijiet konċernati;

(i) il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp, reġistrazzjoni u protezzjoni ta’ logos fil-qafas tal-politiki tal-kwalità tal-Unjoni u għall-protezzjoni ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati magħhom, kif ukoll l-iżviluppi meħtieġa fit-teknoloġija tal-informazzjoni (IT).



KAPITOLU II

Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra

Artikolu 7

Akkreditazzjoni u rtirar ta’ akkreditazzjoni ta’ aġenziji tal-pagamenti u ta’ korpi ta’ koordinazzjoni

1.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri responsabbli mill-ġestjoni u l-kontroll ta’ nfiq imsemmi fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 5.

Bl-eċċezzjoni ta’ pagamenti, l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kompiti tista’ tiġi ddelegata.

2.  L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti d-dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li tipprovdi biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali u regolari u li jittieħed kont adatt tagħhom. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni fir-rigward tal-ambjent intern, l-attivitajiet ta' kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(1).

Kull Stat Membru għandu, waqt li jqis id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu, jillimita l-għadd ta’ aġenziji tal-pagamenti akkreditati tiegħu għal mhux aktar minn waħda fuq livell nazzjonali jew, fejn applikabbli, għal waħda għal kull reġjun. Madankollu, fejn aġenziji tal-pagamenti jkunu stabbiliti f’livell reġjonali, l-Istati Membri għandhom, b’żieda ma’ dan, jakkreditaw aġenzija tal-pagamenti f’livell nazzjonali għal skemi ta’ għajnuna li, min-natura tagħhom, ikollhom jiġu mmaniġġati f’livell nazzjonali jew inkella għandhom jgħaddu l-ġestjoni ta' dawn l-iskemi lill-aġenziji tal-pagamenti reġjonali tagħhom.

Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti li ġew akkreditati qabel 20 ta' Diċembru 2013.

Qabel tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tas-sistema tal-aġenziji tal-pagamenti fl-Unjoni flimkien, fejn adatt, ma' proposti leġislattivi.

3.  Sal-15 ta’ Frar tas-sena wara s-sena finanzjarja konċernata, il-persuna responsabbli mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tfassal:

(a) il-kontijiet annwali tal-infiq magħmul fl-eżekuzzjoni tal-kompiti fdati lill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;

(b) dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u l-funzjonament tajjeb tas-sistemi interni ta’ kontroll, fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

(c) sommarju annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u l-ambitu tal-iżbalji u tad-dgħufijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu jew jiġu ppjanati.

L-iskadenza tal-15 ta' Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni l-aktar tard sal-1 ta' Marzu, wara komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

4.  Fejn ikunu akkreditati aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku (il-"korp ta’ koordinazzjoni"), li lilu għandu jassenja l-kompiti li ġejjin:

(a) li jiġbor l-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

(b) li jittieħdu jew li jiġu kkoordinati, skont il-każ, azzjonijiet bl-għan li jiġi risolt kwalunkwe nuqqas ta’ natura komuni u biex il-Kummissjoni tinżamm mgħarrfa bi kwalunkwe segwitu;

(c) li jippromwovi u, fejn possibbli, jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jkun soġġett għal akkreditazzjoni speċifika mill-Istati Membri.

5.  Fejn aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tħarisx jew ma tkunx għadha tħares wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandu jirtira dik l-akkreditazzjoni ħlief jekk l-aġenzija tal-pagamenti tagħmel it-tibdiliet meħtieġa fil-perijodu li għandu jkun iddeterminat skont kemm tkun gravi l-problema.

6.  L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiġġestixxu u jiżguraw il-kontroll tal-operazzjonijiet konnessi ma’ intervent pubbliku li għalih ikunu responsabbli u għandhom iżommu r-responsabbiltà globali f’dak il-qasam.

Artikolu 8

Setgħat tal-Kummissjoni

1.  Biex tiżgura l-operazzjoni fis-sod tas-sistema msemmija fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 111 dwar:

(a) il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 7(2) u fl-Artikolu 7(4), rispettivament;

(b) l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-intervent pubbliku, kif ukoll ir-regoli dwar il-kontenut tar-responsabbiltajiet tal-ġestjoni u l-kontroll tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) il-proċeduri għall-ħruġ, l-irtirar u l-analiżi tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta' koordinazzjoni, kif ukoll għall-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

(b) ix-xogħol u l-verifiki fil-bażi tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

(c) il-funzjonament tal-korp ta’ koordinazzjoni u n-notifika ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(4).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 9

Korpi ta' ċertifikazzjoni

1.  Il-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun korp ta’ verifika pubbliku jew privat maħtur mill-Istat Membru. Meta dan ikun korp ta’ verifika privat, u l-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jkun jeħtieġ dan, għandu jiġi magħżul mill-Istat Membru permezz ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti. Huwa għandu jagħti opinjoni, imfassla skont l-istandards tal-verifika aċċettati internazzjonaliment, dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali tal-aġenzija tal-pagamenti, il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll interna tagħha u l-legalità u r-regolarità tal-infiq li għalih ikun intalab rimborżi mill-Kummissjoni. Dik l-opinjoni għandha wkoll tiddikjara jekk l-eżami jpoġġix fid-dubju l-istqarrijiet magħmulin fid-dikjarazzjoni tal-amministrazzjoni.

Il-korp ta' koordinazzjoni għandu jkollu l-kompetenzi tekniċi meħtieġa. Huwa għandu jkun indipendenti mil-lat ta’ operazzjonijiet mill- aġenzija tal-pagamenti u l-korp ta' koordinazzjoni konċernat, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat dik l-aġenzija.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-kompiti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni, inklużi l-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti, flimkien mad-dokumenti li jkun hemm magħhom, li għandhom jitfasslu minn dawk il-korpi. Fid-dawl tal-ħtieġa għal effiċjenza massima, għall-ittestjar tat-transazzjoni u għalll-ġudizzju tal-verifika professjonali, fir-rigward ta' approċċ integrat, l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll:

(a) il-prinċipji tal-verifika li fuqhom jiġu bbażati l-opinjonijiet tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, inklużi valutazzjoni tar-riskji, kontrolli interni u livell meħtieġ ta' evidenza tal-verifika;

(b) il-metodi ta' verifika li għandhom jintużaw mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, b'kont meħud tal-istandards internazzjonali dwar il-verifika, sabiex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, inkluż, fejn xieraq, l-użu ta' kampjun integrat uniku għal kull popolazzjoni u, fejn xieraq, il-possibbiltà li l-aġenziji tal-pagamenti jiġu akkumpanjati matul il-kontrolli fuq il-post.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 10

Ammissibbiltà ta’ pagamenti magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti

L-infiq imsemmi fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 5 jista’ jiġi kopert minn finanzjament mill-Unjoni biss jekk ikun sar minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati.

Artikolu 11

Pagament sħiħ lil benefiċjarji

Ħlief fejn espliċitament previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, pagamenti relatati mal-finanzjament imsemmi f’dan ir-Regolament għandhom jiġu żburżati b’mod sħiħ lill-benefiċjarji.



TITOLU III

SISTEMA KONSULTATTIVA GĦALL-AZJENDI AGRIKOLI

Artikolu 12

Prinċipju u kamp ta' applikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' konsulenza għal benefiċjarji dwar il-ġestjoni ta’ artijiet u azjendi agrikoli ('sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli'). Dik is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha titħaddem minn korpi pubbliċi maħtura u/jew korpi privati magħżula.

2.  Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tkopri mill-anqas dan li ġej:

(a) obbligi fil-livell tal-azjenda agrikola li jirriżultaw mir-rekwiżiti statutorji ta’ ġestjoni u l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art kif stabbiliti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI;

(b) il-prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u ż-żamma taż-żona agrikola kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) miżuri fil-livell tal-azjendi agrikoli previsti fil-programmi ta' żvilupp rurali bil-għan li jkun hemm modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, bini tal-kompetittività, integrazzjoni settorjali, innovazzjoni u orjentazzjoni tas-suq kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(d) rekwiżiti fil-livell tal-benefiċjarji kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE;

(e) rekwiżiti fil-livell ta' benefiċjarji kif definit mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE.

3.  Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli tista’ wkoll tkopri partikolarment:

(a) il-promozzjoni ta’ konverżjonijiet ta’ azjendi agrikoli u d-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika tagħhom;

(b) il-ġestjoni tar-riskju u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet preventivi adatti biex jiġu indirizzati diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi u l-mard tal-annimali u tal-pjanti;

(c) ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mil-liġi nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 28(3) u 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(d) l-informazzjoni marbuta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Rekwiżiti speċifiċi relatati mas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti li jaħdmu fis-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli jkunu kwalifikati kif adatt u mħarrġin regolarment.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-separazzjoni bejn il-konsulenza u l-kontroll. F’dak ir-rigward u mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar aċċess pubbliku għal dokumenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi magħżula u maħtura kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) ma jiżvelawx informazzjoni dwar persuni jew individwi jew data li huma jiksbu matul l-attività tagħhom ta’ konsulenza lil persuni minbarra lil benefiċjarju li jmexxi l-azjenda konċernata, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe irregolarità jew ksur misjuba matul l-attività tagħhom li jkunu koperti minn obbligu stabbilit fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni li jsiru magħrufa lil awtorità pubblika, partikolarment fil-każ ta’ reati kriminali.

3.  L- awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tipprovdi, primarjament permezz ta' mezzi elettroniċi, lill-benefiċjarju potenzjali bil-listi adatti ta’ korpi magħżula u maħtura kif imesmmi fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 14

Aċċess għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli

Il-benefiċjarji u l-bdiewa li ma jirċevux għajnuna skont il-PAK jistgħu jużaw is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli fuq bażi volontarja.

Mingħajr preġudizzju għar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 99(2), l-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddeterminaw skont kriterji oġġettivi, il-kategoriji ta’ benefiċjarji li jkollhom aċċess ta’ prijorità għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli, inklużi netwerks li joperaw b’riżorsi limitati skont it-tifsira tal-Artikoli 53, 55 u 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

F'dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata prijorità lil dawk il-bdiewa li għandhom l-aċċess l-aktar limitatgħal servizz ta’ konsulenza minbarra s-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli.

Is-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli għandha tiżgura li benefiċjarji jkollhom aċċess għall-konsulenza li tirrifletti l-qagħda speċifika tal-azjenda tagħhom.

Artikolu 15

Setgħat tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli sabiex dik is-sistema ssir kompletament operattiva.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



TITOLU IV

ĠESTJONI FINANZJARJA TAL-FONDI



KAPITOLU I

FAEG



Taqsima 1

Finanzjament tal-infiq

Artikolu 16

Limitu massimu tal-baġit

1.  Il-limitu massimu annwali għal infiq mill-FAEG għandu jkun ikkostitwit mill-ammonti massimi stabbiliti skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

2.  Fil-każ li l-liġi tal-Unjoni tipprevedi somom li jkollhom jitnaqqsu, jew jiżdiedu mal-ammonti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 116, u tistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għal infiq mill-FAEG abbażi tad-data msemmija fil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 17

Pagamenti kull xahar

1.  L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-infiq imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni fl-għamla ta’ pagamenti kull xahar, abbażi tal-infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati matul il-perijodu ta’ referenza.

2.  Sakemm isir it-trasferiment tal-pagamenti kull xahar mill-Kummissjoni, ir-riżorsi meħtieġa biex isir infiq għandhom jiġu mmobilizzati mill-Istati Membri skont il-ħtiġijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tagħhom.

Artikolu 18

Proċedura għall-pagamenti kull xahar

1.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 51 u 52, il-pagamenti ta' kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal infiq magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati matul ix-xahar ta’ referenza.

2.  Il-pagamenti kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih isir l-infiq. L-infiq magħmul mill-Istati Membri bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandu jitqies li jkun sar fix-xahar ta’ Ottubru. L-infiq imwettaq bejn is-16 u l-31 ta’ Ottubru għandu jitqies li jkun sar fix-xahar ta’ Novembru.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta' kull xahar li hija tagħmel abbażi ta’ dikjarazzjoni ta’ nfiq mill-Istati Membri u tal-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 102(1), billi tqis il-ħtieġa ta' tnaqqis jew sospensjonijiet applikati skont l-Artikolu 41 jew kwalunkwe korrezzjoni oħra. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 116, li jistipulaw pagamenti jew tnaqqis supplimentari. F’tali każijiet, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 116(1) għandu jiġi mgħarraf fil-laqgħa tiegħu li jkun imiss.

Artikolu 19

Spejjeż amministrattivi u tal-persunal

L-infiq relatat ma’ spejjeż amministrattivi u tal-persunal magħmul mill-Istati Membri u minn benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG ma għandux jagħmel tajjeb għalihom il-Fond.

Artikolu 20

Infiq b'intervent pubbliku

1.  Fejn, fil-qafas tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, ma tkunx iddeterminata somma għal kull unità fir-rigward ta’ intervent pubbliku, il-FAEG għandu jiffinanzja l-miżura konċernata abbażi ta’ ammonti standard uniformi mal-Unjoni kollha, partikolarment għal fondi li joriġinaw fl-Istati Membri użati għal xiri sfurzat ta’ prodotti, għal operazzjonijiet materjali li jkun hemm minħabba ħżin u, fejn ikun adatt, għal ipproċessar ta’ prodotti ta’ intervent.

2.  Biex jiġi żgurat li jkun hemm l-iffinanzjar mill-FAEG tal-infiq b’intervent pubbliku l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 dwar:

(a) it-tip ta’ miżuri eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni u l-kondizzjonijiet għal rimborż;

(b) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-metodi ta’ kalkolu abbażi tal-informazzjoni li hija fil-fatt osservata mill-aġenziji tal-pagamenti jew abbażi ta’ rati fissi ddeterminati mill-Kummissjoni, jew abbażi ta’ ammonti b’rata fissa jew b’rata mhux fissa msemmija fil-leġislazzjoni agrikola settorjali.

3.  Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni adatta tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-FAEG, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, li jistabbilixxu regoli dwar il-valutazzjoni tal-operazzjonijiet marbuta mal-intervent pubbliku, il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li jkun hemm prodotti li jintilfu jew jiddeterjoraw taħt l-intervent pubbliku, u d-determinazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati.

4.  Il-Kummissjonigħandha tadotta atti ta' implimnetazzjoni, li jistabilixxu l-ammonti msemmija fil- paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Artikolu 21

Akkwist ta’ immaġni bis-satellita

Il-lista tal-immaġni bis-satellita meħtieġa għal kontrolli għandha tiġi maqbula mill-Kummissjoni u l-Istati Membri skont l-ispeċifikazzjoni mħejjija minn kull Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dawk l-immaġni bis-satellita mingħajr ħlas lill-korpi ta’ kontroll jew lil fornituri ta’ servizzi awtorizzati minn dawk il-korpi biex jirrappreżentawhom.

Il-Kummissjoni għandha tibqa’ s-sid tal-immaġni bis-satellita u għandha teħodhom lura malli l-ħidma titlesta. Hija tista’ wkoll tipprevedi li ssir ħidma fuq tekniki ta’ titjib u metodi ta’ ħidma relatati mal-ispezzjoni ta’ żoni agrikoli b’telerilevament.

Artikolu 22

Monitoraġġ ta’ riżorsi agrikoli

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 għandu jkollhom l-għan li jagħtu lill-Kummissjoni l-mezzi biex:

(a) tiġġestixxi s-swieq agrikoli tal-Unjoni f’kuntest globali;

(b) tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali tal-art agrikola, inkluża l-agroforestrija, u timmonitora l-kondizzjoni ta’ għelejjel, biex ikunu jistgħu jsiru stimi, partikolarment fir-rigward ta’ rendimenti u produzzjoni agrikola;

(c) tikkondividi l-aċċess għal dawn l-istimi f’kuntest internazzjonali, bħal dawk l-inizjattivi kkoordinati minn organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn aġenziji internazzjonali oħra;

(d) jikkontribwixxu għat-trasparenza ta’ swieq dinjin; u

(e) tiżgura segwitu teknoloġiku tas-sistema agrometeoroloġika.

Il-miżuri ffinanzjati skont il-punt (c) tal-Artikolu 6 huma dwar il-ġbir jew ix-xiri ta’ data meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, inkluża data mis-satellita u data meteoroloġika, il-ħolqien ta’ infrastruttura ta’ data spazjali u sit tal-internet, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar kondizzjonijiet klimatiċi, telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u l-aġġornament ta’ mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Fejn ikun meħtieġ, dawk il-miżuri għandhom jitwettqu b’kollaborazzjoni ma’ laboratorji u korpi nazzjonali.

Artikolu 23

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a) regoli relatati mal-finanzjament skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6,

(b) il-proċedura li biha l-miżuri msemmija fl-Artikoli 21 u 22 għandhom jitwettqu biex jitħarsu l-objettivi assenjati,

(c) il-qafas li jirregola l-akkwist, it-titjib u l-użu ta' immaġni bis-satellita u data meteoroloġika, u d-dati ta’ skadenza applikabbli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



Taqsima 2

Dixxiplina baġitarja

Artikolu 24

Konformità mal-limitu massimu

1.  Tul il-proċedura kollha tal-baġit u l-implimentazzjoni tal-baġit, l-approprjazzjonijiet relatati ma’ nfiq mill-FAEG m’għandhomx ikunu aktar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 16.

L-istrumenti leġislattivi kollha proposti mill-Kummissjoni u adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni u li għandhom influwenza fuq il-baġit tal-FAEG għandhom ikunu konformi mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 16.

2.  Fejn il-liġi tal-Unjoni tipprevedi limitu massimu finanzjarju f'euro għal infiq agrikolu fir-rigward ta’ Stat Membru, infiq tali għandu jkun rimborżat soġġett għal dak il-limitu stabbilit f'euro, u fejn japplika l-Artikolu 41, bi kwalunkwe aġġustament meħtieġ.

3.  Il-limiti massimi nazzjonali għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, korretti bl-aġġustamenti stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala limiti massimi finanzjarji f'euro.

Artikolu 25

Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu

Għandha tiġi stabbilita riżerva maħsuba biex jingħata appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu f'każ ta' kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni agrikola ("ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu") billi, fil-bidu ta' kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti bil-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja msemmi fl-Artikolu 26.

L-ammont totali tar-riżerva għandu jkun EUR 2 800 miljun b'pagamenti annwali ugwali ta' EUR 400 miljun (bi prezzijiet tal-2011) għall-perijodu 2014-2020 u għandu jiġi inkluż taħt l-Intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali kif stipulat fl-Anness għar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

Artikolu 26

Dixxiplina finanzjarja

1.  Bil-għan li jiġi żgurat li jitħarsu l-limiti massimi annwali stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għall-finanzjament tal-infiq relatat mas-suq u għal pagamenti diretti, għandha tiġi ddeterminata rata ta’ aġġustament tal-pagamenti diretti ("ir-rata ta' aġġustament") meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sublimitu massimu għal sena finanzjarja partikolari jindikaw li l-limiti massimi annwali applikabbli jkunu ser jinqabżu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rata ta' aġġustament mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha tapplika dik ir-rata ta' aġġustament.

3.  Jekk sat-30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena r-rata ta’ aġġustament ma tkunx ġiet stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiffissaw ir-rata ta' aġġustament u għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament dwar dan. Tali atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

4.  Sal-1 ta’ Diċembru, il-Kummissjoni tista', abbażi ta’ informazzjoni ġdida fil-pussess tagħha, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta’ aġġustament stabbilita skont il-paragrafi 2 jew 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

5.  Permezz ta' deroga mir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-Istati Membri għandhom jirrimborżaw l-approprjazzjonijiet immexxijin skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għar-riċevituri finali li huma soġġetti, fis-sena finanzjarja li għaliha jitmexxew l-approprjazzjonijiet, għar-rata ta' aġġustament.

