EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0183-20141009

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat- 22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/183(1)/2014-10-09

2013D0183 — MT — 09.10.2014 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/183/PESK

tat-22 ta’ April 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK

(ĠU L 111, 23.4.2013, p.52)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/212/PESK tal-14 ta' April 2014

  L 111

79

15.4.2014

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/700/PESK tat-8 ta' Ottubru 2014

  L 293

34

9.10.2014




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/183/PESK

tat-22 ta’ April 2013

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/800/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea ( 1 ) (ir-'RDPK') li, fost l-oħrajn, implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ('UNSCR') 1718 (2006) u 1874 (2009).

(2)

Fid-19 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/860/PESK ( 2 ) li emendat id-Deċiżjoni 2010/800/PESK.

(3)

Fit-12 ta' Frar 2013, ir-RDPK wettqet prova nukleari, bi ksur tal-obbligi internazzjonali tagħha skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009) u 2087 (2013), u li tirrappreżenta theddida serja għall-paċi u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali.

(4)

Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/88/PESK ( 3 ) li emendat id-Deċiżjoni 2010/800/PESK u li fost l-oħrajn implimentat il-UNSCR 2087 (2013).

(5)

Fis-7 ta' Marzu 2013, Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta il-UNSCR 2094 (2013), fejn ikkundanna bil-qawwa t-test nukleari imwettaq mir-RDPK fit-12 ta' Frar 2013 bi ksur u b'nuqqas sfaċċat ta' osservanza tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU.

(6)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2094 (2013) testendi l-obbligu ta' prevenzjoni ta' kwalunkwe trasferiment lejn ir-RDPK ta' taħriġ tekniku, pariri, servizzi jew assistenza kif impost mill-paragrafu 8(c) tal-UNSCR 1718 (2006) ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija kif imsemmi fil-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013) u ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 22 ta' dik ir-Riżoluzzjoni, u tinnota li dawn il-miżuri japplikaw ukoll għal senserija jew servizzi intermedjarji.

(7)

Il-UNSCR 2094 (2013) testendi wkoll ir-restrizzjonijiet finanzjarji previsti mill-paragrafu 8 (d) tal-UNSCR 1718 (2006) għal persuni u entitajiet addizzjonali u għal persuni u entitajiet li jaġixxu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuni u entitajiet nominati, u għal entitajiet fil-pussess tagħhom jew ikkontrollati minnhom.

(8)

Il-UNSCR 2094 (2013) testendi wkoll ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar previsti mill-paragrafu 8 (e) tal-UNSCR 1718 (2006) għal persuni addizzjonali u għal persuni li jaġixxu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuni nominati.

(9)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2094 (2013) tistabbilixxi li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar previsti mill-paragrafu 8 (e) tal-UNSCR 1718 (2006) għandhom japplikaw ukoll għal persuni li l-Istat jiddetermina li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità nominata, jew li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013).

(10)

Il-UNSCR 2094 (2013) tiddetermina wkoll li ċittadin tar-RDPK li jaħdem f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità, nominata jew li qed jassisti fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013), għandu jitkeċċa.

(11)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2094 (2013) tiddeċiedi li l-Istati għandhom jipprevjenu l-forniment ta' servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorji tagħhom ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus, fir-rigward tal-attivitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013), jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet.

(12)

Il-UNSCR 2094 (2013) tappella wkoll lill-Istati biex jieħdu miżuri biex fit-territorji tagħhom jipprojbixxu l-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ġodda tal-banek tar-RDPK u biex jipprojbixxu lill-banek tar-RDPK milli jistabbilixxu intrapriżi konġunti ġodda jew milli jieħdu interess titolari fi, jew jistabbilixxu jew iżommu relazzjonijiet korrispondenti mal-banek fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Bl-istess mod, l-Istati għandhom jieħdu miżuri biex jipprojbixxu l-ftuħ ta' uffiċċji sussidjarji jew ta' rappreżentanza jew ta' kontijiet bankarji fir-RDPK minn banek fit-territorji tagħhom jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

(13)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2094 (2013) tipprojbixxi l-forniment ta' appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013), jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet.

