Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013D0115-20170907

    Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Frar 2013 dwar il-Manwal Sirene u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (notifikata bid-dokument numru C(2013) 1043) (It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż biss huma awtentiċi) (2013/115/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/115/2017-09-07

    02013D0115 — MT — 07.09.2017 — 003.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Frar 2013

    dwar il-Manwal Sirene u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    (notifikata bid-dokument numru C(2013) 1043)

    (It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż biss huma awtentiċi)

    (2013/115/UE)

    (ĠU L 071 14.3.2013, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/219 notifikata bid-dokument C(2015 tad-29 ta' Jannar 2015

      L 44

    75

    18.2.2015

     M2

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1209 notifikata bid-dokument C(2016 tat-12 ta' Lulju 2016

      L 203

    35

    28.7.2016

    ►M3

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1528 notifikata bid-dokument C(2017 tal-31 ta' Awwissu 2017

      L 231

    6

    7.9.2017




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Frar 2013

    dwar il-Manwal Sirene u miżuri implimentattivi oħra għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    (notifikata bid-dokument numru C(2013) 1043)

    (It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż biss huma awtentiċi)

    (2013/115/UE)



    Artikolu 1

    Il-Manwal Sirene u miżuri oħra ta’ implimentazzjoni għas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), għandhom ikunu stipulati fl-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu. Dawn għandhom ikunu applikabbli għall-persunal involut f’operazzjonijiet Sirene kif ukoll għall-utenti kollha tas-SIS II.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2008/333/KE u 2008/334/ĠAI huma revokati.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

    Għandha tapplika mid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw lill-gvernijiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1 + skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq.

    ▼M3




    ANNESS

    Il-manwal sirene u miżuri oħra ta' implimentazzjoni għas-sistema ta' informazzjoni ta' schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    WERREJ

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-UFFIĊĊJI SIRENE U L-INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI

    1.1.

    L-Uffiċċju SIRENE

    1.2.

    Il-Manwal SIRENE

    1.3.

    L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE

    1.4.

    Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prassi (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen)

    1.5.

    Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea

    1.5.1.

    Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali

    1.6.

    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol

    1.7.

    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust

    1.8.

    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol

    1.8.1.

    Il-prijorità tat-twissijiet tas-SIS II fuq it-twissijiet tal-Interpol

    1.8.2.

    L-għażla tal-mezz ta' komunikazzjoni

    1.8.3.

    L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen

    1.8.4.

    Hit u tħassir ta' twissija

    1.8.5.

    Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol

    1.9.

    Standards

    1.9.1.

    Disponibbiltà

    1.9.2.

    Kontinwità

    1.9.3.

    Kunfidenzjalità

    1.9.4.

    Aċċessibbiltà

    1.10.

    Komunikazzjoni

    1.10.1.

    Il-lingwa tal-komunikazzjoni

    1.10.2.

    Skambju ta' Dejta bejn Uffiċċji SIRENE

    1.10.3.

    Netwerk, messaġġi u kaxxi postali

    1.10.4.

    Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

    1.11.

    Il-ktieb tal-indirizzi SIRENE (SIRENE Address Book — SAB)

    1.12.

    Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE

    1.13.

    Limitu taż-żmien għar-risposta

    1.13.1.

    Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit

    1.14.

    Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni

    1.15.

    Kwalità tad-dejta

    1.16.

    Arkivjar

    1.17.

    Persunal

    1.17.1.

    Il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

    1.17.2.

    Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP)

    1.17.3.

    Għarfien

    1.17.4.

    Taħriġ

    1.17.5.

    Skambju ta' persunal

    2.

    PROĊEDURI ĠENERALI

    2.1.

    Definizzjonijiet

    2.2.

    Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.2.1.

    Kompatibbiltà tat-twissijiet

    2.2.2.

    Ordni tal-prijorità tat-twissijiet

    2.2.3.

    Kontrolli għall-inkompatibbiltà u għad-dħul ta' twissijiet multipli

    2.2.4.

    Is-sitwazzjoni speċjali tar-Renju Unit u l-Irlanda

    2.3.

    L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

    2.4.

    Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II)

    2.5.

    Il-proċedura ta' rappurtar għal tqabbiliet ta' marki tas-swaba' meta l-marki tas-swaba' jittellgħu l-ewwel darba jew meta jsiru tfixxijiet bl-użu tal-marki tas-swaba'

    2.6.

    L-ipproċessar ta' dejta mhux għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.7.

    L-immarkar b'bandiera

    2.7.1.

    Introduzzjoni

    2.7.2.

    Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera

    2.7.3.

    Talba biex titħassar marka ta' bandiera

    2.8.

    Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment mhux korretta (Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.9.

    Id-dritt ta' aċċess u rettifika tad-dejta (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.9.1.

    Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta'

    2.9.2.

    Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra

    2.9.3.

    Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra

    2.10.

    Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

    2.11.

    Dħul ta' ismijiet proprji

    2.12.

    Kategoriji differenti ta' identità

    2.12.1.

    Identità użata ħażin (Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u 51 tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.12.2.

    Id-dħul ta' psewdonimu

    2.12.3.

    Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna

    2.13.

    Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi

    2.13.1.

    Regoli ta' tħaddim

    2.14.

    Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II

    2.14.1.

    Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar

    2.14.2.

    Skambju ta' marki tas-swaba' u ritratti

    2.14.3.

    Rekwiżiti tekniċi

    2.14.4.

    Format u kwalità ta' dejta bijometrika

    2.15.

    Tipi speċjali ta' tiftix

    2.15.1.

    Tiftix immirat b'mod ġeografiku

    2.15.2.

    Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet speċjali tal-pulizija għal tfittxija mmirata (FAST)

    3.

    TWISSIJIET TA' ARREST GĦAL FINIJIET TA' KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (L-ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    3.1.

    Dħul ta' twissija

    3.2.

    Twissijiet multipli

    3.3.

    Identità użata ħażin

    3.4.

    Dħul ta' psewdonimu

    3.5.

    Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat lill-Istati Membri

    3.5.1.

    Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest provviżorju

    3.6.

    Żieda ta' marka ta' bandiera

    3.6.1.

    Talba sistematika biex tiżdied marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fejn id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI ( 1 ) ma tapplikax

    3.7.

    Azzjoni mill-Uffiċċji SIRENE mal-wasla ta' twissija ta' arrest

    3.8.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    3.9.

    Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar konsenja jew estradizzjoni

    3.10.

    Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar it-tranżitu minn Stat Membru ieħor

    3.11.

    Tħassir ta' twissijiet wara konsenja jew estradizzjoni

    4.

    TWISSIJIET TA' ĊAĦDA TA' DĦUL JEW TA' PERMANENZA (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II)

    4.1.

    Dħul ta' twissija

    4.2.

    Twissijiet multipli

    4.3.

    Identità użata ħażin

    4.4.

    Dħul ta' psewdonimu

    4.5.

    Skambju ta' informazzjoni fil-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi

    4.5.1

    Proċeduri speċjali skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen

    4.5.2.

    Proċeduri speċjali skont l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

    4.6.

    Regoli komuni dwar proċeduri msemmija fit-Taqsima 4.5

    4.7.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit u meta jiġi rrifjutat dħul jew issir tkeċċija miż-żona Schengen

    4.8.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu

    4.9.

    Skambju ta' informazzjoni jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut tad-dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu

    4.10.

    Twissijiet ta' tħassir għal ċaħda għal dħul jew permanenza

    5.

    TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    5.1.

    Twissijiet multipli

    5.2.

    Identità użata ħażin

    5.3.

    Dħul ta' psewdonimu

    5.4.

    Żieda ta' marka ta' bandiera

    5.5.

    Għoti ta' dettall deskrittiv dwar minorenni neqsin u persuni oħrajn ivvalutati bħala li qegħdin f'riskju

    5.6.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    5.7.

    Tħassir ta' twissijiet dwar persuni nieqsa

    5.7.1.

    Minorenni

    5.7.2.

    Adulti fejn l-ebda miżuri protettivi ma huma mitluba

    5.7.3.

    Adulti, b'talba għal miżuri protettivi

    6.

    TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (L-ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    6.1.

    Twissijiet multipli

    6.2.

    Identità użata ħażin

    6.3.

    Dħul ta' psewdonimu

    6.4.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    6.5.

    Tħassir ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja

    7.

    TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (L-ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    7.1.

    Twissijiet multipli

    7.2.

    Identità użata ħażin

    7.3.

    Dħul ta' psewdonimu

    7.4.

    Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet

    7.5.

    Il-mili sħiħ tal-kaxxa “tip ta' reat” meta jinħarġu twissijiet

    7.6.

    Żieda ta' marka ta' bandiera

    7.7.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    7.8.

    Tħassir ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi

    7.9.

    Sistemi ta' rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (ANPR)

    8.

    TWISSIJIET DWAR SEKWERSTRU TA' OĠĠETTI JEW BIEX JINTUŻAW BĦALA PROVA (L-ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    8.1.

    Twissijiet multipli

    8.2.

    Twissijiet dwar vetturi

    8.2.1.

    Kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura

    8.2.2.

    VIN-doppji

    8.3.

    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    8.4.

    Tħassir ta' twissijiet dwar oġġetti għal sekwestru jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali

    9.

    SISTEMI TA' RIKONOXXIMENT AWTOMATIKU TAL-PJANĊI (ANPR)

    10.

    STATISTIKA

    INTRODUZZJONI

    Iż-żona Schengen

    Fl-14 ta' Ġunju 1985, il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tan-Netherlands ffirmaw ftehim f'Schengen, belt żgħira fil-Lussemburgu, bil-għan li “(…) iċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri interni b'mod ħieles (…)” u biex tkun tista' ssir “ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti u s-servizzi”.

    Il-ħames pajjiżi fundaturi ffirmaw il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ( 2 ) fid-19 ta' Ġunju 1990, u aktar tard ingħaqdu magħhom ir-Repubblika Taljana fis-27 ta' Novembru 1990, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-25 ta' Ġunju 1991, ir-Repubblika Ellenika fis-6 ta' Novembru 1992, ir-Repubblika tal-Awstrija fit-28 ta' April 1995 u r-Renju tad-Danimarka, ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Finlandja fid-19 ta' Diċembru 1996.

    Sussegwentement, mis-26 ta' Marzu 1995, l-acquis ta' Schengen kien applikat b'mod sħiħ fil-Belġju, fil-Ġermanja, fi Franza, fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fi Spanja u fil-Portugall ( 3 ). Mill-31 ta' Marzu 1998, fl-Awstrija u fl-Italja ( 4 ); mis-26 ta' Marzu 2000, fil-Ġreċja ( 5 ) u fl-aħħar, mill-25 ta' Marzu 2001, l-acquis ta' Schengen beda japplika kollu fin-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja ( 6 ).

    Ir-Renju Unit u l-Irlanda jieħdu parti biss f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont id-Deċiżjoni 2000/365/KE u d-Deċiżjoni 2002/192/KE rispettivament.

    Fil-każ tar-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li r-Renju Unit xtaq li jieħu parti fihom (bl-eċċezzjoni tas-SIS) japplikaw mill-1 ta' Jannar 2005 ( 7 ).

    L-acquis ta' Schengen ġie inkorporat fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-protokolli annessi mat-Trattat ta' Amsterdam ( 8 ) fl-1999. Fit-12 ta' Mejju 1999 ġiet adottata Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew mid-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen.

    Mill-1 ta' Mejju 2004, l-acquis ta' Schengen, kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea bil-Protokoll mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Protokoll ta' Schengen), u l-atti li jibnu fuqu jew b'mod ieħor għandhom x'jaqsmu miegħu, jorbtu lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka. Dawn l-Istati Membri saru membri sħaħ taż-żona Schengen fil-21 ta' Diċembru 2007.

    Ċipru huwa firmatarju tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen iżda jgawdi deroga bl-Att tal-Adeżjoni tiegħu tal-2003.

    Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007; minn din id-data huma ntrabtu bl-acquis ta' Schengen u bl-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, bid-deroga prevista fl-Att ta' Adeżjoni tagħhom tal-2005.

    Il-Kroazja daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Hija tapplika l-acquis ta' Schengen bid-deroga prevista fl-Att ta' Adeżjoni tagħha tal-2011.

    Xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen japplikaw mal-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-UE. Dispożizzjonijiet oħra japplikaw biss f'dawn l-Istati Membri skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-fini. Fl-aħħar nett, il-Kunsill jieħu deċiżjoni fuq it-tneħħija tal-kontrolli tal-fruntieri wara verifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet konċernati kollha tal-acquis ikunu ntlaħħqu fl-Istat Membru inkwistjoni, skont il-proċeduri ta' evalwazzjoni applikabbli ta' Schengen u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

    Ċerti pajjiżi Ewropej oħra ngħaqdu fiż-żona Schengen. Ir-Renju tan-Norveġja u r-Repubblika tal-Iżlanda kkonkludew Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Istati Membri fit-18 ta' Mejju 1999 ( 9 ) sabiex jissieħbu fil-Konvenzjoni ta' Schengen.

    Fl-2004, il-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat ftehim mal-Unjoni Ewropea u mal-Komunità Ewropea rigward l-assoċjazzjoni tagħha mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen ( 10 ), li abbażi tiegħu saret membru taż-żona Schengen fit-12 ta' Diċembru 2008.

    Fuq il-bażi tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen ( 11 ) iffirmat fl-2008, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein saret membru taż-żona Schengen fid-19 ta' Diċembru 2011.

    Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

    Is-SIS II, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ir-Regolament SIS II) u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI (id-Deċiżjoni SIS II) (flimkien ma': l-istrumenti legali tas-SIS II) kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jikkostitwixxu sistema komuni ta' informazzjoni li tippermetti l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex jikkooperaw billi jiskambjaw informazzjoni, u hija għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-istrumenti daħħlu fis-seħħ fid-9 ta' April 2013 u rrevokaw it-Titolu IV tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen. Is-SIS II tieħu post is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tal-ewwel ġenerazzjoni li bdiet taħdem fl-1995 u kienet estiża fl-2005 u l-2007.

    L-għan tas-SIS II kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-atti legali tas-SIS II huwa “(…) li jkun żgurat livell għoli ta' sigurtà fi ħdan żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, u li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV ta' Parti III tat-Trattat (KE) [li issa sar it-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] relatati mal-moviment tal-persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta' informazzjoni komunikata permezz ta' din is-sistema”.

    B'konformità mal-istrumenti legali tas-SIS II, permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni awtomatizzata, is-SIS II se tipprovdi aċċess għal twissijiet dwar persuni u oġġetti lill-awtoritajiet li ġejjin:

    (a) l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri, skont ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

    (b) l-awtoritajiet li jwettqu u li jikkoordinaw kontrolli oħrajn tal-pulizija u tad-dwana fil-pajjiż;

    (c) l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali u l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom;

    (d) l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ tal-viżi, l-awtoritajiet ċentrali responsabbli mill-eżami tal-applikazzjonijiet għall-viża, l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ tal-permessi ta' residenza u mill-amministrazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mal-moviment tal-persuni;

    (e) l-awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (skont ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006.

    F'konformità mad-Deċiżjoni SIS II, l-Europol u l-Eurojust ukoll għandhom aċċess għal ċerti kategoriji ta' twissijiet.

    Is-SIS II hija magħmula mill-komponenti li ġejjin:

    1. sistema ċentrali (is-SIS II Ċentrali) magħmula minn:

    (a) funzjoni ta' għajnuna teknika (CS-SIS) li fiha bażi tad-dejta (il-bażi tad-dejta SIS II);

    (b) interfaċċa nazzjonali uniformi (NI-SIS);

    2. sistema nazzjonali (N.SIS II) f'kull Stat Membru, li tkun tikkonsisti minn sistemi nazzjonali ta' dejta li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N.SIS II jista' jkollha fajl ta' dejta (kopja nazzjonali), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tal-bażi tad-dejta tas-SIS II;

    3. infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għad-dejta tas-SIS II u għall-iskambju tad-dejta bejn l-Uffiċċji SIRENE kif definit hawn taħt.

    1.   L-UFFIĊĊJI SIRENE U L-INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI

    1.1.    L-Uffiċċju SIRENE

    Is-SIS II fiha biss l-informazzjoni indispensabbli (jiġifieri dejta ta' twissija) li tippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna jew ta' oġġett u tal-azzjoni meħtieġa li trid tittieħed. Barra minn hekk, skont l-istrumenti legali tas-SIS II, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni supplimentari li jkollha x'taqsam mat-twissija li tkun meħtieġa biex ikunu implimentati ċerti dispożiżżjonijiet previsti mill-istrumenti legali tas-SIS II, u biex is-SIS II tiffunzjona sewwa, fuq bażi bilaterali jew multilaterali.

    Din l-istruttura, mibnija biex tieħu ħsieb l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari, ingħatat l-isem ta' “SIRENE”, li huwa akronimu tad-definizzjoni tal-istruttura bl-Ingliż: Supplementary Information Request at the National Entries.

    “Uffiċċju SIRENE” nazzjonali għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skont l-Artikolu Komuni 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II. Dan għandu jservi bħala punt ta' kuntatt waħdieni għall-Istati Membri, ikun kompletament operattiv 24 siegħa kuljum, għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari f'konnessjoni mad-dħul ta' twissijiet u biex jippermetti li tittieħed azzjoni xierqa f'każijiet fejn persuni u oġġetti jkunu ddaħħlu fis-SIS II u jinstabu b'riżultat ta' hit. Il-kompiti ewlenin tal-Uffiċċji SIRENE jinkludu ( 14 ) l-iżgurar li l-iskambju tal-informazzjoni supplimentari kollha jkun skont ir-rekwiżiti ta' dan il-Manwal SIRENE, kif previst fl-Artikolu 8 komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II għall-iskopijiet li ġejjin:

    (a) biex l-Istati Membri jitħallew jikkonsultaw jew jgħarrfu lil xulxin waqt li jkunu qed idaħħlu twissija (pereż. meta jdaħħlu twissijiet ta' arrest);

    (b) wara li jkun hemm hit, biex tkun tista' tittieħed l-azzjoni xierqa (pereż. tqabbil ta' twissija);

    (c) meta l-azzjoni mitluba ma tkunx tista' tittieħed (pereż. iż-żieda ta' marka ta' bandiera);

    (d) meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-dejta tas-SIS II (pereż. meta d-dejta tkun iddaħħlet illegalment jew tkun fattwalment mhux preċiża), inkluża l-validazzjoni tat-twissijiet li jkunu ħerġin u l-verifika tat-twissijiet li jkunu deħlin, jekk dan ikun provdut mil-liġi nazzjonali;

    (e) meta jkunu qed jitqiesu l-kompatibbiltà u l-prijorità tat-twissijiet (pereż. meta wieħed ikun qed jara jekk hemmx twissijiet multipli);

    (f) meta jkunu qed jiġu ttrattati d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, b'mod partikolari d-dritt tal-aċċess għad-dejta.

    L-Istati Membri huma mħeġġa jorganizzaw il-korpi nazzjonali kollha responsabbli għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, b'mod strutturat sabiex jevitaw il-kunflitti ta' kompetenza u d-duplikazzjoni tax-xogħol.

    1.2.    Il-Manwal SIRENE

    Il-Manwal SIRENE huwa sett ta' struzzjonijiet li jiddeskrivi fid-dettall ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw l-iskambju bilaterali jew multilaterali tal-informazzjoni supplimentari.

    1.3.    L-Appendiċi għal dan il-Manwal SIRENE

    Billi ċerti regoli ta' natura teknika għandhom impatt dirett fuq ix-xogħol tal-utenti fl-Istati Membri, inklużi l-Uffiċċji SIRENE, huwa xieraq li dawn ir-regoli jiġu inklużi fil-Manwal SIRENE. Għalhekk l-Appendiċijiet ta' dan il-Manwal stabilixxew, fost l-oħrajn, regoli dwar it-tranżlitterazzjoni, it-tabelli tal-kodiċi, il-formoli għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni supplimentari u miżuri tekniċi oħra ta' implimentazzjoni għall-ipproċessar tad-dejta.

    1.4.    Katalogu ta' rakkomandazzjonijiet għall-applikazzjoni korretta tal-acquis ta' Schengen u l-aħjar prassi (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen)

    Il-katalgu jservi biex jipprovdi rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti legalment u l-aħjar prassi għall-Istati Membri fid-dawl tal-esperjenza. Iservi wkoll bħala għodda ta' referenza għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni korretta tal-istrumenti legali tas-SIS II. Għalhekk, għandu, kemm jista' jkun, jiġi segwit.

