EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0780-20161116

Consolidated text: Deċiżjoni ta ’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (notifikata bid-dokument C(2013) 9166) (2013/780/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/780/2016-11-16

2013D0780 — MT — 16.11.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2013) 9166)

(2013/780/UE)

(ĠU L 346 20.12.2013, p. 61)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2004 notifikata bid-dokument C(2016 tal-14 ta' Novembru 2016

  L 308

62

16.11.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tipprovdi deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2013) 9166)

(2013/780/UE)



Artikolu 1

▼M1

B'deroga mill-Artikolu 13(1)(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jippermettu l-introduzzjoni fit-territorju tagħhom tal-injam isserrat mingħajr qoxra ta' Quercus L. li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka u li hu kopert mill-kodiċi NM u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V ta' dik id-Direttiva, mingħajr ma jkollu miegħu ċertifikat fitosanitarju, dejjem jekk dan l-injam jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub meta jkunu għamlu użu mid-deroga prevista fl-Artiklu 1.

Qabel il-15 ta’ Lulju kull sena l-Istati Membri li jkunu għamlu użu mid-deroga għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra informazzjoni dwar l-għadd ta’ kunsinni impurtati fis-sena preċedenti skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u rapport dettaljat tal-każijiet kollha ta’ interċezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol wara d-data ta’ interċettazzjoni ta’ kull kunsinna introdotta fit-territorju tagħhom skont Artikolu 1 li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

3.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Amerika biex tipprovdilha l-informazzjoni teknika meħtieġa biex tkun tista’ tevalwa l-funzjonament tal-Kiln Drying Hardwood Lumber Certificate (“Certificate of Kiln Drying”).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit- ►M1  31 ta' Diċembru 2026 ◄ .

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

PARTI I

Kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1

Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati li jippermettu fit-territorju tagħhom l-introduzzjoni ta’ injam isserrat mingħajr qoxra ta’ Quercus L., Platanus L. u Acer saccharum Marsh. li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li huwa kopert minn waħda mill-kodiċijiet NM u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I(6) tal-Parti B tal-Anness V tad-Direttiva 2000/29/KE mingħajr ma jkun akkumpanjat minn ċertifikat fitosanitarju, huma dawn li ġejjin:

(1) l-injam għandu jkun manifatturat f’segeriji jew ittrattat f’postijiet approvati u vverifikat mill-US National Hardwood Lumber Association (NHLA) biex jipparteċipa fil-Kiln Drying Sawn Hardwood Lumber Certification Program (“il-programm”);

(2) l-injam għandu jitnixxef bil-forn sakemm jifdallu biss anqas minn 20 % tal-kontenut tal-umdità, espress bħala perċentwal ta’ materja niexfa, li tintlaħaq fi skeda adattata ta’ ħin/temperatura;

(3) ladarba l-kundizzjoni stabbilita fil-punt (2) tiġi ssodisfata, għandha titwaħħal tikketta tal-identità tal-azzar standard ma’ kull lott mill-uffiċjal nominat tas-segerija msemmija fil-punt (1), jew taħt is-superviżjoni tiegħu. Kull tikketta tal-identità għandha tiġi ttimbrata b’“NHLA – KD” flimkien ma’ numru uniku assenjat lil kull lott;

(4) sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (2) u (3) jiġu ssodisfati, l-injam għandu jkun suġġett għal sistema ta’ verifika li tkun ġiet stabbilita skont il-programm u li tinkludi spezzjoni tal-merkanzija qabel titgħabba u l-monitoraġġ f’segeriji approvati mwettaq minn awdituri indipendenti ta’ parti terza ikkwalifikati u awtorizzati għal dak il-għan. L-Animal and Plant Health Inspection Service, US Department of Agriculture għandu jwettaq ta’ sikwit spezzjonijiet qabel titgħabba l-merkanzija u verifiki ta’ kull sitt xhur ta’ rekords tal-NHLA u proċeduri relatati mal-programm, tal-awdituri indipendenti ta’ parti terza, u tas-segeriji u postijiet oħra xierqa li jipparteċipaw fil-programm;

(5) l-injam għandu jkun akkumpanjat minn “Certificate of Kiln Drying” standard li jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti II ta’ dan l-Anness, u li jinħareġ minn persuna jew persuni awtorizzati li jipparteċipaw fil-programm u li huwa vvalidat minn spettur tal-NHLA. Is-Certificate of Kiln Drying għandu jitlesta u għandu jinkludi l-informazzjoni dwar l-ammont ta’ injam isserrat u mingħajr qoxra f’piedi u metri kubi. Iċ-ċertifikat għandu jispeċifika wkoll in-numru totali ta’ lottijiet u kull numru tat-tikketta tal-identità assenjat lil dawk il-lottijiet.

PARTI II

Model of Certificate of Kiln Drying

Agreement No 07-8100-1173-MU

Cert #. xxxxx-xxxxx

CERTIFICATE OF KILN DRYING

Sawn Hardwood Lumber



Lumber Kiln Dried by

Consignee

Name of Company:

Name:

Address:

Address:

City/State/Zip:

City/State/Zip:

Phone:

Country:

Order #:

Port:

Invoice #:

Container #:

Customer PO#:

 

Certificate Standard: This certifies that the lumber described below is of the allowed genera Quercus sp. and/or Platanus sp. and/or the species Acer saccharum and/or Acer macrophyllum; and has met the treatment requirements of the Dry Kiln Operators Manual and is bark free.

Description of Consignment:

Botanical Name of wood:

List species, thickness, grade of various items contained in shipment:



Bundle Numbers

Clip ID Numbers

Board Footage

Cubic Meters

 

 

 

 

Totals:

# Bundles

BdFt

Cubic Meters:

(This document is issued under a program officially approved by the Animal, Plant, Health, and Inspection Service of the U.S. Department of Agriculture. The products covered by this document are subject to pre-shipment inspection by that Agency. No liability shall be attached to the U.S. Department of Agriculture or any representatives of the Department with respect to this certificate.)

AUTHORIZED PERSON RESPONSIBLE FOR CERTIFICATION



Name (Print) _

Title _

I certify that the products described above satisfy the Kiln Drying requirements listed under Certificate Standard and are bark free.

Signature _

Date _

NATIONAL HARDWOOD LUMBER ASSOCIATION VALIDATION



Name (Print)

Authorized Signature

Title

Date

National Hardwood Lumber Association PO Box 34518 | Memphis, TN 38184-0518 | Ph. 901-377-1818 | Fax 901-347-0034 | www.nhla.com

PLEASE SIGN THIS FORM IN BLUE INK

Top