(14)

Il-UNSCR 2094 (2013) timponi wkoll obbligu ta' ispezzjoni fuq il-merkanzija kollha li toriġina mir-RDPK, jew li hija destinata għar-RDPK, jew intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew miċ-ċittadini tagħha, jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-merkanzija fiha oġġetti pprojbiti. Fejn bastiment jirrifjuta ispezzjoni, dan ma jitħalliex jidħol.

(15)

Il-UNSCR 2094 (2013) tappella wkoll lill-Istati biex jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru milli jitlaq minn, jinżel fi jew jgħaddi minn fuq it-territorju tagħhom, jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti pprojbiti.

(16)

Il-UNSCR 2094 (2013) testendi wkoll il-projbizzjoni fuq il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' ċerti oġġetti u teknoloġija militari kif stabbilit fil-paragrafi 8 (a) u (b) tal-UNSCR 1718 (2006) għal oġġetti u teknoloġija addizzjonali.

(17)

Barra minn hekk, il-UNSCR 2094 (2013) tappella wkoll lill-Istati biex jipprevjenu l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn jew mir-RDPK jew miċ-ċittadini tagħha ta' kwalunkwe oġġett jekk l-Istat jiddetermina li tali oġġett jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013).

(18)

Il-UNSCR 2094 (2013) tiċċara t-terminu "oġġetti ta' lussu".

(19)

Il-UNSCR 2094 (2013) tappella wkoll lill-Istati kollha biex jeżerċitaw viġilanza aħjar tal-persunal diplomatiku tar-RDPK.

(20)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata skont dawn id-drittijiet u prinċipji,

(21)

Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(22)

Għall-finijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2010/800/PESK għandha titħassar u tiġi sostitwita b’Deċiżjoni ġdida.

(23)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.  Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

(a) armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

(b) l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-beni u t-teknoloġija kollha kif stabbiliti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) ('il-Kumitat tas-Sanzjonijiet') skont il-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013) u l-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

(c) ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, li għandhom jinkludu l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ( 4 ). L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni;

(d) ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b’din id-dispożizzjoni;

(e) kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jiġu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.  Għandu wkoll ikun ipprojbiti li:

(a) jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, jew servizzi intermedjarji oħrajn, relatati ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(b) tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti u teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti u teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(c) li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li tkun evitata l-projbizzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

3.  L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri, ta’ oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta’ taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, għall-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu, għall-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll lil, minn jew għal persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

Artikolu 3

Il-konsenja ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 4

Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'din id-dispożizzjoni.



KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 5

L-Istati Membri m’għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta’ krediti, garanziji jew assigurazzjoni ta’ esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista’ jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet jew minn din id-Deċiżjoni.



KAPITOLU III

SETTUR FINANZJARJU

Artikolu 6

L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali, u jekk possibbli, li jtemmuhom.

Artikolu 7

1.  Sabiex jiġi impedut l-għoti tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta’ jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta’ kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet jew minn din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw sorveljanza msaħħa, f'konformità mal-awtoritajiet nazzjonali u l-leġislazzjoni tagħhom, tal-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma’:

(a) banek domiċiljati fir-RDPK;

(b) fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV;

(c) fergħat u sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness V; u

(d) entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif elenkati fl-Anness IV,

sabiex jiġi evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva.

2.  Għall-finijiet ta' hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom ma' entitajiet finanzjarji mniżżla fil-paragrafu 1, biex:

(a) jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b) jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas assoċjati mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-transazzjoni inkwistjoni jimtlew; u jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, it-transazzjoni tiġi rrifjutata;

(c) iżommu r-rekords kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u dawn għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta mitluba;

(d) jekk huma jissuspettaw jew ikollhom bażi raġjonevoli li jissuspettaw li l-fondi huma relatati mal-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħrajn tal-qerda massiva, jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorita kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità oħra kompetenti għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta’ żmien f’waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta’ rapporti dwar transazzjonijiet ta’ suspett.

