Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0764-20191128

Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2013) 8667) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/764/UE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/764/2019-11-28

02013D0764 — MT — 28.11.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2013) 8667)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/764/UE)

(ĠU L 338 17.12.2013, p. 102)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1898 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-26 ta' Ottubru 2016

  L 293

39

28.10.2016

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1972 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Novembru 2019

  L 307

56

28.11.2019




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2013

dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2013) 8667)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/764/UE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom kif stipulat fl-Anness (“l-Istati Membri kkonċernati”).

Id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjanijiet għat-tilqim ta’ emerġenza kontra dik il-marda, approvati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2001/89/KE.

Artikolu 2

Projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness lejn Stati Membri oħra

1.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-ebda ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness ma jintbagħtu fi Stati Membri oħra jew f’żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru ‘l barra minn dawk elenkati fl-Anness.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta’ ħnieżer ħajjin mill-impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-istess Stat Membru, bil-kundizzjoni li s-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żoni elenkati fl-Anness tkun favorevoli u:

(a) il-ħnieżer jiġu mċaqilqa direttament lejn il-biċċerija biex jinqatlu minnufih; jew

(b) il-ħnieżer kienu nżammu f’impriżi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 4.

▼M1

Artikolu 2a

Id-derogi għad-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin lil Stati Membri oħra f'ċerti każijiet

1.  B'deroga mill-Artikolu 2(1), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' ħnieżer ħajjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness lejn Stati Membri oħra, bil-kundizzjoni li s-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fiż-żoni elenkati fl-Anness tkun favorevoli u l-ħnieżer ikkonċernati nżammu f'impriżi fejn:

 ma jkunx hemm evidenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-12-il xahar ta' qabel fl-impriża kkonċernata u l-impriża tkun tinsab barra minn żona ta' protezzjoni jew ta' sorveljanza stabblita skont id-Direttiva 2001/89/KE,

 il-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 90 jum jew mindu twieldu fl-impriża u ebda ħanżir ħaj ma ddaħħal fl-impriża matul il-perjodu ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ;

 l-impriża timplimenta pjan ta' bijosigurtà approvat mill-awtorità kompetenti,

 l-impriża ġiet soġġetta regolarment u għallinqas kull erba' xhur għal spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha:

 

(i) issegwi l-linji ta' gwida stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE ( 1 );

(ii) tinkludi l-eżami kliniku skont il-proċeduri ta' kontroll u teħid ta' kampjuni stipulati fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE;

(iii) tiċċekkja l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stabbiliti fit-tieni u mir-raba' sas-seba' inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati effettivament; kif ukoll

 l-impriża tkun soġġetta għal pjan ta' sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer implimentata mill-awtorità kompetenti skont il-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-punt F.2 tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE u ttestjar fil-laboratorju b'riżultati negattivi fi żmien xahar qabel it-trasportazzjoni.

2.  Fil-każ ta' ħnieżer ħajjin li jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, għandu jiżdied il-kliem addizzjonali li ġej fuq iċ-ċertifikat korrispondenti tas-saħħa tal-majjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE ( 2 ):

“Ħnieżer konformi mal-Artikolu 2a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE”.

▼B

Artikolu 3

Projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ kunsinji ta’ semen tal-ħnieżer u ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness lejn Stati Membri oħra

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ebda kunsinja ta’ dawn li ġejjin ma tintbagħat mit-territorju tagħhom lejn Stati Membri oħra:

(a) is-semen tal-porċini, sakemm is-semen ma jkunx joriġina minn ħnieżer miżmuma f’ċentru tal-ġbir approvat kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE ( 3 ) u li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b) l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux joriġinaw minn ħnieżer miżmuma f’impriżi li jkunu jinsabu barra ż-żoni elenkati fl-Anness.

