Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0002-20120108

    Consolidated text: Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 tal- 4 ta' Jannar 2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/2/2012-01-08

    2012R0002 — MT — 08.01.2012 — 000.003


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 2/2012

    tal-4 ta' Jannar 2012

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

    (ĠU L 005 7.1.2012, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014

      L 228

    16

    31.7.2014


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 229, 3.9.2015, p.  16 (830/2014)




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 2/2012

    tal-4 ta' Jannar 2012

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009



    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:IL-PROĊEDURA Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1890/2005 ( 2 ) il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv u ġabar b'mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom (“SSF”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Indoneżja, it-Tajwan, it-Tajlanda u l-Vjetnam. Fl-istess ħin, intemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta’ SSF li joriġinaw mill-Malasja u l-Filippini.

    (2)

    Fil-25 ta’ Awwissu 2009, wara reviżjoni mibdija fuq il-bażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 768/2009 ( 3 ) emenda l-miżuri msemmija fuq, safejn dawn kienu jikkonċernaw produttur esportatur partikolari fil-Vjetnam.

    (3)

    Ir-Regolament, li wassal għall-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoniijiet ta’ ċerti SSF li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u t-Tajwan, minn hawn 'il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament oriġinali”. L-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri imposti mir-Regolament oriġinali fuq il-pajjiżi kkonċernati minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

    It-talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (4)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti ( 4 ) tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ, fid-19 ta’ Awwissu 2010 l-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ntbagħtet mill-European Industrial Fasteners Institute (“EIFI”) (“l-applikant”) f'isem ħames produtturi tal-Unjoni: Bulnava S.r.l., Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c., Inox Bolt S.r.l., Bontempi Vibo S.p.A. u Ugivis S.A. li jirrappreżentaw proporzjon maġġuri, f'dan il-każ ta’ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali ta’ SSF tal-Unjoni.

    (5)

    It-talba kienet limitata għall-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan (“il-pajjiżi kkonċernati”). Għaldaqstant, il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament oriġinali fuq l-importazzjonijiet ta’ SSF li joriġinaw mill-Vjetnam, mill-Indoneżja u mit-Tajlandja mhumiex suġġetti għal din ir-reviżjoni.

    (6)

    It-talba kienet ibbażata fuq li l-iskadenza tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ SSF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati x'aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    Il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza

    (7)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti evidenza biżżejjed biex tinbeda reviżjoni ta’ skadenza, fid-19 ta’ Novembru 2010 l-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ bidu ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 5 ), l-inizjazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“avviż ta’ bidu”).

    L-investigazzjoni Il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perijodu kkunsidrat

    (8)

    L-investigazzjoni tat-tkomplija tad-dumping kopriet il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2009 u t-30 ta’ Settembru 2010 (“il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perijodu kkunsidrat”).

    Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

    (9)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lil produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, lil importaturi, lil utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati bil-bidu tar-reviżjoni ta’ skadenza.

    (10)

    Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet interessati jippreżentaw fehmiethom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’ smigħ.

    (11)

    Minħabba l-għadd apparentement kbir ta’ produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati, importaturi mhux relatati tal-Unjoni u produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, kien previst it-teħid ta’ kampjuni fl-avviż ta’ bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (12)

    Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmijin hawn fuq intalbu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jippreżentaw irwieħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ bidu u biex il-Kummissjoni tkun ipprovduta bl-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu. Fid-dawl tat-tweġibiet li waslu ġie deċiż li jiġi applikat it-teħid ta’ kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi Tajwaniżi, l-importaturi mhux relatati fl-Unjoni u l-produtturi tal-Unjoni. Fir-rigward tar-RPĊ, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (13)

    Sitta u tletin esportatur/grupp ta’ esportaturi taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Għaxra minnhom ma setgħux jitqiesu peress li dehru li huma kumpaniji tan-negozjar biss jew ma għax ma kinux jesportaw lejn l-Unjoni fil-PIR. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-kumpaniji Tajwaniżi li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba' produtturi esportaturi. Sussegwentement waħda mill-kumpaniji fil-kampjun irtirat il-kooperazzjoni tagħha. It-tliet kumpaniji fil-kampjun li jifdal jirrappreżentaw 41,6 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn l-UE matul il-PIR.