Artikolu 8

1.  Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ġodda ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1), fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.

2.  Għandu jkun projbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 7(1):

(a) li jistabbilixxu intrapriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(b) li jieħdu interess titolari f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(c) li jistabbilixxu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(d) li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri jekk l-Istati Membri jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li dan jista' jikkontribwixxi għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn projbiti mir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1718(2006), 1874(2009), 2087(2013) jew 2094(2013) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni ta' miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.

3.  L-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.

Artikolu 9

Il-bejgħ jew ix-xiri dirett jew indirett, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara t-18 ta' Frar 2013 lil u mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fir-RDPK kif ukoll kwalunkwe persuna u entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.



KAPITOLU IV

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 10

1.  F’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u konsistenti mal-liġi internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun fi transitu fit-territorju tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew miċ-ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inklużi l-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew skont din id-Deċiżjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, permezz ta' ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2.

4.  Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn jew mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

5.  F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment u l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).

6.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li rrifjuta li jippermetti ispezzjoni wara li tali ispezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, jew jekk kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK jkun irrifjuta li jiġi ispezzjonat skont l-Artikolu 12 tal-UNSCR 1874 (2009).

7.  Il-paragrafu 6 m'għandux japplika fejn ikun meħtieġ dħul għal skopijiet ta' ispezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-port ta' oriġini tiegħu.

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jtir, jinżel u jgħaddi minn fuq it-territorju tagħhom, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.

Artikolu 12

L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta’ servizzi ta’ bunkering, servizzi ta’ forniment lill-bastimenti, jew manutenzjoni oħra ta’ bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġjonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta’ tali servizzi mhuwiex meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma ġietx spezzjonata, u kkonfiskata u disponuta jekk ikun meħtieġ, f’konformità mal- Artikolu 10 (1), (2) u (5).



KAPITOLU V

RESTRIZZJONIJIET FUQ AMMISSJONI U RESIDENZA

Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a) il-persuni maħturin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta’ politika tar-RDPK, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta’ programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħra tal-qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I.

(b) il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II:

(i) li huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, inkluż permezz ta’ appoġġ jew promozzjoni jew persuni li jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

(ii) li jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva,

(iii) li huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

(c) il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.  Il-paragrafu 1(a) m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013).

3.  Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

4.  Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejjħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.  Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.  Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 4 jew 5.

7.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 (b) fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

8.  Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.  Il-paragrafu 1(c) m'għandux japplika fil-każ ta' transitu tar-rappreżentanzi tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jagħmlu negozju man-Nazzjonijiet Uniti.

10.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 7 u 9 Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

11.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom ta' individwi li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' individwu jew entità indikati kif elenkati fl-Anness I.

Artikolu 14

1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini tar-RDPK li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, jew dawk li huma jiddeterminaw li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'konsistenza mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal skopijiet mediċi, ta' sigurtà jew umanitarji oħrajn.



KAPITOLU VI

IFFRIŻAR TA’ FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 15

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a) il-persuni u l-entitajiet nnominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, kif elenkat fl-Anness I;

(b) il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I, kif elenkat fl-Anness II:

(i) li huma responsabbli għal, inkluż permezz ta appoġġ jew promozzjoni ta', programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ jew kkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti,

(ii) li jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom,

(iii) li huma involuti, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva;

(c) il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni tas-sanzjonijiet jew li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni u lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; jew

(c) maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi,

wara n-notifika fejn adatt mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijietfi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.  Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa għal spejjeż straordinarji. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika u jikseb l-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew

(b) is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. Fejn adatt l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

5.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlas dovut taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew inqalgħu qabel l-14 ta' Ottubru 2006,

bil-kondizzjoni li tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.