    1.5.    Rwol tal-Uffiċċji SIRENE fil-kooperazzjoni bejn il-pulizija fl-Unjoni Ewropea

    L-iskambju ta' informazzjoni supplimentari ma jippreġudikax il-kompiti fdati lill-Uffiċċji SIRENE fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija mil-liġi nazzjonali li timplimenta strumenti legali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

    L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jiġu fdati b'kompiti addizzjonali, b'mod partikolari mil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, sa fejn dawn ma ġewx sostitwiti mid-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI, mill-Artikolu 40 jew 41 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew jekk l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-assistenza legali reċiproka.

    Jekk Uffiċċju SIRENE jirċievi talba mingħand uffiċċju SIRENE ieħor li tmur lil hinn mill-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali, huwa għandu immedjatament jgħaddiha lill-awtorità kompetenti u għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba bl-azzjoni tiegħu. Jekk ikun neċessarju, huwa għandu jipprovdi appoġġ lill-Uffiċċju SIRENE li jkun għamel it-talba sabiex jiffaċilita l-komunikazzjoni.

    1.5.1.    Trasferiment ta' dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali

    Skont l-Artikolu 39 tar-Regolament SIS II u 54 tad-Deċiżjoni SIS II, dejta pproċessata fis-SIS II għall-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ strumenti legali ma tkunx trasferita jew disponibbli għal pajjiżi terzi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali. Din il-projbizzjoni tapplika għat-trasferiment ta' informazzjoni supplimentari lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Artikolu 55 tad-Deċiżjoni tas-SIS II jipprevedi deroga minn din ir-regola ġenerali dwar l-iskambju mal-Interpol ta' dejta dwar serq, miżapproprazzjoni, telf ta' passaporti jew passaporti invalidati, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    1.6.    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol

    Il-Europol għandha d-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 36 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. L-Europol tista' titlob għal aktar informazzjoni mingħand l-Istati Membri konċernati skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Europol ( 15 ). F'konformità mal-liġi nazzjonali, huwa rakkomandat bil-qawwa li għandha tkun stabbilita kooperazzjoni mal-Unità Nazzjonali tal-Europol (ENU) biex ikun żgurat li l-Uffiċċju Sirene jkun mgħarraf b'kull skambju ta' informazzjoni supplimentari bejn il-Europol u l-ENU dwar it-twissijiet fis-SIS II. F'każijiet eċċezzjonali fejn il-komunikazzjoni f'livell nazzjonali dwar it-twissijiet tas-SIS II issir mill-ENU, il-partijiet kollha fil-komunikazzjoni, speċjalment l-Uffiċċju SIRENE, għandhom ikunu konxji dwar dan il-fatt sabiex tiġi evitata l-konfużjoni.

    1.7.    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Eurojust

    Il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għandhom id-dritt ta' aċċess u għal tiftix dirett għal dejta mdaħħla fis-SIS II skont l-Artikoli 26, 32, 34 u 38 tad-Deċiżjoni tas-SIS II. Skont il-liġi nazzjonali, għandha tkun stabbilita kooperazzjoni magħhom biex ikun żgurat skambju mingħajr diffikultà ta' informazzjoni f'każ ta' hit. B'mod partikulari, l-Uffiċċju SIRENE għandu jkun il-punt ta' kuntatt għall-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-assistenti tagħhom għal informazzjoni supplimentari dwar twissijiet fis-SIS II.

    1.8.    Relazzjonijiet bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Interpol ( 16 )

    Ir-rwol tas-SIS II la hu li tibdel u lanqas li tirreplika r-rwol tal-Interpol. Għalkemm xi kompiti jistgħu jidħlu f'xulxin, il-prinċipji li jirregolaw l-azzjoni jew il-kooperazzjoni bejn Stati Membri skont Schengen huma sostanzjalment differenti minn dawk tal-Interpol. Jeħtieġ, għalhekk, li jkunu stabbiliti regoli għall-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali (NCBs) fil-livell nazzjonali.

    Japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

    1.8.1.    Il-prijorità tat-twissijiet tas-SIS II fuq it-twissijiet tal-Interpol

    F'każ ta' twissijiet maħruġin minn Stati Membri, it-twissijiet tas-SIS II u l-iskambju tal-informazzjoni kollha dwar dawn it-twissijiet dejjem ikollhom prijorità fuq it-twissijiet u l-informazzjoni skambjati permezz tal-Interpol. Dan huwa ta' importanza partikulari jekk it-twissijiet ikunu f'konflitt.

    1.8.2.    L-għażla tal-mezz ta' komunikazzjoni

    Il-prinċipju li t-twissijiet ta' Schengen jieħdu preċedenza fuq it-twissijiet tal-Interpol maħruġin mill-Istati Membri għandu jkun rispettat u għandu jkun żgurat li l-NCBs tal-Istati Membri jkunu konformi ma' dan. Malli tinħoloq twissija tas-SIS II, l-Uffiċċji SIRENE jipprovdu l-komunikazzjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-twissija, l-għan li għalih tkun inħalqet u l-eżekuzzjoni ta' azzjoni li trid tittieħed. Jekk Stat Membru jkun irid jibdel mezzi ta' komunikazzjoni, il-partijiet l-oħra għandhom ikunu kkonsultati minn qabel. Bidla bħal din tkun possibbli biss f'każijiet speċifiċi.

    1.8.3.    L-użu u t-tixrid ta' diffużjonijiet tal-Interpol fl-Istati ta' Schengen

    Minħabba l-prijorità tat-twissijiet tas-SIS fuq it-twissijiet tal-Interpol, l-użu ta' twissijiet tal-Interpol għandu jkun ristrett għal każijiet eċċezzjonali (jiġifieri fejn ma hemmx dispożizzjoni, la fl-istrumenti legali tas-SIS II u lanqas f'termini tekniċi, biex tiddaħħal it-twissija fis-SIS II, jew meta ma tkunx disponibblil-informazzjoni kollha meħtieġa biex tinħoloq twissija fis-SIS II). Twissijiet paralleli fis-SIS II u permezz tal-Interpol fiż-żona Schengen għandhom ikunu evitati. Twissijiet li jitqassmu permezz ta' mezzi tal-Interpol u li jkopru wkoll iż-żona Schengen jew partijiet minnha għandu juru l-indikazzjoni li ġejja: “ħlief għall-Istati ta' Schengen”.

    1.8.4.    Hit u tħassir ta' twissija

    Biex ikun żgurat ir-rwol tal-Uffiċċju SIRENE bħala l-koordinatur tal-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs jgħarrfu lil xulxin dwar il-hits u t-tħassir ta' twissijiet.

    1.8.5.    Titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-NCBs tal-Interpol

    F'konformità mad-dritt nazzjonali, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex ikun hemm skambju effettiv ta' informazzjoni fil-livell nazzjonali bejn l-Uffiċċju SIRENE tiegħu u l-NCBs.

    1.9.    Standards

    L-istandards li fuqhom hija msejsa l-kooperazzjoni permezz tal-Uffiċċji SIRENE huma dawn:

    1.9.1.    Disponibbiltà

    Kull uffiċċju SIRENE għandu jkun operattiv b'mod sħiħ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa sabiex ikun jista' jirreaġixxi fil-limitu ta' żmien kif meħtieġ fit-Taqsima 1.13. Il-provvediment ta' analiżi teknika u legali, għajnuna u soluzzjonijiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jinkisbu 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

    1.9.2.    Kontinwità

    Kull Uffiċċju SIRENE għandu jibni struttura interna li tiggarantixxi l-kontinwità tal-ġestjoni, tal-persunal u tal-infrastruttura teknika.

    1.9.3.    Kunfidenzjalità

    Skont l-Artikolu 11 komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II, regoli nazzjonali rilevanti ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità għandhom japplikaw għall-persunal kollu ta' SIRENE. Dan l-obbligu japplika wkoll wara li dawn il-membri tal-persunal iħallu l-karigu jew l-impjieg.

    1.9.4.    Aċċessibbiltà

    Biex jitħares ir-rekwiżit tal-għoti ta' informazzjoni supplimentari, il-persunal ta' SIRENE jkollu aċċess dirett jew indirett għall-informazzjoni nazzjonali rilevanti u l-pariri esperti kollha.

    1.10.    Komunikazzjoni

    1.10.1.    Il-lingwa tal-komunikazzjoni

    Biex tinkiseb l-aqwa effiċjenza fil-komunikazzjoni bilaterali bejn l-Uffiċċji SIRENE, għandha tintuża lingwa familjari għaż-żewġ partijiet.

    1.10.2.    Skambju ta' Dejta bejn Uffiċċji SIRENE

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE huma stabbiliti fid-dokument: “Skambju ta' dejta bejn l-Uffiċċju SIRENE (DEBS)”. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jiġu rispettati.

    1.10.3.    Netwerk, messaġġi u kaxxi postali

    L-Uffiċċji SIRENE jużaw netwerk virtwali kripotat iddedikat esklussivament għad-dejta tas-SIS II u għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikoli 4(1)(c) u 8(1) komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II. Huwa biss jekk dan il-mezz ma jkunx disponibbli, li jista' jintuża mezz ieħor ta' komunikazzjoni adatt u b'sigurtà adegwata. Il-possibbiltà li jintgħażel il-mezz ifisser li l-għażla għandha tkun stabbilita każ b'każ, skont il-possibbiltajiet tekniċi u r-rekwiżi ta' sigurtà u kwalità li l-komunikazzjonijiet iridu jissodisfaw.

    Messaġġi bil-miktub jinqasmu f'żewġ kategoriji: test liberu u forom standard. L-Appendiċi 3 jiddeskrivi l-formoli skambjati bejn l-Uffiċċji SIRENE u jistabbilixxu gwida dwar il-kontenut mistenni fil-kaxxi, inkluż jekk humiex obbligatorji jew le.

    Għandu jkun hemm erba' kaxxi postali differenti fin-netwerk imsemmi hawn fuq għal messaġġi b'test ħieles u l-formoli SIRENE.



    Kaxxa postali

    Indirizz għall-kaxxa postali

    Għan

    Operattiv

    oper@xx.sirenemail2.eu

    Jintuża għall-iskambju tal-formoli u fajls mehmuża bejn l-Uffiċċji SIRENE

    Tekniku

    tech@xx.sirenemail2.eu

    Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-persunal ta' appoġġ tekniku tal-Uffiċċji SIRENE

    Il-Kap ta' SIRENE

    director@xx.sirenemail2.eu

    Jintuża għall-iskambju tal-emails bejn il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

    Posta elettronika

    message@xx.sirenemail2.eu

    Jintuża għal iskambju ta' messaġġi b'test liberu bejn l-Uffiċċji SIRENE

    Għal skopijiet ta' ttestjar jeżisti tieni dominju ( 17 ) (testxx.sirenemail2.eu) li fih il-kaxxi postali elettroniċi msemmija fit-tabella ta' hawn fuq, jistgħu jiġu replikati għal finijiet ta' ttestjar mingħajr ma jkun hemm interferenza mal-iskambji tal-messaġġi reali u mal-ambjent tal-fluss tax-xogħol.

    Għandhom japplikaw ir-regoli ddettaljati dwar il-kaxxi postali SIRENE u t-trażmissjoni tal-formoli SIRENE deskritti fid-DEBS.

    Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE (ara t-Taqsima 1.12) għandha timmonitorja l-kaxxi postali operazzjonali, (“oper” u “message”) sabiex ikunu identifikati l-formoli li jkunu deħlin, l-emails relatati u l-fajls mehmuża. Messaġġi urġenti għandhom jintbagħtu biss lill-kaxxi postali operattivi.

    1.10.4.    Komunikazzjoni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

    Meta ma jkunux disponibbli kanali ta' komunikazzjoni normali u jkun meħtieġ li jintbagħtu formoli standard pereżempju b'feks, għandha tapplika l-proċedura deskritta f'DEBS.

    1.11.    Il-ktieb tal-indirizzi SIRENE (SIRENE Address Book — SAB)

    Id-dettalji ta' kuntatt tal-Uffiċċji SIRENE u l-informazzjoni relevanti għal komunikazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi huma miġbura u pprovduti fil-Ktieb tal-Indirizzi SIRENE (SAB). Il-Kummissjoni se taġġorna s-SAB. Is-SAB aġġornat għandu jinħareġ mill-Kummissjoni għallinqas darbtejn fis-sena. Kull uffiċċju SIRENE għandu jiżgura ruħu li:

    (a) l-informazzjoni mis-SAB ma tkunx żvelata lil partijiet terzi;

    (b) il-persunal tas-SIRENE jafu bis-SAB u jużawh;

    (c) kull aġġornament tal-informazzjoni elenkata fis-SAB ikun ipprovdut mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

    1.12.    Is-sistema tal-fluss tax-xogħol SIRENE

    Il-ġestjoni effettiva tal-volum tax-xogħol tal-uffiċċji SIRENE jista' jintlaħaq l-aħjar billi kull Uffiċċju SIRENE jkollu sistema ta' mmaniġġar kompjuterizzata (sistema tal-fluss tax-xogħol), li tippermetti awtomazzjoni kbira fl-immaniġġar tal-fluss tax-xogħol ta' kuljum.

    L-Uffiċċju SIRENE jista' jkollu kompjuter u sistema ta' bażi tad-dejta ta' riżerva tal-fluss tax-xogħol tiegħu f'sit sekondarju f'każ ta' emerġenza gravi fl-Uffiċċju SIRENE. Dan għandu jinkludi biżżejjed provvista ta' riżerva ta' elettriku u ta' komunikazzjoni.

    Għandu jkun ipprovdut appoġġ xieraq tal-IT għall-fluss tax-xogħol SIRENE sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà kbira tiegħu.

    1.13.    Limitu taż-żmien għar-risposta

    L-Uffiċċju SIRENE għandu jirrispondi malajr kemm jista' jkun it-talbiet kollha għal informazzjoni dwar twissijiet, tqabbil u proċeduri ta' hit magħmula minn Stati Membri oħra permezz tal-Uffiċċji SIRENE tagħhom. F'kull każ għandha tingħata tweġiba fi żmien 12-il siegħa. (Ara wkoll it-Taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE).

    Il-prijoritajiet fix-xogħol ta' kuljum ikunu bbażati fuq il-kategorija tat-twissija u l-importanza tal-każ.

    1.13.1.    Indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE inkluż rappurtar urġenti ta' hit

    Il-formoli SIRENE li jridu jiġu trattati mill-Uffiċċju SIRENE rikwest bl-ikbar prijorità jistgħu jiġu mmarkati “URĠENTI”, segwita bir-raġuni għall-urġenza, fil-kaxxa 311 (“Avviż Importanti”). Ir-raġuni għall-urġenza għandha tiġi spjegata fl-kaxxi xierqa tal-formoli SIRENE. Jistgħu jintużaw ukoll komunikazzjoni jew notifiki bit-telefown meta tkun meħtieġa tweġiba urġenti.

    Meta ċ-ċirkustanzi ta' hit dwar twissija jiddettaw, bħal każ ġenwin ta' urġenza jew ta' importanza sinifikanti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun qabbel it-twissija għandu, fejn xieraq, jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar il-hit permezz tat-telefown wara li jibgħat il-formola G.

    1.14.    Regoli ta' traslitterazzjoni/traskrizzjoni

    Id-definizzjonijiet u r-regoli tat-traslitterazzjoni u tat-traskrizzjoni huma stabbiliti fl-Appendiċi 1. Dawn għandhom ikunu rispettati fil-komunikazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE (ara wkoll it-Taqsima 2.11 dwar l-entrati ta' ismijiet proprji).

    1.15.    Kwalità tad-dejta

    Skont l-Artikolu 7(2) tal-istrumenti legali tas-SIS II, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkoordinaw il-verifika tal-kwalità tal-informazzjoni mdaħħla fis-SIS II. L-Uffiċċji SIRENE għandu jkollhom il-kompetenza nazzjonali neċessarja biex iwettqu dan ir-rwol. Għalhekk għandu jkun hemm formola adegwata tal-verifika nazzjonali tal-kwalità tad-dejta, inkluż analiżi tar-rata ta' twissijiet/hits u tal-konenut tad-dejta.

    Biex kull Uffiċċju SIRENE jkun jista' jwettaq l-irwol tiegħu ta' koordinatur tal-verifika tal-kwalità tad-data, għandhom ikunu disponibbli sostenn tal-IT u drittijiet adattati fis-sistemi.

    Għandhom jiġu stabbiliti standards nazzjonali għat-taħriġ tal-utenti dwar il-prinċipji u l-prassi tal-kwalità tad-dejta f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju SIRENE nazzjonali.

    L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-persunal tal-Uffiċċji SIRENE biex ikunu involuti fit-taħriġ tal-awtoritajiet kollha li jdaħħlu twissijiet, ħalli jenfasizzaw il-kwalità tad-dejta u jimmassimizzaw l-użu tas-SIS II.

    Għall-marki tas-swaba' li jittellgħu fl-SIS II, ir-responsabbiltà ewlenija għall-kwalità tad-dejta għandha tkun tal-uffiċċji xierqa tal-marki tas-swaba' fil-livell nazzjonali. Ir-rwol tal-Uffiċċji SIRENE, bħala koordinatur tal-verifika tal-kwalità tad-dejta, għandu jkun li jinżamm kuntatt mal-uffiċċji tal-marki tas-swaba', speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet identifikati fil-kwalità tal-marki tas-swaba' mtellgħin.

    Sabiex id-dejta fis-SIS II tinżamm aġġornata, skont l-eżiti tat-tqabbil SIS-AFIS, l-Uffiċċju SIRENE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-aġġornar fil-pront tad-dejta alfanumerika fit-twissijiet; jew mill-Uffiċċju SIRENE nnifsu jew b'permezz ta' kuntatt mal-awtorità rilevanti li ħolqot it-twissija. Dan għandu jkopri l-attivitajiet bħalma huma l-inklużjoni ta' psewdonimi jew l-korrezzjoni ta' dettalji tal-identità.

    1.16.    Arkivjar

    (a) Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet għal ħżin tal-informazzjoni.

    (b) L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jżomm l-informazzjoni kollha dwar it-twissijiet tiegħu stess disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, inkluża referenza għad-deċiżjoni li tkun wasslet għat-twissija.

    (c) L-arkivji ta' kull Uffiċċju SIRENE għandhom jippermettu aċċess malajr għall-informazzjoni rilevanti biex jissodisfa l-iskadenzi tassew qosra għat-trażmissjoni tal-informazzjoni.

    (d) Skont l-Artikolu 12(4) tal-istrumenti legali SIS II, id-dejta personali, miżmuma fil-fajls mill-Uffiċċju SIRENE minħabba skambju ta' informazzjoni, għandha tinżamm biss għal dak il-perjodu ta' żmien li jista' jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom kienet ipprovduta. Bħala regola, din l-informazzjoni titħassar mill-ewwel wara li t-twissija relatata tkun tħassret mis-SIS II, u f'kull każ mhux aktar tard minn sena wara. Madankollu, id-dejta relatata ma' twissija partikolari li Stat Membru jkun ħareġ jew relatata ma' twissija li b'konnessjoni magħha tkun ħa azzjoni fit-territorju tiegħu, tista' tinħażen għal perjodu itwal ta' żmien skont il-liġi nazzjonali.

    (e) Informazzjoni supplimentari mibgħuta minn Stati Membri oħra għandha tinħażen skont il-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Istat Membru riċevitur. L-Artikolu 12 Komuni tal-istrumenti legali tas-SIS II, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 18 ), u d-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI ( 19 ), japplikaw ukoll.

    (f) L-informazzjoni dwar identità użata ħażin għandha titħassar wara li t-twissija relevanti titħassar.

    (g) Aċċess għal arkivji għandu jkun irrekordjat, ikkontrollat u ristrett għal persunal maħtur apposta.

    1.17.    Persunal

    Livell għoli ta' persunal b'esperjenza jwassal għal forza tax-xogħol li tkun kapaċi tiffunzjona fuq inizjattiva proprja u b'hekk tkun tista' tieħu ħsieb il-każijiet b'mod effiċjenti. Għalhekk tkun ħaġa mixtieqa li l-bdil fil-persunal ikun baxx, u dan jirrikjedi l-appoġġ inekwivoku tal-maniġment biex joħloq ambjent ta' xogħol deċentralizzat. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jevitaw it-telf ta' kwalifiki u ta' esperjenza kkawżat minn tibdil fil-persunal.