    (14)

    Fir-rigward tal-importaturi mhux relatati fl-Unjoni, minn tmien kumpaniji li pprovdew l-informazzjoni mitluba, l-ikbar tlieta minnhom li jirrappreżentaw kważi 90 % tal-volum importat irrappurtat mill-kumpaniji li kkooperaw intgħażlu għall-kampjun. Sussegwentement importatur wieħed biss bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

    (15)

    Tnax-il produttur tal-Unjoni pprovdew it-tagħrif mitlub u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ sitt produtturi tal-Unjoni. Sussegwentement wieħed mill-produtturi fil-kampjun irtira l-kooperazzjoni tiegħu. Il-ħames produtturi fil-kampjun li jifdal irrappreżentaw 38 % tal-bejgħ mill-produtturi kollha tal-Unjoni għal klijenti mhux relatati fl-UE matul il-PIR.

    (16)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet fil-kampjun u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati kollha. Kif ġie spjegat hawn fuq, waslu tweġibiet għall-kwestjonarji minn ħames produtturi tal-Unjoni, tliet produtturi esportaturi mit-Tajwan u importatur wieħed. L-ebda wieħed mill-utenti kkuntattjati ma ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni.

    (17)

    Kif spjegat fil-premessi (13) u (15), produttur esportatur Tajwaniż fil-kampjun u produttur tal-Unjoni fil-kampjun iddeċidew li ma jibagħtux tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, fiż-żewġ każijiet, il-kampjun tal-kumpaniji li kien jifdal tqies li huwa xorta waħda rappreżentattiv f'termini tal-volumi tal-bejgħ rilevanti.

    (18)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)  Produtturi tal-Unjoni

     Bulnava S.r.l, Suello, l-Italja;

     Inox Viti di Cattinori Bruno & C.s.n.c, Grumello del Monte, l-Italja;

     Bontempi Vibo S.p.A., Rodengo Saiano, l-Italja;

     Reisser Schraubentechnik GmbH, Ingelfingen-Criesbach, il-Ġermanja;

     Ugivis S.A, Belley, Franza.

    (b)  Produtturi esportaturi fit-Tajwan

     Arrow Fastener Co., Ltd. u l-esportaturi relatati tagħha, Shu-Lin City;

     Shekai Precision Co., Ltd. u l-esportaturi relatati tagħha, Kaohsiung;

     Yi Tai Shen Co., Ltd. Tainan Hsien.

    (ċ)  Importatur mhux relatat fl-Unjoni:

     Würth-Gruppe, Künzelsau, Deutschland.

    IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    (19)

    Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess wieħed iddefinit fir-Regolament oriġinali, jiġifieri ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li joriġinaw mir-RPĊ u t-Tajwan, li bħalissa huma kklassifikati fil-kodiċi NM 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 (“il-prodott ikkonċernat”).

    (20)

    L-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fis-swieq domestiċi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħin fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi u huma, għalhekk, meqjusin bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    (21)

    Erba' partijiet ippreżentaw ruħhom u sostnew li l-prodotti kklassifikati bil-kodiċijiet NM 7318 12 10 , 7318 14 10 u 7318 15 51 għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni għax allegatament ma jiġux prodotti fl-Unjoni. Din il-pretensjoni ġiet miċħuda għax (i) ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li dawn il-prodotti jkunu differenti f'termini ta’ karatteristiki bażiċi, fiżiċi u tekniċi u (ii) fi kwalunkwe każ l-ambitu tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ skadenza.

    (22)

    Wara l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ġie rrakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu (l-“iżvelar finali”), wieħed mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi sostna li l-qfieli bimetalliċi ma għandhomx ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott minħabba differenzi sinifikanti li jeżistu bejn il-qfieli bimetalliċi u l-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx f'termini ta’ prezz tal-bejgħ tal-unità, l-ispiża tal-produzzjoni, il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-applikazzjonijiet. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (21) hawn fuq, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ma jistax jiġi mmodifikat fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ skadenza. Din il-pretensjoni tista' tiġi ttrattata f'reviżjoni interim tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, li l-kumpanija tista' titlob għaliha.

    IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

    (23)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hux probabbli li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping.

    RPĊ Kummenti preliminari

    (24)

    Kif spjegat hawn fuq, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ ma kkooperaw fl-investigazzjoni.