Ir-rimborż imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-benefiċjarji finali f'dawk l-Istati Membri fejn id-dixxiplina finanzjarja kienet tapplika fis-sena finanzjarja preċedenti.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli għal approprjazzjonijiet esegwiti skont l-Artikolu 169(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 biex tiffinanzja l-infiq imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

7.  Meta jiġi applikat dan l-Artikolu, l-ammont tar-riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu msemmi fl-Artikolu 25 għandu jiġi inkluż fid-determinazzjoni tar-rata ta' aġġustament. Kull ammont li ma jintużax għal miżuri għal kriżijiet sa tmiem is-sena finanzjarja għandu jiġi rimborżat skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 27

Proċedura ta' dixxiplina baġitarja

1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-istess waqt tal-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja N, il-previżjonijiet tagħha għas-snin finanzjarji N - 1, N u N + 1.

2.  Jekk, meta jkun qed isir l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja N, ikun jidher li hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 għas-sena finanzjarja N ikun ser jinqabeż, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lill-Kunsill il-miżuri meħtieġa biex tkun żgurata l-konformità ma’ dak l-ammont.

3.  Fi kwalunkwe ħin, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun hemm riskju li l-ammont imsemmi fl-Artikolu 16 ikun ser jinqabeż u li hija ma tkunx tista’ tieħu miżuri adegwati biex tirrimedja s-sitwazzjoni bis-setgħat tagħha, hija għandha tipproponi miżuri oħra biex tiżgura l-konformità ma’ dak l-ammont. Dawk il-miżuri jiġu adottati mill-Kunsill fejn il-bażi legali tal-miżura rilevanti hija l-Artikolu 43(3) TFUE jew mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fejn il-bażi legali tal-miżura rilevanti hija l-Artikolu 43(2) TFUE.

4.  Jekk, fi tmiem is-sena finanzjarja N, talbiet għal rimborż mill-Istati Membri jkunu aktar jew aktarx li jkunu aktar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha:

(a) tqis it-talbiet ippreżentati mill-Istati Membri pro rata u fil-limitu tal-baġit disponibbli, u għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu proviżorjament l-ammont tal-pagamenti għax-xahar konċernat;

(b) tiddetermina, għall-Istati Membri kollha, mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar tas-sena finanzjarja N + 1, il-qagħda tagħhom fir-rigward ta’ finanzjament mill-Unjoni għas-sena finanzjarja N;

(c) tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammont totali ta’ finanzjament mill-Unjoni maqsum għal kull Stat Membru, abbażi ta’ rata unika ta’ finanzjament mill-Unjoni, fil-limitu tal-baġit li kien disponibbli għall-pagamenti kull xahar;

(d) tagħti, mill-anqas meta l-pagamenti kull xahar isiru għal Marzu tas-sena N + 1, kwalunkwe kumpens li jkollu jingħata fir-rigward tal-Istati Membri.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Artikolu 28

Sistema ta’ twissija bikrija u ta' monitoraġġ

Biex jiġi żgurat li l-limitu massimu tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 16 ma jinqabiżx, il-Kummissjoni għandha timplimenta sistema ta’ twissija bikrija u monitoraġġ kull xahar fir-rigward tal-infiq mill-FAEG.

Għal dak il-għan, fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal dak il-fini profili ta’ nfiq kull xahar abbażi, fejn ikun xieraq, ta’ nfiq medju kull xahar matul it-tliet snin ta’ qabel.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jeżamina l-iżvilupp tal-infiq magħmul imqabbel mal-profili u li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni prevista għas-sena finanzjarja attwali.

Artikolu 29

Rati tal-kambju ta’ referenza

1.  Meta tkun qed tadotta l-abbozz tal-baġit, jew ittra ta’ emenda għall-abbozz tal-baġit li jkollha x’taqsam ma’ nfiq agrikolu, il-Kummissjoni għandha tuża għal stimi tal-baġit tal-FAEG il-medja tar-rata tal-kambju għall-euro/dollaru Amerikan reġistrata fis-suq matul l-aħħar trimestru li jagħlaq mill-anqas 20 jum qabel l-adozzjoni tad-dokument tal-baġit mill-Kummissjoni.

2.  Meta tkun qed tadotta abbozz li jemenda baġit supplimentari jew ittra ta’ emenda għalih, sakemm dawk id-dokumenti jkollhom x’jaqsmu ma’ approprjazzjonijiet relatati ma’ miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tuża:

(a) il-medja tar-rata tal-kambju għall-euro/dollaru Amerikan attwalment reġistrata fis-suq mill-1 ta’ Awwissu tas-sena finanzjarja ta’ qabel sa tmiem l-aħħar trimestru li jagħlaq mill-anqas 20 jum qabel l-adozzjoni tad-dokument tal-baġit mill-Kummissjoni u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti, u

(b) il-medja tar-rata tal-kambju attwalment reġistrata matul l-aħħar trimestru li jintemm mill-anqas 20 jum qabel l-adozzjoni tad-dokument tal-baġit mill-Kummissjoni bħala previżjoni għall-bqija tas-sena finanzjarja.



KAPITOLU II

Faeżr



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-faeżr

Artikolu 30

Ebda finanzjament doppju

In-nefqa ffinanzjata taħt il-FAEŻR ma għandha tkun is-suġġett ta' ebda finanzjament ieħor taħt il-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-pagamenti kollha

1.  Skont l-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-pagamenti mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni FAEŻR kif imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jaqbżu l-impenji tal-baġit.

Dawk il-pagamenti għandhom jiġu assenjati lill-impenn tal-baġit miftuħ l-aktar bikri.

2.  Għandu japplika l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.



Taqsima 2

Finanzjament tal-programmi tal-iżvilupp rurali

Artikolu 32

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEŻR

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FAEŻR għal infiq għal programmi ta’ żvilupp rurali għandha tiġi ddeterminata għal kull programm, fil-limiti massimi stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni dwar għajnuna għal żvilupp rurali mill-FAEŻR.

Artikolu 33

Impenji tal-baġit

Fir-rigward tal-impenji tal-baġit tal-Unjoni għal programmi ta’ żvilupp rurali, għandu japplika l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.



Taqsima 3

Kontribuzzjoni finanzjarja għal programmi tal-iżvilupp rurali

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-pagamenti għall-programmi tal-iżvilupp rurali

1.  L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-infiq imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri fl-għamla ta’ prefinanzjament, pagamenti interim u l-pagament ta’ bilanċ, kif deskritt f’din it-Taqsima.

2.  It-total konġunt ta’ prefinanzjament u ta’ pagamenti interim ma għandux ikun aktar minn 95 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull programm tal-iżvilupp rurali.

Meta jintlaħaq il-limitu ta' 95 %, l-Istati Membri għandhom ikomplu jibagħtu t-talbiet għall-pagamenti lill-Kummissjoni.

Artikolu 35

Arranġamenti għal prefinanzjament

1.  Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm ta' żvilupp rurali, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perijodu sħiħ tal-ipprogrammar għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istat Membru. Dan l-ammont inizjali ta' prefinanzjament għandu jitħallas fi ħlasijiet parzjali kif ġej:

(a) fl-2014: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali u 1,5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm, meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, jew f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2013 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;

(b) fl-2015: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali u 1,5 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perijodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali meta Stat Membru jkun ilu jirċievi assistenza finanzjarja sa mill-2010, jew f'konformità mal-Artikoli 122 u 143 TFUE, jew mill-EFSF, jew ikun qed jirċievi assistenza finanzjarja fil-31 ta' Diċembru 2014 f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE;

(c) fl-2016: 1 % tal-ammont ta' appoġġ mill-FAEŻR għall-perjodu kollu tal-ipprogrammar lill-programm ta' żvilupp rurali.

Jekk programm ta' żvilupp rurali jiġi adottat fl-2015 jew aktar tard, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena ta' tali adozzjoni.

2.  L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament għandu jkun rimborżat lill-Kummissjoni jekk ma jkunx sar infiq u ma tkunx intbagħtet dikjarazzjoni ta’ nfiq għall-programm ta’ żvilupp rurali fi żmien 24 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun ħallset l-ewwel pagament parzjali tal-ammont ta’ prefinanzjament.

3.  L-imgħaxijiet li jirriżultaw fuq il-prefinanzjament għandhom jiġu indirizzati lill-programm ta’ żvilupp rurali konċernat u jitnaqqsu mill-ammont ta’ nfiq pubbliku indikat fid-dikjarazzjoni finali tal-infiq.

4.  L-ammont totali ta’ prefinanzjament għandu jiġi approvat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 51 ta' dan ir-Regolament qabel ma jingħalaq il-programm ta’ żvilupp rurali.

Artikolu 36

Pagamenti interim

1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull programm ta’ żvilupp rurali. Huma għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kofinanzjament għal kull miżura lin-nefqa pubblika magħmula li tappartjeni lilha kif imsemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

2.  Soġġett għad-disponibbiltà ta’ riżorsi, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tieħu kont tat-tnaqqis jew is-sospensjonijiet applikati taħt l-Artikolu 41, tagħmel pagamenti interim biex tirrimborża l-infiq magħmul minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati fl-implimentazzjoni tal-programmi.

3.  Kull pagament intermedju għandu jsir mill-Kummissjoni, soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa ffirmata mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata, skont l-Artikolu 102(1)(c);

(b) li ma jinqabiżx it-total tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull miżura għall-perijodu kollu kopert mill-programm konċernat;

(c) it-trasmissjoni lill-Kummissjoni tal-aħħar rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali.

4.  Jekk wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ma jitħarisx, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew lill-korp ta’ koordinazzjoni, fejn ikun inħatar wieħed. Jekk wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) jew fil-punt (c) tal-paragrafu 3 ma jiġix irrispettat, id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandha tkun inammissibbli.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoi 51 u 52, il-Kummissjoni għandha tagħmel pagamenti interim fi żmien 45 jum mir-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ nfiq li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

6.  L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom jagħmlu u jibagħtu lill-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-korp ta’ koordinazzjoni bħala intermedjarju, fejn ikun inħatar wieħed, dikjarazzjonijiet interim ta’ nfiq relatati ma’ programmi ta’ żvilupp rurali, f’perijodi li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-perijodi li fihom aġenziji ta' pagament akkreditati għandhom jgħaddu dawk id-dikjarazzjonijiet interim ta' nfiq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Id-dikjarazzjonijiet tal-infiq għandhom ikopru l-infiq li l-aġenziji tal-pagamenti jkunu għamlu matul kull wieħed mill-perijodi konċernati. Madankollu, f’każijiet fejn l-infiq imsemmi fl-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ma jkunx jista’ jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni fil-perijodu konċernat minħabba approvazzjoni pendenti mill-Kummissjoni ta' emenda għall-programm, huwa jista’ jiġi ddikjarat f’perijodi sussegwenti.

Id-dikjarazzjonijiet intermedji tal-infiq fir-rigward tal-infiq magħmul mis-16 ta’ Ottubru 'l quddiem għandhom jitniżżlu fil-kontijiet tal-baġit tas-sena ta' wara.

7.  Għandu japplika l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 37

Pagament tal-bilanċ u għeluq tal-programm

1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport ta’ progress annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, soġġett għad-disponibbiltà ta’ riżorsi, abbażi tal-pjan finanzjarju fis-seħħ, tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni għall-programm ta’ żvilupp rurali rilevanti u tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni korrispondenti. Dawk il-kontijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data finali ta’ eliġibbiltà tal-infiq kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għandhom ikopru l-infiq magħmul mill-aġenzija tal-pagamenti sal-aħħar data ta’ eliġibbiltà tal-infiq.

2.  Il-bilanċ għandu jitħallas mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jitqiesu riċevibbli mill-Kummissjoni u l-aħħar kont annwali jkun ġie approvat. L-ammonti li jkunu għadhom impenjati wara li jkun tħallas il-bilanċ għandhom jiġu diżimpenjati mill-Kummissjoni fi żmien perijodu ta’ sitt xhur, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38(5).

3.  Jekk, sal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni ma jkunux intbagħtulha l-aħħar rapport ta’ progress annwali u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta’ eżekuzzjoni tal-programm il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat awtomatikament skont l-Artikolu 38.

Artikolu 38

Diżimpenn awtomatiku għall-programmi ta' żvilupp rurali

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja awtomatikament kwalunkwe porzjon ta’ impenn ta’ baġit għal programm ta’ żvilupp rurali li ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li dwaru ma tkunx ġiet ippreżentata lilha dikjarazzjoni ta’ nfiq li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(3) b’rabta ma’ nfiq magħmul sal-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara dik tal-impenn tal-baġit.

2.  Dik il-parti ta’ impenji ta’ baġit li tkun għadha miftuħa fl-aħħar data ta’ eliġibbiltà għal nfiq kif imsemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li dwarha ma tkunx saret dikjarazzjoni ta’ nfiq fi żmien sitt xhur wara dik id-data għandha tiġi diżimpenjata awtomatikament.

3.  Fil-każ ta’ kwalunkwe proċediment legali jew appell amministrattiv li jkollu effett ta’ sospensjoni, il-perijodu għal diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, fir-rigward tal-ammont relatat mal-operazzjonijiet konċernati, għal kemm idum għaddej dak il-proċediment jew dak l-appell amministrattiv, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tirċievi notifikazzjoni motivata mill-Istat Membru sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 3.

4.  Dan li ġej ma għandux jitqies fil-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku:

(a) dik il-parti tal-impenji tal-baġit li dwarha tkun saret dikjarazzjoni ta’ nfiq iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta’ Diċembru tas-sena N + 3;

(b) dik il-parti tal-impenji tal-baġit li aġenzija tal-pagamenti ma kinitx tista’ tiżborża għal raġunijiet ta’ force majeur li tkun laqtet serjament l-implimentazzjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali. Awtoritajiet nazzjonali li jgħidu li jkun hemm force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti fuq l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew ta’ parti minnu.

Sal-31 ta' Jannar, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu dwar l-ammonti ddikjarati sal-aħħar tas-sena ta' qabel.

5.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fi żmien xieraq jekk ikun hemm riskju ta’ diżimpenn awtomatiku. Hija għandha tinformahom bl-ammont involut kif indikat mill-informazzjoni fil-pussess tagħha. L-Istati Membri għandu jkollhom xahrejn minn meta jirċievu din l-informazzjoni sabiex jaqblu mal-ammont inkwistjoni jew jippreżentaw osservazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi d-diżimpenn awtomatiku mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-aħħar limitu ta’ żmien li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3.

6.  Fil-każ ta' diżimpenn awtomatiku, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR lill-programm ta' żvilupp rurali kkonċernat għandha titnaqqas, għas-sena kkonċernata, bl-ammont ta' diżimpenn awtomatiku. L-Istat Membru għandu jipproduċi pjan ta’ finanzjament rivedut li jaqsam it-tnaqqis tal-għajnuna bejn il-miżuri għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Jekk ma jagħmilx hekk, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull miżura pro rata.



KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet Komuni

Artikolu 39

Sena finanzjarja agrikola

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tal-infiq u d-dħul relatati mal-intervent pubbliku stipulati mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(6), is-sena finanzjarja agrikola għanda tkopri nfiq imħallas u dħul riċevut u mdaħħal fil-kontijiet tal-baġit tal-Fondi mill-aġenziji ta' pagament fir-rigward tas-sena finanzjarja "N" li tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena "N-1" u tintemm fil-15 ta' Ottubru tas-sena "N".

Artikolu 40

Konformità ma' dati ta' skadenza għal pagamenti

Fejn jiġu stabbiliti dati ta’ skadenza għal pagamenti bil-liġi tal-Unjoni, kwalunkwe pagament magħmul mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji qabel l-aktar data bikrija ta’ pagament possibbli u wara l-aktar data tard ta’ pagament possibbli għandu jagħmel il-pagamenti ineliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, ħlief fil-każijiet, bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li għandhom jiġu ddeterminati billi jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Sabiex in-nefqa li saret qabel id-data ta' pagament l-aktar bikrija possibbli jew wara d-data ta' pagament l-aktar tard possibbli ssir eliġibbli għall-finanzjament mill-Unjoni, filwaqt li jiġi limitat l-impatt finanzjarju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115, b'deroga mir-regola fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 41

Tnaqqis u sospensjoni ta’ pagamenti kull xahar u interim

1.  Fejn id-dikjarazzjonijiet ta’ nfiq jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102 jgħinu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi li jkun sar infiq magħmul minn korpi li ma jkunux aġenziji ta' pagament akkreditati, li l-perijodi ta’ pagament jew il-limiti massimi finanzjarji stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni ma jkunux tħarsu jew li b'xi mod ieħor l-infiq ma jkunx sar skont ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar jew interim lill-Istat Membru konċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw il-pagamenti kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36, wara li tingħata lill-Istat Membru opportunità biex jibgħat il-kummenti tiegħu.

Fejn id-dikjarazzjonijiet tal-infiq jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 102 ma jippermettux lill-Kummissjoni tistabbilixxi li l-infiq ikun sar skont ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru konċernat jipprovdi informazzjoni ulterjuri u jibgħat il-kummenti tiegħu f’perijodu li ma għandux ikun anqas minn 30 jum. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jwieġeb għat-talba tal-Kummissjoni fil-perijodu determinat jew jekk it-tweġiba titqies bħala mhux sodisfaċenti jew turi li l-infiq ma jkunx sar skont ir-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar jew interim lill-Istat Membru konċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim msemmija fl-Artikolu 36.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar jew interim lil Stat Membru jekk wieħed jew aktar mill-komponenti ewlenin tas-sistema ta' kontroll nazzjonali inkwistjoni ma jeżistux jew mhumiex effettivi minħabba l-gravità jew il-persistenza tan-nuqqasijiet li jinstabu, jew jekk ikun hemm nuqqasijiet serji simili fis-sistema għall-irkupru ta' pagamenti irregolari u jekk tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) in-nuqqasijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu ta’ natura kontinwa u kienu r-raġuni għal mill-anqas żewġ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 52, li jeskludu mill-finanzjament mill-Unjoni l-infiq mill-Istat Membru kkonċernat; jew

(b) il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex f’pożizzjoni li jimplimenta l-miżuri neċessarji ta’ rimedju fil-futur immedjat, f’konformità ma’ pjan ta’ azzjoni b’indikaturi ċari tal-progress, li għandhom jiġu stabbiliti f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

It-tnaqqis jew is-sospensjoni għandhom jiġu applikati għall-infiq rilevanti magħmul mill-aġenzija tal-pagamenti fejn in-nuqqasijiet ikunu jeżistu għal perijodu li għandu jkun iddeterminat fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, li ma għandux ikun ta’ aktar minn tnax-il xahar. Jekk il-kondizzjonijiet għat-tnaqqis jew is-sospensjoni jibqgħu jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawwlu dak il-perijodu għal perijodi ulterjuri li ma jaqbżux tnax-il xahar b'kollox. It-tnaqqis u s-sospensjoni ma għandhomx jitkomplew jekk dawk il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

L-atti ta’ implimentazzjoni previsti f'dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Qabel ma tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru konċernat dwar l-intenzjoni tagħha u għandha titolbu jirreaġixxi fi żmien perijodu li ma għandux ikun anqas minn 30 jum.

L-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminawil-pagamenti kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18(3) jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36 għandhom iqisu l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu.

3.  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 51 u 52.