    1.17.1.    Il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE

    Il-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE għandhom jiltaqgħu għallinqas darbtejn fis-sena biex jivvalutaw il-kwalità tal-kooperazzjoni bejn is-servizzi tagħhom, jiddiskutu l-miżuri tekniċi jew organizzattivi meħtieġa fil-każ ta' diffikultajiet u biex jiċċaraw il-proċeduri fejn ikun meħtieġ. Il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Uffiċċji SIRENE tkun organizzata mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    1.17.2.    Persuna ta' Kuntatt tas-SIRENE (SIRCoP)

    Fil-każijiet fejn il-proċeduri standard jistgħu ma jkunux biżżejjed, il-Persuna ta' Kuntatt SIRENE (SIRCoP) tista' tittratta ma' fajls li l-progress fuqhom huwa kumpless, problematiku jew sensittiv u sabiex tkun solvuta l-kwistjoni, jista' jkun rikjest grad ta' assigurazzjoni tal-kwalità u/jew kuntatt itwal ma' Uffiċċju SIRENE ieħor. Is-SIRCoP mhijiex intenzjonata għal każijiet urġenti fejn fil-prinċipju għandhom jintużaw is-servizzi tal-front desk 24/7.

    Is-SIRCoP jista' jifformola proposti li jsaħħu l-kwalità u jiddeskrivu l-għażliet li jsolvu tali kwisjonijiet f'terminu ta' żmien itwal.

    Bħala regola ġenerali, SIRCoP jistgħu jkunu kkuntattjati biss minn SIRCoP waqt il-ħin tal-uffiċċju

    Valutazzjoni annwali għandha titwettaq fil-qafas ta' rappurtar tal-istatistika annwali kif huwa stabbilit fl-Appendiċi 5 abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

    (a) l-għadd ta' interventi SIRCoP għal skont l-Istati Membri;

    (b) ir-raġuni għall-kuntatt;

    (c) ir-riżultat tal-intervent abbażi tal-informazzjoni disponibbli matul il-perjodu ta' rappurtar.

    1.17.3.    Għarfien

    Il-persunal tal-Uffiċċju SIRENE għandu jkollu ħiliet lingwistiċi li jkopru firxa wiesgħa kemm jista' jkun ta' lingwi u l-membri tal-persunal fuq is-xogħol għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-Uffiċċji SIRENE kollha.

    Huma għandu jkollhom l-għarfien neċessarju dwar:

     l-aspetti legali nazzjonali, Ewropej u internazzjonali,

     l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi tagħhom, u

     s-sistemi nazzjonali u Ewropej tal-amministrazzjoni ġudizzjarja u tal-immigrazzjoni.

    Jeħtiġilhom ikollhom l-awtorità li jittrattaw b'mod indipendenti kull każ li jidħol.

    Operaturi fuq ix-xogħol barra l-ħinijiet tal-uffiċċju għandu jkollhom l-istess kompetenza, għarfien u awtorità u għandu jkun possibbli għalihom li jirreferu għal esperti disponibbli on-call.

    Fl-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista' jinkiseb għarfien legali espert biex jaqdi kemm il-każijiet normali kif ukoll dawk eċċezzjonali. Skont ix-xorta tal-każ, dan jista' jingħata minn kwalunkwe membru tal-persunal li jkollu l-isfond legali meħtieġ jew minn esperti minn awtoritajiet ġudizzjarji.

    1.17.4.    Taħriġ

    Fil-livell nazzjonali

    Fil-livell nazzjonali, taħriġ suffiċjenti jiżgura li l-persunal jissodisfa l-istandards meħtieġa kif stabbiliti f'dan il-Manwal. Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa dejta maħżuna fis-SIS II, il-persunal għandu, b'mod partikulari, jirċievi taħriġ xieraq dwar regoli tas-sigurtà tad-dejta u tal-protezzjoni tad-dejta u għandu jkun mgħarraf dwar kwalunkwe reati u pieni kriminali rilevanti.

    Fil-livell Ewropew

    Għandu jiġu organizzati korsijiet ta' taħriġ komuni mill-anqas darba fis-sena, biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE billi l-persunal ikun jista' jiltaqa' ma' kollegi minn Uffiċċji SIRENE oħra, jaqsam l-informazzjoni dwar il-metodi nazzjonali tax-xogħol u joħloq livell ta' għarfien konsistenti u ekwivalenti. Apparti minn hekk, dan jagħmel lill-persunal konxju dwar l-importanza tax-xogħol tiegħu u dwar il-ħtieġa tas-solidarjetà reċiproka minħabba s-sigurtà komuni tal-Istati Membri.

    It-taħriġ għandu jingħata f'konformità mal-Manwal SIRENE għal min iħarreġ.

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) jistabbilixxi li l-Aġenzija Ewropea tal-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fiż-żona tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (l-Aġenzija) twettaq kompiti relatati mat-taħriġ tal-użu tekniku tas-SIS II, b'mod partikolari għall-persunal tas-SIRENE.

    1.17.5.    Skambju ta' persunal

    Kemm jista' jkun possibbli, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jipprevedu wkoll skambji ta' persunal ma' Uffiċċji SIRENE oħra mill-anqas darba fis-sena. Dawn l-iskambji huma maħsubin biex jgħinu biex jitjieb l-għarfien tal-parsunal dwar il-metodi ta' xogħol, juru kif Uffiċċji SIRENE oħra huma organizzati u jistabbilixxu kuntatti personali ma' kollegi fi Stati Membri oħra.

    2.   PROĊEDURI ĠENERALI

    Il-proċeduri deskritti hawn taħt huma applikabbli għall-kategoriji kollha ta' twissijiet. Il-proċeduri speċifiċi għal kull kategorija ta' twissija jinsabu fil-partijiet rilevanti ta' dan il-Manwal.

    2.1.    Definizzjonijiet

    “Stat Membru emittenti” : L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II;

    “Stat Membru eżekutur” : Stat Membru li jieħu l-azzjonijiet meħtieġa wara hit;

    “Uffiċċju SIRENE fornitur” : Uffiċċju SIRENE ta' Stat Membru li jkollu l-marki tas-swaba' jew ir-ritratti tal-persuna li għaliha tkun iddaħħlet twissija minn Stat Membru ieħor.

    “Hit” :

    fis-SIS II ikun hemm hit meta:

    (a) issir tfittxija mill-utent,

    (b) it-tfittxija tiżvela twissija barranija fl-SIS II,

    (c) id-dejta dwar it-twissija fis-SIS II taqbel mad-dejta tat-tfittxija, u

    (d) ikunu rikjesti azzjonijiet ulterjuri bħala riżultat tal-ħit

    “Match” :

    fis-SIS II ikun hemm tqabbil (match) meta:

    (a) issir tfittxija għal marki tas-swaba' fid-dejta SIS-AFIS;

    (b) tasal notifika minn SIS II li tindika tqabbila possibbli; u

    (c) t-tqabbil jiġi kkonfermat skont il-proċeduri nazzjonali ta' verifika tal-marki tas-swaba'.

    Azzjonijiet ulterjuri jistgħu jintalbu wkoll wara li jkun sar taqbil sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna u jiġu stabbiliti l-psewdonimi.

    “Match” tista' tiġi segwita minn “hit” fiċ-ċirkustanzi meta t-tfittixa SIS-AFIS tkun twettqet matul kontroll minn utent aħħari u t-tqabbila tiġi kkonfermata.

    “Marka ta' bandiera” : sospensjoni tal-validità fil-livell nazzjonali li tista' tiżdied ma' twissijiet ta' arrest, twissijiet dwar persuni nieqsa u twissijiet għal kontrolli, fejn Stat Membru jqis li jekk iġib fis-seħħ twissija dan ma jkunx kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu, mal-obbligi internazzjonali tiegħu jew ma' interessi nazzjonali essenzjali. Meta t-twissija tingħata l-marka ta' bandiera, l-azzjoni mitluba fuq il-bażi tat-twissija ma għandhiex tittieħed fit-territorju ta' dan l-Istat Membru.

    2.2.    Twissijiet multipli (l-Artikolu 34(6) tar-Regolament SIS II u 49(6) tad-Deċiżjoni SIS II)

    Twissija waħda biss għal kull Stat Membru tista' tiddaħħal fis-SIS II għal kwalunkwe persuna waħda jew oġġett wieħed.

    Għalhekk, kull fejn ikun possibbli u neċessarju, it-tieni twissija u t-twissijiet sussegwenti dwar l-istess persuna jew oġġett għandhom jinżammu disponibbli fil-livell nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti meta l-ewwel twissija tiskadi jew titħassar.

    Jistgħu jiddaħħlu diversi twissijiet minn Stati Membri differenti għall-istess suġġetti. Huwa essenzjali li dan ma joħloqx konfużjoni għall-utenti aħħarin u li jkun ċar għalihom x'miżuri jridu jittieħdu meta jkunu jridu jdaħħlu twissija, u liema proċedura għandha tittieħed meta jkun hemm hit. Għalhekk għandhom ikunu stabbiliti proċeduri biex ikunu identifikati twissijiet multipli, u għandu wkoll ikun stabbilit mekkaniżmu ta' prijorità biex dawn jiddaħħlu fis-SIS II.

    Dan jitlob li jkun hemm:

     kontrolli qabel ma tiddaħħal twissija, sabiex jiġi determinat jekk is-suġġett jinsabx diġà fis-SIS II,

     konsultazzjoni mal-Istati Membri l-oħra, meta d-dħul ta' twissija jikkawża twissijiet multipli li jkunu inkompatibbli.

    2.2.1.    Kompatibbiltà tat-twissijiet

    Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija dwar l-istess persuna jew oġġett jekk it-twissijiet ikunu kompatibbli.

    L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mir-regoli dwar il-kompatibbiltà meta jemettu twissija għal iċċekkjar diskret jew speċifiku, b'mod partikulari fil-każ ta' twissijiet maħruġa għall-finijiet tas-sigurtà nazzjonali. Din id-deroga għandha tkun bla preġudizzju għall-ordni tal-prijorità tat-twissijiet u tal-proċedura ta' konsultazzjoni kif stipulata fit-Taqsima 2.2.2.



    Tabella tal-kompatibbiltà tat-twissijiet dwar persuni

    Ordni ta' importanza

    Twissija ta' arrest

    Twissija ta' ċaħda ta' dħul

    Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

    Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

    Twissija għal kontroll speċifiku

    Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

    Twissija għal kontroll diskret

    Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

    Twissija għal proċedura ġudizzjarja

    Twissija ta' arrest

    iva

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija ta' ċaħda ta' dħul

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    le

    le

    le

    Twissija dwar persuna nieqsa (protezzjoni)

    iva

    le

    iva

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    Twissija għal kontroll speċifiku

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

    le

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija għal kontroll diskret

    le

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija dwar persuna nieqsa (fejn tista' tinstab)

    iva

    le

    iva

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija għal proċedura ġudizzjarja

    iva

    le

    iva

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva



    Tabella ta' kompatibbiltà għal twissijiet dwar oġġetti

    Ordni ta' importanza

    Twissija għal użu bħala prova

    Dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

    Twissija għal qbid

    Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

    Twissija għal kontroll speċifiku

    Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

    Twissija għal kontroll diskret

    Twissija għal użu bħala prova

    iva

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    Dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar

    iva

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    Twissija għal qbid

    iva

    iva

    iva

    le

    le

    le

    le

    Twissija għal kontroll speċifiku — azzjoni immedjata

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija għal kontroll speċifiku

    le

    le

    le

    iva

    iva

    le

    le

    Twissija għal kontroll diskret — azzjoni immedjata

    le

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    Twissija għal kontroll diskret

    le

    le

    le

    le

    le

    iva

    iva

    2.2.2.    Ordni tal-prijorità tat-twissijiet

    Fil-każ ta' twissijiet ta' inkompatibbiltà, l-ordni tal-prijorità għal twissijiet dwar persuni għandha tkun kif ġej:

     arrest għal għanijiet ta' konsenja jew estradizzjoni (l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni),

     ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza fit-territorju Schengen (l-Artikolu 24 tar-Regolament),

     għoti ta' protezzjoni (l-Artikolu 32 tad-Deċiżjoni),

     kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     kontroll diskret (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     komunikazzjoni dwar fejn tista' tinstab persuna (l-Artikoli 32 u 34 tad-Deċiżjoni).

    L-ordni ta' prijorità għal twissijiet dwar oġġetti għandha tkun kif ġej:

     użu bħala prova (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

     qbid tad-dokument invalidat għal skopijiet ta' vjaġġar (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

     qbid (l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni),

     kontroll speċifiku — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     kontroll speċifiku (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     għal kontroll diskret — azzjoni immedjata (l-Artikolu 36 tad-Deċiżjoni),

     kontroll diskret (Artikolu 36 tad-Deċiżjoni).

    Tibdil f'din l-ordni ta' prijorità jista' jsir wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri jekk ikunu f'riskju interessi nazzjonali essenzjali.

    2.2.3.    Kontrolli għall-inkompatibbiltà u għad-dħul ta' twissijiet multipli

    Sabiex ikunu evitati twissijiet multipli inkompatibbli, importanti li ssir distinzjoni preċiża bejn persuni jew oġġetti li għandhom karatteristiċi simili. Għalhekk il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE huma essenzjali, u kull Stat Membru għandu jistabbilixxi proċeduri tekniċi adatti biex identifika każijiet bħal dawn qabel ma jiddaħħlu.

    Bl-introduzzjoni tal-funzjonalità fis-SIS II għall-identifikazzjoni ta' persuna minn dejta tal-marki tas-swaba' tagħha, hemm ċans akbar li jinstabu twissijiet eżistenti dwar l-istess persuna iżda b'identitajiet differenti (ara wkoll it-Taqsima 1.15). Għalhekk, il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni huma meħtieġa wkoll meta sseħħ tqabbila hekk kif jittella' rekord ta' marka tas-swaba'. Meta jseħħu kwistjonijiet bħal dawn għandha tissegwa l-proċedura deskritta hawn taħt. Barra minn hekk, meta tinkixef identità psewdonimu għandha tissegwa l-proċedura deskritta fit-Taqsima 2.12.2.

    L-Uffiċċju SIRENE għandu jiżgura li tkun teżisti twissija waħda biss fis-SIS II f'konformità mal-proċedura nazzjonali f'ċirkustanzi meta Stat Membru jkun irid joħroġ twissija ġdida u t-twissija tkun f'konflitt ma' twissija oħra diġà maħruġa mill-istess Stat Membru.

    Din il-proċedura għandha tapplika biex ikun tivverifika jekk jeżistux twissijiet multipli għall-istess persuna jew l-istess oġġett:

    (a) L-elementi obbligatorji għad-deskrizzjoni tal-identità għandhom jitqabblu meta tkun qed tiġi stabbilita l-eżistenza ta' twissijiet multipli:

    (i) dwar persuna:

     kunjom,

     isem,

     data tat-twelid,

     ġeneru,

     dejta tal-marki tas-swaba' (meta disponibbli);

    (ii) dwar vettura:

     VIN,

     numru ta' reġistrazzjoni u l-pajjiż tar-reġistrazzzjoni,

     l-għamla,

     it-tip;

    (iii) dwar inġenji tal-ajru:

     kategorija tal-inġenji tal-ajru,

     numru ta' reġistrazzjoni ICAO;

    (iv) dwar dgħajsa:

     kategorija ta' dgħajsa,

     għadd ta' bwieq,

     numru ta' identifikazzjoni estern tad-dgħajsa (mhux obbligatorju iżda jista' jintuża);

    (v) dwar kontejner:

     numru tal-BIC ( 21 ).

    (b) Meta tiddaħħal twissija ġdida dwar vettura jew oġġett ieħor b'VIN jew b'numru ta' reġistrazzjoni, ara l-proċeduri fit-Taqsima 8.2.1.

    (c) Għal oġġetti oħra, il-kaxxi l-aktar adatti biex ikunu identifikati twissijiet multipli huma l-kaxxi obbligatorji, li kollha kemm huma għandhom jintużaw għal paragun awtomatiku mis-sistema.

    Il-proċeduri deskritti fit-Taqsima 8.2.1. (kontrolli ta' twissijiet multipli dwar vettura) għandhom jintużaw biex issir distinzjoni bejn kategoriji oħra ta' oġġetti f'SIS II meta jkun evidenti li żewġ oġġetti simili jkollhom l-istess numru tas-serje.

    Jekk ir-riżultat tal-kontroll ikun li d-dettalji jkollhom x'jaqsmu ma' żewġ persuni jew oġġetti differenti, l-Uffiċċju SIRENE għandu japprova t-talba biex it-twissija l-ġdida tiddaħħal ( 22 ).

    Jekk il-kontroll ta' twissijiet multipli jiżvela li d-dettalji huma identiċi u huma relatati mal-istess persuna jew oġġett, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jdaħħal twissija ġdida għandu jikkonsulta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli.

    Il-proċedura li jmiss tapplika biex tivverifika l-kompatibbiltà tat-twissijiet:

    (a) qabel ma tiddaħħal twissija jew wara li tasal notifika SIS-AFIS dwar tqabbila possibbli wara li jittellgħu għall-ewwel darba marki tas-swaba' assoċjati ma' twissija, huwa obbligatorju li ssir verifika biex jiġi tiżgura li ma hemmx twissijiet inkompatibbli;

    (b) jekk teżisti twissija oħra li tkun kompatibbli u ma jkunx hemm tqabbila ta' marki tas-swaba', l-Uffiċċji SIRENE ma jkunux jeħtieġu jikkonsultaw lil xulxin;

    (c) jekk teżisti twissija oħra li tkun kompatibbli u dan il-fatt jiġi stabbilit permezz ta' tqabbila ta' marki tas-swaba', l-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkonsultaw biss biex jivverifikaw l-identità u jistabbilixxu psewdonimi li kienu għadhom mhux magħrufa. Madankollu, jekk ikun hemm ħtieġa li jkun ikkjarifikat jekk it-twissija tirrelatax mal-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkonsulta mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola L. Ir-rappurtar u l-proċeduri ta' konsultazzjoni dwar it-tqabbil ta' marki tas-swaba' huma deskritti fit-Taqsima 2.5. Il-proċeduri fit-Taqsima 2.5 jkopri t-tqabbil li jsir meta marki tas-swaba' jittellgħu għal-ewwel darba u t-tqabbil li jsir minn tfittxijiet li jsiru permezz tal-użu tal-marki tas-swaba', pereżempju f'għassa tal-pulizija;

    (d) jekk it-twissijiet ikunu inkompatibbli, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jikkonsultaw lil xulxin permezz tal-formola E sabiex fl-aħħar mill-aħħar tiddaħħal twissija waħda biss;

    (e) It-twissijiet għal arrest għandhom jiddaħħlu immedjatament mingħajr ma jiġi mistenni r-riżultat ta' kwalunkwe konsultazzjoni ma' Stati Membri oħra;

    (f) Jekk twissija li tkun inkompatibbli ma' twissijiet eżistenti tingħata prijorità bħala r-riżultat ta' konsultazzjoni, l-Istat Membri li jkunu daħħlu t-twissijiet l-oħra għandhom iħassruhom meta tkun tiddaħħal it-twissija l-ġdida. Kull tilwima tkun solvuta mill-Istati Membri permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

    (g) Stati Membri li ma kinux jistgħu jdaħħlu twissija jistgħu jissottoskrivu biex ikunu notifikati mis-CS-SIS dwar it-tħassir tat-twissija;

    (h) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ma setax idaħħal it-twissija jista' jitlob li l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jgħarrfu dwar hit għal din it-twissija.

    2.2.4.    Is-sitwazzjoni speċjali tar-Renju Unit u l-Irlanda

    Ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fir-Regolament tas-SIS II għalhekk ma jistgħux jiksbu aċċess għat-twissijiet dwar ċaħda ta' dħul jew permanenza (l-Artikoli 24 u 26 tar-Regolament SIS II). Huma għandhom, madankollu, ikunu marbutin bir-regoli dwar kompatibbiltà tat-twissijiet kif stabbilit fit-Taqsima 2.2 u b'mod partikolari huma għandhom japplikaw il-proċedura msemmija fit-Taqsima 2.2.3.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) Jekk ir-Renju Unit jew l-Irlanda jdaħħlu twissija li potenzjalment tkun inkompatibbli ma' twissija eżistenti dwar ċaħda ta' dħul jew permanenza skont it-Taqsima 2.2.1, is-SIS II Ċentrali tinnotifika lil dawn iż-żewġ Stati Membri dwar l-inkompatibilità potenzjali billi tikkomunika biss l-ID ta' Schengen tat-twissija eżistenti.

    (b) Jekk twissija mdaħħla mir-Renju Unit jew l-Irlanda tiġi notifikata b'inkompatibbiltà potenzjali ma' twissija ta' ċaħda ta' dħul jew permanenza mdaħħla minn Stat Membru ieħor, l-Uffiċċju Sirene tar-Renju Unit jew tal-Irlanda għandu jibda konsultazzjoni mal-Istat Membru emittenti bl-użu ta' messaġġ b'test liberu u għandu jħassar it-twissija potenzjalment inkompatibbli matul il-konsultazzjoni.

