Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0612-20180215

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal- 25 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/612/2018-02-15

02013R0612 — MT — 15.02.2018 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 612/2013

tal-25 ta’ Ġunju 2013

dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa

(ĠU L 173 26.6.2013, p. 9)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/272 tad-19 ta' Frar 2015

  L 47

10

20.2.2015

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/504 tas-7 ta' Marzu 2018

  L 86

32

28.3.2018




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 612/2013

tal-25 ta’ Ġunju 2013

dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa



Artikolu 1

Messaġġi skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata relatata mar-reġistri nazzjonali u ċentrali

1.  L-istruttura u l-kontenut tal-messaġġi li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u l-imħażen tat-taxxa fir-reġistri nazzjonali u fir-Reġistru Ċentrali jikkonformaw mal-Anness I.

Dawn il-messaġġi jiġu skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata.

2.  Il-messaġġi msemmija fil-paragrafu 1 jiġu skambjati għall-finijiet li ġejjin:

(a) notifika ta’ modifiki ta’ reġistri nazzjonali mibgħuta mill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u d-dipartimenti ta’ kollegament lir-Reġistru Ċentrali;

(b) notifika ta’ modifiki tar-Reġistru Ċentrali mibgħuta lir reġistri nazzjonali;

(c) talbiet mill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u d-dipartimenti ta’ kollegament għal dettalji ta' modifiki lir-Reġistru Ċentrali;

(d) talbiet mill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u d-dipartimenti ta’ kollegament għal informazzjoni statistika meħuda mir-Reġistru Ċentrali;

(e) it-tressiq mill-Kummissjoni lill-Istati Membri rikjedenti ta’ informazzjoni statistika meħuda mir-Reġistru Ċentrali.

3.  Meta jkunu meħtieġa kodiċijiet sabiex jimtlew ċerti spazji tad-dejta fil-messaġġi msemmija fil-paragrafu 1, jintużaw il-kodiċijiet elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jew fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “rekord” tfisser entrata fir-reġistru nazzjonali jew fir-Reġistru Ċentrali msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012;

(2) “modifika” tfisser il-ħolqien, l-aġġornament jew l-invalidazzjoni ta' rekord;

(3) “data ta’ attivazzjoni” tfisser id-data f’rekord stabbilita mill-Istat Membru responsabbli, minn liema data r-rekord ikun disponibbli għall-użu għal verifika elettronika fl-Istati Membri kollha u li minnha jkunu disponibbli d-dettalji meħuda tiegħu għal konsultazzjoni għall-operaturi ekonomiċi.

Artikolu 3

Il-mogħdija ta' modifiki lir-Reġistru Ċentrali mill-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa u d-dipartimenti ta’ kollegament

1.  Kull uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew dipartiment ta’ kollegament maħtur skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 ikun responsabbli biex jgħaddi n-notifiki ta’ modifika lir-reġistru nazzjonali tiegħu lir-Reġistru Ċentrali u biex japplika l-modifiki li jkunu ntbagħtu u/jew irkuprati mir-Reġistru Ċentrali fir-reġistru nazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm lista tal-uffiċċji ċentrali ta’ kollegament tas-sisa responsabbli jew id-dipartimenti ta’ kollegament fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u tagħmel din il-lista disponibbli għall-Istati Membri.

3.  Kull uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew dipartiment ta’ kollegament jgħaddi n-notifiki ta’ kwalunkwe modifika tar-reġistru nazzjonali tiegħu lir-Reġistru Ċentrali l-aktar tard fid-data ta' attivazzjoni tal-modifika. Il-messaġġ li għandu jintuża għal modifiki ta’ reġistri nazzjonali jkun il-messaġġ “Operazzjonijiet fuq ir-reġistru ta' operaturi ekonomiċi” stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Manutenzjoni tar-Reġistru Ċentrali u l-mogħdija ta' modifiki lil reġistri nazzjonali

1.  Meta tirċievi messaġġ ta' “Operazzjoni fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi” minn uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew dipartiment ta’ kollegament li fihom notifika ta’ modifika għal reġistru nazzjonali, il-Kummissjoni tivverifika li l-istruttura u l-kontenut tal-messaġġ jikkonformaw mat-Tabella 2 tal-Anness I.

2.  Meta l-istruttura u l-kontenut tal-messaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jkunu konformi mat-Tabella 2 tal-Anness I, jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a) il-Kummissjoni tirreġistra l-modifika fir-Reġistru Ċentrali mingħajr dewmien;

(b) tintbagħat notifika lil kull Stat Membru li għandu l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament rreġistrat biex jirċievu notifiki ta’ modifiki bl-użu ta' messaġġ ta' “Operazzjonijiet fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi” stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness I.

3.  Meta l-istruttura jew il-kontenut tal-messaġġ ta' “Operazzjonijiet fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi” msemmi fil-paragrafu 1 ma jkunux konformi mat-Tabella 2 tal-Anness I, il-Kummissjoni tibgħat lura n-notifika lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament li tkun għaddiet in-notifika bl-użu ta' messaġġ ta' “Rifjut ta’ aġġornament tal-operaturi ekonomiċi” stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness I, b’kodiċi tar-raġuni li jispeċifika r-raġuni għar-rifjut.

4.  Malli jirċievi l-messaġġ ta' “Rifjut ta’ aġġornament tal-operaturi ekonomiċi”, l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament iwettaq kwalunkwe azzjoni korrettiva meħtieġa mingħajr dewmien u jissottometti n-notifika mill-ġdid.

5.  L-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament ta’ kull Stat Membru li ma jkunx irreġistrat biex jirċievi notifiki ta’ modifiki mill-Kummissjoni jitlob estratt tal-modifiki applikati lir-Reġistru Ċentrali almenu darbtjen kuljum bl-użu tal-messaġġ ta' “Talba komuni” stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I.

Artikolu 5

Daħla ta’ modifiki f’reġistri nazzjonali

1.  Almenu darbtjen kuljum l-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament ta’ kull Stat Membru jdaħħal il-modifiki li jiġu riċevuti mir-Reġistru Ċentrali fir-reġistru nazzjonali tiegħu.

2.  Il-modifiki msemmija fil-paragrafu 1 jkunu disponibbli għall-konsultazzjoni mill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament hekk kif dawn jiddaħħlu fir-reġistru nazzjonali u jkunu disponibbli għall-użu f'verifika elettronika mid-data ta' attivazzjoni tal-modifika.