Artikolu 4

Id-dispaċċ tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew fihom laħam tal-majjal minn ħnieżer miżmuma f’impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness, jintbagħtu lejn l-Istati Membri l-oħra biss jekk:

jew

(a) il-ħnieżer ikkonċernati nżammu f’impriżi fejn:

 ma jkunx hemm evidenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-12-il xahar ta’ qabel fl-impriża kkonċernata u l-impriża tkun tinsab barra minn żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza stabblita skont id-Direttiva 2001/89/KE,

▼M1

 il-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 90 jum jew mindu twieldu fl-impriża u ebda ħanżir ħaj ma ddaħħal fl-impriża, jew unità tal-produzzjoni separata, matul il-perjodu ta' 30 jum immedjatament qabel id-data tad-dispaċċ lejn il-biċċerija; dan għandu japplika biss għal unitajiet ta' produzzjoni separati fejn il-veterinarju uffiċjali jkun ikkonferma illi l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta' produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għas-sistemazzjoni, iż-żamma u l-għalf, sabiex il-virus ma jkunx jista' jinfirex minn unità tal-produzzjoni waħda għal oħra,

▼B

 l-impriża timplimenta pjan ta’ bijosigurtà approvat mill-awtorità kompetenti,

 l-impriża ġiet soġġetta għallinqas darbtejn fis-sena għal spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha:

 

(i) issegwi l-linji ta’ gwida stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE ( 4 );

(ii) tinkludi l-eżami kliniku skont il-proċeduri ta’ kontroll u teħid ta’ kampjuni stipulati fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE,

▼M1

(iii) jissodisfa minn tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. tiġi ċċekkjata l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri stabbiliti fit-tieni u mir-raba' sas-seba' inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati effettivament; jew

2. f'raġġ ta' 40 km madwar l-ażjenda, sorveljanza fost il-ħnieżer selvaġġi ssir regolarment, u talanqas kull erba' xhur, b'riżultati negattivi skont fl-Parti H tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE u l-ħnieżer maqtulin kollha tal-kunsinna kienu ttestjati b'riżultati negattivi għad-deni klassiku tal-ħnieżer skont il-proċeduri dijanjostiċi stabbiliti fil-Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness mad-Deċiżjoni 2002/106/KE,

▼B

 l- impriża tkun soġġetta għal pjan ta’ sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer implimentata mill-awtorità kompetenti skont il-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-punt F.2 tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE u ttestjar fil-laboratorju b’riżultati negattivi mill-inqas tliet xhur qabel iċ-ċaqliq lejn il-biċċerija, jew

 l- impriża tkun soġġetta għal pjan ta’ sorveljanza tad-deni klassiku tal-ħnieżer implimentata mill-awtorità kompetenti skont il-proċeduri ta’ teħid tal-kampjuni u ttestjar fil-laboratorju stabbiliti fil-punt F.2 tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE b’riżultati negattivi mill-inqas sena qabel iċ-ċaqliq lejn il-biċċerija u qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għad-dispaċċ tal-ħnieżer lejn biċċerija, ikun sar eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punti 1 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE, jew

▼M1

 il-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li jkunu ġejjin minn azjendi tal-ħnieżer li jikkonformaw ma' dan il-punt ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ ġewwa l-Unjoni kif stipulat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 ( 5 ), u l-Parti II taċ-ċertifikat għandha tkun kompluta bis-sentenza li ġejja:

 
“Prodott konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri,”

▼B

jew

(b) il-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet u l-prodotti tal-laħam ikkonċernati:

 jiġu prodotti u pproċessati f’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE,

 huma suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE,

▼M1

 ikollhom magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa xieraq tal-kummerċ intra-Unjoni kif jistabbilixxi r-Regolament (KE) Nru 599/2004 li l-Parti II taċ-ċertifikat tiegħu għandha titkompla bis-sentenza li ġejja:

 
“Prodott konformi mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE tat-13 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri.”