    (25)

    Għalhekk, il-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kellhom ikunu bbażati fuq l-aqwa fatti disponibbli, b'mod partikolari d-dejta tal-Eurostat u l-informazzjoni mibgħuta mill-industrija tal-Unjoni fuq it-talba għal reviżjoni. L-istatistika uffiċjali tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ ma setgħux jintużaw f'dan il-każ peress li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss frazzjoni żgħira tal-kwantitajiet irrappurtati fil-pożizzjonijiet tat-Tariffa tas-Sistema Armonizzata rilevanti.

    Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

    (26)

    Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ, l-ebda marġini ta’ dumping individwali ma seta' jiġi kkalkulat.

    (27)

    Skont it-talba tar-reviżjoni, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni kienu allegatament iddampjati b'marġini li jvarjaw bejn it-13,6 % u l-61,8 %. Kif intqal fl-avviż ta’ bidu, l-applikant qabbel il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni ma’ valur normali maħdum fit-Tajwan, il-pajjiż analogu użat fl-investigazzjoni oriġinali.

    (28)

    Peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-kumpaniji mir-RPĊ, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli li kieku setgħet twassal għal konklużjoni differenti. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-valur normali stabbilit għall-unika kumpanija Tajwaniża li kkooperat instab li kien sostanzjalment ogħla mill-valur normali stabbilit mill-applikant fit-talba għal investigazzjoni tal-iskadenza. Peress li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni huma differenti minn fit-talba, x'aktarx li d-dumping mir-RPĊ kompla f'livelli ogħla minn dawk indikati fit-talba.

    L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

    (29)

    Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt il-PIR, il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping ġiet investigata wkoll.

    (30)

    F'dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ; l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi mir-RPĊ u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi.

    Il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ

    (31)

    Peress li hemm ftit informazzjoni pubblika disponibbli dwar l-industrija tal-SSF fir-RPĊ, l-informazzjoni li tinsab fit-talba tar-reviżjoni ntużat biex tiġi stmata l-kapaċità fir-RPĊ. Fuq dik il-bażi, jidher li ġew stabbiliti faċilitajiet ta’ produzzjoni ġodda tal-SSF fir-RPĊ sa mill-2003. Barra minn hekk, bħala konsegwenza tal-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ( 6 ) u tat-tnaqqis sussegwenti fl-importazzjonijiet mir-RPĊ ta’ dak it-tip ta’ qfieli fl-Unjoni mill-2009 ‘l hawn, il-produtturi mir-RPĊ għandhom kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti mhux użata li tista' tintuża għall-manifatturazzjoni tal-prodott ikkonċernat peress li l-produzzjoni tista' faċilment tinqaleb bejn iż-żewġ tipi ta’ qfieli.

    L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

    (32)

    L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista' tiġi illustrata bil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping ma waqfitx l-espansjoni tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat. Mhux talli hekk: skont id-dejta tal-Eurostat il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdiedu bi 13 % bejn l-2007 u l-PIR. L-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ għall-istess perijodu wera li l-prezz ta’ importazzjoni medju skont l-Eurostat żdied. Madankollu, analiżi iktar dettaljata wriet li l-prezz tal-SSF iddikjarat fil-kodiċi NM irrappreżenta 59 % tal-kwantità totali importata matul il-PIR naqset b'24 % matul il-perijodu kkunsidrat. Dan juri li minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportaturi mir-RPĊ xorta kienu kapaċi jżidu l-volum tal-esportazzjoni u jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom għall-maġġoranza tal-prodott ikkonċernat esportat.

    Esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    (33)

    Fir-rigward tal-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi, ta’ min jinnota li d-dejta tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ tikkonċerna kodiċijiet HS sħaħ. Meta tqabbilhom mal-istatistika tal-importazzjoni tal-UE fuq il-livell TARIC, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar 3 % f'termini ta’ volum fi ħdan dawk il-kodiċijiet HS. Għalhekk id-dejta tal-esportazzjoni mhix sors ta’ informazzjoni ta’ valur. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ, l-ebda informazzjoni rilevanti oħra ma nkisbet fir-rigward tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi.

    Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza tad-dumping

    (34)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet deskritti hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ għadhom qed jiġu ddampjati u li hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jitneħħew il-miżuri anti-dumping ta’ bħalissa. Fil-fatt, meta wieħed iqis il-kapaċità żejda eżistenti fir-RPĊ u l-fatt li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni żdiedu matul il-perijodu kkunsidrat minkejja l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ biex ikomplu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bil-prezzijiet iddampjati jekk il-miżura titħalla tiskadi.

