Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0354-20230701

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/354/2023-07-01

    02013D0354 — MT — 01.07.2023 — 010.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/354/PESK

    tat-3 ta’ Lulju 2013

    dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    (ĠU L 185 4.7.2013, p. 12)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014

      L 201

    28

    10.7.2014

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1064 tat-2 ta' Lulju 2015

      L 174

    21

    3.7.2015

    ►M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1108 tas-7 ta' Lulju 2016

      L 183

    65

    8.7.2016

    ►M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1194 tal-4 ta' Lulju 2017

      L 172

    13

    5.7.2017

    ►M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/942 tad-29 ta' Ġunju 2018

      L 166

    17

    3.7.2018

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1114 tat-28 ta' Ġunju 2019

      L 176

    5

    1.7.2019

    ►M7

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/902 tad-29 ta’ Ġunju 2020

      L 207

    30

    30.6.2020

    ►M8

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1066 tat-28 ta’ Ġunju 2021

      L 229

    13

    29.6.2021

    ►M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1018 tas-27 ta’ Ġunju 2022

      L 170

    76

    28.6.2022

    ►M10

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1302 tas-26 ta’ Ġunju 2023

      L 161

    62

    27.6.2023


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 287, 1.10.2014, p.  32 (2014/447/PESK)




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/354/PESK

    tat-3 ta’ Lulju 2013

    dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)



    Artikolu 1

    Missjoni

    1.  
    Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani, minn hawn ‘il quddiem imsejħa EUPOL COPPS, stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK, ser titkompla mill-1 ta’ Lulju 2013.
    2.  
    L-EUPOL COPPS għandha topera skont id-dikjarazzjoni tal-missjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2.

    ▼M1

    Artikolu 2

    Dikjarazzjoni tal-Missjoni

    L-EUPOL COPPS għandha tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi u arranġamenti ta' ġustizzja kriminali usa' taħt sjieda Palestinjana f'konformità mal-aqwa standards internazzjonali, f'kooperazzjoni mal-programmi tal-Unjoni għall-bini tal-istituzzjonijiet kif ukoll sforzi internazzjonali oħra fil-kuntest usa' tas-Settur tas-Sigurtà inkluż ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali.

    Għal dak il-għan l-EUPOL COPPS għandha:

    — 
    Tassisti lill-Pulizija Ċivili Palestinjana (PĊP), f'konformità mal-Istrateġija tas-Settur tas-Sigurtà tal-PĊP, fl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku billi tagħti parir u tiggwida, b'mod partikolari lill-uffiċjali għolja fil-livelli tad-Distrett, tal-Kwartieri Ġenerali u Ministerjali,
    — 
    Tassisti, billi tagħti parir u tiggwida inkluż f'livell Ministerjali, lill-Istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Kriminali u l-Assoċjazzjoni tal-Avukatura Palestinjana fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Settur tal-Ġustizzja kif ukoll il-pjanijiet istituzzjonali differenti marbutin magħha,
    — 
    Tikkoordina, tiffaċilita u tipprovdi parir, kif adatt, dwar assistenza u proġetti implimentati mill-Unjoni, l-Istati Membri u pajjiżi terzi relatati mal-PĊP u l-istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Kriminali u tidentifika u timplimenta proġetti tagħha stess, f'oqsma rilevanti għall-EU COPPS u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.

    ▼B

    Article 3

    Reviżjoni

    Proċess ta' reviżjoni ta' kull sitt xhur, skont il-kriterji ta' valutazzjoni stabbiliti fil-Kunċett tal-Operat (CONOPS) u l-Pjan tal-Operat (OPLAN) u li jieħu kont tal-iżviluppi fil-post, ser iservi biex isiru aġġustamenti kif meħtieġa fid-daqs u l-kamp ta' applikazzjoni tal-EUPOL COPPS.

    Artikolu 4

    Linja ta' kmand u struttura

    1.  
    L-EUPOL COPPS għandu jkollha linja ta' kmand unifikata, bħala operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet.
    2.  
    L-EUPOL COPPS għandha tkun strutturata f'konformità mad-dokument tal-ippjanar tagħha.