4.  Tnaqqis u sospensjonijiet fl-ambitu ta' dan l-Artikolu għandhom ikun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 19, 22 u 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Is-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19 u 22 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jiġu applikati skont il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Sospensjoni ta’ pagamenti f’każ ta’ sottomissjoni li ssir tard

Meta l-leġislazzjoni agrikola settorjali tobbliga li l-Istati Membri jippreżentaw, f’perijodu speċifiku ta’ żmien, informazzjoni dwar l-għadd ta’ verifiki mwettqin skont l-Artikolu 59 u l-eżitu tagħhom u meta l-Istati Membri jaqbżu dak il-perijodu, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 18 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36, dment li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għall-Istati Membri kmieni biżżejjed qabel ma jibda l-perijodu ta' referenza l-informazzjoni, il-formoli u l-ispjegazzjonijiet kollha li jeħtieġu biex jikkompilaw l-istatistika rilevanti. L-ammont li jiġi sospiż ma għandux jaqbeż il-1,5 % tan-nefqa li l-informazzjoni statistika rilevanti għaliha ma tkunx intbagħtet fil-ħin. Hi u tapplika s-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, b'kont meħud tat-tul tad-dewmien. B'mod partikolari, għandu jitqies jekk il-preżentazzjoni tard tal-informazzjoni tqigħedx il-mekkaniżmu ta' kwittanza tal-baġit annwali f'riskju. Qabel ma tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar il-Kummissjoni għandha tinnotifika, bil-miktub, lill-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi l-informazzjoni statistika mill-Istati Membri kkonċernati, dment li d-data meta tirċeviha ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

Artikolu 43

Assenjazzjoni ta’ dħul

1.  Dan li ġej għandu jkun "dħul assenjat" skont it-tifsira tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012:

(a) somom li, skont l-Artikolu 40 u l-Artikolu 51 fir-rigward ta’ nfiq skont il-FAEG, u l-Artikoli 52 u 54 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, inkluż l-imgħaxijiet fuqhom;

(b) somom li jinġabru jew jiġu rkuprati skont it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(c) somom li jkunu nġabru bħala konsegwenza ta’ pieni skont ir-regoli speċifiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni agrikola settorjali tal-Unjoni, ħlief jekk dik il-leġislazzjoni espliċitament tipprevedi li dawk l-ammonti jistgħu jinżammu mill-Istati Membri;

(d) ammonti li jikkorrispondu għal pieni applikati skont ir-regoli dwar il-kondizzjonalità stipulati fil-Kapitolu II tat-Titolu VI, fir-rigward tal-infiq taħt il-FAEG;

(e) kull titolu ta' sigurtà, depożitu jew garanzija pprovduti skont il-liġi tal-Unjoni adottata fil-qafas tal-PAK, minbarra l-iżvilupp rurali, li l-jedd għalihom sussegwentement intilef. Madankollu, titoli ta' sigurtà li l-jedd għalihom ikun intilef, depożitati meta jkunu nħarġu liċenzji ta’ esportazzjoni jew importazzjoni jew skont proċedura ta’ offerti għall-fini biss li tkun żgurata s-sottomissjoni minn offerenti ta’ offerti ġenwini, għandhom jinżammu mill-Istati Membri.

2.  Is-somom imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, fil-każ ta’ użu mill-ġdid, għandhom jintużaw esklużivament biex jiffinanzjaw infiq mill-FAEG jew mill-FAEŻR.

3.  Dan ir-Regolament għandu japplikaw mutatis mutandis għal dħul assenjat imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Fir-rigward tal-FAEG, l-Artikoli 170 u 171 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom japplikaw mutatis mutandis għaż-żamma tal-kontijiet għal dħul assenjat kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Żamma ta' kontijiet separati

Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet separati għall-approprjazzjonijiet imdaħħlin fil-baġit tal-Unjoni għall-Fondi.

Artikolu 45

Miżuri ta' informazzjoni

1.  L-għoti ta’ informazzjoni ffinanzjat skont il-punt (e) tal-Artikolu 6 għandu jkollu l-għan, b’mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-objettivi tagħha, jerġa' jrawwem il-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, jinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħra attivi f’żoni rurali u jippromwovi l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

Għandu jipprovdi informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva, kemm ġewwa kif ukoll barra mill-Unjoni, biex jagħti stampa sħiħa eżatta tal-PAK.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għanhom ikunu magħmula minn:

(a) programmi ta’ ħidma annwali jew miżuri speċifiċi oħra ppreżentati minn partijiet terzi;

(b) attivitajiet implimentati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa skont il-liġi jew dawk il-miżuri li jkunu diġà qed jirċievu finanzjament skont azzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu esklużi.

Biex timplimenta attivitajiet kif msemmi fil-punt (b), il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti esterni.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ukoll jikkontribwixxu biex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawk il-prijoritajiet ikun relatati mal-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena, sejħa għal proposti li tirrispetta l-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

4.  Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 116(1) għandu jiġi nnotifikat bil-miżuri previsti u meħuda skont dan l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni għandha kull sentejn tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 46

Setgħat tal-Kummissjoni

1.  Sabiex jitqies id-dħul miġbur mill-aġenziji ta' pagament għall-baġit tal-Unjoni meta jwettqu pagamenti abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq ippreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 li jikkonċerna l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu kkumpensati ċerti tipi ta' nfiq u dħul fl-ambitu tal-Fondi.

2.  Sabiex tkun tista' ssir id-distribuzzjoni ġusta tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, jekk il-baġit tal-Unjoni ma jkunx ġie adottat sal-bidu tas-sena finanzjarja jew jekk l-ammont totali tal-impenji skedati jaqbeż il-limitu stipulat fl-Artikolu 170(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 ta' dan ir-Regolament dwar il-metodu applikabbli għall-impenji u l-pagament tal-ammonti.

3.  Sabiex tivverifika l-konsistenza tad-data nnotifikata mill-Istati Membri b'rabta mal-infiq jew xi informazzjoni oħra prevista f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 102, li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 rigward il-posponiment tal-pagamenti ta' kull xahar lill-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 42 rigward l-infiq taħt il-FAEG u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom tnaqqas jew tissospendi l-pagamenti interim lill-Istati Membri taħt il-FAEŻR imsemmija f'dak l-Artikolu.

4.  Meta jiġi applikat l-Artikolu 42, sabiex ikun żgurat li l-prinċipju ta' proporzjonalità qed jiġi rrispettat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 relatati mar-regoli dwar:

(a) il-lista ta' miżuri koperti mill-Artikolu 42;

(b) ir-rata ta' sospensjoni ta' pagamenti msemmija f'dak l-Artikolu.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw dettalji ulterjuri dwar l-obbligu stipulat fl-Artikolu 44 kif ukoll il-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-pagament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) il-finanzjament u l-kontabbiltà ta' miżuri ta' intervent fl-għamla ta' ħżin pubbliku, jew infiq ieħor iffinanzjat mill-Fondi;

(b) it-termini u l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-proċedura awtomatika ta' diżimpenn;

(c) il-proċedura u arranġamenti prattiċi oħra għat-tħaddim tajjeb tal-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 42.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



KAPITOLU IV

Approvazzjoni tal-kontijiet



Taqsima I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 47

Verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli magħmula mill-Istati Membri skont il-liġi, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew l-Artikolu 287 TFUE, jew kwalunkwe kontroll organizzat skont l-Artikolu 322 TFUE jew ibbażat fuq ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2185/96 ( 2 ), il-Kummissjoni tista’ torganizza kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri biex tivverifika b’mod partikolari:

(a) il-konformità tal-prattiki amministrattivi mar-regoli tal-Unjoni;

(b) l-eżistenza tad-dokumenti ta’ prova meħtieġa u l-korrelazzjoni tagħhom mal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR;

(c) it-termini li abbażi tagħhom twettqu u kienu kkontrollati l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FAEG jew mill-FAEŻR.

(d) jekk aġenzija tal-pagamenti tkunx konformi mal-kriterji tal-akkreditazzjoni stipulati fl-Artikolu 7(2) u jekk l-Istat Membru japplikax korrettament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5).

Persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu verifiki fuq il-post f'isimha jew aġenti tal-Kummissjoni li jaġixxu fl-ambitu tas-setgħat konferiti lilhom għandu jkollhom aċċess għall-kotba u dokumenti oħra kollha, inklużi dokumenti u metadata magħmula jew riċevuta fuq mezz elettroniku, relatati ma’ nfiq iffinanzjat mill-FAEG jew mill-FAEŻR.

Is-setgħat li jsiru verifiki fuq il-post ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti maħtura speċifikament mil-liġi nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f'isimha ma għandhomx jieħdu sehem, fost oħrajn, fi żjajjar fi djar jew interrogatorji formali ta' persuni abbażi tal-liġi tal-Istat Membru konċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni miksuba b’dan il-mod.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħti avviż minn qabel biżżejjed ta’ verifika fuq il-post lill-Istat Membru konċernat jew lill-Istat Membru li tkun ser issir il-verifika fit-territorju tiegħu, b'kont meħud tal-impatt amministrattiv fuq l-aġenziji tal-pagament meta tkun qed torganizza l-verifiki. Aġenti mill-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f’dawn il-verifiki.

Fuq talba mill-Kummissjoni u bi qbil mal-Istat Membru, il-verifiki addizzjonali jew l-inkjesti dwar l-operazzjonijiet koperti b’dan ir-Regolament għandhom jitwettqu mill-korpi kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. L-aġenti tal-Kummissjoni jew persuni awtorizzati mill-Kummissjoni biex jaġixxu f'isimha jistgħu jieħdu sehem f’tali verifiki.

Biex ittejjeb il-verifiki, il-Kummissjoni tista’, bil-qbil tal-Istati Membri konċernati, titlob l-assistenza tal-awtoritajiet ta’ dawk l-Istati Membri għal ċerti verifiki jew inkjesti.

Artikolu 48

Aċċess għall-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-operazzjoni mingħajr diffikultajiet tal-Fondi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiffaċilitaw il-verifiki li l-Kummissjoni tqis adatti b’rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament mill-Unjoni, inklużi verifiki fuq il-post.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, meta titlobhom, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw sabiex jimplimentaw l-atti legali tal-Unjoni relatati mal-PAK, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FAEG jew il-FAEŻR.

3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar irregolaritajiet u każijiet issuspettati ta' frodi li jinkixfu, kif ukoll informazzjoni dwar il-passi meħuda skont it-Taqsima III ta' dan il-Kapitlu biex jiġu rkuprati pagamenti mhux dovuti b’rabta ma’ dawk l-irregolaritajiet u frodi.

Artikolu 49

Aċċess għad-dokumenti

L-aġenziji tal-pagamenti akkreditati għandhom iżommu dokumenti ta’ prova relatati ma’ pagamenti magħmula u dokumenti relatati mat-twettiq tal-verifiki amministrattivi u fiżiċi mitluba mil-liġi tal-Unjoni, u għandhom jagħmlu d-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni. Dawk id-dokumenti ta' prova jistgħu jinżammu f'forma elettronika taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 50(2).

Meta dawk id-dokumenti jinżammu minn awtorità li taġixxi taħt delega minn aġenzija tal-pagamenti u tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-infiq, dik l-awtorità għandha tibgħat rapporti lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata dwar l-għadd ta’ verifiki magħmula, il-kontenut tagħhom u l-miżuri meħuda fid-dawl tar-riżultati tagħhom.

Artikolu 50

Setgħat tal-Kummissjoni

1.  Biex tkun żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ verifiki fuq il-post u aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni stabbiliti f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 li jissupplementaw l-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħhom taħt dan il-Kapitolu.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) il-proċeduri relatati mal-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom iħarsu b’rabta mal-verifiki previsti f’dan il-Kapitolu;

(b) il-proċeduri relatati mal-obbligi ta’ kooperazzjoni li għandhom jitħarsu mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 47 u 48;

(c) il-proċeduri u arranġamenti prattiċi oħra dwar l-obbligu ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 48(3);

(d) il-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jinżammu d-dokumenti ta’ prova msemmija fl-Artikolu 49, inkluż il-format tagħhom u t-tul ta’ żmien ta’ kemm għandhom jinħażnu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



Taqsima II

Approvazzjoni

Artikolu 51

Approvazzjoni tal-kontijiet

Qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena wara s-sena tal-baġit inkwistjoni u abbażi tal-informazzjoni mibgħuta skont il-punt (c) tal-Artikolu 102(1), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikopru il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali ippreżentati u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tad-deċiżjonijiet adottati wara skont l-Artikolu 52.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Artikolu 52

Approvazzjoni tal-konformità

1.  Meta ssib li l-infiq kif indikat fl-Artikolu 4(1) u fl-Artikolu 5 ma jkunx sar f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u, fir-rigward tal-FAEŻR, ma jkunx sar f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali msemmija fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw l-ammonti li għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament mill-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ammonti li għandhom jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura tal-ksur u tal-ħsara finanzjarja kkawżata lill-Unjoni. Hija għandha tibbaża l-esklużjoni fuq l-identifikazzjoni tal-ammonti minfuqin bla bżonn u, meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu identifikati bi sforz proporzjonat, tista' tapplika korrezzjonijiet estrapolati jew b'rata fissa. Korrezzjonijiet b'rata fissa għandhom jiġu applikati biss meta minħabba n-natura tal-każ jew minħabba li l-Istat Membru ma jkunx ipprovda l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni, ma jkunx possibbli bi sforz proporzjonat li tiġi identifikata b'mod aktar preċiż il-ħsara finanzjarja magħmula lill-Unjoni.

3.  Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni għar-rifjut tal-finanzjament, is-sejbiet mill-ispezzjoni tal-Kummissjoni u t-tweġibiet tal-Istat Membru għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub, u wara dan iż-żewġ partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed. F'dak il-punt tal-proċedura għandha tingħata l-opportunità lill-Istati Membri biex juru li l-gravità reali tan-nonkonformità hija inqas mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, l-Istat Membru jista’ jitlob il-ftuħ ta’ proċedura bil-għan li tiġi rrikonċiljata, fi żmien perijodu ta' erba’ xhur, il-pożizzjoni ta’ kull parti. Għandu jiġi ppreżentat rapport dwar ir-riżultat tal-proċedura lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport qabel ma tiddeċiedi dwar kwalunkwe rifjut għal finanzjament u għandha tagħti raġunijiet jekk tiddeċiedi li ma ssegwix dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

4.  Il-finanzjament ma jistax jiġi rrifjutat għal:

(a) infiq kif indikat fl-Artikolu 4(1) li jsir aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha;

(b) infiq għal miżuri multiannwali li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 4(1) jew fl-ambitu tal-programmi kif indikat fl-Artikolu 5, fejn l-obbligu finali tar-riċevitur iseħħ aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha;

(c) infiq għal miżuri fi programmi, kif indikat fl-Artikolu 5, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, li għalihom il-pagament jew, skont il-każ, il-pagament finali, mill-aġenzija tal-pagamenti, isir aktar minn 24 xahar qabel ma l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha.

5.  Il-paragrafu 4 ma għandux japplika fil-każ ta’:

(a) irregolaritajiet koperti mit-Taqsima III ta’ dan il-Kapitolu;

(b) għajnuniet nazzjonali li dwarhom il-Kummissjoni tkun niedet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) TFUE jew ksur li l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru kkonċernat permezz ta' ittra ta' avviż formali bi qbil mal-Artikolu 258 TFUE;

(c) ksur mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont il-Kapitolu III tat-Titolu V ta’ dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-Kummissjoni tinnotifika lill-Istat Membru bil-miktub bis-sejbiet tal-ispezzjoni tagħha fi żmien 12-il xahar wara li tirċievi r-rapport tal-Istat Membru dwar ir-riżultati tal-verifiki tiegħu tal-infiq konċernat.

Artikolu 53

Setgħat tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-implimentazzjoni ta’:

(a) l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 51 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u d-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu;

(b) l-approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 52 fir-rigward tal-miżuri li jkollhom jittieħdu b’rabta mal-adozzjoni tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u d-dati ta’ skadenza li jkollhom jitħarsu, kif ukoll il-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu, inklużi t-twaqqif, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti tax-xogħol tal-korp ta’ konċiljazzjoni.

2.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

3.  Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-approvazzjoni tal-konformità prevista fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115, li jikkonċerna l-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati korrezzjonijiet.



Taqsima III

Irregolaritajiet

Artikolu 54

Dispożizzjonijiet Komuni

1.  Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara li sseħħ xi irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mingħand il-benefiċjarju fi żmien 18-il xahar wara l-approvazzjoni minn u, fejn ikun applikabbli, il-wasla għand l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru, ta’ rapport ta’ kontroll jew dokument simili, b’dikjarazzjoni li tkun seħħet irregolarità. L-ammonti korrispondenti għandhom jiġu reġistrati, fil-mument tat-talba għal irkupru, fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.

2.  Jekk ma jsirx irkupru fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin fejn l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandu jġarrabhom l-Istat Membru konċernat u 50 % għandhom jiġu koperti mill-baġit tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li l-Istat Membru konċernat għandu jsegwi proċeduri ta’ rkupru b’konformità mal-Artikolu 58.

Fejn, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru, jiġi rreġistrat in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità permezz ta’ strument amministrattiv jew legali ta’ natura aħħarija, l-Istat Membru konċernat għandu jiddikjara bħala nfiq dovut lill-Fondi l-piż finanzjarju li huwa jkollu jagħmel tajjeb għalih skont l-ewwel subparagrafu.

Madankollu, jekk, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat Membru konċernat, ma jkunx possibbli li l-irkupru jseħħ sal-iskadenza speċifikata fl-ewwel subparagrafu u jekk l-ammont li jrid jiġi rkuprat jaqbeż il-EUR 1 miljun, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru, testendi l-iskadenza b’perjodu li ma jkunx itwal min-nofs il-perjodu oriġinali.

3.  Għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux irkupru. Deċiżjoni b'dan l-effett tista’ tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:

(a) jekk l-ispejjeż diġà magħmula u li x’aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kondizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfatta

(i) l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx EUR 100; jew

(ii) l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ, mingħajr l-imgħax, ikun bejn EUR 100 EUR u EUR 150 u l-Istat Membru konċernat japplika limitu daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rkuprat skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali.

(b) jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew il-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità.

Fejn id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tittieħed qabel ma l-ammont dovut ikun ġie soġġett għar-regoli msemmija fil-paragrafu 2, il-konsegwenza finanzjarja ta’ nuqqas ta’ rkupru għandha tkun imġarrba mill-baġit tal-Unjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 102(1) l-ammonti li jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom huma skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tara li dan ikun sar u tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 51.

5.  Il-Kummissjoni tista’, kemm-il darba l-proċedura stipulata fl-Artikolu 52(3) tkun ġiet segwita, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jeskludu minn finanzjament mill-Unjoni somom a karigu tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet li ġejjin:

(a) jekk l-Istat Membru ma jkunx ħares il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) jekk hi tqis li d-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru li ma jfittixx l-irkupru skont il-paragrafu 3 mhijiex ġustifikata;

(c) jekk hi tqis li l-irregolarità jew in-nuqqas ta’ rkupru jkunu r-riżultat ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew lil korp uffiċjali ieħor tal-Istat Membru.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).

Artikolu 55

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEG

Is-somom irkuprati wara li tkun seħħet irregolarità jew negliġenza u l-imgħaxijiet fuqhom għandhom jgħaddu lill-aġenzija tal-pagamenti u jiġu rriżervati minnha bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih il-flus ikunu fil-fatt riċevuti.

Meta l-baġit tal-Unjoni jkun akkreditat kif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istat Membru jista’ jżomm 20 % tal-ammonti korrispondenti bħala spejjeż ta’ rkupru b’rata fissa, ħlief f’każijiet ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi tiegħu jew lil korpi uffiċjali oħra.

Artikolu 56

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-FAEŻR

L-Istati Membri għandhom jagħmlu aġġustamenti finanzjarji fejn jinkixfu irregolaritajiet jew negliġenza f’operazzjonijiet jew fi programmi ta’ żvilupp rurali billi jikkanċellaw għal kollox jew parzjalment il-finanzjament mill-Unjoni konċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet skoperti u l-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Ammonti ta’ finanzjament mill-Unjoni mill-FAEŻR li jkunu kkanċellati u ammonti rkuprati, kif ukoll l-imgħaxijiet fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm konċernat. Madankollu, il-fondi tal-Unjoni kanċellati jew irkuprati ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-Istati Membri ħlief għal operazzjoni taħt l-istess programm ta’ żvilupp rurali u bil-kondizzjoni li l-fondi ma jiġux riallokati għal operazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ aġġustament finanzjarju. Wara l-għeluq ta’ programm ta’ żvilupp rurali, l-Istat Membru għandu jagħti lura s-somom irkuprati lill-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 57

Setgħat tal-Kummissjoni

1.  Sabiex tkun żgurata applikazzjoni korretta u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u mgħaxijiet fuqhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 dwar obbligi speċifiċi li l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) il-proċeduri għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti u mgħaxijiet kif stabbilit f'din it-Taqsima u biex il-Kummissjoni tinżamm informata dwar irkupri pendenti;

(b) il-forom ta' notifika u komunikazzjoni li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



TITOLU V

SISTEMI ta’ KONTROLL U PIENI



KAPITOLU I

Regoli ġenerali

Artikolu 58

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw, fil-qafas tal-PAK, id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, partikolarment biex:

(a) jivverifikaw il-legalità u r-regolarità ta’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi;

(b) jiżguraw prevenzjoni effikaċi kontra l-frodi, l-aktar f' oqsma b’livell ogħla ta’ riskju, u li sservi ta’ deterrent, waqt li jqisu l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll il-proporzjonalità tal-miżuri;

(c) ma jħallux li jseħħu, jikxfu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi;

(d) jimponu pieni li jkunu effikaċi, dissważivi u proporzjonati skont il-liġi tal-Unjoni, jew, fin-nuqqas ta’ din, skont id-dritt nazzjonali, u jressqu l-proċedimenti legali għal dak il-għan, kif meħtieġ;

(e) jirkupraw pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħaxijiet, u jressqu proċediment legali għal dak il-għan, kif meħtieġ.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u kontroll biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni li tirregola skemi ta’ għajnuna mill-Unjoni bil-għan li jitnaqqas għall-minimu r-riskju ta' ħsara finanzjarja lill-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati u l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.