KAPITOLU VII

MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta’ ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, ta’ dixxipplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta’ proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ twassil ta’ armi nukleari.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex it-tali individwi jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU jew minn din id-Deċiżjoni.



KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 18

Ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont UNSCR 1718 (2006), UNSCR 1874 (2009), UNSCR 2087 (2013) u UNSCR 2094 (2013), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II jew III, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 19

1.  Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Anness II jew III u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 20

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 15(1), huwa għandu jemenda l-Anness II jew III kif opportun.

3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

Artikolu 21

1.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Anness I.

2.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 22

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b’mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew b'kont meħud tar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

▼M1

2.  Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 15(1) għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.

▼B

Artikolu 23

Id-Deċiżjoni 2010/800/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 24

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I

▼M1

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a)



A.  Persuni

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju.

▼M2

2.

Ri Je-son

Isem bil-Korean:

image;

Isem biċ-Ċiniż:

image

magħruf ukoll bħala Ri Che Son

Imwieled fl-1938

16.7.2009

Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Qabel kien Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (General Bureau of Atomic Energy — GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Yongbyon u l-Korporazzjoni tal-Kummerċ Namchongang.

▼B

3.

Hwang Sok-hwa

 
 

16.7.2009

Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 
 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

6.

Paek Chang-Ho

Pak Chang-Ho;

Paek Ch’ang-Ho

Passaport: 381420754;

Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7 ta’ Diċembru 2011;

Data meta jiskadi l-Passaport: 7 ta' Diċembru 2016;

Data tat-Twelid 18 ta' Ġunju 1964;

Post tat-Twelid Kaesong, RDPK

22.1.2013

Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali.

▼M1

7.

Chang Myong- Chin

Jang Myong-Jin

Data tat-twelid 19 ta' Frar 1968;

Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966

22.1.2013

Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' illanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012.

8.

Ra Ky'ong-Su

Ra Kyung-Su

Data tat-twelid 4 ta' Ġunju 1954;

Passaport: 645120196

22.1.2013

Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

9.

Kim Kwang-il

 

Data tat-twelid 1 ta' Settembru 1969;

Passaport: PS381420397

22.1.2013

Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie inkluż mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

▼B

10.

Yo’n Cho’ng Nam

 
 

7.3.2013

Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

11.

Ko Ch’o’l-Chae

 
 

7.3.2013

Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi ul-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Mun Cho’ng-Ch’o’l

 
 

7.3.2013

Mun Cho’ng-Ch’o’l huwa uffiċjali ta' TCB. F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie nominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.



B.  Entitajiet

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala RDPKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

Central District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot'onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala NCG; magħrufa wkoll bħala NAMCHONGANG TRADING; magħrufa wkoll bħala NAM CHON GANG ·CORPORATION; magħrufa wkoll bħala NOMCHONGANG TRADING CO.; magħrufa wkoll bħala NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġeneralital-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattati għal programm ta’ arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta’ Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran.

16.7.2009

Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn magħżulin mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.

9.

Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali

Kumitat ta' RDPK għat-Teknoloġija Spazjali; Dipartiment tat-Teknoloġija Spazjali tar-RDPK; Kumitat għat-Teknoloġija Spazjali; KCST

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Kumitat Korean għat-Teknoloġija Spazjali (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u fit-12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae.

10.

Bank of East Land

Dongbang Bank; Tongbang U’Nhaeng; Tongbang Bank

P.O. Box 32,Bini BEL,Jonseung-Dung,Distrett ta' Moranbong, Pyongyang, RDPK

22.1.2013

L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lil Bank Sepah fir-riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2012.

11.

Korea Kumryong Trading Corporation

 
 

22.1.2013

Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armiu l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Tosong Technology Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija azzjonarja ta' Tosong Technology Trading Corporation. Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

▼M1

13.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery; Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company

Tongan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Mangungdae- gu, Pyongyang, DPRK; Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK.

