This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02013D0654-20161220
Commission Implementing Decision of 12 November 2013 amending Decision 2008/294/EC to include additional access technologies and frequency bands for mobile communications services on aircraft (MCA services) (notified under document C(2013) 7491) (Text with EEA relevance) (2013/654/EU)
Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/654/UE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/654/UE)
02013D0654 — MT — 20.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (notifikata bid-dokument C(2013) 7491) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 303 14.11.2013, p. 48) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 345 |
67 |
20.12.2016 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Novembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)
(notifikata bid-dokument C(2013) 7491)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/654/UE)
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
▼M1 —————
Artikolu 3
Kemm jista’ jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-baned tal-frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness disponibbli għas-servizzi MCA fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni, diment li dawn is-servizzi jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skont it-taqsima 3 tal-Anness.
L-Istati Membri jistgħu jimponu għoli minimu ogħla tat-tħaddim tal-MCA, meta dan ikunu jiġġustifikawh il-kundizzjonijiet nazzjonali topografiċi u tal-użu tan-netwerk fl-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. IL-BANED TAL-FREKWENZA U S-SISTEMI PERMESSI GĦAS-SERVIZZI MCA
Tabella 1
Tip |
Frekwenza |
Sistema |
GSM 1 800 |
1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
UMTS 2 100 (FDD) |
1 920 –1 980 MHz (konnessjoni axxendenti) 2 110 –2 170 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1 EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
LTE 1 800 (FDD) |
1 710 –1 785 MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880 MHz (konnessjoni dixxendenti) |
LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti. |
2. IL-PREVENZJONI TAL-KONNESSJONI TA’ TERMINALI MOBBLI MA’ NETWERKS FL-ART
Waqt il-perjodu meta jkun awtorizzat it-tħaddim tas-servizzi MCA fuq inġenji tal-ajru, it-terminali mobbli li jirċievu fil-baned tal-frekwenza elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ netwerks mobbli fl-art.
Tabella 2
Banda tal-frekwenza (MHz) |
Sistemi fl-art |
460–470 |
CDMA2000, FLASH OFDM |
791–821 |
LTE |
921–960 |
GSM, UMTS, LTE, WiMAX |
1 805 –1 880 |
GSM, UMTS, LTE, WiMAX |
2 110 –2 170 |
UMTS, LTE |
2 570 –2 620 |
UMTS, LTE, WiMAX |
2 620 –2 690 |
UMTS, LTE |
3. IL-PARAMETRI TEKNIĊI
(a) Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru
Tabella 3
L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:
L-għoli ’l fuq mill-art (m) |
Id-densità e.i.r.p massima prodotta mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, fuq barra tal-inġenji tal-ajru |
|||||
460–470 MHz |
791–821 MHz |
921–960 MHz |
1 805 –1 880 MHz |
2 110 –2 170 MHz |
2 570 –2 690 MHz |
|
dBm/1,25 MHz |
dBm/10 MHz |
dBm/200 kHz |
dBm/200 kHz |
dBm/3,84 MHz |
dBm/4,75 MHz |
|
3 000 |
-17,0 |
0,87 |
-19,0 |
-13,0 |
1,0 |
1,9 |
4 000 |
-14,5 |
1,63 |
-16,5 |
-10,5 |
3,5 |
4,4 |
5 000 |
-12,6 |
3,57 |
-14,5 |
-8,5 |
5,4 |
6,3 |
6 000 |
-11,0 |
5,15 |
-12,9 |
-6,9 |
7,0 |
7,9 |
7 000 |
-9,6 |
6,49 |
-11,6 |
-5,6 |
8,3 |
9,3 |
8 000 |
-8,5 |
7,65 |
-10,5 |
-4,4 |
9,5 |
10,4 |
(b) Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord
Tabella 4
L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:
L-għoli ’l fuq mill-art (m) |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBM/200 kHz |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBM/5 MHz |
L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBM/3,84 MHz |
GSM 1 800 MHz |
LTE 1 800 MHz |
UMTS 2 100 MHz |
|
3 000 |
-3,3 |
1,7 |
3,1 |
4 000 |
-1,1 |
3,9 |
5,6 |
5 000 |
0,5 |
5 |
7 |
6 000 |
1,8 |
5 |
7 |
7 000 |
2,9 |
5 |
7 |
8 000 |
3,8 |
5 |
7 |
(c) Il-kundizzjonijiet operattivi
I. L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA imħaddma għandu jkun 3 000 metru.
II. Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess tal-bidu.
III. Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni.
IV. Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ – 6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-għoxrin.