Artikolu 6

Konsultazzjoni tar-Reġistru Ċentrali minn operaturi ekonomiċi

1.  Almenu darbtjen kuljum il-Kummissjoni tipprepara estratt mir-Reġistru Ċentrali tar-rekords attivi kollha. Fit-tħejjija ta' dak l-estratt, il-Kummissjoni tneħħi kull reġistrazzjoni li ma tkunx disponibbli għal konsultazzjoni pubblika. Il-Kummissjoni tneħħi wkoll minn rekords li jifdal id-dettalji kollha għal kull tip ta’ operatur ekonomiku jew bini tiegħu li ma jikkorrispondix għad-deskrizzjonijiet ta’ dettalji estratti ta' entrati stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3.

2.  L-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal dettalji estratti ta’ rekord billi jissottomettu n-numru tas-sisa uniku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012.

3.  Meta n-numru tas-sisa uniku sottomess jikkorrispondi għal numru tas-sisa preżenti fl-estratt tar-Reġistru Ċentrali, id-dettalji estratti tar-reġistru jintbagħtu lura lill-operatur ekonomiku, li jkun għamel it-talba, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) jekk in-numru tas-sisa uniku sottomess jikkorrispondi għal rekord ta’ magazzinier awtorizzat, destinatarju rreġistrat jew speditur irreġistrat, l-estratt ikun fih xi wieħed minn dan li ġej:

(i) id-deskrizzjoni testwali tal-kodiċi tat-tip ta' operatur (il-grupp ta' dejta 2 e stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(ii) almenu kodiċi tal-kategorija tal-prodott tas-sisa wieħed (il-grupp ta' dejta 2.4 a fil-messaġġ ta' “Operazzjonijiet fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi”) jew almenu kodiċi tal-prodott tas-sisa wieħed (il-grupp tad-dejta 2.5 a stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(iii) taħlita ta’ gruppi ta’ dejta 2.4 a u 2.5 a li tkun konformi mar-regoli li jinsabu fid-deskrizzjoni stabbilita fit-Tabella 2 tal-Anness I;

▼M1

(iv) informazzjoni dwar il-kodiċi tar-rwol tal-operatur li tindika jekk destinatarju reġistrat jew magazzinier awtorizzat huwiex awtorizzat skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/118/KE biex iċaqlaq oġġetti soġġetti għas-sisa lejn post ta' kunsinna diretta (il-grupp ta' dejta 2.3 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

▼B

(b) jekk in-numru tas-sisa uniku sottomess jikkorrispondi għal rekord ta' magazzinier awtorizzat, l-estratt jindika xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) almenu kodiċi tal-kategorija tal-prodotti tas-sisa wieħed (il-grupp ta' dejta 3.4 a stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(ii) almenu kodiċi tal-prodott tas-sisa wieħed (il-grupp ta' dejta 3.5 a stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(iii) taħlita ta’ gruppi ta’ dejta 3.4 a u 3.5 a li tkun konformi mar-regoli li jinsabu fid-deskrizzjoni stabbilita fit-Tabella 2 tal-Anness I;

(c) jekk in-numru tas-sisa uniku sottomes jikkorrispondi għal destinatarju rreġistrat li jaqa’ taħt il-punt (h) tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, apparti d-dejta pprovduta fil-punt (a), l-estratt ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

(i) id-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni (il-grupp ta' dejta 4 c stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(ii) jekk l-awtorizzazzjoni tista’ tintuża għal aktar minn moviment wieħed (il-grupp ta' dejta 4 d fit-Tabella 2 tal-Anness I);

(iii) almenu sett wieħed ta' dettalji ta' awtorizzazzjoni temporanji (il-grupp ta' dejta 4.3 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I);

4.  Meta ma jkunx hemm korrispondenza bejn in-numru tas-sisa uniku sottomess u l-estratt mir-Reġistru Ċentrali, jiġi infurmat l-operatur ekonomiku li jkun għamel it-talba.

5.  Jekk operatur ekonomiku jsostni li rekord relatat mal-awtorizzazzjoni tiegħu jkun nieqes jew mhux korrett, il-Kummissjoni, fuq talba, tgħarrfu dwar kif jagħmel talba għal korrezzjoni tar-rekord u jipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament tal-Istat Membru responsabbli.

Artikolu 7

Informazzjoni u rapporti ta' statistika

1.  L-informazzjoni statistika li trid tiġi estratta mill-Kummissjoni mir-Reġistru Ċentrali skont l-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012 tkun din li ġejja:

(a) l-għadd ta’ rekords attivi u inattivi ta' operaturi ekonomiċi;

(b) l-għadd ta’ skadenzi pendenti ta’ awtorizzazzjonijiet, li jkun it-total ta’ awtorizzazzjonijiet li se jiskadu fix-xahar ta’ wara jew fit-tliet xhur ta’ wara;

(c) it-tipi ta’ operaturi ekonomiċi, l-għadd ta' operaturi ekonomiċi, skont it-tip u n-numru ta’ mħażen tat-taxxa;

(d) l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi awtorizzati skont il-prodott u skont il-kategorija tal-prodotti;

(e) l-għadd ta’ modifiki għal awtorizzazzjonijiet tas-sisa.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni statistika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tipprepara rapport kull xahar għall-Istati Membri.

2.  Kwalunkwe uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew dipartiment ta’ kollegament jista' jitlob lill-Kummissjoni tħejji rapport ta’ statistika speċifiku fuq ir-reġistru ċentrali. Dik it-talba ssir billi jintuża l-messaġġ ta' "Talba komuni" stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I. Il-Kummissjoni twieġeb billi tuża l-messaġġ ta' “statistika SEED” stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness I.

Artikolu 8

Il-limitu ta’ żmien għan-notifiki ta' pproċessar ta’ modifiki tar-reġistru nazzjonali u talbiet komuni

1.  F'temp ta' sagħtejn minn meta tirċievi notifika ta’ modifika ta’ reġistru nazzjonali, il-Kummissjoni tipproċessa dik il-modifika skont l-Artikolu 4.

2.  F'temp ta' sagħtejn minn meta tirċievi messaġġ ta’ “Talba Komuni” stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness I, il-Kummissjoni tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-uffiċċju ċentrali ta’ kollegament tas-sisa jew id-dipartiment ta’ kollegament rikjedenti.

Artikolu 9

Disponibbiltà

Ir-Reġistru Ċentrali u r-reġistri nazzjonali jkunu disponibbli l-ħin kollu.