Indirizzi tal-posta elettronika: ryonha@silibank.com; sjc-117@hotmail.com; u millim@silibank.com

Numri tat-telefon: 850-2-18111; 850-2-18111-8642; u 850 2 18111-3818642

Numru tal-fax: 850-2-381-4410

22.1.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

▼M2

14.

Leader (Hong Kong) International

Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited

LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China.

22.1.2013

Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

▼B

15.

Green Pine Associated Corporation

Cho’ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch’o’ngsong Yo’nhap; Chosun Chawo’n Kaebal T’uja Hoesa; Jindallae; Ku’mhaeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp’il Company

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, RDPK;

Nungrado, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”) assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armiu materjal relatat esportat mir-RDPK.

Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża.

16.

Amroggang Development Banking Corporation

Amroggang Development Bank; Amnokkang Development Bank

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Tanchon Commercial Bank ġie nominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

17.

Korea Heungjin Trading Company

Hunjin Trading Co.; Korea Henjin Trading Co.; Korea Hengjin Trading Company

Pyongyang, RDPK.

2.5.2012

Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta'oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċju ta' akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonalitar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà inkluda lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

18.

Second Academy of Natural Sciences

2nd Academy of Natural Sciences; Che 2 Chayon Kwahakwon; Academy of Natural Sciences; Chayon Kwahak-Won; National Defense Academy; Kukpang Kwahak-Won; Second Academy of Natural Sciences Research Institute; Sansri

Pyongyang, RDPK

7.3.2013

Is-Second Academy of Natural Sciences hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tar-RDPK, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Is-Second Academy of Natural Sciences tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tar-RDPK. Korea Tangun Trading Corporation tfasslet mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'Lulju 2009 u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, tal-armi ta' qerda massiva u ta' programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

19.

Korea Complex Equipment Import Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

7.3.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Complex Equipment Import Corporation. Korea Ryonbong General Corporation kienet inkluża mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat ta' RDPK.

▼M2

20.

Ocean Maritime Management Company, Limited

(OMM)

 

Donghung Dong, Central District, PO BOX 120, Pyongyang, DPRK;

Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang.

28.7.2014

Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru OMI: 1790183) huwa l-operatur/maniġer tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-Riżoluzzjonijiet.

▼B




ANNESS II

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 13(1)(b) u ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 15(1)(b)

I.

Persuni u entitajiet responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma’ armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

A.    Persuni



 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

▼M1 —————

▼B

2.

CHON Chi Bu

 

Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

3.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: bejn l-1928 u l-1933

Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża.

4.

CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang)

Data tat-twelid: 1934 (Manchuria, Ċina)

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

▼M2 —————

▼B

6.

KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun

Data tat-twelid: 4.3.1935

Numru tal-passaport: 554410660

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari.

7.

O Kuk-Ryo

Data tat-twelid: 1931 (provinċja ta' Jilin, Ċina)

Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku.

8.

PAEK Se-bong

Data tat-twelid: 1946

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża.

9.

PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong

Data tat-twelid: 1933

Numru tal-passaport: 554410661

Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

10.

PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip)

Data tat-twelid: 20.9.1929

Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.09.2005)

President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

11.

RYOM Yong

 

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali.

12.

SO Sang-kuk

Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

13.

Logutenent Ġenerali Kim Yong Chol (magħruf ukoll bħala: Kim Yong-Chol; Kim Young-Chol; Kim Young-Cheol; Kim Young-Chul)

Data tat-twelid: 1946

Post: Pyongan-Pukto, il-Korea ta' Fuq

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

14.

Pak To-Chun

Data tat-twelid: 9 ta' Marzu 1944

Post tat-twelid: Jagang, Rangrim

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u ta' lanċatur tar-rokits tar-RDPK.

B.    Entitajiet



 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

1.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). jopera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

2.

Korea Taesong Trading Company

Post: Pyongyang

Entità bbażata f'Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

3.

Korean Ryengwang Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq

Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

4.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ċentrali tal-programm ta' missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jiddirieġi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġiet indikata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Huwa organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tal-Korea ta' Fuq, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Huwa juża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex jikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża l-Korea Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tal-Korea ta' Fuq.