▼B

Artikolu 5

Marki sanitarji speċjali u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li huma magħmula minn, jew fihom, il-laħam tal-majjal minbarra dawk fl-Artikolu 4

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam li jkunu magħmula minn, jew li fihom, il-laħam tal-majjal għajr dawk fl-Artikolu 4, għandhom ikunu mmarkati b’marka sanitarja speċjali li ma tistax tkun ovali u ma tistax tiġi mifxula ma’:

(a) il-marka ta’ identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

(b) il-marka sanitarja għal-laħam frisk tal-majjal imsemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;

Artikolu 6

Rekwiżiti li jikkonċernaw impriżi u vetturi tat-trasport fiż-żoni elenkati fl-Anness

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw:

(a) li d-dispożizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati fl-impriżi tal-ħnieżer li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b) li l-vetturi li ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer miżmuma f’impriżi li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi prova ta’ din id-diżinfezzjoni.

Artikolu 7

Rekwiżiti ta’ tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, dwar ir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer imwettqa fiż-żoni elenkati fl-Anness, kif stipulat fil-pjanijiet għall-qrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer jew fil-pjanijiet tat-tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda approvati mill-Kummissjoni u msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.

Artikolu 8

Konformità

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jippubblikaw b’mod xieraq u minnufih il-miżuri adottati.

Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 9

Revoka

Id-Deċiżjoni 2008/855/KE hija mħassra.

Artikolu 10

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M2  sal-21 ta’ April 2021 ◄ .

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

1.    Il-Bulgarija

It-territorju sħiħ tal-Bulgarija.

▼M2 —————

▼B

3.    Il-Latvja

Fin-novads ta’ Alūksnes il-pagasti ta’ Pededzes u Liepnas.

Fin-novads ta’ Rēzeknes il-pagasti ta’ Pušas, Mākoņkalna u Kaunatas.

Fin-novads ta’ Daugavpils il-pagasti ta’ Dubnas, Višķu, Ambeļu, Biķernieku, Maļinovas, Naujenes, Tabores, Vecsalienas, Salienas, Skrudalienas, Demenes u Laucesas.

Fin-novads ta’ Balvu il-pagasti ta’ Vīksnas, Kubuļu, Balvu, Bērzkalnes, Lazdulejas, Briežuciema, Vectilžas, Tilžas, Krišjāņu u Bērzpils.

Fin-novads ta’ Rugāju il-pagasti ta’ Rugāju u Lazdukalna. Fin-novads ta’ Viļakas il-pagasti ta’ Žiguru, Vecumu, Kupravas, Susāju, Medņevas u Šķilbēnu.

Fin-novads ta’ Baltinavas il-pagasts ta’ Baltinavas.

Fin-novads ta’ Kārsavas il-pagasti ta’ Salnavas, Malnavas, Goliševas, Mērdzenes u Mežvidu. Fin-novads ta’ Ciblas il-pagasti ta’ Pušmucovas, Līdumnieku, Ciblas, Zvirgzdenes u Blontu.

Fin-novads ta’ Ludzas il-pagasti ta’ Ņukšu, Briģu, Isnaudas, Nirzas, Pildas, Rundēnu u Istras.

Fin-novads ta’ Zilupes il-pagasti ta’ Zaļesjes, Lauderu u Pasienes.

Fin-novads ta’ Dagdas il-pagasti ta’ Andzeļu, Ezernieku, Šķaunes, Svariņu, Bērziņu, Ķepovas, Asūnes, Dagdas, Konstantinovas u Andrupenes.

Fin-novads ta’ Aglonas il-pagasti ta’ Kastuļinas, Grāveru, Šķeltovas u Aglonas.

Fin-novads ta’ Krāslavas il-pagasti ta’ Aulejas, Kombuļu, Skaistas, Robežnieku, Indras, Piedrujas, Kalniešu, Krāslavas, Kaplavas, Ūdrīšu u Izvaltas.

4.    Ir-Rumanija

It-territorju sħiħ tar-Rumanija.



( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta' Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).

( 2 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).

( 3 ) Id-Direttiva 90/429/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

( 4 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 l li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 of 30 March 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta' mudell armonizzat ta' ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

Top