Kwalunkwe kondizzjoni stabbilita mill-Istati Membri biex jissupplimentaw il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-regoli tal-Unjoni għar-riċeviment ta’ għajnuna ffinanzjata mill-FAEG jew mill-FAEŻR għandha tkun verifikabbli.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw ir-regoli meħtieġa bil-għan li tinkiseb l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli jistgħu jkunu relatati ma’ dan li ġej:

(a) il-proċeduri, l-iskadenzi u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2;

(b) in-notifika u l-komunikazzjoni li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 3.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 59

Prinċipji ġenerali tal-verifiki

1.  Is-sistema stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 58(2) għandha tinkludi, ħlief fejn ikun ipprovdut xorta oħra, verifiki amministrattivi sistematiċi tal-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna u talbiet għal pagamenti. Dik is-sistema għandha tkun issupplimentata minn verifiki fuq il-post.

2.  Fir-rigward tal-verifiki fuq il-post, l-awtorità responsabbli għandha tagħmel il-kampjun ta’ verifika tagħha mill-popolazzjoni kollha tal-applikanti inkluż, fejn ikun xieraq, parti aleatorja sabiex tinkiseb rata ta' żbalji rappreżentattiva u parti bbażata fuq ir-riskju, li għandu jkollha fil-mira l-oqsma fejn ir-riskju ta' żbalji huwa l-ogħla.

3.  L-awtorità responsabbli għandha tagħmel rapport għal kull verifika fuq il-post.

4.  Fejn ikun xieraq, il-verifiki kollha fuq il-post previsti fir-regoli tal-Unjoni fir-rigward ta’ għajnuna agrikola u appoġġ għall-iżvilupp rurali għandhom jiġu esegwiti fl-istess waqt.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell minimu ta' verifiki fuq il-post meħtieġa għal ġestjoni effettiva tar-riskji, għandhom iżidu dak il-livell minimu meta jkun meħtieġ. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dak il-livell minimu meta s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw tajjeb u fejn ir-rati ta' żbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.

6.  F'każijiet li għandhom ikunu previsti mill-Kummissjoni abbażi tal-punt (h) tal-Artikolu 62(2), applikazzjonijiet għall-għajnuna u talbiet għal pagament jew kwalunkwe komunikazzjoni, pretensjoni jew talba oħra jistgħu jiġi kkoreġuti u aġġustati wara l-preżentazzjoni tagħhom f'każijiet ta' żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

7.  Applikazzjoni għall-għajnuna jew talba għal pagament għandha tiġi rrifjutata jekk il-benefiċjarju jew ir-rappreżentant tiegħu jipprevjeni t-twettiq ta' verifika fuq il-post, ħlief f'każijiet ta' force majeur jew f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

Artikolu 60

Klawsola ta' ċirkomvenzjoni

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi, ma għandu jingħata ebda vantaġġ previst fil-leġislazzjoni agrikola settorjali favur persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-kisba ta’ vantaġġi bħal dawn inħolqu artifiċjalment, kuntrarju għall-objettivi ta’ dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 61

Kompatibbiltà ta’ skemi ta’ appoġġ għall-finijiet ta’ verifiki fis-settur tal-inbid

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll applikati għal dawk l-iskemi jkunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) il-bażi ta' data kompjuterizzata;

(b) is-sistemi ta’ identifikazzjoni għal ħbula tar-raba';

(c) il-verifiki amministrattivi.

Il-proċeduri għandhom jippermettu funzjonament komuni jew l-iskambju ta’ data mas-sistema integrata.

Artikolu 62

Setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward ta' verifiki

1.  Sabiex jiġi żgurat li l-verifiki jitwettqu b'mod korrett u b'mod effiċjenti u li l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà jiġu vverifikati b'mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jħares l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115, li jistipulaw, meta l-ġestjoni korretta tas-sistema tkun teħtieġ hekk, rekwiżiti addizzjonali fir-rigward ta' proċeduri doganali, u b'mod partikolari għal dawk stipulati fir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kusnill ( 4 ).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli meħtieġa għal applikazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, u b'mod partikolari:

(a) ir-regoli dwar verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom isiru mill-Istati Membri fir-rigward tat-tħaris ta’ obbligi, impenji u kriterji ta’ eliġibbiltà li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

(b) ir-regoli dwar il-livell minimu ta' verifiki fuq il-post u dwar l-obbligu li jiżdied jew il-possibbiltà li jitnaqqas kif jinsabu fl-Artikolu 59(5);

(c) ir-regoli u l-metodi applikabbli għar-rapportar tal-kontrolli u tal-verifiki magħmulin u r-riżultati tagħhom;

(d) l-awtoritajiet responsabbli biex iwettqu l-kontrolli għall-konformità, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom dawk il-kontrolli għandhom japplikaw;

▼C1

(e) fir-rigward ta' qanneb kif imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, regoli dwar il-miżuri speċifiċi ta' kontroll u l-metodi biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' tetraidrokannabinol;

▼B

(f) fir-rigward tal-qoton kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sistema ta’ kontrolli fuq l-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(g) fir-rigward tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, regoli dwar il-kejl tal-meded tal-art, dwar verifiki u dwar regoli li jirrigwardaw il-proċeduri finanzjarji speċifiċi għat-titjib tal-verifiki;

(h) il-każijiet fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għal pagamenti jew kwalunkwe komunikazzjoni, pretensjoni jew talba oħra jkunu jistgħu jiġu kkoreġuti u aġġustati wara l-preżentazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 59(6);

(i) it-testijiet u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibbiltà ta’ prodotti għal intervent pubbliku u ħżin privat, kif ukoll l-użu ta’ proċeduri ta’ offerti, kemm għal intervent pubbliku kif ukoll għal ħżin privat.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 63

Pagamenti mhux dovuti u pieni amministrattivi

1.  Fejn jinstab li benefiċjarju ma jkunx konformi mal-impenji tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, impenji jew obbligi oħrajn relatati mal-kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jew appoġġ, kif previst fil-leġislazzjoni agrikola settorjali, l-għajnuna ma għandhiex titħallas jew għandha tiġi rtirata kollha jew parzjalment u, fejn ikun rilevanti, id-drittijiet għal pagamenti korrispondenti kif imsemmijin fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandhomx jiġu allokati jew għandhom jiġu rtirati.

2.  Barra minn hekk, fejn il-leġislazzjoni agrikola settorjali tipprevedi hekk, l-Istati Membri għandhom jimponu wkoll pieni amministrattivi, skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 64 u fl-Artikolu 77. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 91 sa 101 tat-Titolu VI.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 54(3), l-ammonti, inkluż l-imgħaxijiet fuqhom, u d-drittijiet għal pagamenti, ikkonċernati mill-irtirar imsemmi fil-paragrafu 1 u mill-pieni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rkuprati.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-irtirar parzjali jew totali msemmi fil-paragrafu 1.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi dettaljati dwar:

(a) l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-irtirar parzjali jew totali msemmi fil-paragrafu 1;

(b) l-irkupru ta' pagamenti u pieni mhux dovuti kif ukoll fir-rigward ta' drittijiet għal pagamenti allokati fejn mhux dovut u l-applikazzjoni tal-imgħax.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 64

Applikazzjoni tal-pieni amministrattivi

1.  Fir-rigward tal-pieni amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 63(2), dan l-Artikolu għandu japplika fil-każ tan-nonkonformità fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola settorjali, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmijin fl-Artikoli 67 sa 78 tal-Kapitolu II ta' dan it-Titolu u l-Artikoli 91 sa 101 tat-Titolu VI u ta' dawk soġġetti għall-pieni previsti fl-Artikolu 89(3) u 89(4).

2.  Ma għandhomx jiġu imposti pieni amministrattivi:

(a) meta n-nonkonformità tkun minħabba force majeur;

(b) meta n-nonkonformità tkun minħabba żbalji ovvji kif imsemmija fl-Artikolu 59(6);

(c) meta n-nonkonformità tkun minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma setgħatx raġonevolment tinduna bih il-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;

(d) meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li ma kinitx fit-tort għan-nonkonformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'mod ieħor li l-persuna kkonċernata ma kellha ebda tort;

(e) meta n-nonkonformità tkun ta' natura minuri, inkluż fejn espressa fl-għamla ta' limitu, li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7;

(f) każijiet oħrajn fejn l-impożizzjoni ta' piena ma tkunx xierqa, li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 6.

3.  Jistgħu jiġu imposti pieni amministrattivi fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna jew l-appoġġ, u fuq persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, inklużi gruppi jew assoċjazzjonijiet ta' tali benefiċjarji jew persuni oħra, marbutin bl-obbligi stabbiliti fir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1.

4.  Il-pieni amministrattivi jistgħu jieħdu waħda mill-għamliet li ġejjin:

(a) tnaqqis fl-ammont ta' għajnuna jew appoġġ li jitħallas fir-rigward tal-applikazzjoni għal għajnuna jew talba għal pagament magħmula mill-applikazzjonijiet ta' nonkonformità jew oħrajn; madankollu fir-rigward ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali, dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta' sospensjoni tal-appoġġ fejn jista' jkun mistenni li n-nonkonformità tista' tiġi indirizzata mill-benefiċjarju fi żmien raġonevoli;

(b) pagament ta' ammont ikkalkulat abbażi tal-kwantità u/jew il-perijodu kkonċernat min-nonkonformità;

(c) is-sospensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni;

(d) l-esklużjoni mid-dritt għal parteċipazzjoni fl-iskema ta’ għajnuna jew il-miżura ta' appoġġ jew xi miżura oħra kkonċernata, jew li jittieħed benefiċċju minnhom;

5.  Il-pieni amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati u gradati skont il-gravità, id-daqs, id-dewmien u r-riokkorrenza tan-nonkonformità misjuba, u għandhom jirrispettaw il-limiti li ġejjin:

(a) l-ammont tal-piena amministrattiva kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4 ma għandux jeċċedi l-200 % tal-ammont tal-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament;

(b) minkejja l-punt (a), fir-rigward tal-iżvilupp rurali, l-ammont tal-piena amministrattiva, kif imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4, ma għandux jeċċedi l-100 % tal-ammont eliġibbli;

(c) l-ammont tal-piena amministrattiva, kif imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 4, ma għandux jeċċedi ammont komparabbli mal-persentaġġ imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(d) is-sospensjoni, l-irtirar jew l-esklużjoni msemmijin fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4 jistgħu jiġu ffissati għal massimu ta' tliet snin konsekuttivi li jistgħu jiġġeddu fil-każ ta' nonkonformità ġdida.

6.  Biex jittieħed kont tal-effett ta’ deterrent tat-tariffi u l-pieni li għandhom jiġu imposti minn naħa waħda, u tal-karatteristiċi speċjali ta' kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ koperta mil-leġislazzjoni agrikola settorjali min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115:

(a) li jidentifikaw għal kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ u persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3, mil-lista mogħtija fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 5, il-piena amministrattiva u jiddeterminaw ir-rata speċifikali għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità nonkwantifikabbli;

(b) li jidentifikaw il-każijiet li fihom il-pieni amministrattivi ma għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi dettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu:

(a) l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;

(b) ir-regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità bħala minuri, inkluż l-istabbiliment ta' limitu kwantitattiv espress bħala valur nominali jew persentaġġ tal-ammont eliġibbli tal-għajnuna jew l-appoġġ, li fir-rigward ta' appoġġ għall-iżvilupp rurali ma għandux ikun inqas minn 3 % u li fir-rigward ta' kull għajnuna jew appoġġ ieħor ma għandux ikun inqas minn 1 %;

(c) ir-regoli li jidentifikaw il-każijiet fejn, minħabba n-natura tal-pieni, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-pieni rkuprati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 65

Sospensjoni tal-pagamenti lill-Istati Membri f'każijiet speċifiċi koperti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.  Fejn ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jitlob li l-Istati Membri jippreżentaw, fi żmien perijodu speċifiku, informazzjoni speċifika u l-Istati Membri jonqsu milli jibagħtu dik l-informazzjoni f'dak il-perjodu jew milli jibagħtuha, jew jibagħtu informazzjoni skorretta, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 18 dment li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli fil-waqt dovut l-informazzjoni, il-formoli u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa lill-Istati Membri. L-ammont li għandu jiġu sospiż għandu jkun marbut man-nefqa għall-miżuri tas-suq li l-informazzjoni meħtieġa għalihom ma ntbagħtitx jew ma ntbagħtitx fil-ħin jew hija skorretta.

2.  Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' proporzjonalità fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 115 li jirrigwarda l-miżuri tas-suq li jaqgħu taħt is-sospensjoni u r-rata u l-perijodu tas-sospensjoni tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dettaljati dwar il-proċedura u arranġamenti prattiċi oħrajn għall-funzjonament korrett tas-sospensjoni tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 66

Garanziji

1.  L-Istati Membri għandhom, meta l-leġislazzjoni settorjali agrikola tipprevedi hekk, jitolbu d-depożitu ta' garanzija li tassigura li titħallas jew ikun ċedut id-dritt għal somma ta' flus lil awtorità kompetenti jekk ma jkunx issodisfat obbligu partikolari skont il-leġislazzjoni agrikola settorjali.

2.  Ħlief f’każijiet ta’ force majeur il-jedd għall-garanzija għandu jintilef għal kollox jew parzjalment fejn xi obbligu partikolari ma jitwettaqx, jew jitwettaq parzjalment biss.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 li jistipulaw regoli li jiżguraw trattament nondiskriminatorju, ekwità u rispett tal-proporzjonalità waqt id-depożitu ta' garanzija, u:

(a) jispeċifikaw il-parti responsabbli jekk obbligu ma jitħarisx;

(b) jistipulaw is-sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l-awtorità kompetenti tista' tirrinunzja għar-rekwiżit ta' garanzija;

(c) jistipulaw il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-garanzija li għandha tiġi ddepożitata u għall-garanti u l-kondizzjonijiet għad-depożitu u r-rilaxx ta' dik il-garanzija;

(d) jistipulaw il-kondizzjonijiet speċifiċi relatati mal-garanzija ddepożitata b'rabta ma' pagamenti bil-quddiem;

(e) jistipulaw il-konsegwenzi tal-ksur tal-obbligi li għalihom tiġi ddepożitata garanzija, kif previst fil-paragrafu 1, inklużi garanziji li d-dritt għalihom ikun intilef, ir-rata ta’ tnaqqis li għandha tiġi applikata mar-rilaxx ta’ garanziji għal rifużjonijiet, liċenzji, offerti, offerti wara sejħa għalihom jew applikazzjonijiet speċifiċi u meta obbligu kopert minn dik il-garanzija ma jkunx tħares għal kollox jew parzjalment, b'kont meħud tan-natura tal-obbligu, il-kwantità li għaliha l-obbligu jkun inkiser, il-perijodu li jaqbeż il-limitu ta' żmien sa meta l-obbligu kellu jintlaħaq u ż-żmien sa meta għandha tingħata l-evidenza li dak l-obbligu jkun intlaħaq.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) l-għamla tal-garanzija li għandha tiġi ddepożitata u l-proċedura għad-depożitu tal-garanzija, għall-aċċettazzjoni tagħha u għas-sostituzzjoni tal-garanzija oriġinali;

(b) il-proċeduri għar-rilaxx ta' garanzija;

(c) in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



KAPITOLU II

Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll

Artikolu 67

Kamp ta' applikazzjoni u termini użati

1.  Kull Stat Membru għandu jwaqqaf u jħaddem sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (is-'sistema integrata').

2.  Is-sistema integrata għandha tapplika għall-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u għall-appoġġ mogħti skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 tar-Regolament Nru 1305/2013 u fejn ikun applikabbli fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 1303/2013.

Dan il-Kapitolu ma għandux, madankollu, japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Lanqas ma għandu japplika għall-miżuri taħt il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) ta' dak ir-Regolament sa fejn ikollha x'taqsam l-ispiża għall-istabbiliment.

3.  Sakemm ikun meħtieġ, is-sistema integrata għandha tapplika wkoll għall-kontroll tal-kondizzjonalità kif stabbilit fit-Titolu VI.

4.  Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a) "ħabel tar-raba'" tfisser medda kontinwa ta' art, iddikjarata minn bidwi, li ma tkoprix aktar minn grupp wieħed ta' prodott tar-raba'; madankollu, fejn fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tkun meħtieġa dikjarazzjoni separata tal-użu ta' medda ta' art fi ħdan grupp ta' prodott tar-raba', dak l-użu speċifiku għandu, jekk ikun meħtieġ, jillimita aktar il-ħabel tar-raba'; l-Istati Membri jistgħu jistipulaw kriterji addizzjonali għal aktar delimitazzjoni ta' ħabel tar-raba';

►C1  (b) "pagament dirett relatat mal-erja" tfisser l-iskema bażika ta' pagament; l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja u l-pagament ridistributtiv kif imsemmi fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; ◄ il-pagament għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent kif imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pagament għal meded ta' art b’restrizzjonijiet naturali kif imsemmi fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pagament għal bdiewa żgħażagħ kif imsemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-appoġġ akkoppjat volontarju kif imsemmi fil-Kapitolu I tat-Titolu IV, fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru; il-pagament għal prodotti tar-raba' speċifiċi fir-rigward tal-qoton kif imsemmi fil-Kapitolu 2 tat-Titolu IV; l-iskema għall-bdiewa żgħar kif imsemmija fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif imsemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru; u miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew kif imsemmi fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), fejn l-appoġġ jitħallas għal kull ettaru.

Artikolu 68

Elementi tas-sistema integrata

1.  Is-sistema integrata għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) bażi ta' data kompjuterizzata;

(b) sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba';

(c) sistema għall-identifikazzjoni u r-registrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti;

(d) applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagament;

(e) sistema integrata ta' kontroll;

(f) sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 67(2) li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna jew talba għal pagament.

2.  Fejn japplika, is-sistema integrata għandha tinkludi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 7 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 ( 8 ).

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tas-sistema integrata, il-Kummissjoni tista' titlob l-assistenza ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita t-twaqqif, il-monitoraġġ u l-operat tas-sistema integrata, b'mod partikolari biex tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'konsulenza teknika, jekk jitolbuha.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ulterjuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tas-sistema integrata u għandhom jagħtu lil xulxin l-assistenza reċiproka meħtieġa għall-finijiet tal-kontrolli mitluba skont dan ir-Regolament.

Artikolu 69

Bażi tad-data kompjuterizzata

1.  Il-bażi tad-data kompjuterizzata ("il-bażi tad-data") għandha tirreġistra, għal kull benefiċjarju tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 67(2), id-data miksuba minn applikazzjonijiet għal għajnuna u minn talbiet għal pagamenti.

Il-bażi tad-data għandha, b'mod partikolari, permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tippermetti konsultazzjoni tad-data relatata mas-sena kalendarja u/jew ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u tal-għaxar snin preċedenti. Fejn il-livell ta' appoġġ lill-bdiewa huwa affettwat mid-data fir-rigward tas-snin kalendarji u/jew ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel, li tibda mill-2000, il-bażi tad-data għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni tad-data li jkollha x'taqsam ma' dawk is-snin. Il-bażi tad-data għandha tippermetti wkoll konsultazzjoni diretta u immedjata tad-data relatata ma’ mill-anqas l-erba' snin kalendarji konsekuttivi preċedenti u għal data relatata ma' "mergħat permanenti" kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 ( 9 ) fil-verżjoni oriġinali tiegħu u, għal perijodi mid-data ta' applikazzjoni "bwar permanenti u mergħat permanenti", kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fir-rigward ta' mill-inqas il-ħames snin kalendarji konsekuttivi preċedenti.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 jew wara, jew aktar tard, għandhom ikunu obbligati biss li jiżguraw il-konsultazzjoni tad-data mis-sena tal-adeżjoni tagħhom.