5.

Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp.)

 

Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku.

6.

Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon

 

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

7.

Hesong Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Mining Development Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Involuta f'fornimenti b'użu potenzjali fi programm ta' missili ballistiċi.

▼M1 —————

▼B

9.

Korea International Chemical Joint Venture Company (alias Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation)

Hamhung, South Hamgyong Province, RDPK;

Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, RDPK;

Mangyungdae-gu, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

10.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

Ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009): konglomerat tad-difiża li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u appoġġ għal bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż

11.

Munitions Industry Department (magħruf ukoll bħala: Military Supplies Industry Department)

Pyongyang, RDPK

Responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-industriji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż is-Second Economic Committee (SEC) u KOMID. Dan jinkludi s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq.

Sa reċenti, kien immexxi minn Jon Pyong Ho. L-informazzjoni tissuġġerixxi li l-ex l-ewwel viċi direttur ta' Munitions Industry Department (MID) Chu Kyu-ch’ang (Ju Gyu-chang) issa huwa d-direttur tal-MID, li pubblikament jirreferu għalih bħala Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-sorveljanza fil-5 ta' April, 2009 tal-isparar tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) u fl-Lulju 2006 l-isparar li ma rnexxiex ta' ta' TD-2.

12.

Reconnaissance General Bureau (RGB) (magħruf ukoll bħala: Chongch’al Ch’ongguk; RGB; KPA Unit 586)

Hyongjesan-Guyok, Pyongyang, Korea ta' Fuq;

Nungrado, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-Korea ta' Fuq, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Dan jaqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hu primarjament inkarigat mill-ġbir ta' intelligence militari. L-RGB hu involut fil-kummerċ ta' armi konvenzjonali u jikkontrolla l-intrapriża tal-Korea ta' Fuq ta' armi konvenzjonali nnominata mill-UE bħala Green Pine Associated Corporation (Green Pine).

II.

Persuni u entitajiet li jagħtu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

A.    Persuni



 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

1.

JON Il-chun

Data tat-twelid: 24.8.1941

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fis-State Development Bank.

2.

KIM Tong-un

 

Ex-direttur tal-"Office 39" tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

3.

Kim Tong-Myo'ng (magħruf ukoll bħala: Kim Chin-so'k)

Data tat-twelid: 1964,

Ċittadinanza: Korea ta' Fuq.

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (innominat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1718 f'April 2009). Kim Dong Myong kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon sa mill-inqas l-2002, hu attwalment il-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-użu tal-psewdonimu Kim Chin-so'k.

B.    Entitajiet



 

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

1.

Korea Daesong Bank (magħruf ukoll bħala: Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank)

Indirizz: Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, PyongyangNumru tat-telefon: 850 2 381 8221Numru tat-telefon: 8502- 18111 Ext.Fax: 850 2 381 4576

L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq hija direttament issubordinata għall-Office 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation (magħruf ukoll bħala: Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation)

Indirizz: Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, PyongyangTelefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208Telefon: 850 2 381 8208/4188Fax: 850 2 381 4431/4432

Kumpannija li hija ssubordinata għall-Office 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Office 39.

Id-Direttur tal-Uffċċju 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.'

3.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC) (magħruf ukoll bħala: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

Subordinat li taġixxi f'isem ta' jew taħt id-direzzjoni ta', proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Korea Ryonbong General Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009). Tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ kemm għal Tanchon Commercial Bank (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) kif ukoll għal Korea Hyoksin Trading Corporation (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'Lulju 2009). Sa mill-2008, Tanchon qed juża l-KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal milljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (innominata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet UNSCR 1718 f'April 2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009. Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU ddiskrevewh bħala li kien involut fl-iżvilupp ta' armi ta' distruzzjoni massiva, fittex li juża l-KKBC f'konnessjoni max-xiri fl-2008 ta' tagħmir b'użu doppju. Il-KKBC għandu mill-inqas fergħa bflarranija f'Dandong, iċ-Ċina.