    (c) Skont ir-riżultat tal-konsultazzjoni r-Renju Unit jew l-Irlanda jistgħu jerġgħu jdaħħlu twissija li tkun ġiet murija li hija kompatibbli.

    2.3.    L-iskambju ta' informazzjoni wara hit

    Jekk l-utent aħħari jkun jeħtieġ informazzjoni supplimentari wara hit, l-Uffiċċju SIRENE għandu jagħmel kuntatt mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti malajr kemm jista' jkun u jitlob l-informazzjoni meħtieġa. Meta xieraq, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jagħmluha ta' intermedjarji bejn l-awtoritajiet nazzjonali u għandhom jagħtu u jiskambjaw informazzjoni supplimentari rilevanti għat-twissija inkwestjoni.

    Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-Istat Membru emittenti għandu jiġi infurmat bil-hit u bl-eżitu tagħha (ara wkoll it-Taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza).

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) Bla preġudizzju għat-Taqsima 2.4 ta' dan il-Manwal, hit dwar individwu jew oġġett li għalihom tkun inħarġet twissija, bħala prinċipju għandha tiġi kkomunikata lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi tintuża l-formola G.

    (b) Fin-notifika ta' hit lill-Istat Membru emittenti, fil-kaxxa 090 tal-formola G, jiġi indikat l-Artikolu applikabbli tal-istrumenti legali SIS II, inkluża informazzjoni addizzjonali jekk dan ikun neċessarju (pereż. “MINORENNI”).

    Il-formola G tipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni dwar il-hit, inkluż dwar l-azzjoni li ttieħdet fil-kaxxa 088. Fil-kaxxa 089, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jintalab jipprovdi informazzjoni supplimentari.

    (c) Jekk l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biħsiebu jipprovdi iktar informazzjoni wara li tkun intbagħtet il-formola G, huwa għandu juża l-formola M.

    (d) Jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika u jindika kull miżura partikulari li jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biex jieħu.

    Għall-proċedura ta' rappurtar dwar it-tqabbil ta' marki tas-swaba' ara t-Taqsima 2.5 u speċjalment il-punt (f) dwar l-hits li jikkoinċidu ma' tqabbiliet.

    Għall-proċedura ta' rappurtar dwar hits li jkunu saru permezz ta' sistemi tar-Rikonoxximent Awtomatiku tal-Pjanċa (Automatic Number Plate Recognition, ANPR)), ara t-Taqsima 9.

    2.4.    Meta ma jkunux jistgħu jiġu segwiti l-proċeduri wara hit (l-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u l-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II)

    F'konformità mal-Artikolu 48 tad-Deċiżjoni SIS II u mal-Artikolu 33 tar-Regolament SIS II, tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) l-Istat Membru, li fuq il-bażi tal-informazzjoni ma jkunx jista' jsegwi l-proċedura jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu li huwa ma jistax iwettaq l-azzjoni mitluba, u jagħti r-raġunijiet tiegħu fil-kaxxa 083 tal-formola H;

    (b) l-Istati Membri interessati jistgħu jaqblu dwar l-azzjoni li jkollha tittieħed skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u l-istrumenti legali tas-SIS II.

    Għall-proċedura ta' rappurtar dwar it-tqabbil ta' marki tas-swaba' ara t-Taqsima 2.5 u speċjalment il-punt (f) dwar l-hits li jikkoinċidu ma' tqabbiliet.

    2.5.    Il-proċedura ta' rappurtar għal tqabbiliet ta' marki tas-swaba' meta l-marki tas-swaba' jittellgħu l-ewwel darba jew meta jsiru tfixxijiet bl-użu tal-marki tas-swaba'

    Il-proċedura li ġejja għal tqabbiliet SIS-AFIS (qabel ma tkun stabbilita hit) għandhom japplikaw (għall-hits ara (f) hawn taħt):

    (a) meta tirriżulta l-possibbiltà ta' tqabbila minn tfittxija fis-SIS II ta' marki tas-swaba' ta' persuna ma' marki tas-swaba' maħżuna fis-SIS II, għandhom japplikaw il-liġi u l-proċeduri nazzjonali għall-verifika tat-tqabbila;

    (b) ladarba t-tqabbila tiġi vverifikata, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li sab it-tqabbila għandu jinforma lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha affettwati, permezz tal-formola L, dwar it-tqabbila u l-ħtieġa possibbli ta' aġġornament tad-dejta alfanumerika fis-SIS II;

    (c) fin-notifika ta' tqabbila lill-Istat Membru emittenti, fil-kaxxa 083 tal-formola L, għandu jiġi indikat l-Artikolu ta' twissija applikabbli tal-istrumenti legali SIS II u għandhom ikunu inklużi kliem li jfissru “tqabbila SIS-AFIS”. Meta l-Istat Membru li jsib tqabbila jqis li l-każ huwa “urġenti” dan għandu jiġi indikat, bl-użu ta' dan it-terminu, fil-kaxxa 311 (Nota Importanti) li tispjega n-natura tal-urġenza. Il-formola L għandha tipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni li tkun disponibbli, inklużi l-post, id-data u r-raġuni għat-teħid tal-marki tas-swaba'. Ritratt tas-suġġett għandu jinthemeż jekk ikun disponibbli. Jekk l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biħsiebu jipprovdi iktar informazzjoni wara li tkun intbagħtet il-formola L inizjali, dan għandu jsir permezz tal-formola M. Meta tinstab tqabbila ma' aktar minn twissija waħda, in-numri tal-ID ta' Schengen tat-twissijiet kollha li magħhom tkun saret tqabbila għandhom jiddaħħlu fil-kaxxa 083 tal-Formola L;

    (d) L-uffiċċji SIRENE li jirċievu din l-informazzjoni għandhom jivverifika d-dejta li huma responsabbli għaliha u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aġġornar tad-dejta alfanumerika, kif deskritt fit-Taqsima 1.15;

    (e) jekk ikun meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jirċievi n-notifika ta' tqabbila permezz ta' formula L għandu jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika, u jindika kull miżura partikulari li qed jitlob lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni biex jieħu;

    (f) il-proċeduri stabbiliti fit-Taqsima 2.3 (tista' tittieħed azzjoni) u fit-Taqsima 2.4 (ma tistax tittieħed azzjoni) għandhom japplikaw fiċ-ċirkustanzi ta' hits li jirriżultaw minn tqabbil ta' marki tas-swaba'. Meta jkun jidher ċar li l-bgħit tal-formola L bil-proċedura deskritta fil-punti (a) sa (e) hawn fuq se jaħbat mal-bgħit ta' formola G jew ta' formola H li jirriżultaw minn hit, allura għandha tintbagħat biss il-formola G jew il-formola H. Il-formola G jew H, għandha jkun fiha l-kliem “il-hit instabet permezz tas-SIS-AFIS” fil-kaxxa 086 (formola G) jew fil-kaxxa 083 (formola H) u kwalunkwe informazzjoni supplimentari relatata mal-identitajiet jew psewdonimi preċedentement mhux magħrufa, fil-kaxxa 090 (formola G) jew fil-kaxxa 083 (formola H).

    2.6.    L-ipproċessar ta' dejta mhux għall-fini li għalih tkun iddaħħlet fis-SIS II (l-Artikolu 46(5) tad-Deċiżjoni SIS II)

    Id-dejta li tinsab fis-SIS II tista' tkun ipproċessata biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta' twissija.

    Madankollu, jekk tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti, id-dejta tista' tkun ipproċessata għal skop barra minn dak li għalih tkun iddaħħlet, sabiex tkun evitata theddida gravi imminenti għall-ordni u s-sigurtà pubblika, għal raġunijiet gravi ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet sabiex jiġi evitat reat kriminali serju.

    Jekk Stat Membru jkollu l-intenzjoni li jipproċessa dejta fis-SIS II għal finijiet barra minn dawk li għalihom tkun iddaħħlet, l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

    (a) permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, l-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li juża d-dejta għal skop differenti għandu jispjega lill-Istat Membru emittenti r-raġunijiet għaliex id-dejta għandha tkun ipproċessata għal skop ieħor, billi juża l-formola I.

    (b) malajr kemm jista' jkun, l-Istat Membru emittenti jara jekk din it-talba tistax tintlaqa' u jgħarraf lill-Istat Membru l-ieħor billi juża l-formola M, permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, bid-deċiżjoni tiegħu;

    (c) jekk ikun jeħtieġ, l-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija jista' jagħti awtorizzazzjoni suġġetta għal ċerti kundizzjonijiet dwar kif id-dejta għandha tintuża. Din l-awtorizzazzjoni għandha tintbagħat bil-formola M.

    Malli l-Istat Membru emittenti jaqbel, l-Istat Membru l-ieħor għandu juża d-dejta biss għar-raġuni li għaliha jkun kiseb awtorizzazzjoni. Huwa għandu jqis kull kundizzjoni stabbilita mill-Istat Membru emittenti.

    2.7.    L-immarkar b'bandiera

    2.7.1.    Introduzzjoni

    (a) L-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni SIS II tipprevedi l-każijiet li ġejjin meta Stat Membru jista' jirrikjedi marka ta' bandiera.

    (i) Meta Stat Membru jikkunsidra li l-effett mogħti lil twissija mdaħħla skont l-Artikoli 26, 32 jew 36 tad-Deċiżjoni SIS II ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew l-interessi nazzjonali essenzjali tiegħu, dan jista' sussegwentement jeħtieġ li tiżdied marka ta' bandiera mat-twissija bir-riżultat li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi tat-twissija ma tittiħidx fit-territorju tiegħu. Il-marka ta' bandiera għandha tiżdied mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

    (ii) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tiżdied marka b'bandiera ma' twissija maħruġa skont l-Artikolu 26, l-Istati Membri kollha jiġu nnotifikati awtomatikament dwar kull twissija ġdida ta' dik il-kategorija bl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

    (iii) Jekk f'każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru li joħroġ twissija jitlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru li jesegwixxi twissija jeżamina jekk jistax jippermetti li tiġi rtirata l-marka ta' bandiera miżjuda fuq talba tiegħu. Jekk l-Istat Membru li jesegwixxi t-twissija jista' jagħmel dan, hu għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni tittieħed immedjatament.

    (b) Proċedura alternattiva teżisti biss għal twissijiet ta' arrest (ara t-Taqsima 3.6).

    (c) Meta tiġi miżjuda marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni neqsin u twissijiet dwar kontrolli diskreti jew speċifiċi, it-twissija ma tidhirx fuq l-iskrin meta l-utent jikkonsulta s-sistema.

    (d) Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 3.6.1, Stat Membru ma għandux jitlob għal marka ta' bandiera biss fuq il-bażi li Stat Membru partikolari huwa l-Istat Membru emittenti. Il-marki ta' bandiera għandhom jintalbu biss fuq bażi ta' każ b'każ.

    2.7.2.    Konsultazzjoni mal-Istati Membri bil-għan li tiżdied marka ta' bandiera

    Marka b'bandiera tiġi miżjuda biss meta ssir talba jew ikun hemm qbil minn Stat Membru ieħor.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) jekk Stat Membru jitlob li tiżdied marka ta' bandiera, huwa għandu jitlob il-marka ta' bandiera mingħand l-Istat Membru emittenti billi juża l-formola F, u jagħti r-raġuni għall-ħtieġa tal-marka ta' bandiera. Il-kaxxa 071 għandha tintuża għal dan l-iskop, filwaqt li l-kaxxa 080 tispjega r-raġuni għal din il-marka ta' bandiera. Għal informazzjoni supplimentari oħra dwar it-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

    (b) L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jżid il-marka ta' bandiera mitluba immedjatament;

    (c) ladarba l-informazzjoni tkun ġiet skambjata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta fil-proċess ta' konsultazzjoni mill-Istat Membru li talab il-marka ta' bandiera, jista' jkun hemm il-ħtieġa li t-twissija tiġi emendata jew imħassra jew li t-talba tiġi rtirata u t-twissija tibqa' l-istess.

    2.7.3.    Talba biex titħassar marka ta' bandiera

    L-Istati Membri għandhom jitolbu t-tħassir tal-marka ta' bandiera mitluba preċedentement malli r-raġuni għall-marka ta' bandiera ma tibqax iktar valida. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun inbidlet jew jekk skambju ta' informazzjoni ulterjuri dwar il-każ ikun żvela li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikoli 24(1) jew 25 tad-Deċiżjoni SIS II ma għadhomx jeżistu.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) L-uffiċċju SIRENE li preċedentement talab li tiżdied il-marka għandu jitlob lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti sabiex iħassar il-marka billi tintuża l-formola F. Il-kaxxa 075 għandha tintuża għal dan l-iskop ( 23 ). Għal iktar dettalji dwar id-dritt nazzjonali, tintuża l-kaxxa 080, u fejn ikun xieraq, u sabiex tiddaħħal informazzjoni supplimentari li tispjega r-raġuni għat-tħassir tal-marka ta' bandiera u għal informazzjoni supplimentari oħra li tikkonċerna t-twissija, tintuża l-kaxxa 083.

    (b) L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jħassar il-marka ta' bandiera immedjatament.

    2.8.    Dejta misjuba li tkun legalment jew fattwalment mhux korretta (Artikolu 34 tar-Regolament SIS II u Artikolu 49 tad-Deċiżjoni SIS II)

    Jekk dejta tinstab li ma tkunx korretta fattwalment jew li tkun inħażnet illegalment fis-SIS II, allura l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari jsir skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament SIS II u fl-Artikolu 49(2) tad-Deċiżjoni SIS II, li jgħidu li l-Istati Membri biss li jkunu ħarġu t-twissija jistgħu jimmodifikaw, iżidu, jikkoreġu, jaġġornaw jew iħassru d-dejta.

    L-Istat Membru li jkun sab li dejta jkollha żball jew li kienet inħażnet illegalment jgħarraf lill-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu mal-ewwel opportunità u mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-prova li turi li l-iżball kien ġie għall-attenzjoni tiegħu. L-iskambju ta' informazzjoni għandu jsir billi tintuża l-formola J.

    (a) Wara r-riżultat tal-konsultazzjonijiet, l-Istat Membru emittenti jista' jkollu jħassar jew jikkoreġi d-dejta, skont il-proċeduri nazzjonali tiegħu għall-korrezzjoni tal-punt inkwistjoni;

    (b) Jekk ma jkunx hemm qbil fi żmien xahrejn, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun sab l-iżball, jew li d-dejta kienet inħażnet illegalment, għandu javża lill-awtorità responsabbli fil-pajjiż tiegħu stess biex din tgħaddi l-każ lill-Garanti Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, li flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali interessati ta' garanzija, jagħmilha ta' medjatur.

    2.9.    Id-dritt ta' aċċess u rettifika tad-dejta (l-Artikoli 41 tar-Regolament SIS II u 58 tad-Deċiżjoni SIS II)

    2.9.1.    Talbiet għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta'

    Bla preġudizzju għal-liġi nazzjonali, meta l-awtoritajiet nazzjonali jkollhom bżonn ikunu mgħarrfa dwar talba għal aċċess jew rettifika ta' dejta, allura l-iskambju ta' informazzjoni jsir skont ir-regoli li ġejjin:

    (a) Kull Uffiċċju SIRENE japplika l-liġijiet nazzjonali tiegħu fuq id-dritt ta' aċċess għal dejta personali. Skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u f'konformità mal-liġi applikabbli, l-Uffiċċji SIRENE jressqu kull talba li jirċievu għal aċċess għal jew rettifika ta' dejta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jiddeċiedu fuq dawn it-talbiet skont il-limiti tal-mandat tagħhom.

    (b) Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti hekk jitolbu, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri interessati, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jgħaddulhom informazzjoni dwar l-eżerċitar tad-dritt ta' aċċess għal dejta.

    2.9.2.    Skambju ta' informazzjoni wara talbiet għal aċċess għal twissijiet maħruġin minn Stati Membri oħra

    Informazzjoni dwar talbiet għal aċċess għal twissijiet imdaħħlin fis-SIS II minn Stat Membru ieħor ikunu skambjati permezz tal-Uffiċċji SIRENE nazzjonali bl-użu tal-formola K għal persuni jew tal-formola M għal oġġetti.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) it-talba għal aċċess titressaq kemm jista' jkun malajr lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, sabiex dan ikun jista' jieħu pożizzjoni dwar il-kwistjoni.

    (b) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba dwar il-pożizzjoni tal-aċċess tiegħu;

    (c) ir-risposta tal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti tikkunsidra kull skadenza għall-ipproċessar tat-talba stabbilita mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li rċieva t-talba għall-aċċess;

    (d) L-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jirċievi talba mingħand individwu għal aċċess, korrezzjoni jew tħassir, jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżgura li tingħata tweġiba fil-ħin.

    Jekk l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jibgħat jgħarraf bil-pożizzjoni tiegħu lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għal aċċess, l-Uffiċċju SIRENE, skont il-liġijiet nazzjonali u skont il-limiti tal-mandat tiegħu, jiddeċiedi fuq it-talba jew jiżgura li l-pożizzjoni tintbagħat malajr kemm jista' jkun lill-awtorità responsabbli għal deċiżjoni dwar it-talba.

    2.9.3.    Skambju ta' informazzjoni għal rettifika jew tħassir ta' dejta mdaħħla minn Stati Membri oħra

    Meta persuna titlob biex id-dejta tiegħu jew tagħha tkun irrettifikata jew imħassra, dan jista' jsir biss mill-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija. Jekk persuna tindirizza lil Stat Membru minbarra dak li jkun daħħal it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE li saritlu t-talba jinforma lill-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola K u għandha tapplika l-proċedura deskritta fi 2.9.2.

    2.10.    Tħassir meta ma jibqgħux jitħarsu l-kundizzjonijiet għaż-żamma ta' twissija

    Twissijiet imdaħħla fis-SIS II jinżammu għaż-żmien meħtieġ biex ikunu sodisfatti l-finijiet li għalihom ikunu ddaħħlu.

    Hekk kif il-kundizzjonijiet għaż-żamma tat-twissija ma jibqgħux ikunu ssodisfati, l-Istat Membru emittenti jħassar it-twissija mingħajr dewmien. Meta t-twissija jkollha data ta' skadenza, it-tneħħija sseħħ b'mod awtomatiku fis-CS-SIS. F'każ ta' hit, japplikaw il-proċeduri partikolari deskritti fit-Taqsimiet 3.11, 4.10, 5.7, 6.5, 7.8 u 8.4.

    Il-messaġġ ta' tħassir mis-CS-SIS għandu jkun ipproċessat awtomatikament mill-N.SIS II.

    L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jissottoskrivu għal notifika awtomatika ta' tħassir ta' twissija.

    2.11.    Dħul ta' ismijiet proprji

    Fil-limiti imposti mis-sistemi nazzjonali għad-dħul ta' dejta u d-disponibilità tad-dejta, ismijiet proprji (ismijiet u kunjomijiet) għandhom jiddaħħlu fis-SIS II f'format (test u ortografija) f'format użat għal dokumenti uffiċjali tal-ivjaġġar skont l-istandards ICAU għal dokumenti tal-ivjaġġar, li huma użati wkoll għall-funzjonalitajiet ta' translitterazzjoni u traskrizzjoni tas-SIS II Ċentrali. Fl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari, l-Uffiċċji SIRENE għandhom jużaw l-ismijiet proprji kif jiddaħħlu fis-SIS II. Kemm l-utenti kif ukoll l-Uffiċċji SIRENE fl-Istati Membri emittenti għandhom jużaw, bħala regola ġenerali, karattri Latini sabiex idaħħlu d-dejta fis-SIS II, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' traslitterazzjoni u traskrizzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1.

    Meta jkun meħtieġ li tkun skambjata informazzjoni supplimentari dwar persuna li mhijiex suġġetta għal twissija iżda li tista' tkun relatata magħha, (pereżempju persuna li tista' tkun qed takkumpanja persuna minorenni li tkun nieqsa), il-preżentazzjoni u l-ortografija tal-isem isegwu r-regoli stabbiliti fl-Appendiċi 1 u jkunu miktuba bil-karattri Latini u ppreżentati f'format oriġinali, jekk l-Istat Membru li jkun qed jipprovdi l-informazzjoni jkollu l-kapaċità li jdaħħal ukoll kull karattru speċjali fil-format oriġinali.