    IT-Tajwan Kummenti preliminari

    (35)

    Ta' min jinnota li minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi Tajwaniżi li esprimew xewqithom li jikkooperaw, intgħażel kampjun rappreżentattiv ta’ erba' kumpaniji/gruppi ta’ kumpaniji għal iktar investigazzjoni. Waħda minn dawn l-erba' kumpaniji rtirat il-kooperazzjoni tagħha. Madankollu, peress li f'termini ta’ volum il-kumpaniji li jifdal jirrappreżentaw 41,6 % tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi ( 7 ) totali lejn l-Unjoni fil-PIR, il-kampjun tqies li xorta waħda huwa rappreżentattiv.

    (36)

    Ta' min jinnota wkoll li matul iż-żjarat ta’ verifika li saru fl-istabbilimenti tat-tliet kumpaniji fil-kampjun li jifdal ma kienx possibbli li tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju minn wieħed minnhom filwaqt li ġie stabbilit li t-tieni kumpanija pprovdiet tagħrif qarrieqi. Il-produtturi esportaturi kkonċernati kienu infurmati minnufih bl-intenzjoni li l-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u twarrab l-informazzjoni pprovduta u għaldaqstant tirrikorri għall-aqwa fatti disponibbli. Il-kumpaniji ngħataw l-opportunità li jibagħtu iktar kummenti dwar din is-sitwazzjoni. Madankollu, il-kummenti li segwew ma biddlux id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li sserraħ fuq il-fatti disponibbli fir-rigward tal-produtturi esportaturi. Minħabba f'hekk, ġie kkalkulat marġni ta’ ta’ dumping individwali għal produttur esportatur Tajwaniż wieħed biss.

    (37)

    Fid-dawl ta’ li ntqal fuq, ħafna mill-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping stabbiliti hawn taħt kellhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b'mod partikolari d-dejta pprovduta mill-uniku produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera, id-dejta tal-Eurostat u l-informazzjoni mibgħuta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni. L-istatistika uffiċjali tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi ma setgħetx tintuża f'dan il-każ peress li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss frazzjoni żgħira tal-kwantitajiet irrappurtati fil-pożizzjonijiet tat-Tariffa tas-Sistema Armonizzata rilevanti.

    Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR Valur normali

    (38)

    B'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ bħal dan kienx ugwali mill-anqas għal 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni korrispondenti lill-Unjoni.

    (39)

    Il-Kummissjoni mbagħad identifikat dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa domestikament mill-kumpanija li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-elementi li tqiesu għad-definizzjoni tat-tipi ta’ prodott kienu i) it-tip ta’ qfieli, ii) il-grad tal-azzar użat bħala materja prima, iii) in-norma DIN tal-qfieli, iv) id-dijametru tal-qfieli u v) tulhom.

    (40)

    Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur li kkopera kienx rappreżentattiv għal kull tip ta’ prodott, jiġifieri jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott kienx jikkostitwixxi mill-anqas 5 % tal-volum tal-bejgħ tal-istess tip ta’ prodott lill-Unjoni. Fil-każ tat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi, imbagħad ġie eżaminat jekk dan il-bejgħ sarx fl-andament normali tal-kummerċ (“ANTK”), skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (41)

    L-eżami ta’ jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi, jistax jitqies bħala li sar fl-ANTK, saret billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti tat-tip ikkonċernat. Fil-każijiet kollha fejn il-bejgħ domestiku tat-tip ta’ prodott partikolari sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-ANTK, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala medja differenzjata tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-PIR.

    (42)

    Għat-tipi ta’ prodott li jifdal fejn il-bejgħ domestiku ma kienx rappreżentattiv jew ma nbiegħx fl-ANTK, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali nħadem biż-żieda mal-ispejjeż tal-manifatturazzjoni tat-tipi esportati, fejn hemm bżonn aġġustati, ta’ perċentwal raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u marġni raġonevoli għall-qligħ, abbażi tad-dejta reali tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-ANTK, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

    Il-prezz tal-esportazzjoni

    (43)

    Il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni tal-produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera ħlief wieħed sar direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    (44)

    Għat-tranżazzjoni tal-esportazzjoni fejn l-esportazzjoni lejn l-Unjoni saret permezz ta’ kumpanija tan-negozju, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ewwel prezz tal-bejgħ mill-ġdid tan-negozjant relatat lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

    Tqabbil

    (45)

    It-tqabbil bejn il-valur normali medju differenzjat u l-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika u fl-istess livell ta’ negozju. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li kienu ppruvati li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. Għan dan l-għan, ingħatat konċessjoni xierqa f'forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż finanzjarji, l-ispejjeż tal-ippakkjar, il-kummissjonijiet u r-rifużjonijiet fejn applikabbli u ġġustifikat.