2.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bażijiet ta' data deċentralizzati bil-kondizzjoni li dawn, u l-proċeduri amministrattivi għal reġistrazzjoni ta' data u aċċess għaliha, ikunu mfasslin biex ikunu omoġenji mat-territorju kollu tal-Istat Membru u jkunu kompatibbli ma' xulxin biex jippermettu kontroverifiki.

Artikolu 70

Sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba'

1.  Is-sistema ta' identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' għandha tkun stabbilita abbażi ta' mapep, dokumenti ta' reġistrar tal-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. Għandhom jintużaw tekniki kompjuterizzati ibbażati fuq sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, inklużi ortoimmaġini mill-ajru jew spazjali, bi standard omoġenju li jiggarantixxi livell ta' preċiżjoni li jkun mill-anqas ekwivalenti għal dak ta' l-kartografija fi skala ta’ 1:10 000 u, mill-2016, fi skala ta' 1:5 000 , filwaqt li jittieħed kont tal-linja tal-konfini u l-kondizzjoni tal-ħabel. Dan għandu jiġi stabbilit f'konformità mal-istandards eżistenti tal-Unjoni.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jużaw tali tekniki inklużi ortoimmaġini mill-ajru jew spazjali, bi standard omoġenju li jiggarantixxi livell ta' preċiżjoni minn tal-anqas ekwivalenti għal kartografija ta' skala 1:10 000 fejn ikunu inkisbu abbażi ta' kuntratti fit-tul li sar qbil dwarhom qabel Novembru 2012.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba' jkun fiha saff ta' referenza li jakkomoda ż-żoni ta’ interess ekoloġiku. Dak is-saff ta' referenza għandu jkopri, b'mod partikolari, l-impenji speċifiċi u/jew skemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali rilevanti msemmijin fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ekwivalenti għall-prattiki fl-Artikolu 46 ta' dak ir-Regolament qabel ma l-formoli tal-applikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 72 ta' dan ir-Regolament għal pagamenti għal prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u l-ambjent imsemmijin fl-Artikoli 43 sa 46 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jiġu pprovduti mhux aktar tard mis-sena ta' talbiet 2018.

Artikolu 71

Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti

1.  Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti għandha tippermetti l-verifika tad-drittijiet u l-kontroverifiki mal-applikazzjonijiet għal għajnuna u s-sistema ta' identifikazzjoni għal ħbula tar-raba'.

2.  Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti konsultazzjoni diretta u immedjata, permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tad-data relatata ma' mill-anqas l-erba' snin kalendarji konsekuttivi preċedenti.

Artikolu 72

Applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagamenti

1.  Kull sena, benefiċjarju tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 67(2) għandu jissottometti applikazzjoni għal pagamenti diretti jew talba għal pagament għaż-żona rilevanti u għall-miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-annimali, li jindikaw, rispettivament, fejn japplika:

(a) il-ħbula tar-raba' kollha tal-azjenda, kif ukoll iż-żona mhux agrikola li għaliha jintalab appoġġ imsemmi fl-Artikolu 67(2) li għaliha tintalab għajnuna;

(b) id-drittijiet għal pagamenti ddikjarati għal attivazzjoni;

(c) kwalunkwe informazzjoni oħra prevista f'dan ir-Regolament jew meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola settorjali rilevanti jew mill-Istat Membru kkonċernat.

Fir-rigward tal-pagament dirett skont l-erja, kull Stat Membru għandu jiddetermina d-daqs minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista' ssir applikazzjoni. Madankollu, id-daqs minimu ma għandux ikun aktar minn 0,3 ha.

2.  B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ħbula tar-raba' b'erja ta' mhux aktar minn 0,1 ha li għalihom ma tkunx saret applikazzjoni għal pagament, ma jeħtieġx li jiġu dikjarati, sakemm is-somma ta' tali ħbula ma taqbiżx 1 ha, u/jew jistgħu jiddeċiedu li bidwi li ma japplika għal ebda pagament ibbażat fuq l-erja ma jkollux għalfejn jiddikjara l-ħbula tar-raba' tiegħu fil-każ meta l-erja totali ma' taqbiżx 1 ha. Fil-każijiet kollha, il-bidwi għandu jindika fl-applikazzjoni tiegħu li huwa jkollu ħbula tar-raba' għad-dispożizzjoni tiegħu u għandu, meta jintalab mill-awtoritajiet kompetenti, jindika l-post fejn ikunu jinsabu.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fost oħrajn b' mezzi elettroniċi, formoli stabbiliti minn qabel ibbażati fuq iż-żoni ddeterminati fis-sena ta' qabel, kif ukoll materjal grafiku li jindika l-post fejn ikunu jinsabu dawk iż-żoni.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li l-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament:

(a) ikunu validi jekk il-benefiċjarju jikkonferma n-nuqqas ta' bidliet meta mqabbla mal-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament ippreżentati s-sena ta' qabel,

(b) jeħtieġ li jkunu jinkludu biss bidliet meta mqabbla mal-applikazzjoni għal għajnuna u t-talba għal pagament ippreżentati għas-sena ta' qabel.

Madankollu, fir-rigward tal-iskema għal bdiewa żgħar prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, dik il-possibbiltà għandha tingħata lill-bdiewa kollha konċernati.

4.  Stat Membru jista' jiddeċiedi li applikazzjoni waħda għandha tkopri għadd ta' skemi jew l-iskemi u l-miżuri kollha ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 67 jew skemi u miżuri oħra ta' appoġġ.

5.  B'deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 ( 10 ), il-kalkolu tad-data biex tintbagħat jew tiġi emendata applikazzjoni għal għajnuna, talba għal pagament jew kwalunkwe dokument ta' prova, kuntratt jew dikjarazzjoni skont dan il-Kapitolu għandu jiġi adattat għar-rekwiżiti speċifiċi tas-sistema integrata. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 dwar regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien fejn l-aħħar data għal sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jew emendi tkun btala pubblika, Sibt jew Ħadd.

Artikolu 73

Sistema għall-identifikazzjoni ta' benefiċjarji

Is-sistema unika għar-reġistrazzjoni tal-identità ta' kull benefiċjarju tal-appoġġ kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) għandha tiggarantixxi li l-applikazzjonijiet kollha għal għajnuna u talbiet għal pagamenti sottomessi mill-istess benefiċjarju jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala tali.

Artikolu 74

Verifika ta' kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà u tnaqqis

1.  Skont l-Artikolu 59, l-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi li huma jkunu awtorizzaw biex jaġixxu f'isimhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b'verifiki fuq il-post.

2.  Għall-fini ta’ verifiki fuq il-post l-Istati Membri għandhom jagħmlu pjan ta’ teħid ta’ kampjuni ta’ azjendi agrikoli u/jew ta’ benefiċjarji.

3.  L-Istati Membri jistgħu jużaw metodi tekniċi ta' telerilevament u s-Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS) bħala mezzi biex jitwettqu verifiki fuq il-post tal-ħbula tar-raba'.

4.  F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu japplika l-Artikolu 63.

Artikolu 75

Ħlas lill-benefiċjarji

1.  Il-pagamenti skont l-iskemi ta’ appoġġ u miżuri msemmija fl-Artikolu 67(2) għandhom isiru fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara.

Il-pagamenti għandhom isiru f'sa massimu ta' żewġ pagamenti akkont f’dak il-perjodu.

Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu, qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru, iħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti u sa 75 % għall-appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2).

Fir-rigward ta' appoġġ mogħti fl-ambitu tal-iżvilupp rurali, kif imsemmi fl-Artikolu 67(2), dan il-paragrafu għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal għajnuna jew talbiet għal pagament imressqa għas-sena tat-talba 2018, ħlief fir-rigward ta' ħlasijiet bil-quddiem sa 75 % previsti fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx isiru qabel ma l-verifika ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, li għandha ssir mill-Istati Membri skont l-Artikolu 74, tkun ġiet iffinalizzata.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħlasijiet bil-quddiem għall-appoġġ mogħti taħt l-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) jistgħu jsiru wara li jkunu ġew finalizzati l-verifiki amministrattivi skont l-Artikolu 59(1).

3.  F'każ ta' emerġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li huma kemm meħtieġa kif ukoll ġustifikabbli, sabiex jissolvew problemi speċifiċi b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Tali atti ta' implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 1 u 2, iżda biss sakemm u għal dak il-perijodu li fih ikunu strettament meħtieġa.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 76

Setgħat delegati

1.  Biex jiġi żgurat li s-sistema integrata prevista f'dan il-Kapitolu tkun implimentata b'mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 115 dwar:

(a) definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata, flimkien ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b) fir-rigward tal-Artikoli 67 sa 75, ir-regoli dwar miżuri oħrajn meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' kontroll stipulati f'dan ir-Regolament jew fil-leġislazzjoni agrikola settorjali li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri fir-rigward ta' produtturi, servizzi, korpi, organizzazzjonijiet jew operaturi oħrajn, bħal biċċeriji jew assoċjazzjonijiet involuti fil-proċedura għall-għoti tal-għajnuna, fejn dan ir-Regolament ma jipprevedix pieni amministrattivi rilevanti; dawn il-miżuri għandhom kemm jista' jkunisegwu, mutatis mutandis, d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni stipulati fil-paragrafi (1) sa (5) tal-Artikolu 77.

2.  Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi li jirriżultaw mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 72 lill-benefiċjarji intitolati u biex tkun tista' ssir verifika li dawn ikunu wettqu l-obbligi relatati magħhom, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 rigward:

(a) il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi, inkluż għall-aġġornament tal-ħbula ta' referenza, il-marġnijiet ta' tolleranza adatti b'kont meħud tal-parametru u l-kundizzjoni tal-art, u inkluż regoli dwar l-inklużjoni ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ li jinsab ħdejn l-art, u rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għal ħbula ta' raba' prevista fl-Artikolu 70 u għall-identifikazzjoni tal-benefiċjarji kif previst fl-Artikolu 73;

(b) il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti tal-kwalità għas-sistema tal-identifikazzjoni u r-registrazzjoni ta' drittijiet għal pagamenti msemmija fl-Artikolu 71;

(c) ir-regoli biex tiġi stabbilita d-definizzjoni tal-bażi biex tiġi kkalkulata l-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu trattati ċerti każijiet fejn iż-żoni eliġibbli jkun fihom karattersitiċi tal-pajsaġġ jew siġar; dawn ir-regoli għandhom jippermettu li għal żoni b'bur permanenti, l-Istati Membri jikkunsidraw il-possibbiltà ta' karatteristiċi tal-pajsaġġ u siġar mifruxa maż-żona, li l-erja totali tagħhom ma taqbiżx ċertu persentaġġ tal-art ta' referenza, li jkunu awtomatikament parti miż-żona eliġibbli mingħajr ma jkun meħtieġ li ssir mappa tagħhom għal dak il-għan.

Artkolu 77

Applikazzjoni tal-pieni amministrattivi

1.  Fir-rigward tal-pieni amministrattivi msemmija fl-Artikolu 63(2), dan l-Artikolu għandu japplika fil-każ ta' nuqqas ta' konformità fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli dwar l-appoġġ imsemmija fl-Artikolu 67(2).

2.  M'għandha tiġi imposta l-ebda piena amministrattiva:

(a) meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal force majeure;

(b) meta n-nuqqas ta' konformità jkun minħabba żbalji ovvji kif imsemmi fl-Artikolu 59(6);

(c) meta n-nuqqas ta' konformità tkun dovuta għal żball tal-awtorità kompetenti jew awtorità oħra, u jekk l-iżball ma jkunx seta' jiġi ttraċċat raġonevolment mill-persuna kkonċernata mill-piena amministrattiva;

(d) meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hi mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta b'mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja;

(e) meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura żgħira, inkluż fejn ma tisboqx fl-għamla ta' limitu, li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7;

(f) każijiet oħrajn fejn l-impożizzjoni ta' piena ma tkunx adatta, li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 7.

3.  Il-pieni amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna jew l-appoġġ, inklużi l-gruppi jew l-assoċjazzjonijiet tiegħu, marbutin bl-obbligi stabbiliti fir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-pieni amministrattivi jistgħu jieħdu l-għamliet li ġejjin:

(a) tnaqqis fl-ammont ta' għajnuna jew appoġġ imħallas jew li għandu jitħallas fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament affettwati min-nuqqas ta' konformità u/jew fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna jew it-talbiet għall-pagament għal snin preċedenti jew sussegwenti;

(b) pagament ta' ammont ikkalkulat abbażi tal-kwantità u/jew il-perijodu ikkonċernat min-nuqqas ta' konformità;

(c) l-esklużjoni mid-dritt għal parteċipazzjoni fl-iskema ta’ għajnuna jew miżura ta' appoġġ ikkonċernati.

5.  Il-pieni amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati u gradati skont il-gravità, id-daqs, it-tul taż-żmien u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità misjuba, u għandhom jirrispettaw il-limiti li ġejjin:

(a) l-ammont tal-pieni amministrattivi għal sena speċifika, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4, m'għandux jaqbeż l-100 % tal-ammonti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna jew it-talbiet għal pagament;

(b) l-ammont tal-pieni amministrattivi għal sena partikolari, kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 4 m'għandux jaqbeż il-100 % tal-ammont tal-applikazzjonijiet għal għajnuna jew it-talbiet għal pagament li għalihom tiġi applikata l-piena;

(c) l-esklużjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4 tista' tiġi stabbilita għal mhux iktar minn tliet snin konsekuttivi, li jistgħu jiġġeddu fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ġdid ta' konformità.

6.  Minkejja l-paragrafi 4 u 5, fir-rigward tal-pagament imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-pieni amministrattivi għandhom jieħdu l-għamla ta' tnaqqis fl-ammont tal-pagamenti magħmula jew li għandhom isiru skont dak ir-Regolament.

Il-pieni amministrattivi msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u gradwati skont il-gravità, id-daqs, it-tul ta' żmien u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità kkonċernata.

L-ammont ta' tali piena amministrattiva għal sena speċifika m'għandux jaqbeż 0 % għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (snin ta' talba 2015 u 2016), 20 % għat-tielet sena ta' applikazzjoni (sena ta' talba 2017) u 25 % li jibda mar-raba' sena ta' applikazzjoni (sena ta' talba 2018), tal-ammont tal-pagament imsemmi fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 li l-bidwi kkonċernat ikun intitolat għalih jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet għal dak il-pagament.

7.  Biex jittieħed kont tal-effett ta’ deterrent tal-pieni li għandhom jiġu imposti minn naħa waħda, u tal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 67(2) min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115:

(a) li jidentifkaw, għal kull skema ta' għajnuna jew miżura ta' appoġġ u l-persuna kkonċernata kif imsemmija fil-paragrafu 3 mil-lista stabbilita fil-paragrafu 4 u fil-limiti stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6, l-piena amministrattiva u jiddeterminaw ir-rata speċifika li għandha tiġi imposta mill-Istati Membri, inkluż f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità nonkwantifikabbli;

(b) li jidentifkaw il-każijiet meta l-pieni amministrattivi m'għandhomx jiġu imposti, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 2.

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi ddettaljati għal applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu dwar:

(a) regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi;

(b) ir-regoli dettaljati għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità bħala wieħed ta' natura minuri, inkluż l-istabbiliment ta' limitu kwantitattiv espress bħala valur nominali jew persentaġġ tal-ammont eliġibbli tal-għajnuna jew l-appoġġ, li ma għandux ikun inqas minn 0,5 %.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 78

Setgħat ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw dan li ġej:

(a) il-karatteristiċi bażiċi, ir-regoli tekniċi u r-rekwiżiti tal-kwalità għall-bażi tad-data kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 69;

(b) regoli dwar l-applikazzjonijiet għal għajnuna u talbiet għal pagamenti previsti fl-Artikolu 72, u applikazzjoni għal drittijiet għal pagamenti, inkluża l-aħħar data għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet, ir-rekwiżiti dwar l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-applikazzjonijiet, dispożizzjonijiet għal emendi għal applikazzjonijiet għal għajnuna jew għal irtirar tagħhom, eżenzjoni mir-rekwiżit ta' preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu li l-Istati Membri japplikaw proċeduri simplifikati jew jikkoreġu żbalji ovvji;

(c) regoli dwar it-twettiq ta' verifiki għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi, u l-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna jew it-talba għal pagament, inklużi regoli dwar tolleranzi fuq il-kejl għal verifiki fil-post;

(d) speċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-Kapitolu;

(e) regoli dwar sitwazzjonijiet ta' trasferiment ta' azjendi akkumpanjati mit-trasferiment ta' kwalunkwe obbligu dwar eliġibbiltà fir-rigward tal-għajnuna inkwistjoni li jkun għad irid jitwettaq;

(f) regoli dwar il-pagamenti bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 75.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



KAPITOLU III

Skrutinju tat-transazzjonijiet

Artikolu 79

Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

1.  Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali ta' dawk l-entitajiet li jirċievu jew jagħmlu pagamenti relatati direttament jew indirettament mas-sistema ta' finanzjament mill-FAEG, jew tar-rappreżentanti tagħhom (“intrapriżi”) biex jiġi aċċertat jekk transazzjonijiet li jagħmlu parti mis-sistema ta' finanzjament mill-FAEG ikunux fil-fatt twettqu u ġew eżegwiti b'mod korrett.

2.  Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal miżuri koperti mis-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II ta' dan it-Titolu. Sabiex tingħata tweġiba għall-bidliet fil-leġislazzjoni agrikola settorjali u sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta' kontrolli ex-post stabbiliti b'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jistabbilixxi lista ta' miżuri li, minħabba t-tfassil u r-rekwiżiti ta' kontroll tagħhom, mhumiex adatti għal kontrolli ex-post addizzjonali permezz ta' skrutinju tad-dokumenti kummerċjali u, għalhekk, m'għandhomx ikunu soġġetti għal tali skrutinju skont dan il-Kapitolu.

3.  Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "dokument kummerċjali" tfisser il-kotba, ir-reġistri, il-kupuni u d-dokumenti ta' prova, il-kontijiet, ir-reġistrazzjonijiet ta' produzzjoni u kwalità, u l-korrispondenza relatata mal-attività tan-negozju tal-intrapriża kollha kemm huma, kif ukoll data kummerċjali, tkun xi tkun l-għamla tagħha, inkluża data maħżuna elettronikament, dment li dawn id-dokumenti jew din id-data tkun relatata direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) "parti terza" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika direttament jew indirettament marbuta ma' transazzjonijiet imwettqin skont is-sistema ta' finanzjament mill-FAEG.

Artikolu 80

Skrutinju mill-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu skrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-intrapriżi, b'kont meħud tan-natura tat-transazzjonijiet li għandhom jgħaddu taħt skrutinju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla tal-intrapriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli tal-effettività tal-miżuri għall-prevenzjoni u biex jinkixfu l-irregolaritajiet. L-għażla għandha tqis, fost l-oħrajn, l-importanza finanzjarja tal-intrapriżi f'dik is-sistema u fatturi oħra ta' riskju.

2.  F'każijiet adatti, l-iskrutinju previst fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li magħhom ikunu assoċjati intrapriżi, u għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra bħalhom li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġu segwiti l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 81.

3.  L-iskrutinju mwettaq skont dan il-Kapitolu m'għandux jippreġudika l-verifiki li jitwettqu skont l-Artikoli 47 u 48.

Artikolu 81

Objettivi tal-iskrutinju

1.  Il-preċiżjoni ta' data primarja taħt skrutinju għandha tkun ivverifikata b'għadd ta' kontroverifiki, inklużi, fejn ikun meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta' partijiet terzi, adatti sal-grad tar-riskju ppreżentat, inkluż:

(a) tqabbil mad-dokumenti kummerċjali ta' fornituri, klijenti, trasportaturi u partijiet terzi oħra;

(b) verifiki fiżiċi, fejn adatt, fuq il-kwantità u n-natura tal-istokkijiet;

(c) tqabbil mar-reġistrazzjonijiet ta' flussi finanzjarji li jwasslu għat-transazzjonijiet imwettqin fis-sistema ta' finanzjament mill-FAEG jew huma konsegwenza tagħhom; u

(d) verifiki, b'rabta mal-organizzazzjoni tal-kotba, jew reġistrazzjonijiet ta' movimenti finanzjarji li juru, matul l-iskrutinju, li d-dokumenti miżmuma mill-aġenzija tal-pagamenti bħala ġustifikazzjoni għall-pagament ta' għajnuna lill-benefiċjarju, huma preċiżi.