    2.12.    Kategoriji differenti ta' identità

    Identità kkonfermata

    Identità konfermata tfisser li l-identità kienet ikkonfermata abbażi ta' dokumenti ġenwini ta' ID, permezz ta' passaport jew b'dikjarazzjoni minn awtoritajiet kompetenti.

    Identità mhux konfermata

    Identità mhux konfermata tfisser li ma jkunx hemm prova biżżejjed tal-identità.

    Identità użata ħażin

    Ikun hemm identità użata ħażin (kunjom, isem, data tat-twelid) jekk persuna, imdaħħla fis-SIS II tuża l-identità ta' persuna reali oħra. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta dokument jintuża b'dannu għas-sid veru.

    Psewdonimi

    Psewdonimu tfisser identità preżunta użata minn persuna magħrufa b'identitajiet oħra.

    2.12.1.    Identità użata ħażin (Artikolu 36 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 51 tad-Deċiżjoni SIS II)

    Minħabba l-kumplessità ta' każijiet ta' identità użata ħażin, malli jsir jaf li persuna li dwarha tkun teżisti twissija SIS II tkun qed tuża ħażin l-identità ta' ħaddieħor, l-Istat Membru emittenti għandu jara jekk ikunx meħtieġ li tibqa' tinżamm l-identità użata ħażin fit-twissija SIS II.

    Jekk il-persuna tagħti l-kunsens espliċitu tagħha, u malli jkun ċar li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, tiżdied dejta addizzjonali mat-twissija fis-SIS II biex ikunu evitati konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni ħażina. Il-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista', skont proċeduri nazzjonali, tagħti lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 36(3) tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 51(3) tad-Deċiżjoni SIS II. Kull persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikollha d-dritt li tirtira l-kunsens tagħha biex l-informazzjoni tkun ipproċessata.

    L-Istat Membru emittenti huwa responsabbli biex idaħħal ir-rimarka “identità użata ħażin” fit-twissija u biex tiddaħħal dejta addizzjonali tal-vittma tal-identità użata ħażin bħal ritratti, marki tas-swaba u informazzjoni dwar kwalunkwe dokument tal-identità validu.

    Meta Stat Membru jsib li twissija dwar persuna maħruġa minn Stat Membru ieħor ikollha x'taqsam ma' każ ta' identità użata ħażin, u jkun stabbilit li l-identità tal-persuna tkun ġiet użata ħażin, huwa għandu jgħarraf lill-Uffiċċju Sirene tal-Istat Membru emittenti, permezz tal-formola Q, sabiex dik id-dejta tkun tista' tiżdied mat-twissija SIS II.

    B'kunsiderazzjoni għall-għan għad-dħul ta' dejta ta' din ix-xorta, meta r-ritratti u l-marki tas-swaba' tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin ikunu disponibbli, dawn jiżdiedu mat-twissija. Sabiex ikun hemm każ ta' identità użata ħażin, id-dettalji ta' persuna innoċenti għandhom jaqblu mal-identità eżistenti fit-twissija. Il-formola Q għandha tinkludi d-dettalji tal-identità inkluż numru fittizju, mit-twissija sabiex l-Istat Membru emittenti jkun jista' jaċċerta għal-liema identità fit-twissija tirreferi l-formola. Il-kaxxi obbligatorji għat-tlestija tal-formola Q f'dawn il-każijiet huma stipulati fl-Appendiċi 3.

    Id-dejta, inkluża d-dejta tal-marki tas-swaba', tal-persuna li l-identità tagħha tkun ġiet użata ħażin tista' tkun disponibbli bil-għan li tkun stabbilita l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata u bl-ebda mod ma tkun użata għal xi skop ieħor. Informazzjoni dwar identità użata ħażin, inkluża kull marka tas-swaba' u ritratti, titħassar fl-istess żmien tat-twissija jew qabel jekk il-persuna interestata titlob dan.

    2.12.2.    Id-dħul ta' psewdonimu

    Sabiex ikunu evitati twissijiet inkompatibbli ta' kwalunkwe kategorija minħabba psewdonimu li għandu jiddaħħal, jew sabiex ikunu evitati problemi għal vittmi innoċenti u biex tkun żgurata kwalità ta' dejta, l-Istati Membri safejn ikun possibbli jinfurmaw lil xulxin dwar ismijiet fittizji u jiskambjaw l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-identità reali tas-suġġett imfittex. Dan huwa speċjalment il-każ fejn tfittxija magħmula bil-marki tas-swaba' tindika li t-twissija kienet diġà teżisti fis-SIS II, iżda d-dettalji tal-identità fit-twissija eżistenti jidhru li jindikaw identità psewdonimu li intużat jew mis-suġġett fit-twissija oriġinali jew fit-twissija l-ġdida.

    L-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija jkun responsabbli biex iżid kull psewdonimu ieħor. Jekk Stat Membru ieħor jiskopri psewdonimu, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru emittenti permezz tal-formola M.

    2.12.3.    Informazzjoni ulterjuri biex tiġi stabbilita l-identità ta' persuna

    L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jista' wkoll, jekk id-dejta fis-SIS II ma tkunx biżżejjed, jagħti aktar informazzjoni wara konsultazzjoni, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, biex jgħin tkun stabbilita l-identità ta' persuna. Il-Formola L (u d-dokumenti mehmużin) għandhom jintużaw għal dan il-għan. Din l-informazzjoni, b'mod partikulari, tkopri dan li ġej:

     l-oriġini tal-passaport jew tad-dokument ta' identità fil-pussess tal-persuna mfittxija,

     in-numru ta' referenza tal-passaport jew tad-dokument tal-identità, id-data, il-post u l-awtorità tal-ħruġ kif ukoll id-data tal-iskadenza,

     deskrizzjoni tal-persuna mfittxija,

     kunjom u isem tal-omm u tal-missier tal-persuna mfittxija,

     ortografiji possibbli oħra tal-kunjom u tal-ismijiet tal-persuna mfittxija,

     ritratti u marki tas-swaba' jekk disponibbli,

     l-aħħar indirizz magħruf.

    Kemm jista' jkun, din l-informazzjoni għandha tkun tista' tinkiseb mill-Uffiċċji SIRENE, jew tkun b'mod immedjat u permanenti aċċessibbli għalihom għal trażmissjoni malajr.

    L-għan komuni jkun li jitnaqqas ir-riskju li b'mod ħażin tinżamm persuna li d-dettalji tal-identità tagħha jkunu jixbħu lil dawk tal-persuna li dwarha tkun inħarġet twissija.

    2.13.    Skambju ta' informazzjoni f'każ ta' twissijiet konnessi

    Kull konnessjoni tippermetti li tkun stabbilita relazzjoni bejn mill-anqas żewġ twissijiet.

    Stat Membru jista' joħloq konnessjoni bejn twissijiet li huwa jdaħħal fis-SIS II u dan l-Istat Membru biss ikun jista' jimmodifika u jħassar din il-konnessjoni. Konnessjonijiet ikunu viżibbli biss għal utenti meta jkollhom drittijiet ta' aċċess korretti għall-utent li jippermettu mill-anqas żewġ twissijiet li jkunu viżibbli għalihom fil-konnessjoni. L-Istati Membri jiżguraw li jkun possibbli biss aċċess awtorizzat għall-konnessjonijiet.

    2.13.1.    Regoli ta' tħaddim

    Konnessjonijiet bejn twissijiet ma jeħtiġux proċeduri speċjali għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Madankollu, jitħarsu l-prinċipji li ġejjin:

    F'każ li jkun hemm hit fuq żewġ twissijiet konnessi jew iktar, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G għal kull waħda minnhom filwaqt li fil-kaxxa 086 jindika li se jkunu ppreżentati formoli G oħra dwar it-twissijiet konnessi.

    Ma jintbagħtux formoli dwar twissijiet li, għalkemm ikollhom konnessjoni ma' twissijiet li dwarhom ikun hemm hit, ma jkunux rispettivament l-oġġett tal-hit. Madankollu, jekk ikun hemm twissija konnessa ma' konsenja/estradizzjoni jew għal persuna nieqsa (għall-protezzjoni tagħhom stess jew sabiex ikunu evitati theddidiet), il-komunikazzjoni ta' din l-iskoperta ssir billi tintuża formola M jekk xieraq u jekk l-informazzjoni tkun disponibbli.

    2.14.    Format u kwalità ta' dejta bijometrika fis-SIS II

    Skont l-Artikolu 23(2) tad-Deċiżjoni SIS II, ritratti u marki tas-swaba' tal-persuna jiżdiedu mat-twissija meta dawn ikunu disponibbli.

    L-Uffiċċji SIRENE jkunu jistgħu jiskambjaw il-marki tas-swaba' u r-ritratti għall-finijiet tat-tlestija tat-twissija u/jew sabiex tkun appoġġata l-eżekuzzjoni tal-azzjoni rikjesta li tittieħed. Meta Stat Membru jkollu ritratt jew marki tas-swaba' ta' persuna li għaliha tkun inħarġet twissija minn Stat Membru, huwa jista' jibgħat ir-ritratti u l-marki tas-swaba' permezz ta' fajl mehmuż biex iħalli lill-Istat Membru emittenti jikkompleta t-twissija.

    Dan l-iskambju jsir bla preġudizzju għall-iskambji fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI.

    2.14.1.    Użu ulterjuri tad-dejta skambjata, inkluż l-arkivjar

    Il-limitazzjonijiet għall-użu ta' dejta provduta għal twissijiet fis-SIS II huma stipulati fl-istrumenti legali tas-SIS II Kull użu ulterjuri ta' stampi u marki tas-swaba' skambjati, inkluż l-arkivjar, għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istrumenti legali tas-SIS II, mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli dwar il-ħarsien tad-dejta, skont id-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

    Kull ħażna ta' marki tas-swaba' fil-livell nazzjonali għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tas-SIS II. Stat Membru għandu jżomm dejta tal-marki tas-swaba' mniżżla minn CS-SIS separatament minn dejta nazzjonali tal-marki tas-swaba' u dejta bħal din għandha titħassar fl-istess ħin ma' twissijiet u informazzjoni supplimentari korrispondenti.

    2.14.2.    Skambju ta' marki tas-swaba' u ritratti

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) l-Uffiċċju SIRENE fornitur jibgħat il-formola L bil-mod elettroniku tas-soltu u jsemmi fil-kaxxa 083 ta' formola L li l-marki tas-swaba' u r-ritratti jkunu qed jintbagħtu biex jikkompletaw twissija fis-SIS II.

    (b) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jżid il-marki tas-swaba' jew ir-ritratti mat-twissija fis-SIS II, jew jibagħthom lill-awtorità kompetenti biex tikkompleta t-twissija.

    2.14.3.    Rekwiżiti tekniċi

    Il-marki tas-swaba' u r-ritratti jinġabru u jintbagħtu skont l-istandards li għandhom ikunu definiti fir-regoli ta' implimentazzjoni għad-dħul ta' dejta bijometrika fis-SIS II.

    Kull uffiċċju SIRENE għandu jissodisfa dawk l-istandards tekniċi.

    2.14.4.    Format u kwalità ta' dejta bijometrika

    Id-dejta bijometrika kollha mdaħħla fis-sistema tkun suġġetta għal eżami speċifiku ta' kwalità biex ikun żgurata standard ta' kwalità minimu komuni għall-utenti kollha tas-SIS II.

    Qabel ma tiddaħħal, isiru verifiki fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat li:

    (a) id-dejta dwar il-marki tas-swaba' u fajl relatat tan-NIST huma kompatibbli f'kull aspett mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345 ( 24 ) dwar standards minimi tal-kwalità tad-dejta għal rekords ta' marki tas-swaba' tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), l-anness tagħha u l-istandards tekniċi adottati fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament SIS II u l-Artikolu 67 tad-Deċiżjoni SIS II;

    (b) ir-ritratti, li għandhom jintużaw biss biex jikkonfermaw l-identità ta' persuna li tkun instabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS II, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: ir-rata ta' tikek tar-ritratti tal-wiċċ kollu minn quddiem tkun, jekk hu possibbli, ta' 3:4 jew 4:5. Jekk tkun tista' tinkiseb, tintuża riżoluzzjoni ta' mill-anqas 480 × 600 pixels b'24bit fond ta' kulur. Jekk ix-xbieha jkollha ssir permezz ta' skaner, il-qies tax-xbieha għandu jkun, jekk hu possibbli, anqas minn madwar 200 Kbytes.

    2.15.    Tipi speċjali ta' tiftix

    2.15.1.    Tiftix immirat b'mod ġeografiku

    Tiftix immirat ġeografikament huwa tiftix magħmul f'sitwazzjoni fejn Stat Membru jkollu prova soda dwar fejn ikunu jistgħu jinstabu persuna jew oġġett li huma suġġetti għal twissija, f'żona ġeografikament ristretta.

    Tfittxijiet immirati ġeografikament fiż-żona Schengen għandhom isiru abbażi ta' twissija fis-SIS II. F'ċirkustanzi fejn il-post fejn jistgħu jinstabu persuna jew oġġett ikun magħruf, il-kaxxa 311 (Nota Importanti) tista' timtela billi tkun indikata tfittxija ġeografika u billi jintgħażlu l-pajjiżi xierqa. Barra minn hekk, jekk il-post fejn tista' tkun tinstab il-persuna jkun magħruf meta tinħareġ twissija ta' arrest, il-kaxxa 061 tal-Formola A għandha tinkludi l-informazzjoni dwar fejn il-persuna mfittxija tista' tkun tinstab. Fil-każijiet l-oħra kollha, inklużi dawk ta' komunikazzjoni dwar fejn jistgħu jkunu jinstabu oġġetti, tintuża l-Formola M (il-kaxxa 083). Twissija għall-persuna mfittxija tiddaħħal fis-SIS II biex tiżgura li talba biex tittieħed azzjoni tkun infurzabbli immedjatament (l-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ĠAI).

    Meta s-suġġett ta' tfittxija ġeografika jkun jinstab f'post li mhux dak indikat fit-tfittxija ġeografika, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jindika dan il-fatt billi juża l-formola M, lill-Istat(i) Membru(i) involut(i) fit-tfittxija ġeografika sabiex jitwaqqaf kull xogħol relatat.

    2.15.2.    Tfittxija bil-parteċipazzjoni ta' unitajiet speċjali tal-pulizija għal tfittxija mmirata (FAST)

    F'każijiet xierqa, l-uffiċċji SIRENE fl-Istati Membri li ssirilhom it-talba għandhom jużaw ukoll is-servizzi pprovduti minn unitajiet speċjali li jwettqu tfittxijiet immirati (FAST — Fugitive, Active Search Teams). It-twissija fis-SIS II ma għandhiex tiġi sostitwita b'kooperazzjoni internazzjonali tal-unitajiet tal-pulizija msemmija hawn fuq. Din il-kooperazzjoni ma għandhiex tikkoinċidi mar-rwol tal-uffiċċju SIRENE bħala punt fokali għat-tfittxijiet permezz tas-SIS II.

    Għandha tkun stabbilita kooperazzjoni, kif ikun xieraq, sabiex ikun żgurat li l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jkun infurmat mill-FAST nazzjonali tagħhom bi kwalunkwe operazzjoni li tkun għaddejja relatata ma' twissija li tkun iddaħħlet fis-SIS II. Fejn xieraq l-Uffiċċju SIRENE għandu jipprovdi din l-informazzjoni lil Uffiċċji SIRENE oħra. Kull operazzjoni koordinata tal-ENFAST (European Network of Fugitive Active Search Teams) li tinvolvi l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju SIRENE għandha tiġi rrappurtata minn qabel lill-Uffiċċju SIRENE.

    L-uffiċċji SIRENE għandhom jiżguraw fluss veloċi ta' informazzjoni supplimentari, inkluża informazzjoni dwar hit, lill-FAST nazzjonali jekk din tal-aħħar tkun involuta fit-tftittxija.

    3.   TWISSIJIET TA' ARREST GĦAL FINIJIET TA' KONSENJA JEW ESTRADIZZJONI (L-ARTIKOLU 26 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    3.1.    Dħul ta' twissija

    Il-parti l-kbira tat-twissijiet ta' arrest ikunu akkumpanjati b'Mandat ta' Arrest Ewropew (European Arrest Warrant — EAW). Madankollu, skont it-twissija għal arrest, huwa possibbli wkoll arrest provviżorju qabel ma tinkiseb talba għal estradizzjoni (ER) skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Estradizzjoni.

    L-EAW/ER jinħarġu minn awtorità ġudizzjarja awtorizzata li teżegwixxi din il-funzjoni fl-Istat Membru emittenti.

    Meta tiddaħħal twissija għal arrest għall-finijiet ta' konsenja, għandha tiddaħħal kopja tal-EAW oriġinali fis-SIS II. Tista' tiddaħħal traduzzjoni tal-EAW f'lingwa uffiċjali waħda jew iktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

    Barra minn hekk, ritratti u marki tas-swaba' tal-persuna jiżdiedu mas-twissija meta dawn ikunu disponibbli.

    L-informazzjoni rilevanti, inklużi l-EAW jew l-ER, mogħtija fir-rigward ta' persuni mfittxija għall-finijiet ta' arrest għal konsenja jew estradizzjoni, tkun tista' tinkiseb mill-Uffiċċju SIRENE meta tiddaħħal it-twissija. Ikun hemm verifika biex ikun żgurat li l-informazzjoni tkun kompluta u ppreżentata b'mod korrett.

    L-Istati Membri jkunu jistgħu jdaħħlu aktar minn EAW wieħed għal kull twissija għal arrest. Tkun ir-responsabbiltà tal-Istat Membru emittenti li jħassar EAW li ma jibqax validu u li jara jekk ikunx hemm Mandati ta' Arrest Ewropew oħra mehmuża mat-twissija u li jestendi t-twissija jekk ikun meħtieġ.

    Minbarra EAW li Stat Membru jkun hemeż ma' twissija għal arrest, għandu jkun possibbli wkoll li jkunu mehmuża traduzzjonijiet tal-EAW, jekk hemm bżonn f'fajls binarji separati.

    Għal dokumenti skanjati li jkollhom jinthemżu ma' twissijiet, kemm jista' jkun għandha tintuża riżoluzzjoni minima ta' 150 DPI.

    3.2.    Twissijiet multipli

    Għal proċeduri ġenerali ara t-Taqsima 2.2.

    Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    Diversi Stati Membri jistgħu jdaħħlu twissija għal arrest fuq l-istess persuna. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ikunu ħarġu twissija għall-istess persuna, id-deċiżjoni li fuqha l-mandat ikun eżegwit fil-każ ta' arrest tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun se jsir l-arrest. L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jibgħat il-formola G lil kull Stat Membru kkonċernat.

    3.3.    Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.1.

    3.4.    Dħul ta' psewdonimu

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.2.

    F'każ ta' twissijiet għall-arrest, l-Uffiċċju SIRENE għandu juża l-kaxxa 011 ta' formola A ( 25 ) (fi żmien id-dħul tat-twissija) jew sussegwentement il-formola M, meta jinforma lill-Istati Membri l-oħra bil-psewdonimi rigward twissija għal arrest, jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-uffiċċju SIRENE.

    3.5.    Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat lill-Istati Membri

    Meta tiddaħħal twissija, l-informazzjoni supplimentari dwar it-twissija għandha tintbagħat lill-Istati Membri kollha.

    L-informazzjoni msemmija fit-Taqsima 3.5.1 tintbagħat lill-Uffiċċji SIRENE oħrajn permezz ta' formola A, fl-istess ħin li tiddaħħal it-twissija. Kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-finijiet ta' identifikazzjoni tintbagħat wara konsultazzjoni u/jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor.

    Fil-każ fejn diversi EAWs jew ERs ikunu jeżistu għall-istess persuna, għandhom jimtlew formoli A separati għal kull EAW jew ER.

    Għandu jkun hemm biżżejjed dettalji fl-EAW/ER u fil-formola A (b'mod partikolari, fit-Taqsima (e) dwar l-EAW: “deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu r-reat(i), inklużi l-ħin u l-lok” il-kaxxi 042, 043, 044, 045: “deskrizzjoni taċ-ċirkonstanzi”) għal Uffiċċji SIRENE oħrajn biex jivverifikaw it-twissija. L-Appendiċi 3 jistabbilixxi l-informazzjoni meħtieġa u r-relazzjoni tagħha mal-kaxxi dwar l-EAW.

    Meta EAW jiġi sostitwit jew revokat dan għandu jiġi indikat fil-kaxxa 267 ta' Formola A (Artikolu 26 tad-Deċiżjoni tas-SIS II) jew fil-kaxxa 044 tal-formola A (Talba ta' Estradizzjoni/Twissijiet migrati) bl-użu tat-test li ġej: “Din il-formola tirrevoka l-formola (numru ta' referenza) li tirreferi għall-EAW (numru ta' referenza) maħruġ fi (data)”.

