Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0564-20130626

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2012 tas- 27 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/564/2013-06-26

    2012R0564 — MT — 26.06.2013 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 564/2012

    tas-27 ta’ Ġunju 2012

    li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009

    (ĠU L 168, 28.6.2012, p.26)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 598/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013

      L 172

    9

    25.6.2013




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 564/2012

    tas-27 ta’ Ġunju 2012

    li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għal ċerti skemi ta’ għajnuna diretta li dwarhom hemm dispożizzjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009



    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ( 1 ), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 123(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 131(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għall-Istati Membri li fl-2012 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku prevista fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għal kull pagament imsemmi fl-Artikoli 52, 53 u 54 ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Għall-Istati Membri li fl-2012 qed jużaw l-għażliet li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 69(1) jew 131(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għall-għajnuna speċifika msemmija fil-Kapitolu 5 tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (3)

    L-Artikolu 69(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jillimita r-risorżi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura akkoppjata li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) għal 3,5 % tal-livell massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 tal-istess Regolament. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli massimi li jirriżultaw mill-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri għall-miżuri kkonċernati.

    (4)

    Skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-ammonti kkalkulati skont l-Artikolu 69(7) ta’ dak ir-Regolament ġew stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ( 2 ). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri li beħsiebhom jużaw skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (5)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku, li jiġu billi l-livelli massimi stabbiliti għall-pagamenti msemmija fl-Artikoli 52, 53, 54 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jitnaqqsu mil-livelli massimi mogħtija fl-Anness VIII għall-istess Regolament. L-ammont li għandu jitnaqqas mill-Anness VIII msemmi sabiex tiġi ffinanzjata l-għajnuna speċifika li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont totali għall-għajnuna speċifika nnotifikat mill-Istati Membri u l-ammonti nnotifikati għall-finanzjament tal-għajnuna speċifika skont l-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. Fejn Stat Membru li qed jimplimenta l-iskema ta’ pagament uniku jiddeċiedi li jagħti l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1), l-ammont innotifikat lill-Kummissjoni għandu jiġi inkluż fil-livell massimu għall-iskema ta’ pagament uniku, minħabba li din l-għajnuna tieħu l-forma ta’ żieda fil-valur tal-unità u/jew fl-għadd ta’ drittijiet tal-bidwi għall-pagamenti.

    (6)

    Għandhom jiġu stabbiliti l-pakketti finanzjarji annwali skont l-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-Istati Membri li fl-2012 qed jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V ta’ dak ir-Regolament.

    (7)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għaz-zokkor fl-2012 skont l-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (8)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott u l-ħaxix fl-2012 skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (9)

    Għandhom jiġu ppubblikati, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja u abbażi tan-notifika tagħhom, il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-pagamenti tranżizzjonali għall-frott u l-ħxejjex fl-2012 skont l-Artikolu 128(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (10)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-ammonti massimi tal-fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għall-għoti ta’ pagamenti separati għall-frott artab fl-2012 skont l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, stabbiliti abbażi tan-notifika tagħhom.

    (11)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    1.  Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2.  Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 69(3) u fl-Artikolu 131(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    3.  Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 għall-għajnuna li dwarha hemm dispożizzjoni fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv) tal-Artikolu 68(1)(a) u fl-Artikolu 68(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    4.  L-ammonti li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 biex ikopru l-għajnuna speċifika prevista fl-Artikolu 68(1) tal-istess Regolament huma stipulati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    5.  Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 applikabbli għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

    6.  Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2012 imsemmija fl-Artikolu 123(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stabbiliti fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

    7.  L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għaz-zokkor fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

    8.  L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott u l-ħaxix fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

    9.  Il-livelli massimi tal-baġit għall-2012 msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 128(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

    10.  L-ammonti massimi ta’ fondi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-Bulgarija, l-Ungerija u l-Polonja għall-għoti tal-pagament separat għall-frott artab fl-2012, kif imsemmi fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, huma stabbiliti fl-Anness X ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I



    IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKONT L-ARTIKOLI 52, 53 U 54 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    (f’eluf ta’ Euro)

     

    BE

    DK

    ES

    FR

    IT

    AT

    PT

    SI

    FI

    SE

    Primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż

     
     
     
     
     
     

    21 892

     

    600

     

    Primjums addizzjonali għan-nagħaġ u l-mogħoż

     
     
     
     
     
     

    7 184

     

    200

     

    Primjums għall-baqar li jreddgħu

    77 565

     

    261 153

    525 622

     

    70 578

    78 695

     
     
     

    Primjums addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

    19 389

     

    26 000

     
     

    99

    9 462

     
     
     

    Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 54 (2)

     
     
     

    33 025

    850

     
     
     
     
     




    ANNESS II



    IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FL-ARTIKOLU 68(1) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Belġju

    8 600

    Il-Bulgarija

    28 500

    Ir-Repubblika Ċeka

    31 826

    Id-Danimarka

    36 325

    L-Estonja

    1 253

    L-Irlanda

    25 000

    Il-Greċja

    108 000

    Spanja

    248 065

    Franza

    466 600

    L-Italja

    321 950

    Il-Latvja

    5 130

    Il-Litwanja

    13 304

    L-Ungerija

    130 898

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    37 900

    L-Awstrija

    13 900

    Il-Polonja

    106 558

    Il-Portugall

    34 111

    Ir-Rumanija

    37 545

    Is-Slovenja

    13 154

    Is-Slovakkja

    12 000

    Il-Finlandja

    52 483

    L-Isvezja

    3 469

    Ir-Renju Unit

    29 800

    L-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri biex tingħata l-għajnuna msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) li huma inklużi fil-livell massimu tal-iskema ta’ pagament uniku.