    Artikolu 5

    Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili

    1.  
    Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUPOL COPPS.
    2.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUPOL COPPS fil-livell strateġiku.
    3.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jassigura, fir-rigward tat-tmexxija tal-operazzjonijiet, l-implimentazzjoni kif suppost u effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
    4.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.
    5.  
    Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa' taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat li ssekondah f'konformità mar-regoli nazzjonali, tal-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Dawk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, it-timijiet u l-unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
    6.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jkollu responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta' diliġenza tal-Unjoni jiġi attwat korrettament.
    7.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

    Artikolu 6

    Kap tal-Missjoni

    1.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jassumi responsabbilità u jeżerċita kmand u kontroll tal-Missjoni fil-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
    2.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun rappreżentant tal-Missjoni. Il-Kap tal-Missjoni jista' jiddelega kompiti ta’ ġestjoni fi kwistjonijiet ta' persunal u finanzjarji lil membri tal-persunal tal-Missjoni, taħt ir-responsabbiltà ġenerali tiegħu/tagħha.
    3.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, it-timijiet u l-unitajiet minn Stati kontribwenti kif assenjati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluż fuq l-assi, ir-riżorsi u l-informazzjoni li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Missjoni.
    4.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jagħti istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-Missjoni, għat-tmexxija effettiva tal-EUPOL COPPS fil-post tal-operazzjoni, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta' kuljum tagħha, billi jimxi fuq l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
    5.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinarju fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, is-setgħat dixxiplinarji għandhom jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE.
    6.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta l-EUPOL COPPS fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adegwata tal-Missjoni.
    7.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, kif meħtieġ, ma' atturi oħra tal-Unjoni fuq il-post. Il-Kap tal-Missjoni għandu, mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand, jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani b'konsultazzjoni mal-Kapijiet tad-Delegazzjoni tal-Unjoni rilevanti.

    ▼M7

    8.  
    Is-Sur Kauko AALTOMAA għandu jkun il-Kap tal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020.

    ▼B

    Artikolu 7

    Persunal tal-EUPOL COPPS

    1.  
    Il-kwantità u l-kompetenzi tal-persunal tal-EUPOL COPPS għandhom ikunu konsistenti mal-istqarrija tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u l-istruttura stabbilita fl-Artikolu 4.
    2.  
    Il-persunal tal-EUPOL COPPS għandu jikkonsisti primarjament minn persunal issekondat mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE. Kull Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE għandu jerfa’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe persunal sekondat minnha, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances ta’ kuljum applikabbli, kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.
    3.  
    L-EUPOL COPPS tista' wkoll tirrekluta persunal internazzjonali jew lokali fuq bażi kuntrattwali jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux jistgħu jiġu provduti minn persunal issekondat mill-Istati Membri, istituzzjonijiet tal-Unjoni jew is-SEAE.
    4.  
    Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUPOL COPPS u l-membri tal-persunal ikkonċernat.
    5.  
    Stati Terzi jistgħu wkoll, kif meħtieġ, jissekondaw persunal għall-missjoni. Kull Stat terz li jissekonda, għandu jġorr l-ispejjeż relatati mal-persunal kollu sekondat minnu, inkluż salarji, kopertura medika, allowances, assigurazzjoni ta' riskju għoli u spejjeż tal-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni.

    Artikolu 8

    Status tal-persunal tal-EUPOL COPPS

    1.  
    Meta meħtieġ, l-istatus tal-persunal tal-EUPOL COPPS, inkluż, fejn adatt, il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-EUPOL COPPS, għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim konkluż skont l-Artikolu 37 TUE u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
    2.  
    L-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE li jissekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli li jwieġbu għal kwalunkwe talba marbuta mal-issekondar, minn jew li tikkonċerna l-membru tal-persunal. L-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew is-SEAE għandhom ikunu responsabbli mill-istituzzjoni ta' kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna ssekondata.

    Artikolu 9

    Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

    1.  
    Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 TUE. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u sabiex jiġu emendati il-CONOPS u l-OPLAN. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-Missjoni għandhom jibqgħu f'idejn il-Kunsill.
    2.  
    Il-KPS għandu jirraporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
    3.  
    Il-KPS għandu jirċievi fuq bażi regolari u kif meħtieġ rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u l-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom.

    Artikolu 10

    Parteċipazzjoni ta' Stati terzi

    1.  
    Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-qafas instituzzjonali uniku tagħha, l-Istati Terzi jistgħu jiġu mistiedna biex jikkontribwixxu għall-EUPOL COPPS sakemm iħallsu l-ispejjeż biex jibgħatu l-persunal sekondat minnhom, inkluż is-salarji, il-kopertura medika, l-allowances, l-assigurazzjoni kontra r-riskji kbar, u l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn u miż-żona tal-missjoni, u jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ kuljum tal-EUPOL COPPS, kif xieraq.
    2.  
    L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-EUPOL COPPS għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fil-ġestjoni ta' kuljum tal-missjoni bħall-Istati Membri.
    3.  
    Il-Kunsill b'dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta' Kontributuri.
    4.  
    L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta' Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim konkluż f'konformità mal-Artikolu 37 TUE u arranġamenti tekniċi addizzjonali kif meħtieġ. Fejn l-Unjoni u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat terz fl-operazzjonijiet tal-Unjoni ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EUPOL COPPS.