    3.5.1.    Informazzjoni supplimentari li għandha tintbagħat rigward arrest provviżorju

    3.5.1.1.   Meta tiddaħħal twissija abbażi kemm ta' EAW kif ukoll ta' ER Talba (ER)

    Meta tiddaħħal twissija għal arrest b'finijiet ta' estradizzjoni, tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha permezz tal-formola A. Jekk id-dejta fit-twissija u l-informazzjoni supplementarja mibgħuta lill-Istati Membri rigward EAW mhumiex biżżejjed għal finijiet ta' estradizzjoni, għandha tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali.

    Fil-kaxxa 239 għandu jiġi indikat li l-formola tikkonċerna kemm EAW kif ukoll ER.

    3.5.1.2.   Meta tinħareġ twissija msejsa fuq ER biss

    Meta tiddaħħal twissija għal arrest b'finijiet ta' estradizzjoni, tintbagħat informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha permezz tal-formola A.

    Fil-kaxxa 239 għandu jiġi indikat li l-formola tikkonċerna ER.

    3.6.    Żieda ta' marka ta' bandiera

    Għar-regoli ġenerali ara t-Taqsima 2.7.

    Jekk tal-anqas wieħed mill-EAWs mehmużin mat-twissija jista' jiġi esegwit, it-twissija ma jkollhiex marka ta' bandiera.

    Jekk EAW ikun fih aktar minn reat wieħed u jekk il-konsenja tista' titwettaq fir-rigward ta' mill-inqas wieħed minn dawk ir-reati, it-twissija ma jkollhiex marka ta' bandiera.

    Kif enfasizzat fit-Taqsima 2.7, twissija mmarkata b'bandiera skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II għandha, għat-tul ta' żmien tal-marka tal-bandiera, titqies bħala li ddaħħlet biex tikkomunika l-post fejn tinsab il-persuna li għaliha nħarġet it-twissija.

    3.6.1.    Talba sistematika biex tiżdied marka ta' bandiera ma' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni fejn id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI ma tapplikax

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) fil-każ ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni, fejn id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI ma tapplikax, Uffiċċju SIRENE jista' jitlob lil Uffiċċju/i SIRENE ieħor/oħrajn biex iżid/iżidu marka ta' bandiera b'mod sistematiku għal twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II dwar iċ-ċittadini tiegħu;

    (b) kull Uffiċċju SIRENE li jkun jixtieq jagħmel dan għandu jibgħat talba bil-miktub lill-Uffiċċju/i SIRENE l-ieħor/l-oħra.

    (c) kwalunkwe Uffiċċju SIRENE li ssirlu talba bħal din iżid minnufih il-marka ta' bandiera għall-Istat Membru kkonċernat hekk kif tinħareġ it-twissija;

    (d) il-marka ta' bandiera tibqa' sakemm l-Uffiċċju SIRENE li għamel it-talba jitlob li titneħħa.

    3.7.    Azzjoni mill-Uffiċċji SIRENE mal-wasla ta' twissija ta' arrest

    Meta Uffiċċju SIRENE jirċievi l-formola A, għandu malajr kemm jista' jkun, ifittex is-sorsi kollha disponibbli, biex jipprova jalloka s-suġġett. Jekk l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru emittenti ma tkunx biżżejjed biex tiġi aċċettata mill-Istat Membru li jirċeviha, dan ma għandux tipprevjeni li jsiru t-tfittxijiet. L-Istati Membri li jirċievu jwettqu tfittxijiet safejn ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali.

    Jekk it-twissija ta' arrest tiġi vverifikata u s-suġġett jinstab jew jiġi arrestat fi Stat Membru, allura l-informazzjoni li jkun hemm fil-formola A tista' tintbagħat mill-Uffiċċju SIRENE riċeventi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jesegwixxi l-EAW jew l-ER. Jekk jintalab l-EAW jew l-ER oriġinali, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista' tibagħtu direttament lill-awtorità ġudizzjarja ta' eżekuzzjoni (sakemm ma jkunux saru arranġamenti alternattivi mill-Istat Membru emittenti u/jew ta' eżekuzzjoni).

    3.8.    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

    Barra minn hekk, tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) hit dwar individwu li għalih tkun inħarġet twissija ta' arrest dejjem tkun komunikata minnufih lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti. Barra minn hekk, wara li tinbagħat il-formola G, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkomunika wkoll il-hit lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti fejn xieraq, bit-telefown;

    (b) jekk ikun meħtieġ l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti mbagħad jibgħat kull informazzjoni rilevanti u speċifika dwar il-miżuri partikulari li jittieħdu mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni;

    (c) l-awtorità kompetenti li tirċievi l-EAW jew l-ER, id-dettalji ta' kuntatt kollha għal komunikazzjoni sħaħ tagħha (l-indirizz postali, in-numru tat-telefown u, jekk disponibbli, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-email), in-numru ta' referenza (jekk disponibbli), il-persuna kompetenti (jekk disponibbli), il-lingwa mitluba, il-limitu ta' żmien għall-konsenja u l-forma tagħha ta' twassil ikunu pprovduti fil-kaxxa 091 tal-formola G;

    (d) barra minn hekk, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra bil-hit, billi juża l-formola M, fejn tkun ġiet stabbilita rabta ċara ma' Stati Membri partikolari mill-fatti tal-każ u aktar inkjesti li jkunu nbdew;

    (e) l-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet skont l-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-għajnuna ġudizzjarja reċiproka.

    3.9.    Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar konsenja jew estradizzjoni

    Meta l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jipprovdu informazzjoni lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar jekk tistax issir konsenja jew estradizzjoni ta' persuna li għaliha tkun inħarġet twissija għal arrest, dak l-Uffiċċju SIRENE minnufih jipprovdi dik l-informazzjoni lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola M, immarkata fil-kaxxa 083 bil-kliem “KONSENJA” jew “ESTRADIZZJONI” ( 26 ). L-arranġamenti dettaljati ta' konsenja jew ta' estradizzjoni, fejn xieraq, jiġu kkomunikati permezz tal-Uffiċċji SIRENE mill-aktar fis possibbli.

    3.10.    Skambju ta' informazzjoni supplimentari dwar it-tranżitu minn Stat Membru ieħor

    Jekk tranżitu ta' persuna huwa meħtieġ, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li minnu l-persuna qed tgħaddi fi tranżitu jipprovdi l-informazzjoni u l-appoġġ meħtieġa, bi tweġiba għal talba mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jew l-awtorità ġudizzjarja kompetenti, mibgħuta mill-Uffiċċju SIRENE, permezz tal-formola M immarkata bil-kelma “TRANŻITU” miktuba fil-bidu tal-kaxxa 083.

    3.11.    Tħassir ta' twissijiet wara konsenja jew estradizzjoni

    It-tħassir ta' twissijiet għal arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni jseħħ ladarba l-persuna tkun ġiet ikkonsenjata jew estradita lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti iżda jista' wkoll iseħħ meta d-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha t-twissija kienet ibbażata tkun ġiet revokata mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skont il-liġi nazzjonali.

    4.   TWISSIJIET TA' ĊAĦDA TA' DĦUL JEW TA' PERMANENZA (ARTIKOLU 24 TAR-REGOLAMENT SIS II)

    Introduzzjoni

    L-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi li dwarhom tkun inħarġet twissija skont l-Artikolu 24 tar-Regolament SIS II jippermetti lill-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet fil-każ ta' dħul jew ta' applikazzjoni għall-viża. Jekk l-individwu jkun diġà fit-territorju tal-Istat Membru, dan jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu l-azzjoni xierqa biex jinħarġu l-permessi ta' residenza, il-viżi għal permanenza fit-tul jew biex l-individwu jitkeċċa. F'din it-taqsima referenzi għal viżi jikkonċernaw viżi għal permanenza twila, sakemm mhux spjegat b'mod ċar (pereż. viża għal dħul mill-ġdid).

    It-twettiq tal-proċeduri ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(4) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u tal-proċeduri ta' konsultazzjoni stipulati skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, jaqa' taħt il-kompetenzi tal-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fil-fruntieri u għall-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew ta' viżi. Fil-prinċipju, l-Uffiċċji SIRENE għandhom ikunu involuti f'dawn il-proċeduri biss biex jittrażmettu informazzjoni supplimentari direttament relatata mat-twissijiet (pereż. notifika ta' hit, kjarifika ta' identità) jew it-tħassir ta' twissijiet.

    Madankollu l-Uffiċċji SIRENE jistgħu jkunu involuti wkoll fit-trażmissjoni ta' informazzjoni supplimentari meħtieġa għat-tkeċċija jew għaċ-ċaħda ta' dħul ta' ċittadin ta' pajjiż terz; u jistgħu jkunu involuti fi trażmissjoni ta' kull informazzjoni supplimentari addizzjonali maħluqa minn dawn l-azzjonijiet.

    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill ( 27 ) mhijiex applikabbli fl-Isvizzera. Għalhekk fil-każ ta' risposta pożitiva dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkun il-benefiċjarji tad-dritt tal-moviment liberu, jitwettqu proċeduri ta' konsultazzjoni normali bejn l-Iżvizzera, l-Istat Membru emittenti u kull Stat Membru ieħor li jista' jkollu informazzjoni rilevanti dwar id-dritt taċ-ċittadin ta' pajjiż terz ta' moviment liberu.

    4.1.    Dħul ta' twissija

    Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament SIS II, regoli speċifiċi japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma benefiċjarji tad-dritt tal-moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE. L-Uffiċċju SIRENE għandu jkun jista', safejn possibbli, jagħmel disponibbli kull informazzjoni li ntużat biex jiġi eżaminat jekk twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza iddaħħlitx għal benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu ( 28 ). Fil-każ eċċezzjonali ta' dħul ta' twissija dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jgawdi mid-dritt għal moviment liberu, l-Uffiċċju Sirene tal-Istat Membru emittenti jibgħat formola M lill-Istati Membri l-oħra kollha, imsejsa fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità li tkun daħħlet it-twissija (ara t-Taqsimiet 4.6 u 4.7).

    Barra minn dan, l-Artikolu 26 tar-Regolament SIS II jgħid li, bla preġudizzju għal ċerti kundizzjonijiet speċifiċi, għandhom jiddaħħlu twissijiet relatati ma' ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu suġġetti ta' miżura restrittiva maħsuba biex ma jitħallix isir dħul fit-territorju ta' Stati Membri jew li jkun hemm passaġġ minnu, meħudin skont l-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ( 29 ). It-twissijiet jiddaħħlu u jinżammu aġġornati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miżura. Jekk dan l-Istat Membru ma jkollux aċċess għas-SIS II jew għat-twissijiet skont l-Artikolu 24 tar-Regolament SIS II ir-responsabbiltà tittieħed mill-Istat Membri li jkun se jkollu l-Presidenza sussegwenti u jkollu aċċess għas-SIS II, inkluż aċċess għal twissijiet skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tas-SIS II.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri meħtieġa għad-dħul, l-aġġornar, u t-tħassir ta' dawn it-twissijiet.

    4.2.    Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

    4.3.    Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.1.

    Il-problemi jistgħu jinqalgħu meta ċittadin ta' pajjiż terz li huwa suġġett ta' twissija għal ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza juża illegalment l-identità ta' ċittadin ta' Stat Membru biex jipprova jikseb dħul. Jekk tinqala' sitwazzjoni bħal din l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jisgħu jiġu infurmati bl-użu korrett tal-funżjoni tal-identità użata ħażin fis-SIS II. It-twissijiet għaċ-ċaħda ta' dħul ma għandhomx jinħarġu fl-identità prinċipali ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

    4.4.    Dħul ta' psewdonimu

    Għar-regoli ġenerali ara t-Taqsima 2.12.2.

    4.5.    Skambju ta' informazzjoni fil-ħruġ ta' permessi ta' residenza jew viżi

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) bla preġudizzju għall-proċedura speċjali dwar l-iskambju ta' informazzjoni, li jsir skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen; u bla preġudizzju għat-Taqsima 4.8, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa l-benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu (li f'dan il-każ il-konsultazzjoni tas-SIRENE tal-Istat Membru emittenti hija obbligatorja); l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jista' jinforma lill-Istat Membru emittenti li t-twissija għal ċaħda ta' dħul kellha tqabbila waqt il-proċedura għall-għoti ta' permess ta' residenza jew ta' viża. L-Istat Membru emittenti jista' mbagħad jinforma lill-Istati Membri l-oħra billi juża formola M jekk xieraq;

    (b) jekk jintalbu jagħmlu dan, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jgħinu fit-trażmissjoni tal-informazzjoni neċessarja lill-awtoritajiet xierqa li jkunu responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza u ta' viżi.

    4.5.1.    Proċeduri speċjali kif previst fl-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen

    Proċedura skont l-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen

    Jekk Stat Membru li jkun qed iqis jagħtix permess ta' residenza jew viża jsib li l-applikant ikkonċernat ikun suġġett ta' twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza maħruġa minn Stat Membru ieħor, huwa jikkonsulta mal-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċji SIRENE. L-Istat Membru li qed jikkunsidra jagħtix permess ta' residenza jew viża juża l-formola N biex javża lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni li jagħti permess ta' residenza jew viża. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna, madankollu, tista' titqiegħed fuq il-lista nazzjonali ta' twissijiet għal ċaħda ta' dħul tal-Istat Membru emittenti.

    Proċedura skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen

    Jekk Stat Membru li daħħal twissija għal ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza jsib li l-persuna li hi s-suġġett tat-twissija tkun ingħatat permess ta' residenza jew viża, għandu jibda proċedura ta' konsultazzjoni mal-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża, permezz tal-Uffiċċji SIRENE. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

    Il-konsultazzjoni permezz tal-Uffiċċji SIRENE, bl-użu tal-formola O għandha sseħħ ukoll jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża jsib aktar tard li jkun hemm twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza għal dik il-persuna li tkun iddaħħlet fis-SIS II ( 30 ).

    Jekk Stat Membru terz (jiġifieri la dak li ta l-permess ta' residenza/viża u lanqas dak li jkun ħareġ it-twissija) isib li jkun hemm twissija dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jkollu permess ta' residenza jew viża minn wieħed mill-Istati Membri, huwa jinnotifika kemm lill-Istat Membru li jkun ta l-permess/viża kif ukoll lill-Istat Membru emittenti, permezz tal-Uffiċċji SIRENE, billi juża l-formola H.

    Jekk il-proċedura prevista skont l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen tkun tfisser it-tħassir ta' twissija ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza, l-Uffiċċji SIRENE, waqt li jħarsu l-liġi nazzjonali tagħhom, jagħtu l-għajnuna tagħhom jekk jintalbu jagħmlu dan.

    4.5.2.    Proċeduri speċjali skont l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen

    Proċedura f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(4)(a)

    Skont l-Artikolu 5(4)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, ċittadin ta' pajjiż terz li huwa s-suġġett ta' twissija għal rifjut ta' dħul jew ta' permanenza u li, fl-istess ħin, għandu permess ta' residenza, viża għal soġġorn fit-tul jew viża għal dħul mill-ġdid maħruġin minn wieħed mill-Istati Membri, jitħalla jidħol għal skopijiet ta' tranżitu fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza, jew il-viża għal dħul mill-ġdid, meta jaqsam fruntiera fi Stat Membru terz. Id-dħul jista' jkun miċħud jekk dan l-Istat Membru jkun ħareġ twissija nazzjonali ta' ċaħda ta' dħul. Fiż-żewġ każijiet, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li fih il-persuna tkun qed tipprova tidħol jibgħat messaġġ lill-Uffiċċji SIRENE taż-żewġ Stati Membri inkwistjoni (il-formola H jekk it-tranżitu kien permess/il-formola G jekk id-dħul kien rifjutat) biex jinfurmahom dwar il-kontradizzjoni u jitlobhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jew titħassar it-twissija fis-SIS II jew jiġi rtirat il-permess ta' residenza/viża. Jista' jitlob ukoll li jkun mgħarraf bir-riżultat ta' kull konsultazzjoni.

    Jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat jipprova jidħol fl-Istat Membru li jkun daħħal it-twissija fis-SIS II, id-dħul tiegħu/tagħha jista' jiġi rifjutat minn dan l-Istat Membru. Madankollu, wara talba mill-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE ta' dak l-Istat Membru għandu jikkonsulta mal-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża biex l-awtorità kompetenti titħalla tiddeċiedi jekk ikunx hemm raġunijiet biżżejjed għall-irtirar tal-permess ta' residenza/viża. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jagħti l-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

    Jekk din il-persuna tipprova tidħol fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta' residenza jew viża, hi titħalla tidħol fit-territorju iżda l-Uffiċċju SIRENE ta' dan l-Istat Membru, wara talba tal-awtorità kompetenti, għandu jikkonsulta l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti sabiex jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jiddeċiedu dwar l-irtirar tal-permess ta' residenza jew viża jew it-tħassir tat-twissija. L-Istat Membru li ħareġ il-permess ta' residenza jew viża juża l-formola O biex jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar id-deċiżjoni jekk għandux jiġi rtirat il-permess ta' residenza jew viża. Jekk dan l-Istat Membru jiddeċiedi li jżomm il-validità tal-permess ta' residenza jew viża, it-twissija titħassar. Il-persuna tista', madankollu, titqiegħed f'lista nazzjonali ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ta' Stat Membru.

    Proċeduri f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 5(4)(c)

    Skont l-Artikolu 5(4)(c) Stat Membru jista' jidderoga mill-prinċipju li persuna li tkun inħarġitilha twissija ta' ċaħda ta' dħul tiġi miċħuda d-dħul għal raġunijiet umanitarji, minħabba f'interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. Bit-talba tal-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ppermetta d-dħul jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti b'din is-sitwazzjoni billi juża l-formola H.

    4.6.    Regoli komuni dwar proċeduri msemmija fit-Taqsima 4.5

    (a)  Formola N jew formola O waħda biss għandha tintbagħat għal kull proċedura ta' konsultazzjoni mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ta jew ikollu l-ħsieb li jagħti jew iżomm permess ta' residenza jew viża għal permanenza fit-tul sabiex tinforma l-Istat Membru li jkun ħareġ jew li qed jippjana li joħroġ twissija ta' rifjut ta' dħul dwar id-deċiżjoni finali dwar il-ħruġ, iż-żamma jew it-tħassir ta' permess ta' residenza jew viża.

    (b) Il-proċedura ta' konsultazzjoni tkun jew proċedura għall-finijiet tal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew proċedura għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

    (c) Meta tintbagħat formola M, G, jew H fil-kuntest ta' proċedura ta' konsultazzjoni, din tista' tkun immarkata bil-kelma ewlenija “proċedura ta' konsultazzjoni”. (formola M: kaxxa 083; Formola G: kaxxa 086; Formola H: kaxxa 083).

    4.7.    Skambju ta' informazzjoni wara hit u meta jiġi rrifjutat dħul jew issir tkeċċija miż-żona Schengen

    Bla preġudizzju għall-proċeduri speċjali dwar l-iskambju ta' informazzjoni, li jsir skont l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen; u bla preġudizzju għat-Taqsima 4.8 li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li hu l-benefiċjarju tad-dritt għal moviment liberu (li f'dan il-każ il-konsultazzjoni tal-Istat Membru emittenti permezz tal-Uffiċċju SIRENE hija obbligatorja), Stat Membru jista' jitlob li jiġi infurmat b'kull hit dwar twissijiet għal rifjut ta' dħul jew ta' permanenza li jkun daħħal.

    L-Uffiċċji SIRENE tal-Istati Membri li jkunu ħarġu twissijiet ta' ċaħda ta' dħul ma jkunux neċessarjament mgħarrfa b'kull hit li normalment ikun hemm, iżda jistgħu jkunu mgħarrfa f'ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-formola G jew il-formola H, skont l-azzjoni meħuda, tista' f'kull każ tintbagħat jekk, pereżempju, tintalab informazzjoni supplimentari. Il-formola G dejjem tintbagħat meta jkun hemm hit dwar persuna li tkun qed tibbenefika mid-dritt tal-moviment liberu.

    Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu ta' hawn fuq, kif stabbilit fit-Taqsima 10 l-Uffiċċji SIRENE kollha għandhom jipprovdu statistika dwar hits tat-twissijiet barranin kollha fit-territorju tagħhom.

    Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) Stat Membru jista' jitlob li jiġi infurmat bi kwalunkwe hit fuq twissijiet għal rifjut ta' dħul jew ta' permanenza li jkun ħareġ. Kull Stat Membru li jkun jixtieq dan għandu jagħmel talba lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub;

    (b) l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni jista' jieħu l-inizjattiva u jinforma lill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija li tali twissija tkun ġiet imqabbla u li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma ngħatax permess jidħol jew li ġie mkeċċi mit-territorju ta' Schengen;

    (c) ladarba tittieħed azzjoni fuq il-bażi ta' hit, l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jibgħat il-formola G lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti; il-formola G għandha tintbagħat ukoll f'każ ta' hit, meta tkun meħtieġa aktar informazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-miżura.

    (d) malli tasal l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) mill-Istat Membru emittenti:

    (i) jekk l-azzjoni titwettaq, l-Istat Membru li jeżegwixxi javża lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola M (mhux formola G oħra għall-istess hit),

    (ii) jekk l-azzjoni ma titwettaqx, l-Istat Membru li jeżegwixxi javża lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola H, jew

    (iii) jekk tkun meħtieġa aktar konsultazzjoni din issir bil-formola M,

    (iv) għall-iskambju tal-formoli finali fi proċedura ta' konsultazzjoni tintuża l-formola N jew O.

    (e) jekk fit-territorju tiegħu, Stat Membru jinterċetta ċittadin ta' pajjiż terz li dwaru tkun inħarġet twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħaddi l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuna kkonċernata tiġi rritornata, jekk jintalab jagħmel dan. Skont il-ħtiġijiet tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni din l-informazzjoni, mogħtija fil-formola M, għandha tinkludi dan li ġej:

     it-tip ta' deċiżjoni u r-raġuni warajha,

     l-awtorità li ħarġet id-deċiżjoni,

     id-data tad-deċiżjoni,

     id-data tal-ordni legali (id-data meta ntbagħtet id-deċiżjoni),

     id-data tal-infurzar,

     id-data li fiha d-deċiżjoni tiskadi jew it-tul tal-validità.

     l-informazzjoni jekk il-persuna ġietx ikkundannata u n-natura tal-penali.

    Jekk persuna li dwarha tkun inħarġet twissija tiġi interċettata fuq il-fruntiera, jiġu segwiti l-proċeduri stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u mill-Istat Membru emittenti.

    Jista' jkun hemm ukoll ħtieġa urġenti li tiġi skambjata informazzjoni supplimentari permezz tal-Uffiċċji SIRENE f'każijiet speċifiċi sabiex individwu jiġi identifikat b'ċertezza.

    4.8.    Skambju ta' informazzjoni wara hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li huwa benefiċjarju tad-dritt tal-moviment liberu

    Fir-rigward ta' ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE, għandhom japplikaw regoli speċjali ( 31 ).

    Jekk ikun hemm hit dwar ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE japplikaw regoli speċjali (iżda ara l-introduzzjoni għat-Taqsima 4 dwar il-pożizzjoni tal-Iżvizzera). Għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) wara talba mill-awtorità kompetenti, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkuntattja minnufih lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti billi juża l-formola G, sabiex jikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni, mingħajr dewmien, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed,

    (b) malli jirċievi talba għal informazzjoni, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti minnufih jibda jiġbor l-informazzjoni mitluba u jibagħatha malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni,

    (c) jekk din l-informazzjoni ma tkunx għadha disponibbli, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jivverifika mal-awtorità kompetenti jekk it-twissija tistax tinżamm skont id-Direttiva 2004/38/KE. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li żżomm it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha b'dan, permezz tal-formola M;

    (d) l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jgħarraf, permezz tal-Uffiċċju SIRENE tiegħu, lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jekk l-azzjoni mitluba li kellha tittieħed kinitx eżegwita (bl-użu tal-formola M) jew le (bl-użu tal-formola H) ( 32 ).

    4.9.    Skambju ta' informazzjoni jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut tad-dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu

    Jekk, fin-nuqqas ta' hit, Stat Membru jiskopri li hemm twissija għal rifjut ta' dħul għal ċittadin ta' pajjiż terz li jibbenefika mid-dritt għal moviment liberu, l-Uffiċċju SIRENE ta' dan l-Istat Membru, wara t-talba tal-awtorità kompetenti, jibgħat il-formola M lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti fejn jinformah b'dan.

    Jekk din l-informazzjoni ma tkunx għadha disponibbli, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jivverifika mal-awtorità kompetenti jekk it-twissija tistax tinżamm skont id-Direttiva 2004/38/KE. Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li żżomm it-twissija, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-Uffiċċji SIRENE l-oħra kollha b'dan, permezz tal-formola M.

    4.10.    Twissijiet ta' tħassir għal ċaħda għal dħul jew permanenza

    Bla preġudizzju għall-proċeduri speċjali previsti mill-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u l-Artikolu 5(4)(a) u (c) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen dwar twissijiet ta' ċaħda ta' dħul jew ta' permanenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi titħassar meta:

    (a) tiskadi t-twissija;

    (b) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti tiddeċiedi li titħassarha;

    (c) jiskadi l-limitu ta' żmien għal ċaħda ta' dħul jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti stipulat data ta' skadenza għad-deċiżjoni tagħha; jew

    (d) il-kisba ta' ċittadinanza ta' wieħed mill-Istati Membri. Jekk il-kisba taċ-ċittadinanza tiġi għall-attenzjoni ta' Uffiċċju SIRENE ta' Stat Membru ieħor għajr dak li joħroġha, dan tal-ewwel jikkonsulta l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti u, jekk meħtieġ, jibgħat il-formola J, skont il-proċedura għal rettifika u tħassir ta' dejta li tinstab li hija legalment jew fattwalment mhux korretta (ara t-Taqsima 2.8).

    5.   TWISSIJIET DWAR PERSUNI NEQSIN (ARTIKOLU 32 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    5.1.    Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

    5.2.    Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.1.

    5.3.    Dħul ta' psewdonimu

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.2.

    5.4.    Żieda ta' marka ta' bandiera

    Jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fejn tirriżulta hit għal twissija dwar persuna nieqsa u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jiddeċiedu li l-azzjoni mitluba ma tistax tittieħed u/jew li l-ebda azzjoni ulterjuri ma hi se tittieħed dwar it-twissija. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed anki jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti jiddeċiedu li jżommu t-twissija f'SIS II. F'ċirkostanzi bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jista' jitlob il-marka ta' bandiera wara li ssir il-hit. Bl-għan li tiżdied marka ta' bandiera, għandhom ikunu segwiti l-proċeduri ġenerali kif deskritti fit-Taqsima 2.7.

    Ma hemmx azzjoni alternattiva x'tittieħed għal twissijiet għal persuni neqsin.

    5.5.    Għoti ta' dettall deskrittiv dwar minorenni neqsin u persuni oħrajn ivvalutati bħala li qegħdin f'riskju

    L-Uffiċċji SIRENE jkollhom aċċess fil-pront għall-informazzjoni supplimentari kollha rilevanti fil-livell nazzjonali dwar twissijiet għal persuni neqsin sabiex l-Uffiċċji SIRENE ikun jista' jkollhom rwol sħiħ f'li jintlaħaq riżultat pożittiv għall-każijiet, waqt li tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-persuna u tkun ipprovduta informazzjoni supplimentari fil-pront dwar kwistjonijiet marbuta mal-każ. L-informazzjoni supplimentari rilevanti tista' tkopri, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet nazzjonali dwar il-kustodja ta' tifel/tifla jew ta' persuna vulnerabbli jew talbiet għall-użu ta' mekkaniżmi ta' “Twissijiet dwar Tfal”.

    Peress li mhux il-persuni neqsin vulnerabbli kollha jaqsmu fruntieri nazzjonali, id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta' informazzjoni supplimentari (dwar dettalji deskrittivi) u dwar ir-riċevituri tagħha jittieħdu każ b'każ, fejn tiġi koperta l-firxa kollha taċ-ċirkostanzi. Wara deċiżjoni fuq livell nazzjonali dwar kemm jeħtieġ li tintbagħat informazzjoni supplimentari bħal din, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, sa fejn ikun xieraq, jieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

    (a) iżomm l-informazzjoni sabiex ikun jista' jgħaddi informazzjoni supplimentari meta jintalab jagħmel dan minn Stat Membru ieħor;

    (b) jgħaddi l-formola M lill-Uffiċċju SIRENE kompetenti jekk l-investigazzjonijiet jindikaw destinazzjoni probabbli għall-persuna nieqsa;

    (c) jgħaddi l-formola M lill-Uffiċċji SIRENE rilevanti kollha, fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-għajbien sabiex tkun ipprovduta d-dejta kollha li tikkonċerna l-persuna f'perjodu qasir ta' żmien.

    Fil-każ ta' persuna nieqsa b'riskju għoli, il-kaxxa 311 tal-formola M għanda tibda bil-kelma “URĠENTI” u bi spjegazzjoni tar-raġuni tal-urġenza. (Meta persuna minorenni nieqsa ma tkunx akkumpanjata ( 33 ), it-terminu ta' spjegazzjoni “Minorenni mhux akkumpanjat” jiġi indikat.) Din l-urġenza tista' tissaħħaħ permezz ta' telefonata li tenfasizza l-importanza tal-formola M u n-natura urġenti tagħha.

    Għandu jintuża metodu komuni biex tiddaħħal informazzjoni strutturata supplimentari f'ordni miftiehma dwar persuna nieqsa f'riskju għoli ( 34 ). Din tiddaħħal fil-kaxxa 083 tal-formola M.

    Sabiex jimmassimizza l-opportunitajiet li l-persuna tinstab b'mod immirat u raġunat, malli Uffiċċju SIRENE jirċievi xi informazzjoni, din l-informazzjoni tiġi kkomunikata, sa fejn ikun xieraq lil:

    (a) lill-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntieri rilevanti;

    (b) lill-awtoritajiet amministrattivi u tal-pulizija kompetenti sabiex jinstabu u jiġu protetti l-persuni;

    (c) l-awtoritajiet konsulari rilevanti tal-Istat Membru emittenti, wara li tinkiseb hit fis-SIS II.

    5.6.    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

    Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) kemm jista' jkun, l-Uffiċċju SIRENE jikkomunika d-dettalji mediċi meħtieġa tal-persuna/i konċernata/i nieqsa jekk ikollhom jittieħdu miżuri għal protezzjoni tagħha/hom.

    L-informazzjoni mibgħuta tinżamm biss sakemm tkun strettament meħtieġa u tintuża esklussivament għall-finijiet ta' trattament mediku mogħti lill-persuna konċernata;

    (b) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu dejjem jikkomunika fejn persuna tkun tista' tinstab lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti;

    (c) skont l-Artikolu 33(2) tad-Deċiżjoni SIS II, il-komunikazzjoni ta' fejn tista' tkun il-persuna nieqsa, li tkun maġġorenni, lill-persuna li tkun irrappurtatha nieqsa tkun suġġetta għall-kunsens tal-persuna nieqsa ( 35 ). Il-kunsens ikun bil-miktub jew għall-inqas għandu jkun disponibbli rekord bil-miktub. F'każijiet fejn il-kunsens jiġi rrifjutat, dan għandu jkun bil-miktub jew jiġi rreġistrat uffiċjalment. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li t-twissija tkun tħassret wara hit, lill-persuna li rrapportatu/ha nieqes/nieqsa.

    5.7.    Tħassir ta' twissijiet dwar persuni nieqsa

    Jekk għandu jkun hemm xi dewmien sinifikanti biex titħassar it-twissija mill-Istat Membru emittenti dan id-dewmien jiġi nnotifikat lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex titqiegħed marka ta' bandiera fit-twissija kif deskritt fit-Taqsima 5.4 tal-Manwal SIRENE.

    5.7.1.    Minorenni

    Twissija titħassar meta:

    (a) jissolva l-każ (pereż. il-minuri jiġi ripatrijat; l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jieħdu deċiżjoni dwar il-kura tat-tfal);

    (b) tiskadi t-twissija; jew

    (c) b'deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

    5.7.2.    Adulti fejn l-ebda miżuri protettivi ma huma mitluba

    Twissija titħassar meta:

    (a) l-eżekuzzjoni tal-azzjoni li għandha tittieħed (jiġi aċċertat fejn tinsab il-persuna mill-Istat Membru ta' eżekuzzjoni);

    (b) tiskadi t-twissija; jew

    (c) b'deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

    5.7.3.    Adulti, b'talba għal miżuri protettivi

    Twissija titħassar meta:

    (a) it-twettiq tal-azzjoni li għandha tittieħed (il-persuna titqiegħed taħt protezzjoni);

    (b) tiskadi t-twissija; jew

    (c) b'deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

    Suġġett għal-liġi nazzjonali, fejn persuna tkun f'kura protettiva uffiċjali, it-twissija tista' tinżamm sakemm dik il-persuna tkun ġiet ripatrijata.

    6.   TWISSIJIET GĦAL PERSUNI MFITTXIJA GĦAL PROĊEDURA ĠUDIZZJARJA (L-ARTIKOLU 34 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    6.1.    Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

    6.2.    Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.1.

    6.3.    Dħul ta' psewdonimu

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.2.

    6.4.    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

    Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) il-post veru tar-residenza jew domiċilju għandu jinkiseb bl-użu tal-miżuri kollha permessi mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-persuna kienet tinstab;

    (b) għandu ikun hemm proċeduri nazzjonali stabbiliti, kif ikun xieraq, biex ikun żgurat li t-twissijiet jinżammu fis-SIS biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom kienu pprovduti.

    L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-għajnuna ġudizzjarja reċiproka.

    6.5.    Tħassir ta' twissijiet dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja

    Twissija titħassar meta:

    (a) jkun hemm komunikazzjoni dwar fejn qiegħda l-persuna lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti. Meta l-informazzjoni ppreżentata ma tistax tittieħed azzjoni dwarha (pereż. indirizz żbaljat jew il-persuna ma għandhiex domiċilju fiss) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jgħarraf lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema;

    (b) tiskadi t-twissija; jew

    (c) b'deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti.

    Meta jkun hemm hit fi Stat Membru u d-dettalji tal-indirizz ikunu tressqu quddiem l-Istat Membru emittenti u hit sussegwenti f'dak l-Istat Membru turi l-istess dettalji tal-indirizz, il-hit għandha tiġi rreġistrata fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni iżda la d-dettalji tal-indirizz u lanqas il-formola G ma għandhom jintbagħtu mill-ġdid lill-Istat Membru emittenti. F'każijiet bħal dawn l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Istat Membru emittenti dwar il-hits ripetuti, u l-Istat Membru emittenti jqis il-ħtieġa li tinżamm it-twissija.

    7.   TWISSIJIET GĦAL KONTROLLI DISKRETI U SPEĊIFIĊI (L-ARTIKOLU 36 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    7.1.    Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

    7.2.    Identità użata ħażin

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.1.

    7.3.    Dħul ta' psewdonimu

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.12.2.

    7.4.    Informazzjoni lil Stati Membri oħra meta jinħarġu twissijiet

    Meta tinħareġ twissija, l-uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jinforma lill-uffiċċji SIRENE l-oħra kollha billi juża l-formola M fil-każijiet li ġejjin:

    (a) tinħareġ twissija għal kontrolli diskreti jew speċifiċi b'talba li l-hits jiġu rapportati mingħajr dewmien lill-Uffiċċju SIRENE emittenti; fil-formola M għandu jintuża l-kliem “l-ARTIKOLU 36(2) tad-Deċiżjoni tas-SIS IIazzjoni immedjata” jew “l-ARTIKOLU 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS IIazzjoni immedjata”. Ġustifikazzjoni għal azzjoni immedjata għandha wkoll tiġi indikata fil-kaxxa 083 tal-formola M; jew

    (b) awtorità responsabbli mis-sigurtà nazzjonali titlob il-ħruġ ta' twissija f'konformità mal-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II; fil-formola M għandha tuża l-kliem “l-ARTIKOLU 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS II”.

    Jekk it-twissija tinħareġ skont l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni tas-SIS II, il-formola M għandu jkun fiha, fil-kaxxa 080, l-isem tal-awtorità li titlob li tiddaħħal it-twissija, l-ewwel bil-lingwa tal-Istat Membru emittenti u mbagħad bl-Ingliż flimkien mad-dettalji ta' kuntatt tagħha fil-kaxxa 081 f'format li ma jkollux bżonn traduzzjoni.

    Il-kunfidenzjalità ta' ċerta informazzjoni titħares skont il-liġi nazzjonali, inkluż li l-kuntatt bejn l-Uffiċċji SIRENE jinżamm separat minn kull kuntatt bejn is-servizzi responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

    7.5.    Il-mili sħiħ tal-kaxxa “tip ta' reat” meta jinħarġu twissijiet

    Meta tinħareġ twissija skont l-Artikolu 36(2) jew 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II, meta t-twissija tikkonċerna attività relatata mat-terroriżmu, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-kaxxa “tip ta' reat”, dment li ma jkunx hemm raġunijiet operattivi ċari fil-livell nazzjonali biex l-informazzjoni ma ddaħħalx.

    7.6.    Żieda ta' marka ta' bandiera

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.7.

    Ma hemmx azzjoni alternattiva x'tittieħed għal twissijiet għal kontrolli diskreti jew speċifiċi.

    Barra minn hekk, jekk l-awtorità responsabbli mis-sigurtà nazzjonali fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni tiddeċiedi li t-twissija tirrikjedi marka ta' bandiera, din tikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali tagħha u tinformah li l-azzjoni meħtieġa li għandha tittieħed ma tistax titwettaq. L-Uffiċċju SIRENE mbagħad jitlob għal marka ta' bandiera billi jibgħat il-formola F lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti. L-istess bħal f'talbiet oħra għall-marka ta' bandiera tingħata raġuni ġenerali. Madankollu, il-kwistjonijiet ta' natura sensittiva ma għandhomx għalfejn jiġu żvelati (ara wkoll it-Taqsima 7.7(b) hawn taħt).

    7.7.    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.3.

    Barra minn dan, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) Meta jkun hemm hit dwar twissija maħruġa skont l-Artikolu 36(3) tad-Deċiżjoni SIS II, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar ir-riżultati (kontroll diskret jew kontroll speċifiku) permezz tal-formola G. Fl-istess ħin l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-awtorità tiegħu responsabbli mis-sigurtà nazzjonali.

    (b) Biex titħares il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni hija meħtieġa proċedura speċifika. Għalhekk, kull kuntatt bejn l-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà nazzjonali għandu jinżamm separat mill-kuntatt bejn l-Uffiċċji SIRENE. Konsegwentement, ir-raġunijiet dettaljati għal talba għall-marka ta' bandiera jiġu diskussi direttament bejn l-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà nazzjonali u mhux permezz tal-Uffiċċji SIRENE.

    (c) Meta jkun hemm hit dwar twissija li titlob li l-hit tiġi rrappurtata immedjatament, il-Formola G għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti.

    7.8.    Tħassir ta' twissijiet dwar kontrolli diskreti u speċifiċi

    Twissija titħassar meta:

    (a) it-twissija tiskadi; jew

    (b) tittieħed id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti li titħassar.

    7.9.    Sistemi ta' rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi (ANPR)

    Ara t-Taqsima 9.

    8.   TWISSIJIET DWAR SEKWERSTRU TA' OĠĠETTI JEW BIEX JINTUŻAW BĦALA PROVA (L-ARTIKOLU 38 TAD-DEĊIŻJONI SIS II)

    8.1.    Twissijiet multipli

    Ara l-proċedura ġenerali fit-Taqsima 2.2.

    8.2.    Twissijiet dwar vetturi

    8.2.1.    Kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura

    L-elementi ta' deskrizzjoni tal-identità obbligatorji għal kontrolli għal twissijiet multipli dwar vettura jinkludu:

    (a) il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-numru, u/jew

    (b) in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (Vehicle Identification Number — VIN).

    Iż-żewġ numri jistgħu jiddaħħlu fis-SIS II.

    Jekk meta tiddaħħal twissija ġdida, jinstab li l-istess VIN u/jew numru tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni jeżistu diġà fis-SIS II, jiġu preżunt li t-twissija l-ġdida tirriżulta fi twissijiet multipli dwar l-istess vettura. Madankollu, dan il-metodu ta' verifika huwa effettiv biss fejn l-elementi ta' deskrizzjoni użati jkunu l-istess. Għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li jsir paragun.

    L-Uffiċċju SIRENE għandu jiġbed l-attenzjoni tal-utenti għall-problemi li jistgħu jinqalgħu meta jiġi paragunat numru wieħed biss, jew meta jkun hemm VIN doppji, u f'każ ta' użu mill-ġdid ta' pjanċi tal-liċenzja. Rispons pożittiv ma jfissirx awtomatikament li hemm hit, u rispons negattiv ma jfissirx li ma hemmx twissija dwar il-vettura.