Artikolu 10

Limitu għal obbligi ta’ servizz

L-obbligi tas-servizz tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9 ma japplikawx taħt dawn ċirkustanzi debitament iġġustifikati:

(a) ir-Reġistru Ċentrali jew reġistru nazzjonali ma jkunx disponibbli minħabba ħsarat fil-ħardwer jew fit-telekomunikazzjoni;

(b) ikun hemm problemi tan-netwerk li ma jkunux taħt il-kontroll dirett tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat;

(c) force majeure;

(d) manutenzjoni skedata nnotifikata almenu 48 siegħa qabel il-bidu previst tal-perjodu ta’ manutenzjoni.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 8, 9 u 10 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

NOTI TA' SPJEGAZZJONI DWAR MESSAĠĠI ELETTRONIĊI UŻATI GĦAŻ-ŻAMMA TAR-REĠISTRU TAL-OPERATURI EKONOMIĊI

1. L-elementi tad-dejta tal-messaġġi elettroniċi użati għall-finijiet tas-sistema kompjuterizzata huma strutturati fi gruppi ta' dejta u, fejn applikabbli, subgruppi ta' dejta. Id-dettalji dwar l-elementi tad-dejta u l-użu tagħhom huma ppreżentati fit-tabelli ta' dan l-Anness, li fihom:

(a) il-kolonna A tipprovdi l-kodiċi numeriku (numru) attribwit għal kull grupp ta' dejta u subgrupp ta' dejta; kull subgrupp isegwi n-numru tas-sekwenza tas-(sub)grupp tad-dejta li minnu jagħmel parti (pereżempju: jekk in-numru tal-grupp tad-dejta jkun 1, subgrupp wieħed tad-dejta ta' dan il-grupp jkun 1.1 u subgrupp wieħed tad-dejta ta' dan is-subgrupp jkun 1.1.1);

(b) il-kolonna B tipprovdi l-kodiċi alfabetiku (ittra) attribwit għal kull element tad-dejta f'(sub)grupp tad-dejta;

(c) il-kolonna C tidentifika s-(sub)grupp tad-dejta jew l-element tad-dejta;

(d) il-kolonna D tipprovdi lil kull (sub)grupp tad-dejta jew element tad-dejta b'valur li jindika jekk id-daħla tad-dejta korrispondenti tkunx:

(i) "R" (Obbligatorju), li tfisser li d-dejta trid tiġi pprovduta. Jekk (sub)grupp tad-dejta jkun "O" (Fakultattiv) jew "C" (Kundizzjonali), elementi tad-dejta fi ħdan dak il-grupp xorta waħda jistgħu jkunu "R" (Obblitatorju) meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jkunu ddeċidew li d-dejta f'dan is-(sub)grupp trid timtela jew meta tapplika l-kundizzjoni;

(ii) "O" (Fakultattiv), tfisser li d-daħla tad-dejta hija fakultattiva għall-persuna li tissottometti l-messaġġ (l-ispeditur jew id-destinatarju) ħlief jekk Stat Membru jkun stipula li d-dejta tkun meħtieġa f'konformità mal-għażla pprovduta fil-kolonna E għal xi wħud mis-(sub)gruppi tad-dejta jew elementi tad-dejta fakultattivi;

(iii) "C" (Kundizzjonali) tfisser li l-użu tas-(sub)grupp tad-dejta jew l-element tad-dejta jiddependi fuq (sub)gruppi oħra jew elementi tad-dejta oħra fl-istess messaġġ;

(iv) “D” (Dipendenti) tfisser li l-użu tas-(sub)grupp tad-dejta jew l-element tad-dejta jiddependu fuq kundizzjoni li ma tistax tiġi kkontrollata mis-sistema kkompjuterizzata, kif previst fil-kolonni E u F;

(e) il-kolonna E tipprovdi l-kundizzjoni(jiet) għad-dejta li d-daħla tagħha hija kundizzjonali, tispeċifika l-użu tad-dejta fakultattiva u dipendenti fejn applikabbli u tindika liema dejta trid tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti;

(f) il-kolonna F tipprovdi spjegazzjonijiet, fejn meħtieġ, dwar kif għandu jsir il-messaġġ;

(g) il-kolonna G tipprovdi:

(i) għal xi (sub)gruppi tad-dejta, numru segwit mill-karattru "x" li jindika kemm-il darba s-(sub)grupp tad-dejta jista' jiġi ripetut fil-messaġġ (jekk mhux indikat mod ieħor = 1);

(ii) għal kull element tad-dejta, ħlief għall-elementi tad-dejta li jindikaw iż-żmien u/jew id-data, il-karatteristiċi li jidentifikaw it-tip ta' dejta u t-tul tad-dejta. Il-kodiċijiet għat-tipi ta' dejta huma kif ġej:

 a alfabetiċi;

 n numeriċi;

 an alfanumeriċi.

In-numru ta' wara l-kodiċi jipprovdi t-tul ammissibbli tad-dejta għall-element tad-dejta kkonċernat. Iż-żewġ tikek fakultattivi qabel l-indikatur tat-tul ifissru li d-dejta m'għandhiex tul fiss, iżda jista' jkollha għadd ta' numri, kif speċifikat mill-indikatur tat-tul. Virgola fit-tul tad-dejta tfisser li d-dejta jista' jkollha d-deċimali, in-numru ta' qabel il-virgola jindika t-tul totali tal-attribut, u n-numru ta' wara l-virgola jindika n-numru massimu ta' numri wara l-punt deċimali.

(iii) għal elementi tad-dejta li jindikaw il-ħin u/jew id-data, il-kliem' "data", "ħin" jew "dataĦin", li jfissru li d-data, il-ħin jew id-data u l-ħin iridu jingħataw skont l-istandard tal-ISO 8601 għar-rappreżentazzjoni tad-dati u l-ħin.

2. L-abbrevjazzjonijiet li ġejjin huma użati fit-tabelli ta' dan l-Anness:

(a)

e-AD : dokument amministrattiv elettroniku;

(b)

ARC : kodiċi amministrattiv ta' referenza

(c)

SEED : Is-Sistema għall-Iskambju tad-Dejta tas-Sisa (il-bażi tad-dejta elettroniku msemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012;

(d)

Kodiċi NM : Kodiċi tan-Nomenklaturi Magħquda.