2.  B'mod partikolari, fejn ikun meħtieġ li l-intrapriżi jżommu reġistrazzjonijiet ta' kotba partikolari ta' stokkijiet f'konformità ma' dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew nazzjonali, l-iskrutinju ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet għandu, f'każijiet adatti, jinkludi t-tqabbil mad-dokumenti kummerċjali u, fejn adatt, mal-kwantitajiet attwali fl-istokk.

3.  Fl-għażla ta' transazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati, għandu jitqies b'mod sħiħ il-grad tar-riskju ppreżentat.

Artikolu 82

Aċċess għal dokumenti kummerċjali

1.  Il-persuni responsabbli għall-intrapriża, jew parti terza, għandhom jiżguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u informazzjoni addizzjonali jingħataw lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni awtorizzati li jwettquh f'isimhom. Id-data maħżuna elettronikament għandha tingħata fuq mezz adatt ta' appoġġ ta' data.

2.  L-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew il-persuni awtorizzati li jwettquh f'isimhomjistgħu jesiġu li jingħataw estratti jew kopji tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Fejn, waqt l-iskrutinju mwettaq skont dan il-Kapitolu, id-dokumenti kummerċjali miżmuma mill-intrapriża jitqiesu bħala inadegwati għall-finijiet ta' skrutinju, l-intrapriża għandha tintalab iżżomm tali reġistrazzjonijiet fil-ġejjieni li jkunu meħtieġa mill-Istat Membru responsabbli għall-iskrutinju, mingħajr preġudizzju għal obbligi stabbiliti f'Regolamenti oħra relatati mas-settur ikkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data minn meta għandhom jiġu stabbiliti dawn ir-reġistrazzjonijiet.

Fejn id-dokumenti kummerċjali kollha, jew parti minnhom, li jkun jeħtieġ isirilhom skrutinju skont dan il-Kapitolu ikunu jinsabu fil-post ta' intrapriża tal-istess grupp, sħubija jew assoċjazzjoni kummerċjali ta' intrapriżi mmexxija fuq bażi unifikata bħall-intrapriża taħt skrutinju, kemm jekk tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, l-intrapriża għandha tagħmel dawk id-dokumenti kummerċjali disponibbli lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju, f'post u żmien li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri responsabbli għat-twettiq tal-iskrutinju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jkunu intitolati jwettqu qbid tad-dokumenti kummerċjali, jew li jaraw li dawn jinqabdu. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod dovut id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' regoli dwar proċedimenti f'materji kriminali dwar il-qbid ta' dokumenti.

Artikolu 83

Assistenza reċiproka

1.  L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin bil-għan li jitwettaq l-iskrutinju previst f'dan il-Kapitolu fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn intrapriża jew parti terza jkunu stabbiliti fi Stat Membru minbarra dak li fih il-pagament tal-ammont inkwistjoni kien sar jew kellu jsir jew kien jew kellu jiġi riċevut;

(b) fejn intrapriża jew parti terza tkun stabbilita fi Stat Membru minbarra dak li fih id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa jkunu jinsabu.

Il-Kummissjoni tista' tikkoordina azzjonijiet konġunti li jinvolvu assistenza reċiproka bejn żewġ Stati Membri jew aktar.

2.  Matul l-ewwel tliet xhur wara s-sena finanzjarja ta' pagament mill-FAEG, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta' intrapriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom kien jew kellu jsir jew kien jew kellu jiġi riċevut pagament tal-ammont inkwistjoni f'dak l-Istat Membru.

3.  Jekk fi Stat Membru ieħor tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali bħala parti mill-iskrutinju ta' intrapriża f'konformità mal-Artikolu 80, u partikolarment kontroverifiki f'konformità mal-Artikolu 81, jistgħu jsiru talbiet għal skrutinju speċifiku li jindikaw ir-raġunijiet għat-talba. Deskrizzjoni ġenerali ta' tali talbiet speċifiċi għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fuq bażi trimestrali fi żmien xahar mit-tmien ta' kull trimestru. Il-Kummissjoni tista' titlob li tingħata kopja ta' kull talba individwali.

It-talba għal skrutinju għandha tintlaqa' mhux aktar tard minn sitt xhur mill-wasla tagħha; ir-riżultati tal-iskrutinju għandhom jiġu kkomunikati mingħajr dewmien lill-Istat Membru rikjedenti u lill-Kummissjoni. Il-komunikazzjoni lill-Kummissjoni għandha ssir fuq bażi trimestrali u fi żmien xahar mit-tmiem ta' kull trimestru.

Artikolu 84

Programmazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi biex l-iskrutinju jitwettaq skont l-Artikolu 80 matul il-perijodu ta' skrutinju sussegwenti.

2.  Kull sena, qabel il-15 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programm tagħhom lill-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u għandhom jispeċifikaw:

(a) l-għadd ta' intrapriżi li jkollu jsirulhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti relatati magħhom;

(b) il-kriterji adottati għat-tfassil tal-programm.

3.  Il-programmi stabbiliti mill-Istati Membri u mibgħuta lill-Kummissjoni għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri, jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfithom bil-kummenti tagħha.

4.  Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis għall-emendi lill-programm li jsiru mill-Istati Membri.

5.  Fi kwalunkwe stadju, il-Kummissjoni tista' titlob li tiddaħħal kategorija partikolari ta' intrapriża fil-programm tal-Istati Membri.

6.  Intrapriżi li għalihom is-somma ta' rċevuti jew pagamenti kienet tammonta għal anqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju f'konformità ma' dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li għandhom jiġu indikati mill-Istati Membri fil-programm annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 jew mill-Kummissjoni fi kwalunkwe emenda proposta għal dak il-programm. Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jimmodifika l-limitu ta' EUR 40 000 .

Artikolu 85

Dipartimenti speċjali

1.  F'kull Stat Membru, dipartiment speċjali għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu. Dawk id-dipartimenti għandhom, b'mod partikolari, ikunu responsabbli għal:

(a) it-twettiq tal-iskrutinju previst f'dan il-Kapitolu minn uffiċjali impjegati direttament minn dak id-dipartiment speċjali; jew

(b) il-koordinazzjoni u s-sorveljanza ġenerali tal-iskrutinju mwettaq minn uffiċjali li jagħmlu parti minn dipartimenti oħra.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-iskrutinju li jitwettaq skont dan il-Kapitolu jiġi allokat bejn id-dipartimenti speċjali u dipartimenti nazzjonali oħra, dment li d-dipartiment speċjali jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tiegħu.

2.  Id-dipartiment jew dipartimenti responsabbli għall-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom ikunu organizzati b'mod li jkunu indipendenti mid-dipartimenti jew fergħat ta' dipartimenti responsabbli għall-pagamenti u mill-iskrutinju mwettaq qabel pagament.

3.  Biex jiġi żgurat li dan il-Kapitolu jiġi applikat sewwa, id-dipartiment speċjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa, u għandu jkun fdat mill-Istat Membru kkonċernat bis-setgħat kollha meħtieġa, biex iwettaq il-kompiti msemmija f'dan il-Kapitolu.

4.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri adatti biex jippenalizzaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 86

Rapporti

1.  Qabel l-1 ta' Jannar, wara l-perijodu ta' skrutinju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu.

2.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu skambji regolari ta' fehmiet dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 87

Aċċess għall-informazzjoni u skrutinju mill-Kummissjoni

1.  F'konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha mħejjija jew għall-iskrutinju organizzat skont dan il-Kapitolu jew wara l-iskrutinju, u għad-data miżmuma, inkluża dik maħżuna fis-sistemi tal-iproċessar tad-data. Dik id-data għandha tingħata meta tintalab fuq mezz adattat ta' appoġġ ta' data.

2.  L-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 80 għandhom jitwettqu mill-uffiċjali tal-Istati Membri. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f'dak l-iskrutinju. Huma nnifishom ma jistgħux jeżerċitaw is-setgħat ta' skrutinju mogħtija lill-uffiċjali nazzjonali. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għall-istess postijiet u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjali tal-Istati Membri.

3.  Fil-każ ta' skrutinju mwettaq skont l-Artikolu 83, l-uffiċjali tal-Istat Membru rikjedenti jistgħu jkunu preżenti, bi qbil mal-Istat Membru rikjest, waqt l-iskrutinju fl-Istat Membru rikjest u jkollhom aċċess għall-istess postijiet u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

L-uffiċjali tal-Istat Membru rikjedenti preżenti waqt skrutinju fl-Istat Membru rikjest għandhom fi kwalunkwe mument ikunu jistgħu jipprovdu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. L-iskrutinju għandu, fi kwalunkwe mument, jitwettaq minn uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, fejn dispożizzjonijiet nazzjonali dwar proċedura kriminali jirriżervaw ċerti atti għal uffiċjali speċifikatament maħtura mil-liġi nazzjonali, la l-uffiċjali tal-Kummissjoni, u lanqas l-uffiċjali tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 3, m'għandhom jieħdu parti f'dawn l-atti. Fi kwalunkwe każ, huma m'għandhomx jieħdu parti, b'mod partikolari, fi żjajjar fid-dar jew fl-interrogazzjoni formali ta' persuni fil-kuntest tal-liġi krimimali tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huma għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni miksuba b'dan il-mod.

Artikolu 88

Setgħat tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-applikazzjoni uniformi ta' dan il-Kapitolu u b'mod partikolari fir-rigward ta' dan li ġej:

(a) it-twettiq tal-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 80 fir-rigward tal-għażla ta' intrapriżi, ir-rata u l-kalendarju għall-iskrutinju;

(b) il-konservazzjoni ta' dokumenti kummerċjali u t-tipi ta' dokumenti li għandhom jinżammu jew data li għandha tiġi irreġistrata;

(c) it-twettiq u l-koordinazzjoni ta' azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 83(1);

(d) dettalji u speċifikazzjonijiet fir-rigward tal-kontenut, l-għamla u l-mezz ta' sottomissjoni ta' talbiet, il-kontenut, l-għamla u l-mezz ta' notifika, is-sottomissjoni u l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġa fil-qafas ta' dan il-Kapitolu;

(e) kondizzjonijiet u mezzi ta' pubblikazzjoni jew regoli u kondizzjonijiet speċifiċi għat-tixrid tal-informazzjoni meħtieġa jew li din issir disponibbli mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qafas ta' dan ir-Regolament;

(f) ir-responsabbiltajiet tad-dipartiment speċjali msemmi fl-Artikolu 85;

(g) il-kontenut ta' rapporti msemmija fl-Artikolu 86.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet oħrajn dwar verifiki u pieni

Artikolu 89

Verifiki u pieni oħrajn marbutin ma' regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 119(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li ma jkollhomx tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament ma jitqegħdux fis-suq, jew jiġu rtirati minnu.

2.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni, l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodotti speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 189 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu soġġetti għal verifiki biex jiġi ddeterminat jekk il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jkunux qegħdin jiġu rrispettati.

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki, ibbażati fuq analiżi tar-riskji, biex jivverifikaw jekk il-prodotti msemmija fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 humiex konformi mar-regoli stipulati fit-Taqsima I tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u għandhom japplikaw pieni amministrattivi, skont il-ħtieġa.

4.  Mingħajr preġudizzju għal atti dwar is-settur tal-inbid adottati abbażi tal-Artikolu 64, fil-każ ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid, l-Istati Membri għandhom japplikaw pieni amministrattivi proporzjonati, effettivi u dissważivi. Dawn il-pieni m'għandhomx japplikaw fil-każijiet imniżżlin fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 64(2) u meta n-nuqqas ta' konfromità hu ta' natura minuri.

5.  Għall-protezzjoni tal-fondi tal-Unjoni u l-identità, il-provenjenza u l-kwalità tal-inbid tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jikkonċerna:

(a) l-istabbiliment ta' bank tad-data tad-data isotopika li tgħin biex jitkixfu frodi, li għandha tinbena abbażi ta' kampjuni miġbura mill-Istati Membri;

(b) regoli dwar il-korpi ta' kontroll u l-assistenza reċiproka bejniethom;

(c) regoli dwar l-użu komuni tas-sejbiet tal-Istati Membri;

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri kollha:

(a) għall-proċeduri relatati mal-banek tad-data tal-Istati Membri stess u mal-bank tad-data analitika tad-data isotopika li ser jgħinu biex jinkixfu l-frodi;

(b) għalll-proċeduri relatati ma' kooperazzjoni u assistenza bejn l-awtoritajiet u l-korpi tal-verifika;

(c) fir-rigward tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 3, ir-regoli għat-twettiq tal-verifiki għal konformità mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, ir-regoli dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-verifiki, kif ukoll għall-kontenut, il-frekwenza u l-istadju ta' kummerċjalizzazzjoni li fir-rigward tagħhom għandhom japplikaw dawk il-verifiki.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 90

Verifiki relatati mad-denominazzjoni ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali protetti

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu l-użu illegali ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta u termini tradizzjonali protetti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-verifiki fir-rigward tal-obbligi stipulati fit-Taqsima II tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti 2 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) u għandhom jiżguraw li kull operatur li jkun konformi ma' dawk l-obbligi jkun intitolat li jkun kopert b'sistema ta' verifiki.

3.  Fl-Unjoni, verifika annwali tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul jew wara l-kundizzjonament tal-inbid, għandha tkun żgurata mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 2 jew minn korp ta' kontroll wieħed jew aktar, fit-tifsira tal-punt 5 tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li joperaw bħala korp ta' ċertifikazzjoni tal-prodotti skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

4.  Il-Kummissjoni għandhatadotta atti ta' implimentazzjoni dwar dan li ġej:

(a) il-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni;

(b) regoli dwar l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, inkluż meta ż-żona ġeografika tkun f'pajjiż terz;

(c) l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri għall-prevenzjoni tal-użu illegali ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u termini tradizzjonali protetti;

(d) il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



TITOLU VI

KONDIZZJONALITÀ



KAPITOLU I

Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 91

Prinċipju ġenerali

1.  Meta benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 92 ma jkunx konformi mar-regoli dwar il-kondizzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 93, għandha tiġi imposta piena amministrattiva fuq dak il-benefiċjarju.

2.  Il-piena amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss meta n-nuqqas ta' konformità jkun ir-riżultat ta' att jew omissjoni li tista' tiġi attribwita direttament lill-benefiċjarju kkonċernat; u meta jiġi sodisfatt wieħed mill-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin, jew it-tnejn li huma:

(a) in-nuqqas ta' konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju;

(b) tkun ikkonċernata ż-żona tal-azjenda tal-benefiċjarju.

Fir-rigward ta' żoni ta' foresta, madankollu, din il-piena m'għandhiex tapplika dment li ma tintalab l-ebda għajnuna għaż-żona kkonċernata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 21(1), u l-Artikoli 30 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013].

3.  Għall-fini ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'azjenda' tfisser l-unitajiet ta' produzzjoni u ż-żoni kollha ġestiti mill-benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 92 li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru;

(b) "rekwiżit" tfisser kull rekwiżit individwali statutorju ta' ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni msemmi fl-Anness II f'att speċifiku, li jvarja fis-sustanza minn kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-istess att.

Artikolu 92

Benefiċjarji kkonċernati

L-Artikolu 91 għandu japplika għal benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, pagamenti skont l-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-primjums annwali skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Madankollu, l-Artikolu 91 m'għandux japplika għal benefiċjarji li jipparteċipaw fl-iskema għal bdiewa żgħażagħ kif imsemmi fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-piena prevista f’dak l-Artikolu m’għandhiex tapplika wkoll għall-appoġġ kif msemmi fl-Artikolu 28(9) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Artikolu 93

Regoli dwar il-kondizzjonalità

1.  Ir-regoli dwar il-kondizzjonalità għandhom jikkonsistu mir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni skont il-liġi tal-Unjoni u l-istandards għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta' art stabbiliti fuq livell nazzjonali kif elenkati fl-Anness II, relatati mal-oqsma li ġejjin:

(a) l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-kondizzjoni agrikola tajba tal-artijiet;

(b) is-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti;

(c) it-trattament xieraq tal-annimali.

2.  L-atti legali msemmija fl-Anness II b'rabta mar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni għandhom japplikaw fil-verżjoni li tkun fis-seħħ u, fil-każ ta' Direttivi, kif implimentati mill-Istati Membri.

3.  Barra minn hekk, fir-rigward tas-snin 2015 u 2016, ir-regoli dwar il-kondizzjonalità għandhom jinkludu wkoll iż-żamma tal-mergħa permanenti. L-Istati Membri li kienu Membri tal-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2004 għandhom jiżguraw li l-art li kienet taħt mergħa permanenti fid-data prevista fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żona tal-2003 tinżamm taħt mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. L-Istati Membri li saru Membru tal-Unjoni fl-2004 għandhom jiżguraw li l-artijiet li kienu taħt mergħa permanenti fl-1 ta' Mejju 2004 jinżammu taħt mergħa permanenti fi ħdan limiti definiti. Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżguraw li l-art li kienet taħt mergħa permanenti fl-1 ta' Jannar 2007 tinżamm bħala mergħa permanenti fil-limiti definiti. Il-Kroazja għandha tiżgura li l-art li tkun taħt mergħa permanenti fl-1 ta' Lulju 2013 tinżamm taħt mergħa permanenti fil-limiti definiti.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal art taħt mergħa permanenti li ser tingħata għat-tisġir, jekk tali tisġir ikun kompatibbli mal-ambjent u bl-esklużjoni ta' msaġar tas-siġar tal-Milied u speċiijiet li jikbru malajr, ikkultivati għal perijodu qasir.

4.  Sabiex jitqies il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 115 li jistabbilixxu r-regoli dwar il-manutenzjoni ta' mergħat permanenti, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri biex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fil-livell tal-bdiewa, inklużi l-obbligi individwali li għandhom ikunu rrispettati bħall-obbligu tar-rikonverżjoni ta' żoni f'mergħat permanenti fejn jiġi stabbilit li l-proporzjon ta' art taħt mergħa permanenti jkun qiegħed jonqos.

Sabiex tiżgura applikazzjoni korretta tal-obbligi tal-Istati Membri minn naħa waħda u l-bdiewa individwali min-naħa l-oħra, fir-rigward taż-żamma tal-mergħat permanenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 biex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon tal-mergħa permanenti u l-art agrikola li għandhom jinżammu.

5.  Għall-fini tal-paragrafi 3 u 4, "mergħa permanenti" tfisser mergħa permanenti kif definita fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1120/2009 fil-verżjoni oriġinali tiegħu.

Artikolu 94

Obbligi ta' Stati Membri relatati ma' kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha, inkluża art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta' produzzjoni, tinżamm f'kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal benefiċjarji għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta' art abbażi tal-Anness II, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija u l-kondizzjoni klimatika, sistemi eżistenti ta' biedja, użu ta' artijiet, tinwib, prattiki ta' biedja u strutturi ta' azjenda agrikola.

L-Istati Membri m'għandhomx jiddefinixxu rekwiżiti minimi li mhumiex stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 95

Informazzjoni għall-benefiċjarji

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-benefiċjarji kkonċernati, fejn xieraq bl-użu ta' mezzi elettroniċi, bil-lista tar-rekwiżiti u l-istandards li għandhom jiġu applikati fil-livell tal-azjenda agrikola, kif ukoll informazzjoni ċara u preċiża dwarhom.



KAPITOLU II

Sistema ta' kontroll u pieni amministrattivi relatati mal-kondizzjonalità

Artikolu 96

Verifiki tal-kondizzjonalità

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, fejn adatt, tas-sistema integrata stabbilita fil-Kapitolu II tat-Titolu V u, b'mod partikulari, tal-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 68(1).