    Il-marġni tad-dumping

    (46)

    Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju differenzjat skont it-tip tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju differenzjat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tal-metodoloġija ta’ hawn fuq, instab li l-esportatur li kkoopera kompla għaddej bi prattiċi ta’ dumping matul il-PIR. Fuq il-bażi ta’ erba' xhur tal-PIR minn 12, id-dumping ammonta għal 22 %.

    (47)

    Ta' min ifakkar li l-kalkolu tad-dumping jiġi bbażat fuq erba' xhur tal-PIR hija metodoloġija normalment użata mill-Kummissjoni fir-reviżjonijiet ta’ skadenza, fejn għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx tkomplija ta’ dumping jew possibbiltà li d-dumping jerġa' jseħħ. Fil-fatt, fir-reviżjonijiet tal-iskadenza mhux meħtieġ li jiġi stabbilit marġni ta’ dumping għat-tranżazzjonijiet kollha peress li dan il-kalkolu huwa neċessarju biss biex jiġi emendat il-livell tal-miżura anti-dumping fis-seħħ, li mhux l-għan tar-reviżjoni ta’ skadenza. L-erba' xhur magħżula kienu l-aħħar xhur ta’ kull kwart u għalhekk mifruxa b'mod ugwali matul il-perijodu ta’ 12-il xahar tal-PIR.

    (48)

    Wara l-iżvelar finali, l-uniku produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera sostna li ċerti tranżazzjonijiet domestiċi rrappurtati fil-kwestjonarju li tqiesu għall-kalkolu tal-valur normali kienu fir-realtà destinati għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea u mhux għall-konsum domestiku. Il-kumpanija sostniet li dan il-bejgħ mill-ġdid sar permezz ta’ manifatturi jew kummerċjanti indipendenti tal-qfieli fit-Tajwan.

    (49)

    Ta' min jinnota li din il-pretensjoni ma kienet appoġġjata bl-ebda evidenza li turi li dawn il-prodotti jkunu se jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea. Għalkekk, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

    (50)

    Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun, l-ebda marġni ta’ dumping ma ġie kkalkulat għalihom. Madankollu, skont it-talba tar-reviżjoni, l-esportazzjonijiet mit-Tajwan kienu allegatament iddampjati b'marġini li jvarjaw bejn l-14 % u l-50 %. Ma hemm l-ebda informazzjoni oħra disponibbli li setgħet twassal għal konklużjoni differenti. Barra minn hekk, il-fatt li l-unika kumpanija investigata nstabet li kienet tipprattika d-dumping fis-suq tal-Unjoni u li l-prezz medju tal-prodott ikkonċernat importat mit-Tajwan huwa iktar baxx mill-prezz tal-esportazzjoni medju ta’ dik il-kumpanija, jikkonferma l-eżistenza ta’ dumping fil-livell nazzjonali fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata.

    L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

    (51)

    Minbarra l-analiżi tal-eżistenza tad-dumping waqt il-PIR, il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping ġiet investigata wkoll għat-Tajwan.

    (52)

    F'dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Takwaniżi, l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Tajwaniżi u l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi.

    Il-kapaċità żejda tal-esportaturi

    (53)

    Rigward il-kapaċità żejda tal-esportaturi, peress li ftit informazzjoni pubblika hija disponibbli dwar l-industrija tal-SSF Tajwaniża, il-konklużjonijiet li ġejjin huma bbażati l-iktar fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal reviżjoni u fuq l-informazzjoni miksuba matul iż-żjarat ta’ verifika. Skont it-talba ta’ reviżjoni, kien hemm produtturi Tajwaniżi ġodda tal-SSF li investew f'tagħmir ġdid biex iżidu l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-verifika wriet li l-investimenti fil-kapaċità huma mistennija jiżdiedu bi 12 % fl-2011 meta mqabbla mal-PI tal-investigazzjoni oriġinali. Waqt il-PIR, il-kapaċità żejda tal-produttur li kkoopera kienet ta’ 7 % tal-kapaċità ta’ produzzjoni totali. Il-livelli tal-ħażna nstabu li kienu baxxi ħafna peress li l-kumpanija li kkooperat ipproduċiet il-prodott ikkonċernat fuq ordnijiet biss.