3. Id-definizzjonijiet li ġejjin jintużaw fit-tabelli ta' dan l-Anness:

(a) “Data tal-Bidu” tfisser “Data tal-Bidu tal-Awtorizzazzjoni” jew “Data tal-Bidu tal-Validità;”

(b) “Data tat-Tmiem” tfisser “Data tat-Tmiem tal-Awtorizzazzjoni ” jew “Data tat-Tmiem tal-Validità;”

(c) “Data tal-Bidu tal-Awtorizzazzjoni ” tfisser id-data minn meta operatur ekonomiku jkun awtorizzat mill-Istat Membru responsabbli biex jipproduċi, jaħżen, jibgħat jew jirċievi oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju;

(d) “Data tat-Tmiem tal-Awtorizzazzjoni” tfisser id-data minn meta operatur ekonomiku ma jibqax awtorizzat mill-Istat Membru responsabbli;

(e) “Data tal-Bidu tal-Validità” tfisser id-data minn meta operatur ekonomiku jkun awtorizzat mill-Istat Membru responsabbli biex jipproduċi, jaħżen, jibgħat jew jirċievi oġġetti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju;

(f) “Data tat-Tmiem tal-Validità” tfisser id-data minn meta l-istabbiliment ta’ operatur ekonomiku ma jibqax validu.

▼M2



Tabella 1

Talba Komuni

(imsemmija fl-Artikolu 4(5), l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2))

A

B

C

D

E

F

G

1

ATTRIBUTI

R

 

 

 

 

a

Tip ta' Talba

R

 

Il-valuri possibli huma:

2 = Talba għal estrazzjoni tad-dejta ta' referenza

3 = Talba għal irkupru tad-dejta ta' referenza

4 = Talba għal estrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

5 = Talba għal irkupru tal-operaturi ekonomiċi

6 = Talba għal EOL

7 = Talba għal irkupru ta' lista ta' e-ADs

8 = Talba għal statistika SEED

n1

 

b

Talba għall-Isem tal-Messaġġ

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “2” jew “3”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

Il-valuri possibli huma:

“C_COD_DAT” = Lista komuni ta' kodiċijiet

“C_PAR_DAT” = Parametri komuni tas-sistema

“ALL” = Għall-istruttura sħiħa

a..9

 

c

Uffiċċju Rikjedenti

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 5 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an8

 

d

Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “2”, “3”, “4”, “5”, “7”, jew “8”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

Il-valur ta' <Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni> huwa uniku għal kull Stat Membru

an..44

 

e

Data tal-Bidu

C

Għal 1 e u f:

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “3” jew “5”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

data

 

f

Data tat-Tmiem

C

 

data

 

g

Data Unika

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “2” jew “4”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

data

2

TALBA GĦAL-LISTA E-AD

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “7”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

 

 

a

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

2.1

RA_KRITERJU PRIMARJU

R

 

 

99x

 

a

Kodiċi tat-Tip tal-Kriterju Primarju

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = ARC

2 = Marka kummerċjali tal-prodott

3 = Kategoriji ta' prodotti soġġetti għas-sisa tal-moviment

4 = (riżervat)

5 = (riżervat)

6 = (riżervat)

7 = (riżervat)

8 = Belt tal-kunsinjatarju

9 = Belt tal-konsenjatur

10 = Belt tal-garanti

11 = (riżervat)

12 = Belt tal-post tal-kunsinna

13 = Belt tal-maħżen tat-taxxa tad-dispaċċ

14 = Belt tat-trasportatur

15 = Kodiċi NM tal-prodott

16 = Data tal-fattura

17 = Numru tas-sisa tal-kunsinjatarju

18 = Numru tas-sisa tal-konsenjatur

19 = Numru tas-sisa tal-garanti

20 = (riżervat)

21 = (riżervat)

22 = Numru tas-sisa tal-maħżen tat-taxxa tad-destinazzjoni

23 = Numru tas-sisa tal-maħżen tat-taxxa tad-dispaċċ

24 = (riżervat)

25 = Kodiċi tal-prodott soġġett għas-sisa

26 = Ħin tal-ivvjaġġar

27 = L-Istat Membru tad-destinazzjoni

28 = L-Istat Membru tad-dispaċċ

29 = Isem il-kunsinjatarju

30 = Isem il-konsenjatur

31 = Isem il-garanti

32 = (riżervat)

33 = Isem il-post tal-kunsinna

34 = Isem il-maħżen tat-taxxa tad-dispaċċ

35 = Isem it-trasportatur

36 = Numru tal-fattura

37 = Kodiċi postali tal-kunsinjatarju

38 = Kodiċi postali tal-konsenjatur

39 = Kodiċi postali tal-garanti

40 = (riżervat)

41 = Kodiċi postali tal-post tal-kunsinna

42 = Kodiċi postali tal-maħżen tat-taxxa tad-dispaċċ

43 = Kodiċi postali tat-trasportatur

44 = Kwantità ta' oġġetti (f'korp e-AD)

45 = Numru ta' Referenza Lokali, li jkun numru tas-serje, assenjat mill-konsenjatur

46 = Tip ta' trasport

47 = (riżervat)

48 = (riżervat)

49 = Numru tal-VAT tal-kunsinjatarju

50 = (riżervat)

51 = Numru tal-VAT tat-trasportatur

52 = Bidla fid-destinazzjoni (numru tas-sekwenza ≥ 2)

n..2

2.1.1

RA_VALUR PRIMARJU

O

 

 

99x

 

a

Valur

R

 

 

an..255

3

STA_TALBA

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “8”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

 

 

a

Tip ta' Statistika

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Operaturi ekonomiċi attivi u inattivi

2 = Skadenzi pendenti

3 = Operaturi ekonomiċi skont it-tip u l-imħażen tat-taxxa

4 = Attività tas-sisa

5 = Bidliet fl-awtorizzazzjonijiet tas-sisa

n1

3.1

Kodiċi tal-LISTA TA' STATI MEMBRI

R

 

 

99x

 

a

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

4

STA_PERJODU

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “8”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

 

 

a

Sena

R

 

 

n4

 

b

Semestru

C

Għal 4 b, c, u d:

Dawn it-tliet oqsma tad-dejta huma fakultattivi u esklużivi:

— <Semestru>

— <Kwart>

— <Xahar>

jiġifieri jekk jingħata wieħed minn dawn l-oqsma tad-dejta, allura ż-żewġ oqsma tad-dejta l-oħra ma japplikawx

Il-valuri possibli huma:

1 = L-ewwel semestru

2 = It-tieni semestru

n1

 

c

Kwart

C

Il-valuri possibli huma:

1 = L-ewwel kwart

2 = It-tieni kwart

3 = It-tielet kwart

4 = Ir-raba' kwart

n1

 

d

Xahar

C

Il-valuri possibli huma:

1 = Jannar

2 = Frar

3 = Marzu

4 = April

5 = Mejju

6 = Ġunju

7 = Lulju

8 = Awwissu

9 = Settembru

10 = Ottubru

11 = Novembru

12 = Diċembru

n..2

5

REF_TALBA

C

— “R” jekk <Tip ta' Talba> tkun “2” jew “3”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Talba fil-Kaxxa 1a)

 

 

 

a

Indikatur tal-Kriterji tal-Valutazzjoni Komuni tar-Riskju

O

 

Il-valuri possibli huma:

0 = Le jew Falz

1 = Iva jew Veru

n1

5.1

Kodiċi TAL-LISTA TA' KODIĊIJIET

O

 

 

99x

 

a

Lista tal-Kodiċi Mitluba

O

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Unitajiet ta' kejl

2 = Tipi ta' avvenimenti

3 = Tipi ta' evidenza

4 = (riżervat)

5 = (riżervat)

6 = Kodiċijiet tal-lingwa

7 = Stati Membri

8 = Kodiċijiet tal-pajjiżi

9 = Kodiċijiet tal-imballaġġ

10 = Raġunijiet għal riċevuta jew rapport ta' kontroll mhux sodisfaċenti

11 = Raġunijiet għal interruzzjoni

12 = (riżervat)

13 = Modi ta' trasport

14 = Unitajiet ta' trasport

15 = Żoni ta' vitikultura

16 = Kodiċijiet tat-trattament tal-inbid

17 = Kategoriji ta' prodotti soġġetti għas-sisa

18 = Prodotti soġġetti għas-sisa

19 = Kodiċijiet NM

20 = Korrispondenzi bejn il-kodiċi NM u l-prodott soġġett għas-sisa

21 = Raġunijiet għall-Kanċellazzjoni

22 = Raġunijiet għat-twissija jew għaċ-ċaħda tal-e-AD

23 = Spjegazzjonijiet għad-dewmien

24 = (riżervat)

25 = Persuni li jissottomettu l-avveniment

26 = Raġunijiet għar-rifjut

27 = Raġunijiet għal dewmien fir-riżultat

28 = Azzjonijiet ta' kooperazzjoni amministrattiva

29 = Raġunijiet għal talba ta' kooperazzjoni amministrattiva

30 = (riżervat)

31 = (riżervat)

32 = (riżervat)

33 = (riżervat)

34 = Raġunijiet għaliex l-azzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva mhijiex possibbli

35 = Raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba komuni

36 = (riżervat)

37 = Raġunijiet għat-talba ta' verifika tal-moviment

38 = Azzjonijiet tal-verifika tal-moviment

n..2



Tabella 2

Operazzjonijiet fuq ir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi

(imsemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 4(2) u (3) u fl-Artikolu 6(3))

A

B

C

D

E

F

G

1

ATTRIBUTI

R

 

 

 

 

a

Tip ta' Messaġġ

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Aġġornament tal-operaturi ekonomiċi (Notifika ta' tibdil fid-DK/DR)

2 = Disseminazzjoni ta' aġġornamenti ta' operaturi ekonomiċi

3 = Irkupru ta' operaturi ekonomiċi

4 = Estrazzjoni ta' operaturi ekonomiċi

n1

 

b

Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni

C

— “R” jekk <Tip ta' Messaġġ> tkun “3” jew “4”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara t-Tip ta' Messaġġ fil-Kaxxa 1a)

Il-valur ta' <Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni> huwa uniku għal kull Stat Membru

an..44

2

AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT

O

 

 

999999x

 

a

Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant

R

 

(Ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II)

In-<Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> irid ikun uniku fil-lista tal-<AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>.

an13

 

b

Numru tal-VAT

O

 

 

an..14

 

c

Data tal-Bidu tal-Awtorizzazzjoni

R

 

 

data

 

d

Data tat-Tmiem tal-Awtorizzazzjoni

O

 

 

data

 

e

Kodiċi tat-Tip ta' Operatur

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Magazzinier awtorizzat

2 = Kunsinjatarju rreġistrat

3 = Konsenjatur irreġistrat

Il-valur tal-attribut <Kodiċi tat-Tip ta' Operatur> ma jistax jinbidel wara l-ħolqien tal-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT

n1

 

f

Numru tar-Referenza tal-Uffiċċju tas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 5 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an8

2.1

AZZJONI

R

 

 

 

 

a

Operazzjoni

R

 

Il-valuri possibli huma:

C = Oħloq

U = Aġġorna

I = Invalida

a1

 

b

Data tal-Attivazzjoni

C

— “R” jekk <Operazzjoni> tkun “C” jew “U”

— “O” għall-każijiet l-oħrajn

(ara l-Operazzjoni fil-Kaxxa 2.1 a)

Jekk ma tiddaħħalx <Data tal-Attivazzjoni>, id-Data tal-Attivazzjoni tal-operazzjoni Invalida titqies bħala d-data meta l-operazzjoni Invalida tiġi inkorporata fir-reġistru ċentrali.

data

 

c

Maniġer Responsabbli għad-Dejta

O

 

 

an..35

2.2

ISEM U INDIRIZZ

R

 

 

99x

 

a

Isem

R

 

 

an..182

 

b

NAD_LNG

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

2.2.1

INDIRIZZ

R

 

 

 

 

a

Isem tat-Triq

R

 

 

an..65

 

b

Numru tat-Triq

O

 

 

an..11

 

c

Kodiċi Postali

R

 

 

an..10

 

d

Belt

R

 

 

an..50

 

e

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

2.3

Kodiċi tar-RWOL TAL-OPERATUR

O

 

 

9x

 

a

Kodiċi tar-Rwol tal-Operatur

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Permess li jikkunsinna b'mod dirett

2 = Permess li jħalli l-unitajiet tad-destinazzjoni vojta skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/118/KE.

L-akkoppjamenti <Tip ta' Operatur / Kodiċi tar-Rwol tal-Operatur> huma kif ġej:



TIP TA' OP/OR / RWOL TA' OP/OR

MAGAZZ. AWT.

KUNS/ARJU RREĠ.

KONS/ATUR IRREĠ.

Permess li jikkunsinna b'mod dirett

X

X

 

Permess li jħalli l-unitajiet tad-destinazzjoni vojta skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/118/KE.