4.

Office 39 of The Korean Workers’ Party (a.k.a.: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor Division 39.)

Second KWP Government Building (bil-Korean: Ch’o’ngsa), Chungso’ng, Urban Tower (Korean’Dong), Chung Ward, Pyongyang, North Korea;

Chung-Guyok (Central District), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang, North Korea;

Changgwang Street, Pyongyang, Korea ta' Fuq.

Office 39 tal-Korean Workers’ Party hu involut f'attività ekonomika illeċita b'appoġġ għall-gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon li jiġbru u jamministraw fondi u hu responsabbli għall-qligħ ta' munita barranija għat-tmexxija għolja tal-Korean Workers’ Party tal-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta' narkotiċi. Office 39 jikkontrolla numru ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u fl-esteru li permezz tagħhom iwettaq għadd ta' attivitajiet illeċiti inklużi l-produzzjoni, il-kuntrabandu, u d-distribuzzjoni ta' narkotiċi. Office 39 kien ukoll involut f'attentat ta' akkwist u trasferiment ta' oġġetti lussużi lejn il-Korea ta' Fuq. Office 39 jidher fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti bil-kompitu li jakkwistaw munita u merkanzija. Hu mifhum li kien taħt il-kmand tal-mejjet Kim Jong-il. Dan jikkontrolla diversi kumpanniji kummerċjali li xi wħud minnhom huma attivi f'attivitajiet illeċiti, fosthom Daesong General Bureau, parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpanniji tal-pajjiż. Skont xi sorsi, Office 39 għandu uffiċċju ta' rappreżentanza f'Ruma, Beijing, Bangkok, Singapore, Hongkong u Dubai. Għall-barrani, office 39 jibdel l-isem u d-dehra regolarment. Id-direttur ta' Office 39, JON il-chun, diġà hu mniżżel fil-lista ta' sanzjonijiet tal-UE.

Office 39 ipproduċa l-metamfetamina f'Sangwon, South Pyongan Province u kien involut ukoll fid-distribuzzjoni tal-metamfetamina lil kuntrabandisti fuq skala żgħira tal-Korea ta' Fuq għad-distribuzzjoni miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel. Office 39 jopera wkoll azjendi għat-tkabbir tal-peprin fin-North Hamkyo’ng Province u n-North Pyongan Province u jipproduċi l-oppju u l-eroina f'Hamhu’ng u Nachin. Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat li ma irnexxiex, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq - miċ-Ċina - żewġ jottijiet lussużi magħmulin fl-Italja li jiswew aktar minn 15-il miljun dollaru. It-tentattiv biex jiġu esportati l-jottijiet destinati għall-mejjet Kim Jong-il li twqqaf mill-awtoritajiet Taljani kien bi ksur tas-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korea ta' Fuq taħt il-UNSCR 1718 li jirrikjedu b'mod speċifiku lill-Istati Membri li jimpedixxu l-provvista, il-bejgħ, jew it-trasferiment ta' oġġetti lussużi lill-Korea ta' Fuq. Office 39 qabel uża l-Banco Delta Asia għall-ħasil ta' rikavati illeċiti. Banco Delta Asia kien identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala “intrapriża primarja għall-ħasil tal-flus” taħt it-Taqsima 311 tal-PATRIOT Act tal-Istati Uniti għax dan kien jirrappreżenta riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u reati finanzjarji oħrajn.

III.

Il-persuni u l-entitajiet li huma involuti fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjali, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva

A    Persuni

B    Entitajiet




ANNESS III

Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 13(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 15(1)




ANNESS IV

Lista ta' fergħat u sussidjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1)




ANNESS V

Lista ta' fergħat, u sussidjarji u entitajiet finanzjarji msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 7(1)



( 1 ) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.

( 2 ) ĠU L 338, 21.12.2011, p. 56.

( 3 ) ĠU L 46, 19.2.2013, p. 28.

( 4 ) ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

Top