    L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni

    (54)

    L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista' tintwera bil-fatt li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping ma affettwatx l-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn l-Unjoni. Skont l-Eurostat u d-dejta ta’ importazzjoni vverifikata, il-volumi tal-importazzjonijiet mit-Tajwan kienu pjuttost stabbli bejn l-2007 u l-PIR imma l-valur ta’ dawn l-importazzjonijiet naqsu b'16 % fl-istess perijodu. Dan jindika li l-prezz ta’ bejgħ medju tal-SSF li joriġinaw mit-Tajwan naqas matul il-PIR. Dan juri li minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportaturi Tajwaniżi xorta kienu kapaċi jżidu l-volum tal-esportazzjoni u jkomplu jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom.

    (55)

    F'dan ir-rigward, wieħed mill-partijiet Tajwaniżi interessati indika li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Tajwaniżi ma kienx ir-riżultat tal-imġiba tal-prezz ostili tal-esportaturi iżda segwa l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima ewlenija, jiġifieri l-vireg tal-wajer. Ta' min jinnota li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima affettwa l-produtturi kollha tal-SSF bl-istess mod. Madankollu, il-konklużjoni li s-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-esportaturi Tajwaniżi tibqa' hemm peress li rnexxielhom iżommu l-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

    Prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

    (56)

    Fir-rigward tal-esportazzjonijiet Tajwaniżi lejn pajjiżi terzi, ta’ min jinnota li d-dejta tal-esportazzjoni Tajwaniża li tista' tiġi analizzata tikkonċerna kodiċijiet HS sħaħ. Meta tqabblu mal-istatistika tal-importazzjoni tal-UE fuq il-livell TARIC, il-prodott ikkonċernat jammonta għal madwar 2,6 % f'termini ta’ volum fi ħdan dawn il-kodiċijiet HS. Għalhekk, din id-dejta ma fihiex valur bħala sors ta’ informazzjoni dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan. Madankollu, id-dejta tal-esportazzjoni vverifikata mit-tliet esportaturi Tajwaniżi fil-kampjun turi tnaqqis fil-volum tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Dan juri li l-esportazzjonijiet Tajwaniżi huma iktar orjentati lejn l-UE.

    (57)

    Ta' min jinnota wkoll li l-informazzjoni pprovduta mill-esportatur Tajwaniż li kkoopera turi li l-prezz tal-bejgħ ta’ unità hija 10 % ogħla meta tinbiegħ fl-Unjoni milli f'pajjiżi oħra u li l-volum esportat lejn pajjiżi oħra jirrappreżenta biss 20 % tal-volum tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

    Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza tad-dumping

    (58)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet deskritti hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mit-Tajwan għadhom qed jiġu ddampjati u li hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jitneħħew il-miżuri anti-dumping li hemm issa. Fil-fatt, meta titqies il-kapaċità żejda eżistenti fit-Tajwan u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, jidher li hemm inċentiv għall-produtturi esportaturi Tajwaniżi li jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet iddampjati jekk il-miżura li hemm issa titħalla tiskadi.

    ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI Il-produzzjoni tal-Unjoni

    (59)

    L-informazzjoni disponibbli kollha rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni li ngħatat fit-talba għal reviżjoni u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni.

    (60)

    Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni kienet stmata li kienet madwar 63 000 tunnellata matul il-PI. Din iċ-ċifra tinkludi l-produzzjoni tal-produtturi kollha tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom u l-volum stmat tal-produzzjoni tal-produtturi li baqgħu siekta fil-proċediment.

    (61)

    Kif indikat fil-premessa (11), it-teħid ta’ kampjuni kien applikat għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mit-12-il produttur li pprovdew l-informazzjoni għall-għażla tal-kampjun, intgħażel kampjun ta’ sitt produtturi. Sussegwentement, kif spjegat fil-premessa (17) wieħed mill-produtturi ma kkooperax. Il-kumpaniji li kkooperaw fil-kampjun irrappreżentaw madwar 31 % tal-produzzjoni tal-Unjoni stmata totali.