X

 

X

n1

2.4

Kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA

C

Għall-inqas wieħed mill-gruppi ta' dejta <kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> jew <kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> irid ikun preżenti

 

999x

 

a

Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II)

Il-<Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa> irid ikun uniku fil-lista tal-<Kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT> jew <MAĦŻEN TAT-TAXXA>

a1

2.5

Kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA

C

Għall-inqas wieħed mill-gruppi ta' dejta <kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> jew <kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> irid ikun preżenti

 

999x

 

a

Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 11 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

Il-<Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa> tal-<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> ma jridx ikun jeżisti fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT> jew <MAĦŻEN TAT-TAXXA>

Il-<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> irid ikun uniku fil-lista tal-<Kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>, <MAĦŻEN TAT-TAXXA>, jew <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>

an..4

2.6

MAĦŻEN TAT-TAXXA (LI JKUN QED JINTUŻA)

C

— “R” jekk <Kodiċi tat-Tip ta' Operatur> tkun “Magazzinier awtorizzat”

— Ma tapplikax għall-każijiet l-oħrajn

(ara l-Kodiċi tat-Tip ta' Operatur fil-Kaxxa 2e)

 

99x

 

a

Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II)

Ir-“Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa” għandha tkun waħda mill-<MAĦŻEN TAT-TAXXA. Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> b'tali mod li teżisti mill-inqas Verżjoni attiva waħda li jkollha l-Intervall tal-Validità tagħha li jinkroċja l-Intervall tal-Validità tal-<AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>, wara d-Data tal-Attivazzjoni ta' din tal-aħħar, b'mill-inqas jum wieħed

Ir-<Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> trid tkun unika fil-lista ta' <MAĦŻEN TAT-TAXXA>.

an13

3

MAĦŻEN TAT-TAXXA

O

 

 

999999x

 

a

Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II)

Ir-<Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> trid tkun unika fil-lista ta' <MAĦŻEN TAT-TAXXA>.

Ir-“Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa” għandha tkun l-istess bħal waħda mill-<MAĦŻEN TAT-TAXXA (LI JKUN QED JINTUŻA). Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa> f'wieħed jew aktar mill-gruppi ta' dejta tal-<AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT> tat-tip “Magazzinier Awtorizzat” li tissodisfa wkoll ir-Regola204

an13

 

b

Data tal-Bidu tal-Validità

R

 

 

data

 

c

Data tat-Tmiem tal-Validità

O

 

 

data

 

d

Numru tar-Referenza tal-Uffiċċju tas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 5 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an8

3.1

AZZJONI

R

 

 

 

 

a

Operazzjoni

R

 

Il-valuri possibli huma:

C = Oħloq

U = Aġġorna

I = Invalida

a1

 

b

Data tal-Attivazzjoni

C

— “R” jekk <Operazzjoni> tkun “C” jew “U”

— “O” għall-każijiet l-oħrajn

(ara l-Operazzjoni fil-Kaxxa 3.1 a)

Jekk ma tiddaħħalx <Data tal-Attivazzjoni>, id-Data tal-Attivazzjoni tal-operazzjoni Invalida titqies bħala d-data meta l-operazzjoni Invalida tiġi inkorporata fir-reġistru ċentrali.

data

 

c

Maniġer Responsabbli għad-Dejta

O

 

 

an..35

3.2

ISEM U INDIRIZZ

R

 

 

99x

 

a

Isem

R

 

 

an..182

 

b

NAD_LNG

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

3.2.1

INDIRIZZ

R

 

 

 

 

a

Isem tat-Triq

R

 

 

an..65

 

b

Numru tat-Triq

O

 

 

an..11

 

c

Kodiċi Postali

R

 

 

an..10

 

d

Belt

R

 

 

an..50

 

e

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

3.4

Kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA

C

Għall-inqas wieħed mill-gruppi ta' dejta <kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> jew <kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> irid ikun preżenti

 

999x

 

a

Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II)

Il-<Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa> irid ikun uniku fil-lista tal-<Kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT> jew <MAĦŻEN TAT-TAXXA>

an1

3.5

Kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA

C

Għall-inqas wieħed mill-gruppi ta' dejta <kodiċi tal-KATEGORIJA TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAS-SISA> jew <kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> irid ikun preżenti

 

999x

 

a

Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 11 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

Il-<Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa> tal-<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> ma jridx ikun jeżisti fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT> jew <MAĦŻEN TAT-TAXXA>

Il-<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> irid ikun uniku fil-lista tal-<Kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>, <MAĦŻEN TAT-TAXXA>, jew <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>

an..4

4

AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA

O

 

 

999999x

 

a

Referenza ta' Awtorizzazzjoni Temporanja

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 2 fl-Anness II)

an13

 

b

Numru tal-Ħruġ ta' Referenza tal-Uffiċċju

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 5 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an8

 

c

Data tal-Iskadenza

R

 

 

data

 

d

Marka ta' Awtorizzazzjoni Temporanja li Tista' Terġa' Tintuża

R

 

Il-valuri possibli huma:

0 = Le jew Falz

1 = Iva jew Veru

n1

 

e

Numru tal-VAT

O

 

 

an..14

 

f

Data tal-Bidu tal-Awtorizzazzjoni

R

 

 

data

 

g

Marka tal-Produttur Żgħir tal-Inbid

O

 

Il-valuri possibli huma:

0 = Le jew Falz

1 = Iva jew Veru

n1

4.1

AZZJONI

R

 

 

 

 

a

Operazzjoni

R

 

Il-valuri possibli huma:

C = Oħloq

U = Aġġorna

I = Invalida

a1

 

b

Data tal-Attivazzjoni

C

— “R” jekk <Operazzjoni> tkun “C” jew “U”

— “O” għall-każijiet l-oħrajn

(ara l-Operazzjoni fil-Kaxxa 4.1a)

Jekk ma tiddaħħalx <Data tal-Attivazzjoni>, id-Data tal-Attivazzjoni tal-operazzjoni Invalida titqies bħala d-data meta l-operazzjoni Invalida tiġi inkorporata fir-reġistru ċentrali.

data

 

c

Maniġer Responsabbli għad-Dejta

O

 

 

an..35

4.2

KUMMERĊJANT Konsenjatur

R

 

 

 

 

a

Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant

C

— “R” jekk <Awtorizzazzjoni Temporanja — marka ta' Produttur Żgħir tal-Inbid> ma tkunx preżenti jew tkun Falza

— “O” għall-każijiet l-oħrajn

Għall-KUMMERĊJANT Konsenjatur

Identifikatur eżistenti <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> fis-sett ta' <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>