    Il-Greċja: EUR 30 000 elf

    Is-Slovenja: EUR 5 400 elf




    ANNESS III



    IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-GĦAJNUNA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FIL-PUNTI (i), (ii), (iii) u (iv) TAL-ARTIKOLU 68(1)(a) U FL-ARTIKOLU 68(1)(b) U (e) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Belġju

    4 461

    Il-Bulgarija

    28 500

    Ir-Repubblika Ċeka

    31 826

    Id-Danimarka

    18 285

    L-Estonja

    1 253

    L-Irlanda

    25 000

    Il-Greċja

    78 000

    Spanja

    184 965

    Franza

    297 600

    L-Italja

    152 950

    Il-Latvja

    5 130

    Il-Litwanja

    13 304

    L-Ungerija

    46 164

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    30 100

    L-Awstrija

    13 900

    Il-Polonja

    106 558

    ▼M1

    Il-Portugall

    20 200

    ▼B

    Ir-Rumanija

    37 545

    Is-Slovenja

    7 754

    Is-Slovakkja

    12 000

    Il-Finlandja

    52 483

    L-Isvezja

    3 469

    Ir-Renju Unit

    29 800




    ANNESS IV



    L-AMMONTI LI GĦANDHOM JINTUŻAW MILL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 69(6)(a) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009 BIEX IKOPRU L-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA LI DWARHA HEMM DISPOŻIZZJONI FL-ARTIKOLU 68(1) TA’ DAK IR-REGOLAMENT

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Belġju

    8 600

    Id-Danimarka

    23 250

    L-Irlanda

    23 900

    Il-Greċja

    70 000

    Spanja

    144 400

    Franza

    84 000

    L-Italja

    144 900

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    31 700

    L-Awstrija

    11 900

    Il-Portugall

    21 700

    Is-Slovenja

    5 400

    Il-Finlandja

    6 190




    ANNESS V



    IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Belġju

    517 901

    Id-Danimarka

    1 035 927

    Il-Ġermanja

    5 852 938

    L-Irlanda

    1 339 769

    Il-Greċja

    2 225 227

    Spanja

    4 913 824

    Franza

    7 586 247

    L-Italja

    4 202 085

    Il-Lussemburgu

    37 671

    Malta

    5 137

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    891 551

    L-Awstrija

    679 111

    Il-Portugall

    476 907

    Is-Slovenja

    129 221

    Il-Finlandja

    523 455

    L-Isvezja

    767 437

    Ir-Renju Unit

    3 958 242




    ANNESS VI



    IL-PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU SKONT L-ERJA

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Bulgarija

    472 216

    Ir-Repubblika Ċeka

    755 659

    L-Estonja

    90 789

    Ċipru

    45 787

    Il-Latvja

    125 540

    Il-Litwanja

    323 394

    L-Ungerija

    1 033 364

    Il-Polonja

    2 504 542

    Ir-Rumanija

    1 043 001

    Is-Slovakkja

    328 485




    ANNESS VII



    L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 126 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Ir-Repubblika Ċeka

    44 245

    Il-Latvja

    3 308

    Il-Litwanja

    10 260

    L-Ungerija

    41 010

    Il-Polonja

    159 392

    Ir-Rumanija

    6 062

    Is-Slovakkja

    19 289




    ANNESS VIII



    L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT U L-ĦAXIX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 127 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Ir-Repubblika Ċeka

    414

    L-Ungerija

    4 756

    Il-Polonja

    6 715

    Is-Slovakkja

    690




    ANNESS IX



    IL-LIVELLI MASSIMI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI TRANŻIZZJONALI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦAXIX IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 128 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    (f'eluf ta’ euro)

    Stat Membru

    Ċipru

    Il-frott u l-ħaxix minbarra t-tadam – l-Artikolu 128(2)

    3 359




    ANNESS X



    L-AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI LI GĦANDHOM GĦAD-DISPOŻIZZJONI TAGĦHOM L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TAL-PAGAMENTI SEPARATI GĦALL-FROTT ARTAB IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 129 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 73/2009

    Is-sena kalendarja 2012

    Stat Membru

    (f’eluf ta’ Euro)

    Il-Bulgarija

    226

    L-Ungerija

    391

    Il-Polonja

    11 040



    ( 1 ) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    ( 2 ) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

    Top