    L-elementi ta' deskrizzjoni tal-identità użati biex jiġi stabbilit jekk żewġ entrati dwar vetturi humiex identiċi jinsabu fid-dettall fit-Taqsima 2.2.3.

    Il-proċeduri ta' konsultazzjoni għall-verifika ta' twissijiet multipli u inkompatibbli li għandhom jiġu applikati mill-Uffiċċji SIRENE għall-vetturi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għall-persuni. Għal proċeduri ġenerali ara t-Taqsima 2.2.

    L-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jżomm rekord ta' kwalunkwe talba biex tiddaħħal twissija ulterjuri li, wara konsultazzjoni, tkun ġiet miċħuda skont id-dispożizzjonijiet mogħtija hawn fuq, sakemm titħassar it-twissija.

    8.2.2.    VIN-doppji

    VIN doppji tirreferi għal vettura mdaħħla fis-SIS II, tal-istess tip bl-istess numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (VIN) bħal vettura manifatturata oriġinali (pereż. trattur u mutur bl-istess VIN ma jaqgħux f'din il-kategorija). Biex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' sekwestri ripetuti tal-vettura manifatturata oriġinali bl-istess VIN japplikaw ir-regoli speċifiċi li ġejjin:

    (a) Fejn tkun stabbilita l-possibbiltà ta' VIN doppju, l-Uffiċċju SIRENE għandu, kif ikun xieraq:

    (i) jiżgura ruħu li ma hemm l-ebda żball fit-twissija fis-SIS II u li l-informazzjoni dwar it-twissija hija kemm jista' jkun kompluta;

    (ii) jikkontrolla ċ-ċirkostanzi tal-każ li qed jagħti lok għal twissija fis-SIS II;

    (iii) isir jaf l-istorja taż-żewġ vetturi sa mill-produzzjoni tagħhom;

    (iv) jitlob kontroll bir-reqqa tal-vettura sekwestrata, b'mod partikolari tal-VIN tagħha, sabiex jivverifika jekk tkunx il-vettura manifatturata oriġinali.

    L-Uffiċċji SIRENE kollha involuti jikkooperaw mill-qrib meta jieħdu miżuri bħal dawn.

    (b) Fejn l-eżistenza ta' VIN-doppju tkun ikkonfermata, l-Istat Membru emittenti għandu jqis jekk huwiex meħtieġ li tinżamm it-twissija fis-SIS II. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jżomm it-twissija fis-SIS II l-Istat Membru emittenti għandu:

    (i) iżid rimarka relatata mal-vettura “Suspett ta' klonu” ( 36 ) fit-twissija;

    (ii) jistieden lis-sid tal-vettura manifatturata oriġinali biex, suġġett għal kunsens espliċitu tiegħu u skont il-liġi nazzjonali, jipprovdi lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti bl-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta' identifikazzjoni żbaljata;

    (iii) jibgħat formola M permezz tal-Uffiċċju SIRENE lill-Uffiċċji l-oħra kollha, kif xieraq, bil-marki jew il-karatteristikċi li jiddeskrivu l-vettura manifatturata oriġinali u jiddistingwiha mill-vettura mdaħħla fis-SIS II. Il-formola M għandu jkollha l-kliem “VETTURA MANIFATTURATA ORIĠINALI” indikati b'mod prominenti fil-kaxxa 083.

    (c) Jekk, meta s-SIS II jiġi kkonsultat, tinstab ir-rimarka relatata mal-vettura, “Suspett ta' klonu”, l-utent li jkun qiegħed iwettaq il-kontroll jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali biex jikseb informazzjoni addizzjonali ħalli jikkjarifika jekk il-vettura li tkun qed tiġi spezzjonata hijiex il-vettura mfittxija jew il-vettura manifatturata oriġinali.

    (d) Jekk matul il-verifika, jinstab li l-informazzjoni fuq il-formola M ma għadhiex aġġornata l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti biex jivverifika s-sjieda legali attwali tal-vettura. L-Uffiċċju SIRENE tal-aħħar jibgħat formola M ġdida skont dan, bil-kliem “VETTURA MANIFATTURATA ORIĠINALI” indikati b'mod prominenti fil-kaxxa 083

    8.3.    Skambju ta' informazzjoni wara hit

    L-Uffiċċji SIRENE jistgħu jittrażmettu informazzjoni ulterjuri dwar twissijiet imdaħħla skont l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II, u meta jagħmlu dan jistgħu jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ġudizzjarji jekk din l-informazzjoni taqa' fl-ambitu tal-għajnuna ġudizzjarja reċiproka skont il-liġi nazzjonali.

    L-Uffiċċji SIRENE jibagħtu l-informazzjoni supplimentari malajr kemm jista' jkun permezz tal-formola P, jekk mitluba fil-kaxxa 089 tal-formola G, meta jkun hemm hit dwar twissija għal sekwestru jew użu bħala prova, maħruġa dwar vettura, inġenju tal-ajru, dgħajsa jew tagħmir industrijali jew kontejner skont l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II.

    Minħabba li t-talba tkun urġenti u minħabba li għalhekk ma jkunx possibbli li l-informazzjoni tinġabar kollha minnufih, ma għandux ikun meħtieġ li jimtlew il-kaxex kollha tal-formola P. Madankollu, għandhom isiru sforzi biex tinġabar l-informazzjoni dwar l-intestaturi ewlenin: 041, 042, 043, 162, 164, 165, 166, 167 u 169.

    Meta tinkiseb hit dwar komponent identifikabbli ta' oġġett l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola G, u jispjega fil-kaxxa 090 (Informazzjoni Addizzjonali) li s-sekwestru mhuwiex ta' oġġett komplut iżda ta' komponent jew komponenti. Fejn diversi komponenti jinsabu fl-istess ħin, inkwantu dawn ikunu relatati biss ma' twissija waħda, tintbagħat formola G waħda. Kwalunkwe hit sussegwenti dwar twissija għandha tiġi nnotifikata lill-Bureau SIRENE tal-Istat Membru emittenti permezz tal-formola G. It-twissija ma għandhiex titħassar sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 8.4 ma jkunux issodisfati.

    8.4.    Tħassir ta' twissijiet dwar oġġetti għal sekwestru jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali

    Twissija titħassar meta:

    (a) isir is-sekwestru tal-oġġett jew miżura ekwivalenti ladarba s-segwitu meħtieġ tal-iskambju ta' informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE jkun seħħ jew l-oġġett isir suġġett ta' proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja oħra (pereż. proċedura ġudizzjarja fuq xiri bona fide, proprjetà kontestata jew kooperazzjoni ġudizzjarja fuq evidenza);

    (b) tiskadi t-twissija; jew

    (c) bid-deċiżjoni li titħassar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti;

    9.   SISTEMI TA' RIKONOXXIMENT AWTOMATIKU TAL-PJANĊI (ANPR)

    Dawn is-sistemi huma rilevanti għal twissijiet skont l-Artikolu 36 u l-Artikolu 38 tad-Deċiżjoni SIS II. Minħabba l-użu mifrux tal-ANPR għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi hemm il-kapaċità teknika sabiex jinkisbu bosta hits dwar vettura jew pjanċa matul perjodu ta' żmien qasir.

    Peress li xi siti tal-ANPR huma mgħammra bil-persunal teżisti l-possibbiltà li vettura tinstab u li tittieħed l-azzjoni miltuba. F'dan il-każ, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni, l-utenti tas-sistema ANPR jivverifikaw jekk il-hit miksuba permezz tal-ANPR hijiex relatata ma' twissija skont l-Artikolu 36 jew 38 tad-Deċiżjoni SIS II.

    Madankollu, bosta siti tal-ANPR fissi mhumiex mgħammra bil-persunal il-ħin kollu. Għaldaqstant, għalkemm it-teknoloġija se tirreġistra l-passaġġ tal-vettura u se jinkiseb hit, l-azzjoni mitluba ma tistax titwettaq.

    Kemm għat-twissijiet tal-Artikolu 36 kif ukoll għal dawk tal-Artikolu 38 meta l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed tapplika l-proċedura ġenerali li ġejja:

    Tintbagħat formola H waħda għall-ewwel hit. Jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-moviment tal-vettura huwa l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti li għandu jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni b'mod bilaterali biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-informazzjoni.

    Għal twissijiet skont l-Artikolu 36 tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit bl-użu ta' formola G waħda, u juża t-terminu “ANPR” fil-kaxxa 086. Jekk hi meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-moviment tal-vettura, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jikkuntattja lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

    (b) l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun kiseb hit dwar twissija għal kontroll speċifiku iżd l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed, għandu jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola H, bit-terminu “ANPR” fil-kaxxa 083, segwit mill-kliem li ġej: “Din il-hit saret permezz tal-ANPR. Jekk jogħġbok għarrafna jekk pajjiżek jixtieqx ikun infurmat dwar aktar hits miksuba permezz tal-ANPR għal din il-vettura jew pjanċa li għaliha l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed”;

    (c) l-Istat Membru emittenti għandu jiddeċiedi jekk it-twissija laħqitx l-iskop tagħha, għandex titħassar jew le u jekk għandhomx isiru diskussjonijiet bilaterali dwar ħtiġijiet għall-informazzjoni.

    Għal twissijiet skont l-Artikolu 38 tapplika l-proċedura li ġejja:

    (a) f'ċirkustanzi fejn tirriżulta hit u l-azzjoni mitluba tkun ittieħdet, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb il-hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża formola G waħda;

    (b) f'ċirkustanzi fejn tirriżulta hit u l-azzjoni mitluba ma tkunx ittieħdet, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jikseb hit jinforma lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-hit billi juża l-formola H u t-terminu “ANPR” fil-kaxxa 083 segwit mill-kliem li ġej; “Dan il-hit inkiseb permezz tal-ANPR. Jekk jogħġbok għarrafna jekk pajjiżek jixtieqx ikun infurmat dwar aktar hits miksuba permezz ta' ANPR għal din il-vettura jew pjanċa li għaliha l-azzjoni mitluba ma setgħetx tittieħed”;

    (c) meta jirċievi formola H bħal din, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti jikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti, li jkollhom ir-responsabbiltà li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li jirċievu aktar formoli H jew informazzjoni mwassla bilateralment mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

    10.   STATISTIKA

    Darba fis-sena l-Uffiċċju SIRENE jipprovdi l-istatistika, li għandha tintbagħat lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni. L-istatistika tintbagħat ukoll, meta tintalab, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta. L-istatistika jkollha wkoll l-għadd ta' formoli ta' kull tip mibgħuta lil kull wieħed mill-Istati Membri. B'mod partikulari, l-istatistika turi l-għadd ta' hits u bandieri. Issir distinzjoni bejn hits misjuba wara twissijiet maħruġa minn Stat Membru ieħor u hits misjuba minn Stat Membru wara twissijiet maħruġa minnu.

    L-Appendiċi 5 jistipula l-proċeduri u l-formati għall-provvista ta' statistiċi taħt din it-taqsima.



    ( 1 ) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

    ( 2 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

    ( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta' Implimentazzjoni (SCH/Com-ex (94)29 rev. 2). (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 130).

    ( 4 ) Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta' Ottubru 1997 (SCH/com-ex 97(27) rev. 4) għall-Italja u (SCH/com-ex 97(28) rev. 4) għall-Awstrija.

    ( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/848/KE tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen fil-Greċja, (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58).

    ( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE tal-1 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen fid-Danimarka, il-Finlandja u l-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24).

    ( 7 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar id-dħul fis-seħħ ta' partijiet tal-acquis ta' Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70).

    ( 8 ) ĠU C 340, 10.11.1997, p. 92.

    ( 9 ) Ftehim mar-Repubblika tal-Iżlanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni tagħhom mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36).

    ( 10 ) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.

    ( 11 ) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 3.

    ( 12 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1).

    ( 13 ) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

    ( 14 ) Dan huwa bla preġudizzju għall-kompiti l-oħra mogħtija lill-Uffiċċji SIRENE ibbażati fuq leġiżlazzjoni rispettiva fil-kwadru tal-kooperazzjoni tal-pulizija, pereż. fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).

    ( 15 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (il-Europol), (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.)

    ( 16 ) Ara wkoll il-Katalgu Schengen, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prassi.

    ( 17 ) Dan it-tieni dominju jeżisti fl-“ambjent ta' qabel il-produzzjoni” tekniku.

    ( 18 ) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

    ( 19 ) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).

    ( 20 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1).

    ( 21 ) Ċerti kumpaniji tat-trasport jużaw numri ta' referenza oħra. SIS II għandha l-possibbiltà li jiddaħħlu numri tas-serje li mhumiex il-BIC.

    ( 22 ) Minħabba n-nuqqas ta' standardizzazzjoni fin-numri tas-serje għal oġġetti, huwa possibbli pereżempju li, għal żewġ armi differenti ta' żewġ għamliet differenti, ikun hemm l-istess numru tas-serje. Bl-istess mod huwa possibbli li oġġett ikollu l-istess numru tas-serje bħal ta' oġġett differenti ħafna, pereżempju, dokument maħruġ jew biċċa tagħmir industrijali. Meta jkun ċar li n-numri tas-serje huma identiċi iżda b'mod ċar l-oġġetti mhumiex l-istess, mhijiex meħtieġa konsultazzjoni bejn l-Uffiċċji SIRENE. L-utenti jistgħu jiġu mgħarrfa li tista' tinqala' din is-sitwazzjoni. Barra minn hekk, huwa possibbli li oġġett, bħal passaport jew karozza, ikunu misruqa u rrappurtati f'pajjiż u sussegwentement jiġu rrappurtati fil-pajjiż tal-oriġini. Dan jista' jirriżulta f'żewġ twissijiet għall-istess oġġett. Jekk titfaċċa din is-sitwazzjoni, tista' tkun solvuta mill-Uffiċċji SIRENE kkonċernati.

    ( 23 ) Għall-implimentazzjoni teknika, ara d-dokument dwar l-Iskambju tad-Dejta bejn l-uffiċċji SIRENE imsemmi fit-Taqsima 1.10.2.

    ( 24 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1345 tal-4 ta' Awwissu 2016 dwar standards minimi tal-kwalità tad-dejta għal rekords ta' marki tas-swaba' tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 213, 6.8.2016, p. 15).

    ( 25 ) Għall-implimentazzjoni teknika, ara d-dokument dwar l-Iskambju tad-Dejta bejn l-uffiċċji SIRENE imsemmi fit-Taqsima 1.10.2.

    ( 26 ) Ara wkoll it-Taqsima 1.13.1 dwar indikazzjoni ta' urġenza fil-formoli SIRENE.

    ( 27 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

    ( 28 ) L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/38/KE jgħid li l-persuna li lilha jkun miċħud dħul tkun notifikata bil-miktub dwar dan u mgħarrfa b'mod sħiħ bir-raġunijiet li għalihom tkun iddieħdet id-deċiżjoni sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tas-sigurtà tal-Istat.

    ( 29 ) L-Artikolu 26 tar-Regolament SIS II jirreferi għall-Artikolu 15 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dan l-Artikolu 15 sar l-Artikolu 29 fil-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    ( 30 ) Fil-każ ta' twissijiet ta' ċaħda ta' dħul maħruġin għall-membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE, jeħtieġ jitfakkar li mhux possibbli bħala kwistjoni ta' rutina li jkun ikkonsultat is-SIS II qabel ma tinħareġ karta ta' residenza għal dik il-persuna. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38/KE għandu lista tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb id-dritt ta' residenza għal aktar minn tliet xhur fi Stat Membru ospitanti minn membri tal-familja ta' ċittadini tal-Unjoni li jkunu ċittadini ta' pajjiż terz. Din il-lista, li hija eżawrjenti, ma tippermettix konsultazzzjoni ta' rutina tas-SIS qabel ma jinħarġu karti ta' residenza. L-Artikolu 27(3) ta' din id-Direttiva jispeċifika li l-Istati Membri jistgħu jitolbu, jekk iqisu li tkun essenzjali, informazzjoni minn Stati Membri oħra fir-rigward biss ta' dokumentazzjoni preċedenti tal-pulizija (jiġifieri, mhux id-dejta kollha tas-SIS II). Stħarriġ bħal dan ma jsirx bħala ħaġa ta' rutina.

    ( 31 ) Skont id-Direttiva 2004/38/KE, persuna li tibbenefika mid-dritt tal-libertà ta' moviment tista' tiġi mċaħħda mid-dħul jew mill-permanenza għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika meta l-kondotta personali tagħha tirrappreżenta theddida ġenwina, immedjata u serja biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà u meta jiġu rispettati l-kriterji l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 27(2) ta' din id-Direttiva. L-Artikolu 27(2) jistipula: “Miżuri meħudin għal raġunijiet ta' ordni pubbliku jew sigurtà pubblika għandhom ikunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għandhom ikunu msejsa esklussivament fuq l-imġiba personali tal-individwu konċernat. Kundanni kriminali preċedenti fihom infushom ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet biex jittieħdu miżuri bħal dawn. L-imġiba personali tal-individwu konċernat għandha tirrappreżenta theddida ġenwina, preżenti u gravi biżżejjed li tolqot wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà. Ġustifikazzjonijiet li jkunu iżolati mill-partikularitajiet tal-każ jew li jistrieħu fuq kunsiderazzjonijiet ta' prevenzjoni ġenerali ma għandhomx ikunu aċċettati.” Barra minn hekk, hemm limitazzjonijiet addizzjonali għal persuni li jgawdu mid-dritt ta' residenza permanenti li jistgħu biss ikunu mċaħħda minn dħul jew permanenza minħabba raġunijiet gravi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika kif imsemmi fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva 2004/38/KE.

    ( 32 ) Skont id-Direttiva 2004/38/KE l-Istat Membru ta' eżekuzzjoni ma jistax jillimita l-moviment liberu ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jibbenefikaw mid-dritt għal moviment liberu għar-raġuni biss li l-Istat Membru emittenti jżomm it-twissija sakemm ma jkunux issodisfati l-kondizzjonijiet imsemmija fin-nota ta' qiegħ il-paġna 30.

    ( 33 ) Minorenni mhux akkumpanjati huma tfal, kif definit fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989 (CRC), li ilhom separati miż-żewġ ġenituri u qraba oħra u mhux qed jiġu kkurati minn adult li, bil-liġi jew b'użanza, huwa responsabbli għal dan.

    ( 34 ) Id-dejta dwar l-għibien:

    (a) Il-post, id-data u l-ħin tal-għajbien.

    (b) Iċ-ċirkostanzi tal-għibien.

    Dettalji dwar il-persuna nieqsa:

    (c) Età apparenti.

    (d) Tul.

    (e) Kulur tal-ġilda.

    (f) Kulur u forma tax-xagħar.

    (g) Kulur tal-għajnejn.

    (h) Dettalji fiżiċi oħra (jiġifieri piercings, deformazzjonijiet, amputazzjonijiet, tatwaġġi, marki, marki oħra, eċċ.).

    (i) Partikolaritajiet psikoloġiċi: f'riskju ta'suwiċidju, mard mentali, imġiba aggressiva, eċċ.

    (j) Dettalji oħra: trattament mediku meħtieġ, eċċ.

    (k) Ħwejjeġ milbusa fiż-żmien tal-għejbien.

    (l) Ritratt: disponibbli jew le.

    (m) Forma ante-mortem: disponibbli jew le.

    Informazjzoni relatata:

    (n) Il-persuna/i li tista' takkumpanjah/a (u l-Identità Schengen jekk disponibbli).

    (o) Vettura/i relatat/i mal-każ (u l-Identità Schengen jekk disponibbli).

    (p) Jekk disponibbli: numru ta' telefon ċellulari/l-aħħar “log-in”, kuntatt permezz ta' netwerks soċjali onlajn.

    It-titoli differenti tas-suboqsma infushom ma għandhomx jiġu inklużi bħala parti mill-kaxxa 083, iżda biss l-ittra ta' referenza. Meta d-dettalji jkunu diġà disponibbli fil-kaxxi ta' twissija, l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-twissija, inklużi l-marki tas-swaba' jew ir-ritratti.

    ( 35 ) Għal ċarezza dwar il-kunsens fi kwistjonijiet dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta, ara l-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE.

    ( 36 ) “suspett ta' klonu” tirreferi għal każijiet fejn, pereżempju, id-dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' vettura jkunu misruqa u użati għar-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' vettura oħra tal-istess għamla, mudell u kulur li kienet ukoll misruqa.

    Top