Il-<Kodiċi tat-Tip ta' Operatur> tal-imsemmi <KUMMERĊJANT> irid ikun:

— “Magazzinier awtorizzat”; JEW

— “Konsenjatur irreġistrat”

an13

 

b

Isem il-Kummerċjant

R

 

 

an..182

 

c

Isem tat-Triq

R

 

 

an..65

 

d

Numru tat-Triq

O

 

 

an..11

 

e

Kodiċi Postali

R

 

 

an..10

 

f

Belt

R

 

 

an..50

 

g

NAD_LNG

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 1 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

4.3

DETTALJI TA' AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA

R

 

 

999x

 

a

Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 11 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

Il-<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> irid ikun uniku fil-lista tal-<Kodiċi tal-PRODOTT SOĠĠETT GĦAS-SISA> fl-istess <AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊJANT>, <MAĦŻEN TAT-TAXXA>, jew <AWTORIZZAZZJONI TEMPORANJA>

Jekk <Awtorizzazzjoni Temporanja – Produttur Żgħir tal-Inbid> tkun preżenti u tkun Vera ALLURA

<Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa> trid tkun jew:

— “W200”; JEW

— “W300”

an..4

 

b

Kwantità

R

 

 

n..15,3

4.4

ISEM U INDIRIZZ

R

 

 

99x

 

a

Isem

R

 

 

an..182

 

b

NAD_LNG

R

 

(ara l-Anness II, Lista ta' kodiċijiet 1 tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

4.4.1

INDIRIZZ

R

 

 

 

 

a

Isem tat-Triq

R

 

 

an..65

 

b

Numru tat-Triq

O

 

 

an..11

 

c

Kodiċi Postali

R

 

 

an..10

 

d

Belt

R

 

 

an..50

 

e

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2



Tabella 3

Rifjut ta' aġġornamenti tal-operaturi ekonomiċi

(imsemmija fl-Artikolu 4)

A

B

C

D

E

F

G

1

Operazzjonijiet fuq ir-Reġistru tas-Sottomissjoni ta' Messaġġ tal-Operaturi Ekonomiċi

R

 

(Ara t-Tabella 2 għad-dettalji)

 

2

RIFJUT

R

 

 

9999x

 

a

Data u Ħin tar-Rifjut

R

 

 

dataĦin

 

b

Kodiċi tar-Raġuni għar-Rifjut

R

 

Il-valuri possibbli huma:

1 = Operazzjoni nieqsa

2 = Operazzjoni mhux magħrufa

3 = Format ħażin tan-Numru tas-sisa tal-operatur ekonomiku

4 = Format ħażin tar-referenza tal-maħżen tat-taxxa

5 = Format ħażin tal-awtorizzazzjoni temporanja

6 = Format ħażin tan-Numru ta' referenza tal-uffiċċju

7 = Isem nieqes

8 = L-operatur ekonomike diġà jeżisti (ħolqien)

9 = Il-maħżen tat-taxxa diġà jeżisti (ħolqien)

10 = L-awtorizzazzjoni temporanja diġà teżisti (ħolqien)

11 = L-operatur ekonomiku ma nstabx (Aġġornament / Tħassir)

12 = Il-maħżen tat-taxxa ma nstabx (Aġġornament / Tħassir)

13 = L-awtorizzazzjoni temporanja ma nstabitx (Aġġornament / Tħassir)

14 = L-operatur ekonomiku mhux magħruf

18 = Tip ta' operatur nieqes

19 = Tip ta' operatur mhux magħruf

20 = Rwol tal-operatur nieqes

21 = Rwol tal-operatur mhux magħruf

22 = Inkonsistenza bejn it-tip ta'operatur u r-rwol tal-operatur

23 = Format ħażin jew nieqes tad-data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni

24 = Format ħażin jew nieqes tad-data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni

25 = Format ħażin jew nieqes tad-data ta' skadenza

26 = Numru ta' referenza tal-uffiċċju nieqes jew mhux magħruf

27 = Inkonsistenza bejn in-Numru tas-sisa u l-Uffiċċju tas-sisa

28 = Maħżen tat-taxxa ma jistax jappartjeni għal aktar minn magazzinier awtorizzat wieħed

29 = In-numru tas-sisa ta’ magazzinier awtorizzat ma jistax ikun l-istess bħan-numru tas-sisa ta’ operatur ekonomiku, sakemm dan tal-aħħar ma jkunx il-magazzinier awtorizzat tiegħu stess

30 = Kategorija tal-prodott tas-sisa nieqsa

31 = Kategorija tal-prodott tas-sisa mhux magħrufa

32 = Prodott tas-sisa nieqes

33 = Prodott tas-sisa mhux magħruf

34 = Indirizz mhux komplut

35 = Kodiċi tal-lingwa nieqes

36 = Kodiċi tal-lingwa mhux magħruf

37 = Irid jingħata mill-inqas in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks jew l-indirizz elettroniku

38 = Sid/Maniġer tal-maħżen tat-taxxa nieqes

39 = Sid/Maniġer tal-maħżen tat-taxxa mhux magħruf

40 = Is-sid/Il-maniġer tal-maħżen tat-taxxa irid ikun magazzinier

41 = Magazzinier biss jista' jitħalla juża maħżen tat-taxxa

42 = Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa Invlidu (Ksur ta-Regola204)

43 = Magazzinier Awtorizzat li jirreferenza l-Maħżen tat-Taxxa Nieqes (ksur tar-Regola205)

44 = <Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant> nieqes (ksur tal-Cond 157)

45 = Valur invalidu għal <Kodiċi tal-Prodott tas-Sisae> (ksur tar-Regola 212)

n..2

▼M2



Tabella 4

Statistika SEED

(imsemmija fl-Artikolu 7(2))

A

B

C

D

E

F

G

1

ATTRIBUTI

R

 

 

 

 

a

Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni

R

 

Il-valur ta' <Talba għal Identifikatur ta' Korrelazzjoni> huwa uniku għal kull Stat Membru.

an..44

2

STA_PERJODU

R

 

 

 

 

a

Sena

R

 

 

n4

 

b

Semestru

C

Għal 2 b, c, u d:

Dawn it-tliet oqsma tad-dejta huma fakultattivi u esklużivi:

— <Semestru>

— <Kwart>

— <Xahar>

jiġifieri jekk jingħata wieħed minn dawn l-oqsma tad-dejta, allura ż-żewġ oqsma tad-dejta l-oħra ma japplikawx