L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll eżistenti tagħhom biex jiżguraw konformità mar-regoli dwar il-kondizzjonalità.

Dawk is-sistemi, u b'mod partikolari s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali stabbilita f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE ( 12 ) u r-Regolamenti (KE) Nru 1760/2000 u (KE) Nru 21/2004, għandhom ikunu kompatibbli mas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dan ir-Regolament.

2.  Skont x'ikunu r-rekwiżiti, l-istandards, l-atti jew l-oqsma ta' kondizzjonalità inkwistjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu verifiki amministrattivi, partikolarment dawk diġà previsti fis-sistemi ta' kontroll applikabbli għar-rekwiżit, l-istandard, l-att jew il-qasam rispettiv tal-kondizzjonalità.

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki fuq il-post biex jivverifikaw jekk benefiċjarju partikolari jkunx konformi mal-obbligi stipulati f'dan it-Titolu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili jistipulaw regoli dwar it-twettiq tal-verifiki tal-konformità mal-obbligi msemmija taħt dan it-Titolu, inkluż regoli li jippermettu li l-analiżi tar-riskji tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:

(a) il-parteċipazzjoni ta' bidwi fis-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli kif prevista fit-Titolu III ta’ dan ir-Regolament;

(b) il-parteċipazzjoni ta' bidwi f’sistema ta’ ċertifikazzjoni, jekk din tkopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Artikolu 97

Applikazzjoni tal-piena amministrattiva

1.  Il-piena amministrattiva prevista fl-Artikolu 91 għandha tiġi imposta fejn ir-regoli dwar il-kondizzjonalità ma jiġux irrispettati fi kwalunkwe żmien f'sena kalendarja partikolari ('is-sena kalendarja kkonċernata'), u fejn in-nuqqas ta' konformità inkwistjoni jkun jista' jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju li jkun issottometta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għal pagament fis-sena kalendarja kkonċernata.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal benefiċjarji li jinstab li ma jkunux irrispettaw ir-regoli dwar il-kondizzjonalità, fi kwalunkwe żmien matul it-tliet snin mill-1 ta' Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha jkun ingħata l-ewwel pagament taħt il-programmi ta' għajnuna għal ristrutturar u konverżjoni jew fi kwalunkwe żmien matul sena waħda mill-1 ta' Jannar tas-sena wara s-sena kalendarja li fiha jkun ingħata l-pagament taħt il-programmi ta' għajnuna għal ħsad ekoloġiku msemmi fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ('is-snin ikkonċernati').

2.  F'każijiet fejn l-art tiġi ttrasferita matul is-sena kalendarja kkonċernata jew matul is-snin ikkonċernati, il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll fejn in-nuqqas ta' konformità inkwistjoni jkun ir-riżultat ta' att jew ta' omissjoni li tista' tiġi attribwita direttament lill-persuna li lilha jew li mingħandha tkun ġiet ittrasferita l-art agrikola. Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-persuna li lilha jkun jista' jiġi attribwit direttament l-att jew l-omissjoni, tkun issottomettiet applikazzjoni għal għajnuna jew talba għal pagament fis-sena kalendarja kkonċernata jew fis-snin ikkonċernati, il-piena amministrattiva għandha tkun imposta abbażi tal-ammonti totali tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 92 mogħtija jew li għandhom jingħataw lil dik il-persuna.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, 'trasferiment' tfisser kull tip ta' transazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola ma tibqax għad-dispożizzjoni ta' dak li qed jittrasferixxi.

3.  Minkejja l-paragrafu 1, u soġġett għar-regoli li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 101, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx piena amministrattiva għal kull benefiċjarju u għal kull sena kalendarja meta l-ammont tal-piena huwa ta' EUR 100 jew inqas.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha, għal kampjun ta' benefiċjarji, tieħu fis-sena ta' wara l-azzjonijiet meħtieġa biex tivverifika li l-benefiċjarju jkun irrimedja s-sejbiet tan-nuqqas ta' konformità kkonċernata. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta' rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-benefiċjarju.

4.  L-impożizzjoni ta' piena amministrattiva ma għandhiex taffettwa il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li għalihom tapplika.

Artikolu 98

Applikazzjoni tal-piena amministrattiva fil-Bulgarija, il-Kroazja u r-Rumanija

Għall-Bulgarija u r-Rumanija, il-pieni amministrattivi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom jiġu applikati mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016 fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali msemmi fl-Anness II.

Għall-Kroazja, il-pieni msemmija fl-Artikolu 91 għandhom jiġu applikati f'konformità mal-iskeda ta' żmien li ġejja fir-rigward tar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (RSĠ) imsemmija fl-Anness II:

(a) mill-1 ta' Jannar 2014 għal RSĠ 1 sa RSĠ 3 u RSĠ 6 sa RSĠ 8;

(b) mill-1 ta' Jannar 2016 għal RSĠ 4, RSĠ 5, RSĠ 9 u RSĠ 10;

(c) mill-1 ta’ Jannar 2018 għal RSĠ 11 sa RSĠ 13.

Artikolu 99

Kalkolu tal-piena amministrattiva

1.  Il-piena amministrattiva prevista fl-Artikolu 91 għandha tkun applikata permezz ta' tnaqqis jew esklużjoni tal-ammont totali tal-pagamenti elenkati fl-Artikolu 92 mogħti jew li jkollu jingħata lill-benefiċjarju kkonċernat fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta' għajnuna li jkun ppreżenta jew li ser jippreżenta matul is-sena kalendarja tas-sejba.

Għall-kalkolu ta' dak it-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jiġu kkunsidrati s-severità, id-daqs, il-permanenza u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab, kif ukoll tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità minħabba negliġenza, il-persentaġġ ta' tnaqqis m'għandux jaqbeż il-5 % u, fil-każ ta' riokkorrenza, m'għandux jaqbeż il-15 %.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tapplika għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità li, minħabba s-severità minuri, id-daqs u d-dewmien tagħhom, f'każijiet debitament iġġustifikati, m'għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu minn din l-opzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat twissija bikrija lill-benefiċjarju, fejn tinnotifika lill-benefiċjarju bis-sejba u bl-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju. F'każ li verifika sussegwenti tistabbilixxi li n-nuqqas ta' konformità ma ġiex rimedjat, it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat b'mod retroattiv.

Madankollu, każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkostitwixxu riskju dirett għas-saħħa pubblika jew tal-annimali għandhom dejjem iwasslu għal tnaqqis jew esklużjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess prijoritaru għas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli lill-benefiċjarji li rċevew twissija bikrija għall-ewwel darba.

3.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, il-persentaġġ ta' tnaqqis ma għandux ikun ta' anqas minn 20 % u jista' jwassal għal esklużjoni totali minn skema waħda jew aktar ta' għajnuna u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew aktar.

4.  F'kull każ, l-ammont totali ta' tnaqqis u esklużjonijiet għal sena kalendarja waħda m'għandux ikun aktar mill-ammont totali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 100

Ammonti li jirriżultaw mill-kondizzjonalità

L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 99.

Artikolu 101

Setgħat tal-Kummissjoni marbutin mal-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi

1.  Biex tiġi żgurata distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-benefiċjarji intitolati u li l-kondizzjonalità titwettaq b'mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115:

(a) li jistabbilixxu bażi armonizzata għall-kalkolu ta' pieni amministrattivi minħabba l-kondizzjonalità msemmija fl-Artikolu 99, b'kont meħud tat-tnaqqis minħabba d-dixxiplina finanzjarja;

(b) li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni u l-kalkolu tal-pieni amministrattivi minħabba l-kondizzjonalità, inkluż fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jista' jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju kkonċernat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli proċedurali u tekniċi dettaljati dwar il-kalkolu u l-applikazzjoni tal-pieni amministrattivi msemmija fl-Artikoli 97 sa 99, inkluż fir-rigward ta' benefiċjarji li jikkonsistu minn grupp ta' persuni skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



KAPITOLU I

Komunikazzjoni

Artikolu 102

Komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.  Flimkien mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti settorjali, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti li ġejjin:

(a) għal aġenziji tal-pagamenti akkreditati u korpi ta' koordinazzjoni akkreditati:

(i) id-dokument ta' akkreditazzjoni tagħhom;

(ii) il-funzjoni tagħhom (aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew korp ta' koordinazzjoni akkreditat);

(iii) fejn ikun rilevanti, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tagħhom,

(b) għal korpi ta' ċertifikazzjoni:

(i) isimhom;

(ii) l-indirizz tagħhom,

(c) għal miżuri relatati ma' operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi:

(i) dikjarazzjonijiet ta' nfiq, li jservu wkoll bħala talbiet għal pagamenti, iffirmati mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata jew mill-korp ta' koordinazzjoni akkreditat u akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa;

(ii) estimi tal-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, fir-rigward tal-FAEG u, fir-rigward tal-FAEŻR, aġġornament ta' dikjarazzjonijiet ta' estimi ta' nfiq li jkunu ser jintbagħtu matul is-sena u dikjarazzjonijiet ta' estimi ta' nfiq fir-rigward tas-sena finanzjarja ta' wara;

(iii) id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati;

(iv) sommarju annwali tar-riżultati tal-awditi u tal-verifiki kollha mwettqin skont l-iskeda u dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fir-regoli speċifi għas-settur.

Il-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti akkreditati relatati mal-infiq tal-FAEŻR għandhom jiġu ppreżentati fil-livell ta' kull programm.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni fid-dettall bil-miżuri li jittieħdu għall-implimentazzjoni tal-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 94 u bid-dettalji tas-sistema konsultattiva għall-azjendi agrikoli msemmija fit-Titolu III.

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni regolarment rigward l-applikazzjoni tas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu V. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji ta’ fehmiet mal-Istati Membri dwar dan is-suġġett.

Artikolu 103

Konfidenzjalità

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni kkomunikata jew miksuba taħt spezzjoni u l-approvazzjoni tal-kontijiet implimentati skont dan ir-Regolament.

Ir-regoli stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal dik l-informazzjoni.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati ma' proċedimenti legali, l-informazzjoni miġbura matul skrutinju kif previst fil-Kapitolu III tat-Titolu V għandha tkun protetta b'segretezza professjonali. Din ma għandha tkun ikkomunikata lill-ebda persuna minbarra dawk li, minħabba d-dmirijiet tagħhom fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, ikunu meħtieġa jkollhom għarfien dwarha għall-finijiet tal-qadi ta' dawk id-dmirijiet.

Artikolu 104

Setgħat tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) l-għamla, il-kontenut, l-intervalli, id-dati ta' skadenza u l-arranġamenti biex jiġu trasmessi jew isiru disponibbli għall-Kummissjoni:

(i) dikjarazzjonijiet ta' nfiq u estimi ta' nfiq u l-aġġornamenti tagħhom, inkluż dħul assenjat;

(ii) id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni u l-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, kif ukoll ir-riżultati tal-awditi u l-verifiki kollha mwettqin li huma disponibbli;

(iii) ir-rapporti ta' ċertifikazzjoni tal-kontijiet;

(iv) l-ismijiet u d-dettalji ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati, korpi ta' koordinazzjoni akkreditati u korpi ta' ċertifikazzjoni;

(v) arranġamenti biex jittieħed kont tal-infiq iffinanzjat mill-Fondi u biex dan jitħallas;

(vi) notifiki ta' aġġustamenti finanzjarji magħmula mill-Istati Membri b'rabta ma' operazzjonijiet jew programmi ta' żvilupp rurali, u rapporti fil-qosor dwar il-proċeduri ta' rkupru li jitwettaq mill-Istati Membri b'rispons għall-irregolaritajiet;

(vii) informazzjoni dwar il-miżuri li jittieħdu skont l-Artikolu 58.

(b) l-arranġamenti li jirregolaw skambji ta' informazzjoni u dokumenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni, inklużi t-tip, il-format u l-kontenut ta' data li għandha tiġi pproċessata minn dawn is-sistemi u r-regoli korrispondenti dwar ħżin ta' data;

(c) in-notifika lill-Kummissjoni, mill-Istati Membri, dwar informazzjoni, dokumenti, statistika u rapporti, kif ukoll skadenzi u metodi ta' kif dawn jiġu nnotifikati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



KAPITOLU II

Użu tal-euro

Artikolu 105

Prinċipji ġenerali

1.  L-ammonti mogħtija fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jadottaw programmi ta' żvilupp rurali, l-ammonti tal-impenji u tal-pagamenti mill-Kummissjoni u l-ammonti tal-infiq ikkonfermati jew iċċertifikati u l-ammonti f'dikjarazzjonijiet ta' nfiq mill-Istati Membri għandhom ikunu espressi u jitħallsu bl-euro.

2.  Il-prezzijiet u l-ammonti stabbiliti fil-leġislazzjoni agrikola settorjali għandhom ikunu espressi fl-euro.

Huma għandhom jingħataw jew jinġabru fl-euro fl-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro u fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li ma jkunux adottawha.

Artikolu 106

Rata tal-kambju u avveniment operattiv

1.  Il-prezzijiet u l-ammonti msemmija fl-Artikolu 105(2) għandhom jiġu kkonvertiti fl-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala munita nazzjonali, permezz ta' rata tal-kambju.

2.  L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju għandu jkun:

(a) it-tlestija ta' formalitajiet doganali ta' importazzjoni jew esportazzjoni fil-każ ta' ammonti miġbura jew mogħtija fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi;

(b) l-avveniment li bih l-objettiv ekonomiku tal-operazzjoni jinkiseb fil-każijiet l-oħra kollha.

3.  Fejn pagament dirett, kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 isir lill-benefiċjarju f'munita li mhijiex l-euro, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu l-ammont ta' għajnuna espressa f'euro fil-munita nazzjonali abbażi tar-rata tal-kambju l-aktar reċenti li ġiet stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena li fiha tingħata l-għajnuna.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f'każijiet debitament iġġustifikati, li jwettqu l-konverżjoni abbażi tal-medja tar-rati tal-kambju stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew matul ix-xahar qabel l-1 ta' Ottubru tas-sena li għaliha tingħata l-għajnuna. L-Istati Membri li jagħżlu dik l-opzjoni għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw dik il-medja tar-rata qabel l-1 ta' Diċembru ta' dik is-sena.

4.  Fir-rigward tal-FAEG, meta jitfasslu d-dikjarazzjonijiet ta' infiq tal-Istati Membri, dawk l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom japplikaw l-istess rata tal-kambju bħal dik li jkunu użaw biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji jew biex jiċievu d-dħul, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.

5.  Biex tispeċifika l-avveniment operattiv imsemmi fil-paragrafu 2 jew biex dan jiġi stabbilit għal raġunijiet speċifiċi għall-organizzazzjoni tas-suq jew għall-ammont inkwistjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jkun fihom regoli dwar dawk l-avvenimenti operattivi u r-rata tal-kambju li għandha tintuża. L-avveniment operattiv speċifiku għandu jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-kriterji li ġejjin:

(a) l-applikabbiltà attwali, malajr kemm jista' jkun, ta' aġġustamenti għar-rata tal-kambju;

(b) kemm ikunu simili l-avvenimenti operattivi għal operazzjonijiet analogi mwettqin skont l-organizzazzjoni tas-suq;

(c) il-koerenza fl-avvenimenti operattivi għad-diversi prezzijiet u ammonti relatati mal-organizzazzjoni tas-suq;

(d) il-prattikabbiltà u l-effikaċja tal-verifiki dwar l-applikazzjoni ta' rati tal-kambju adatti.

6.  Biex tiġi evitata l-applikazzjoni, mill-Istati Membri li ma adottawx l-euro, ta' rati tal-kambju differenti f'kontijiet ta' dħul riċevuti jew f'għajnuna mħallsa lil benefiċjarji f'munita li mhijiex l-euro, minn naħa waħda, u fl-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' nfiq magħmula mill-aġenzija tal-pagamenti, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jistipulaw regoli dwar ir-rata tal-kambju applikabbli meta jsiru dikjarazzjonijiet ta' nfiq u jiġu rreġistrati operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti.

Artikolu 107

Miżuri ta' salvagwardja u derogi

1.  Il-Kummissjoni tista', tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissalvagwardjaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jekk din x'aktarx tkun ipperikolata minn prattiki monetarji eċċezzjonali relatati mal-munita nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu, fejn ikun meħtieġ, jidderogaw mir-regoli eżistenti biss għal perijodu ta' żmien li huwa strettament meħtieġ.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati minnufih bil-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.  Fejn prattiki monetarji eċċezzjonali dwar munita nazzjonali x'aktarx li jipperikolaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 li jidderogaw minn din it-Taqsima, partikolarment fil-każijiet li ġejjin:

(a) fejn pajjiż juża tekniki anormali ta' kambju bħal diversi rati tal-kambju jew jopera ftehimiet ta' tpartit;

(b) fejn pajjiżi jkollhom muniti li ma jkunux ikkwotati fi swieq uffiċjali tal-kambju jew fejn ix-xejra f''muniti bħal dawn x'aktarx toħloq distorsjoni fil-kummerċ.

Artikolu 108

Użu tal-euro minn Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro

1.  Jekk Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro jiddeċiedi li jħallas l-infiq li jirriżulta mil-leġislazzjoni agrikola settorjali fl-euro minflok fil-munita nazzjonali tiegħu, l-Istat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-użu tal-euro ma joħloqx vantaġġ sistematiku meta mqabbel mal-użu tal-munita nazzjonali.

2.  L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri ppjanati qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. Il-miżuri ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun innotifikat il-qbil tagħha dwar dan.



KAPITOLU III

Rapport u evalwazzjoni

Artikolu 109

Rapport finanzjarju annwali

Sal-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena wara s-sena tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport finanzjarju dwar l-amministrazzjoni tal-Fondi matul is-sena finanzjarja preċedenti, li għandha tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 110

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK

1.  Għandu jiġi stabbilit qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni bil-ħsieb li jitkejjel ir-rendiment tal-PAK, u b'mod partikolari ta':

(a) il-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) il-miżuri tas-suq previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(c) il-miżuri ta’ żvilupp rurali previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u ta',

(d) id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dawn il-miżuri ta’ politika abbażi tar-rappurtar mill-Istati Membri f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolamenti imsemmijin fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' evalwazzjoni pluriennali li jinkludu evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ strumenti speċifiċi li hija tkun ser twettaq.

Sabiex jiġi żgurat kejl effikaċi tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-kontenut u l-kostruzzjoni ta’ dak il-qafas.

2.  Ir-rendiment tal-miżuri tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jitkejjel b'rabta mal-objettivi li ġejjin:

(a) produzzjoni vijabbli tal-ikel, b'enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

(b) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b'enfasi fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

(c) żvilupp territorjali bbilanċjat, b'enfasi fuq l-impjiegi rurali, it-tkabbir u l-faqar fiż-żoni rurali.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw is-sett ta' indikaturi speċifiċi għall-objettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

L-indikaturi għandhom ikunu marbutin mal-istruttura u l-objettivi tal-politika u għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-progress, l-effettività u l-effiċjenza tal-politika meta mqabbla mal-objettivi.

3.  Il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jirrifletti l-istruttura tal-PAK b'dan il-mod:

(a) għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-miżuri tas-suq previsti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha timmonitorja dawn l-istrumenti abbażi ta' rappurtar mill-Istati Membri f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dawn ir-regolamenti. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' evalwazzjoni pluriennali b'evalwazzjonijiet perjodiċi ta' strumenti speċifiċi li għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu mingħajr dewmien u minn evalwaturi indipendenti.

(b) il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-intervent tal-politika tal-iżvilupp rurali ser jitwettqu f'konformità mal-Artikoli 67 sa 79 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-impatt kombinat tal-istrumenti kollha tal-PAK imsemmija fil-paragrafu 1 jitkejlu u jiġu vvalutati b'rabta mal-objettivi komuni msemmija fil-paragrafu 2. Ir-rendiment tal-PAK fil-kisba tal-objettivi komuni tagħha għandha titkejjel u tiġi vvalutata abbażi tal-indikaturi komuni tal-impatt, u l-objettivi speċifiċi sottostanti abbażi tal-indikaturi tar-riżultati. Abbażi tal-evidenza pprovduta fl-evalwazzjonijiet dwar il-PAK, inklużi l-evalwazzjonijiet dwar il-programmi ta' żvilupp rurali, kif ukoll sorsi rilevanti oħrajn ta' informazzjoni, ir-rapporti dwar il-kejl u l-valutazzjoni tar-rendiment konġunt tal-istrumenti kollha tal-PAK għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri kkonċernati. Sa fejn ikun possibbli, tali informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq sorsi ta’ data stabbiliti, bħan-Netwerk tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola u l-Eurostat.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsira l-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali, partikolarment l-użu tagħhom għal għanijiet ta' statistika, meta dan ikun adatt.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi evitat kwalunkwe piż amministrattiv mhux dovut, kif ukoll regoli dwar il-ħtiġijiet ta' data u s-sinerġiji bejn is-sorsi ta' data potenzjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).