    Artikolu 11

    Sigurtà

    1.  
    Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu, f'konformità mal-Artikolu 5, jidderiġi lill-Kap tal-Missjoni fl-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà, u għandu jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom mill-EUPOL COPPS.
    2.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-EUPOL COPPS u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta' sigurtà applikabbli għall-EUPOL COPPS, f'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-TUE, u l-istrumenti ta' sostenn tiegħu.
    3.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-SEAE.
    4.  
    Il-persunal tal-EUPOL COPPS għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel ma jibda dmirijietu, f'konformità mal-OPLAN. Għandu wkoll jingħatalu taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO.

    ▼M1

    5.  
    Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE ( 1 ).

    ▼M1

    Artikolu 11a

    Arranġamenti legali

    L-EUPOL COPPS għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tikkonkludi kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi mill-assi u tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha, u li tkun parti għal proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.

    ▼M1

    Artikolu 12

    Arranġamenti finanzjarji

    ▼M2

    1.  
    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun EUR 9 570 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun EUR 9 820 000 .

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun EUR 9 175 000 .

    ▼M3

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017 għandu jkun EUR 10 320 000 .

    ▼M4

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun EUR 12 372 000 .

    ▼M5

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2018 sat-30 ta' Ġunju 2019 għandu jkun EUR 12 666 633 .

    ▼M6

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2019 sat-30 ta' Ġunju 2020 għandu jkun ta' EUR 12 430 000 .

    ▼M7

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 għandu jkun ta’ EUR 12 651 893,91 .

    ▼M8

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022 għandu jkun ta’ EUR 12 600 000 .

    ▼M9

    3L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma’ EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023 għandu jkun EUR 11 660 000 .

    ▼M10

    L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUPOL COPPS għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2024 għandu jkun EUR 11 360 000 .

    ▼M1

    2.  
    In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini ta' Stati terzi għandu jkollhom permess iressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-EUPOL COPPS tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' Stati Membri, ma' Stati ospitanti, ma' Stati terzi parteċipanti u ma' atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta' tagħmir, servizzi u uffiċċji lill-EUPOL COPPS.
    3.  
    L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha. Għal dan il-għan, l-EUPOL COPPS għandha tiffirma ftehim mal-Kummissjoni.
    4.  
    L-EUPOL COPPS għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe talba u obbligu li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta' Lulju 2014, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe talba relatata mal-imġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu/għandha jkollu/jkollha responsabbiltà.
    5.  
    L-implimentazzjoni tal-arranġamenti finanzjarji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-linja ta' kmand kif previst fl-Artikoli 4, 5 u 6 u r-rekwiżiti operazzjonali tal-EUPOL COPPS, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha.

    ▼C1

    6.  
    In-nefqa għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Lulju 2014.

    ▼M2

    Artikolu 12a

    Ċellula ta' proġetti

    1.  
    EUPOL COPPS għandha jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma konsistenti mal-objettivi tal-Missjoni u li tiffaċilita t-twettiq tal-mandat. EUPOL COPPS għandha, kif adatt, tiffaċilita u tagħti pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u minn Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma relatati ma' EUPOL COPPS u b'appoġġ għall-objettivi tagħha.
    2.  

    Soġġetta għall-paragrafu 3, EUPOL COPPS għandha tkun awtorizzata li tagħmel rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni u l-Istati Membri jew l-Istati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra ta' EUPOL COPPS, fejn il-proġetti jkunu:

    (a) 

    previsti fid-dikjarazzjoni finanzjarja relatata ma' din id-Deċiżjoni; jew

    (b) 

    integrati matul il-mandat permezz ta' emenda tad-dikjarazzjoni finanzjarja fuq talba tal-Kap tal-Missjoni.

    Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu formalment ipproponew li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita minn EUPOL COPPS, EUPOL COPPS għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

    L-Istati kontribwenti fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati.

    3.  
    Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, l-Istati Membri jew l-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.

    ▼B

    Artikolu 13

    Rilaxx ta' informazzjoni

    1.  
    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif adatt u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad- ►M1  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ .
    2.  
    Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kwalunkwe informazzjoni u dokument ikklassifikat tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad- ►M1  Deċiżjoni 2013/488/UE ◄ . L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitfasslu għal dan il-għan.
    3.  
    Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni u lill-awtoritajiet lokali, kwalunkwe dokument mhux ikklassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-EUPOL COPPS u li jkun kopert bl-obbligu ta' segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ( 2 ).
    4.  
    Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1, 2 u 3, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 2 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tar-RGħ, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni.

    Artikolu 14

    Għassa

    Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUPOL COPPS.

    Artikolu 15

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

    ▼M10

    Hija għandha tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2024.



    ( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

    ( 2 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

    Top