Il-valuri possibli huma:

1 = L-ewwel semestru

2 = It-tieni semestru

n1

 

c

Kwart

C

Il-valuri possibli huma:

1 = L-ewwel kwart

2 = It-tieni kwart

3 = It-tielet kwart

4 = Ir-raba' kwart

n1

 

d

Xahar

C

Il-valuri possibli huma:

1 = Jannar

2 = Frar

3 = Marzu

4 = April

5 = Mejju

6 = Ġunju

7 = Lulju

8 = Awwissu

9 = Settembru

10 = Ottubru

11 = Novembru

12 = Diċembru

n..2

3

STA_KULL_SM

O

 

 

99x

 

a

Kodiċi tal-Istat Membru

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

a2

 

b

Numru ta' Operaturi Ekonomiċi Attivi

O

 

 

n..15

 

c

Numru ta' Operaturi Ekonomiċi Inattivi

O

 

 

n..15

 

d

Numru ta' Skadenzi Pendenti

O

 

 

n..15

 

e

Numru ta' Mħażen tat-Taxxa

O

 

 

n..15

 

f

Numru ta' Bidliet tal-Awtorizzazzjoni tas-Sisa

O

 

 

n..15

3.1

TIP_TA'_OPERATUR

O

 

 

9x

 

a

Kodiċi tat-Tip ta' Operatur

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Magazzinier awtorizzat

2 = Kunsinjatarju rreġistrat

3 = Konsenjatur irreġistrat

n1

 

b

Numru ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15

3.2

ATTIVITÀ_TA'_KATEGORIJA_TA'_PRODOTT_SOĠĠETT_GĦAS-SISA

O

 

 

9x

 

a

Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II)

a1

 

b

Numru ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15

3.3

ATTIVITÀ_TA'_PRODOTT_SOĠĠETT_GĦAS-SISA

O

 

 

9999x

 

a

Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 11 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an..4

 

b

Numru ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15

4

STA_SM_KOLLHA

O

 

 

 

 

a

Numru Totali ta' Operaturi Ekonomiċi Attivi

O

 

 

n..15

 

b

Numru Totali ta' Operaturi Ekonomiċi Inattivi

O

 

 

n..15

 

c

Numru Totali ta' Skadenzi Pendenti

O

 

 

n..15

 

d

Numru Totali ta' Mħażen tat-Taxxa

O

 

 

n..15

 

e

Numru Totali ta' Bidliet tal-Awtorizzazzjoni tas-Sisa

O

 

 

n..15

4.1

TIP_TA'_OPERATUR_SM_KOLLHA

O

 

 

9x

 

a

Kodiċi tat-Tip ta' Operatur

R

 

Il-valuri possibli huma:

1 = Magazzinier awtorizzat

2 = Kunsinjatarju rreġistrat

3 = Konsenjatur irreġistrat

n1

 

b

Numru Totali ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15

4.2

ATTIVITÀ_TA'_KATEGORIJA_TA'_PRODOTT_SOĠĠETT GĦAS-SISA_SM_KOLLHA

O

 

 

9x

 

a

Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti Soġġetti għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 3 fl-Anness II)

a1

 

b

Numru Totali ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15

4.3

ATTIVITÀ_TA'_PRODOTT_SOĠĠETT GĦAS-SISA_SM_KOLLHA

O

 

 

9999x

 

a

Kodiċi tal-Prodott Soġġett għas-Sisa

R

 

(ara l-Lista ta' kodiċijiet 11 fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009)

an..4

 

b

Numru Totali ta' Operaturi Ekonomiċi

R

 

 

n..15




ANNESS II

LISTA TA' KODIĊIJIET



Lista ta' kodiċijiet 1: Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant/Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa

Unità

Kontenut

Tip ta’ unità

Eżempji

1

Identifikatur tal-SM fejn l-operatur ekonomiku jew il-maħżen tat-taxxa jkun irreġistrat

Alfabetiku 2

PL

2

Kodiċi uniku, assenjat nazzjonalment

Alfanumeriku 11

2005764CL78

L-Unità 1 ittieħdet mil-lista ta’ <STATI MEMBRI> (il-punt 3 tal-Listi ta’ Kodiċijiet, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009,).

L-Unità 2 trid timtela b’identifikatur uniku għall-Operatur irreġistrat tas-sisa (magazzinier awtorizzat, kunsinjatarju rreġistrat u speditur irreġistrat) jew għall-maħżen tat-taxxa. Il-mod kif dan il-valur jiġi assenjat jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, iżda kull Operatur irreġistrat tas-sisa (magazzinier awtorizzat, kunsinjatarju rreġistrat u speditur irreġistrat) u kull maħżen tat-taxxa irid ikollu numru tas-sisa uniku.



Lista ta' kodiċijiet 2: Referenza ta' Awtorizzazzjoni Temporanja

Unità

Kontenut

Tip ta’ unità

Eżempji

1

Identifikatur tal-SM fejn l-operatur ekonomiku jew il-maħżen tat-taxxa ikun irreġistrat

Alfabetiku 2

PL

2

Kodiċi uniku, assenjat nazzjonalment

Alfanumeriku 11

2005764CL78

Ir-referenza ta' awtorizzazzjoni temporanja għandha l-istess struttura bħan-Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant/Referenza tal-Maħżen tat-Taxxa

L-Unità 1 tittieħed mil-lista ta’ <STATI MEMBRI> (il-punt 3 tal-Listi ta’ Kodiċijiet, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 684/2009,).

L-Unità 2 trid timtela b’identifikatur uniku għall-Operatur irreġistrat tas-sisa (magazzinier awtorizzat, kunsinjatarju rreġistrat u speditur irreġistrat) jew għall-maħżen tat-taxxa. Il-mod kif dan il-valur jiġi assenjat jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, iżda kull Operatur irreġistrat tas-sisa (magazzinier awtorizzat, kunsinjatarju rreġistrat u speditur irreġistrat) u kull maħżen tat-taxxa irid ikollu numru tas-sisa uniku.



Lista ta' kodiċijiet 3: Kategorija tal-Prodotti tas-Sisa

Kodiċi tal-Kategorija tal-Prodotti tas-Sisa

Deskrizzjoni

T

Prodotti tat-tabakk manifatturati

B

Birra

W

Inbid u xorb iffermentat li mhuwiex inbid u birra

I

Prodotti intermedji

S

Alkoħol etiliku u spirti

E

Prodotti tal-enerġija

Top