5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport inizjali dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-ewwel riżultati dwar ir-rendiment tal-PAK, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2018. It-tieni rapport li jinkludi valutazzjoni tar-rendiment tal-PAK għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta' Diċembru 2021.



KAPITOLU IV

Trasparenza

Artikolu 111

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex-post annwali tal-benefiċjarji tal-Fondi. Il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha:

(a) mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 112 ta’ dan ir-Regolament, l-isem tal-benefiċjarju, kif ġej:

(i) l-isem u l-kunjom meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika;

(ii) l-isem legali sħiħ, kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarju jkun persuna ġuridika li jkollha personalità ġuridika awtonoma skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat;

(iii) l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni, kif ġiet irreġistrata jew inkella rikonoxxuta uffiċjalment, meta l-benefiċjarju jkun assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika proprja;

(b) il-muniċipalità tar-residenza tal-benefiċjarju jew fejn ikun irreġistrat il-benefiċjarju u, fejn ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;

(c) l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull miżura ffinanzjata mill-Fondi riċevuti minn kull benefiċjarju fis-sena finanzjarja kkonċernata;

(d) in-natura u d-deskrizzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn wieħed mill-Fondi, u li skonthom ingħata l-pagament imsemmi fil-punt (c).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli fuq sit tal-internet wieħed għal kull Stat Membru. Din għandha tibqa' disponibbli għal sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni inizjali.

2.  Fir-rigward tal-pagamenti li jikkorrispondu għall-miżuri ffinanzjati mill-FAEŻR kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ammonti li għandhom jiġu ppubblikati għandhom jikkorrispondu għall-finanzjament pubbliku totali, inklużi kemm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif ukoll dik nazzjonali.

Artikolu 112

Limitu minimu

L-Istati Membri m'għandhomx jippubblikaw l-isem ta' benefiċjarju kif previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 111(1) ta' dan ir-Regolament fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) fil-każ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-Iskema għal bdiewa żgħażagħ prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fejn l-ammont ta' għajnuna riċevuta minn benefiċjarju f'sena waħda huwa indaqs jew inqas mill-ammont previst mill-Istat Membru kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(2) ta' dak ir-Regolament;

(b) fil-każ li l-Istati Membri ma jistabbilixxux l-Iskema għal bdiewa żgħażagħ prevista fit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fejn l-ammont ta' għajnuna riċevuta f'sena waħda minn benefiċjarju huwa indaqs jew inqas minn EUR 1 250 .

Fejn japplika l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-ammonti stabbiliti minn Stat Membru skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u li ngħatat notifika dwarhom lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 114.

Fejn japplika l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 111(1), u l-benefiċjarju għandu jkun identifikat b'kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma ta' dak il-kodiċi.

Artikolu 113

Informazzjoni tal-benefiċjarji

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji li d-data dwarhom ser tiġi ppubblikata f'konformità l-Artikolu 111,u li d-data tista' tiġi pproċessata minn korpi tal-awditu u investigattivi tal-Unjoni u l-Istati Membri, sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

F'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE, fir-rigward tad-data personali, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-benefiċjarji bid-drittijiet tagħhom skont ir-regoli dwar protezzjoni tad-data u bil-proċeduri applikabbli għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet.

Artikolu 114

Setgħat tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar:

(a) il-forma, inkluż il-mod ta’ preżentazzjoni skont il-miżura, u l-kalendarju tal-pubblikazzjoni prevista fl-Artikoli 111 u 112;

(b) l-applikazzjoni uniformi tal-Artikolu 113;

(c) il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 116(3).



TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 115

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 8, 20, 40, 46, 50, 53, 57, 62, 63, 64, 65, 66, 72, 76, 77, 79, 84, 89, 93, 101, 106, 107, 110 u 120 soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8, 20, 40, 46, 50, 53, 57, 62, 63, 64, 65, 66, 72, 76, 77, 79, 84, 89, 93, 101, 106, 107, 110 u 120 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' seba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux estensjoni bħal din sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8, 20, 40, 46, 50, 53, 57, 62, 63, 64, 65, 66, 72, 76, 77, 79, 84, 89, 93, 101, 106, 107, 110 u 120 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Mal-adozzjoni ta' att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 8, 20, 40, 46, 50, 53, 57, 62, 63, 64, 65, 66, 72, 76, 77, 79, 84, 89, 93, 101, 106, 107, 110 u 120 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 116

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsemmi l-"Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli". Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għall-finijiet tal-Artikoli 15, 58, 62, 63, 64, 65, 66, 75, 77, 78, 89, 90, 96, 101 u 104 fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mal-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u/jew l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti, il-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u/jew il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbiliti b'dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013, rispettivament. Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikolu 8, meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 117

Proċessar u protezzjoni tad-data personali

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru d-data personali għall-fini li jwettqu l-obbliġi rispettivi tagħhom ta' ġestjoni, kontroll, awditu kif ukoll ta' monitoraġġ u evalwazzjoni skont dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, dawk stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II, it-Titolu III, il-Kapitoli III u IV tat-Titolu IV, it-Titoli V u VI u l-Kapitolu III tat-Titolu VII, kif ukoll għal finijiet ta' statistika, u m'għandhomx jipproċessaw din id-data b'mod li mhuwiex kompatibbli ma' dak il-fini.

2.  Meta data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni skont il-Kapitolu III tat-Titolu VII, kif ukoll għal finijiet ta' statistika, hi għandha tkun anonima u tiġi pproċessata biss f'forma aggregata.

3.  Id-data personali għandha tkun ipproċessata f'konformità mar-regoli tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, din id-data m'għandhiex tinħażen f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal aktar żmien minn dak li jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tiġi pproċessata ulterjorment, b'kont meħud tal-perijodi minimi taż-żamma stabbiliti fil-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista' tiġi pproċessata minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 u li f'dan ir-rigward huma għandhom id-drittijiet li jinsabu fir-regoli rispettivi tal-protezzjoni tad-data tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5.  Dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għall-Artikoli 111 sa 114.

Artikolu 118

Livell ta' implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta' implimentazzjoni u biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament fil-livell li huma jqisu li jkun xieraq, f'konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġett għall-konformità ma' dan ir-Regolament u ma' regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 119

Tħassir

1.  Ir-Regolamenti (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 huma mħassra.

▼M1

Madankollu, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2014 u l-Artikoli 30 u 44a tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u r-regoli ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmulin għas-sena finanzjarja agrikola 2013, rispettivament.

▼B

2.  Referenzi għar-Regolamenti mħassrin għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness III.

▼M1

Artikolu 119a

Deroga mir-Regolament (UE) Nru 966/2012

B'deroga mill-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE) Nru 966/2012 u mill-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, għas-sena finanzjarja agrikola 2014, m'għandux ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-korp ta' ċertifikazzjoni tistabbilixxi jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ġie mitlub rimborż mill-Kummissjoni hijiex legali u regolari.

▼B

Artikolu 120

Miżuri transizzjonali

▼C1

Biex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultà mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti mħassrin imsemmija fl-Artikolu 119 għal dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 115 fir-rigward tal-każijiet fejn jistgħu japplikaw id-derogi mir-regoli previsti f'dan ir-Regolament u ż-żidiet magħhom.

▼B

Artikolu 121

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 Jannar 2014.

▼M1

2.  Madankollu, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:

(a) L-Artikoli 7, 8, 16, 25, 26 u43, mis-16 ta' Ottubru 2013;

(b) L-Artikolu52, it-Titolu III, il-Kapitolu II tat-Titolu V u t-Titolu VI, mill-1 ta’ Jannar 2015.

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2:

(a) L-Artikoli 9, 18, 40, u 51 għandhom japplikaw għan-nefqa magħmula mis-16 ta' Ottubru 2013;

(b) Kapitolu IV tat-Titolu VII għandu japplika għall-pagamenti magħmulin mis-sena finanzjarja agrikola 2014 'il quddiem.

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

INFORMAZZJONI FIL-QASAM TAL-MITIGAZZJONI TAT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-ADATTAMENT GĦALIH, IL-BIJODIVERSITÀ U L-PROTEZZJONI TAL-ILMA KIF STABBILIT FIL-PUNT (D) TAL-ARTIKOLU 12(3)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih:

 Informazzjoni dwar impatti prospettivi tat-tibdil fil-klima fir-reġjuni rilevanti, tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-prattiki tal-biedja rilevanti u dwar il-kontribut tas-settur agrikolu għall-mitigazzjoni permezz ta' titjib fil-prattiki tal-biedja u tal-agroforestrija u permezz tal-iżvilupp ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli fl-azjendi agrikoli u t-tijib fl-effiċjenza enerġetika fl-azjendi agrikoli.

 Informazzjoni li tgħin lill-bdiewa jippjanaw kif l-aħjar jinvestu fil-"protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima' tas-sistemi tal-azjendi agrikoli tagħhom, u dwar liema fondi tal-Unjoni jistgħu jużaw biex jagħmlu dan; u b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-adattament tal-art agrikola għall-varjazzjonijiet fil-klima u t-tibdil tagħha fit-tul u l-informazzjoni dwar kif jadottaw miżuri agronomiċi prattiċi biex tiżdied ir-reżiljenza tas-sistemi tal-biedja għall-għargħar u n-nixfiet u kif ukoll informazzjoni dwar kif jistgħu jittejbu u jiġu ottimizzati l-livelli ta' karbonju fil-ħamrija.

Bijodiversità:

 Informazzjoni dwar korrelazzjoni pożittiva bejn il-bijodiversità u r-reżiljenza tal-agro-ekosistemi, u t-tifrix tar-riskju, u wkoll ir-rabta bejn il-monokulturi u s-suxxettibilità għall-falliment tal-uċuħ tar-raba’ jew għall-ħsara tagħhom minn organiżmi ta' ħsara u minn avvenimenti klimatiċi estremi

 Informazzjoni dwar kif l-aħjar tiġi pprevenuta l-firxa ta’ speċijiet aljeni invażivi u r-raġuni għaliex dan hu importanti għall-funzjonament effettiv tal-ekosistema u għar-reżiljenza tagħha għat-tibdil fil-klima, inkluża informazzjoni dwar l-aċċess għall-finanzjament għall-iskemi ta’ eradikazzjoni fejn huma implikati spejjeż addizzjonali

Protezzjoni tal-ilma:

 Informazzjoni dwar sistemi ta’ irrigazzjoni sostenibbli, b’volum ta’ irrigazzjoni baxx u dwar kif jottimizzaw is-sistemi sostnuti mill-ilma tax-xita, għall-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-ilma.

 Informazzjoni dwar it-tnaqqis tal-użu tal-ilma fl-agrikoltura, inkluża l-għażla tal-uċuħ tar-raba’, dwar it-titjib ta’ ħumus tal-ħamrija biex tiżdied iż-żamma tal-ilma u dwar it-tnaqqis tal-bżonn tal-irrigazzjoni.

Ġenerali

 L-iskambju tal-aħjar prattika, it-taħriġ u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet (applikabbli għall-Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-Bijodiversità u l-Protezzjoni tal-ilma kif imsemmi hawn fuq f'dan l-Anness).




ANNESS II



REGOLI DWAR IL-KONDIZZJONALITÀ SKONT L-ARTIKOLU 93

Qasam

Kwistjoni Ewlenija

Rekwiżiti u standards

Ambjent, tibdil fil-klima, kondizzjoni agrikola tajba tal-artijiet

Ilma

RSĠ 1

Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1)

Artikoli 4 u 5

KAAT 1

L-istabbiliment ta' strixxi ta' lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma (1)

 

KAAT 2

Fejn l-użu tal-ilma għat-tisqija huwa soġġett għal awtorizzazzjoni, konformità mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni

 

KAAT 3

Il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġis: projbizzjoni ta' skariku dirett lejn l-ilma ta' taħt l-art u miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis indirett tal-ilma ta' taħt l-art minn skariku fuq l-art u tnixxija gradwali mill-ħamrija ta' sustanzi perikolużi, kif elenkati fl-Anness għad-Direttiva 80/68/KEE fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tagħha, sa fejn tirrigwarda l-attività agrikola

 

Ħamrija u ħażna ta’ karbonju

KAAT 4

Kopertura minima ta’ ħamrija

 

KAAT 5

Ġestjoni minima ta’ artijiet li tirrifletti kondizzjonijiet speċifiċi għas-siti biex tiġi limitata l-erożjoni

 

KAAT 6

Żamma ta’ livell ta’ materja organika tal-ħamrija permezz ta’ prattiki adatti inkluża projbizzjoni fuq il-ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit, ħlief għal raġunijiet tas-saħħa tal-pjanti (2)

 

Bijodiversità

RSĠ 2

Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7)

Artikolu 3(1), Artikolu 3(2)(b), Artikolu 4 (1), (2) u (4)

RMS 3

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

Artikolu 6 (1) u (2)

Pajsaġġ, livell minimu ta’ żamma,

KAAT 7

Żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, inkluż fejn adatt, ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, siġar f’linji dritti, fi grupp jew iżolati, marġnijiet tal- għelieqi u l-artijiet imtarrġa, inkluż projbizzjoni fuq il-qtugħ ta' ħitan tal-ħaxix u siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u t-trobbija tal-għasafar u, bħala opzjoni, miżuri biex ikunu evitati speċijiet ta’ pjanti invażivi

 

Saħħa pubblika, saħħa tal-annimali u saħħa tal-pjanti

Sigurtà tal-ikel

RSĠ 4

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)

Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1) (3) u l-Artikoli 18, 19 u 20

RSĠ 5

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonists, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3)

Artikolu 3(a), (b), (d) u (e) u Artikoli 4, 5 u 7

Identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali

RSĠ 6

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2005, p. 31)

Artikoli 3, 4 u 5

RSĠ 7

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1)

Artikoli 4 u 7

RSĠ 8

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8)

Artikoli 3, 4 u 5

Mard tal-annimali

RSĠ 9

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1)

Artikoli 7, 11, 12, 13 u 15

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

RSĠ 10

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

Artikolu 55, l-ewwel u t-tieni sentenza

Trattament xieraq tal-annimali

Trattament xieraq tal-annimali

RSĠ 11

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7)

Artikoli 3 u 4

RSĠ 12

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KEE tad-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali(ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5)

Artikolu 3 u Artikolu 4

RSĠ 13

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja(ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23)

Artikolu 4

(1)   L-istrixxi ta' lqugħ KAAT għandhom jirrispettaw, kemm ġewwa kif ukoll barra ż-żoni vulnerabbli nnominati skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, tal-inqas ir-rekwiżiti relatati mal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni fuq l-art ta' fertilizzanti ħdejn mogħdijiet tal-ilma, imsemmija fil-punt A.4 tal-Anness II għad-Direttiva 91/676/KEE, li għandhom jiġu applikati f'konformità mal-programmi ta' azzjoni tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/676/KEE.

(2)   Ir-rekwiżit jista' jiġi limitat għal projbizzjoni ġenerali ta' ħruq tal-qasbija fir-raba’ tal-ħrit, iżda Stat Membru jista' jiddeċiedi li jippreskrivi aktar rekwiżiti.

(3)   

Kif implimentat b’mod partikolari minn:

— Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 u l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 37/2010,

— Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004: Artikolu 4(1) u l-Anness I parti A (II 4 (g, h, j), 5 (f, h), 6; III 8 (a, b, d, e), 9 (a, c)),

— Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004: Artikolu 3(1) u l-Anness III Taqsima IX Kapitolu 1 (I-1 b, c, d, e; I-2 a (i, ii, iii), b (i, ii), c; I-3; I-4; I-5; II-A 1, 2, 3, 4; II-B 1(a, d), 2, 4 (a, b)), l-Anness III Taqsima X Kapitolu 1 (1),

►C2

 

— Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005: l-Artikolu 5(1) u l-Anness I, parti A (I-4 e, g; II-2 a, b, e), l-Artikolu 5(5) u l-Anness III (taħt l-intestatura “TMIGĦ”, il-punt 1. intitolat “Ħażna”, l-ewwel u l-aħħar sentenza, u l-punt 2. intitolat “Distribuzzjoni”, it-tielet sentenza), l-Artikolu 5(6), u

 ◄

— Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005: Artikolu 18.




ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



1.  Regolament (KEE) Nru 352/78

Regolament (KEE) Nru 352/78

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 43(1)(e)

Artikolu 2

Artikolu 43(2)

Artikolu 3

Artikolu 46(1)

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6



2.  Regolament (KE) Nru 2799/98

Regolament (KE) Nru 2799/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 105(2) u 106

Artikolu 3

Artikolu 106

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 107

Artikolu 8

Artikolu 108

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11



3.  Regolament (KE) Nru 814/2000

Regolament (KE) Nru 814/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 45(1)

Artikolu 2

Artikolu 45(2)

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 45(5)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikoli 45(4) u 116

Artikolu 11



4.  Regolament (KE) Nru 1290/2005

Regolament (KE) Nru 1290/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 102

Artikolu 9

Artikolu 58

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 19

Artikolu 14

Artikolu 17

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 40

Artikolu 17

Artikolu 41(1)

Artikolu 17a

Artikolu 41(2)

Artikolu 18

Artikolu 24

Artikolu 19

Artikolu 27

Artikolu 20

Artikolu 28

Artikolu 21

Artikolu 29

Artikolu 22

Artikolu 32

Artikolu 23

Artikolu 33

Artikolu 24

Artikolu 34

Artikolu 25

Artikolu 35

Artikolu 26

Artikolu 36

Artikolu 27

Artikolu 41(1)

Artikolu 27a

Artikolu 41(2)

Artikolu 28

Artikolu 37

Artikolu 29

Artikolu 38

Artikolu 30

Artikolu 51

Artikolu 31

Artikolu 52

Artikolu 32

Artikolu 54 u 55

Artikolu 33

Artikolu 54 u 56

Artikolu 34

Artikolu 43

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 48

Artikolu 37

Artikolu 47

Artikolu 38

Artikolu 39

Artikolu 40

Artikolu 41

Artikolu 116

Artikolu 42

Artikolu 43

Artikolu 109

Artikolu 44

Artikolu 103

Artikolu 44a

Artikolu 113(1)

Artikolu 45

Artikolu 105(1) u 106(3) u (4)

Artikolu 46

Artikolu 47

Artikolu 119

Artikolu 48

Artikolu 120

Artikolu 49

Artikolu 121



5.  Regolament (KE) Nru 485/2008

Regolament (KE) Nru 485/2008

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 79

Artikolu 2

Artikolu 80

Artikolu 3

Artikolu 81

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 82(1), (2) u (3)

Artikolu 6

Artikolu 82(4)

Artikolu 7

Artikolu 83

Artikolu 8

Artikolu 103(2)

Artikolu 9

Artikolu 86

Artikolu 10

Artikolu 84

Artikolu 11

Artikolu 85

Artikolu 12

Artikolu 106(3)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 87

Artikolu 16

Artikolu 17




Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-tabelli dwar il-kondizzjonalità

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma kif ukoll tad-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidu u, fejn xieraq, tippreżenta, ladarba dawn id-Direttivi jkunu ġew implimentati mill-Istati Membri kollha u jkunu ġew identifikati l-obbligi applikabbli direttament għall-bdiewa, proposta leġislattiva li temenda dan ir-regolament bil-ħsieb li l-partijiet rilevanti ta' dawn id-Direttivi jiddaħħlu fis-sistema tal-kondizzjonalità.



( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)

( 3 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

( 4 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

( 5 ) Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

( 6 ) Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

( 7 ) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

( 8 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

( 9 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1).

( 10 ) Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

( 11 ) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31).

Top