    L-industrija tal-Unjoni

    (62)

    Il-produtturi kollha tal-Unjoni, imsemmija fil-premessa (59), huma meqjusin li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u għandhom minn hawn 'il quddiem jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”.

    IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI Kumment preliminari

    (63)

    Għall-valutazzjoni tax-xejriet fil-volum u fil-prezz, intużaw l-istatistika tal-importazzjoni għall-kodiċijiet NM 7318 12 10 , 7318 14 10 , 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 , flimkien mad-dejta pprovduta fit-talba għal reviżjoni u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, issupplimentata mit-tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    Il-konsum tal-Unjoni

    (64)

    Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, meħud mit-talba ta’ reviżjoni u ssupplimentat mid-dejta miksuba mill-produtturi fil-kampjun li kkooperaw u l-volum ta’ importazzjonijiet ibbażat fuq id-dejta mill-Eurostat.

    (65)

    Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:



    Tabella 1

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Konsum totali tal-Unjoni (tunnellati)

    123 224

    120 598

    101 143

    121 402

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    98

    82

    99

    (66)

    Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli. Madankollu bejn l-2007 u l-2009 kien hemm tnaqqis drastiku bi 18 % b'konfomità mal-effetti negattivi globali tal-kriżi finanzjarja. Bejn l-2009 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni reġa' rkupra u wera żieda ta’ 20 %.

    Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati Akkumulazzjoni

    (67)

    Sabiex issir valutazzjoni dwar il-kumulazzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, ġiet eżaminata s-sitwazzjoni individwali taż-żewġ pajjiżi fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

    (68)

    Instab li l-volumi tal-importazzjonijiet kemm tar-RPĊ u kemm tat-Tajwan kienu ‘l fuq mil-limitu de minimis stipulat fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku u mhux b'mod negliġibbli. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi segwew tendenza simili matul il-perijodu kkunsidrat, naqsu bejn l-2007 u l-2009 segwiti minn żieda fil-PIR. Fir-rigward tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni, kif spjegat fil-premessa (32), l-evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ wrew li l-prezz tal-importazzjoni medju skont l-Eurostat żdied. Madankollu, analiżi iktar dettaljata wriet li l-prezz tal-SSF iddikjarat fil-kodiċi NM irrappreżenta maġġoranza tal-kwantità totali importata matul il-PIR naqas b'24 % matul il-perijodu kkunsidrat. Il-prezzijiet Tajwaniżi naqsu matul il-perijodu kkunsidrat, u kienu fl-inqas livell tagħhom matul il-PIR. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-operaturi rilevanti kienu simili. Għalhekk kien ikkunsidrat li l-kundizzjonijiet għal kumulazzjoni ġew sodisfatti.

    L-importazzjonijiet iddampjati mir-RPĊ u t-Tajwan

    (69)

    L-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan żviluppaw kif ġej matul il-perijodu kkunsidrat:



    Tabella 2

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Volum ta’ importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati (tunnellati)

    8 559

    6 636

    6 154

    8 795

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    78

    72

    103

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

    6,9 %

    5,5 %

    6,1 %

    7,2 %

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    79

    88

    104

    Prezz tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat (EUR/tunnellata)

    4 998

    4 709

    4 656

    4 730

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    94

    93

    95

    (70)

    Kif jidher mit-tabella ta’ hawn fuq, il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 3 % matul il-perijodu kkunsidrat. B'konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum, kien hemm waqgħa fil-perijodu 2008-2009. Madankollu, dan it-tnaqqis kien ħafna iktar sostanzjali mit-tnaqqis fil-konsum fl-istess perijodu. Bejn l-2009 u l-PIR, l-importazzjonijiet reġgħu żdiedu anki sa 43 %.

    (71)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'5 % matul il-perijodu meqjus. Fir-rigward tal-volumi, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu fl-iktar livell baxx tagħhom fl-2009 u wara żdiedu kemm kemm.

    (72)

    Tul il-perijodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet iddampjati segwa l-evoluzzjoni tal-konsum u baqa' stabbli għal madwar 7 %.

    Twaqqigħ tal-prezz

    (73)

    Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi mir-RPĊ u kooperazzjoni limitata mill-produtturi esportaturi Tajwaniżi, l-informazzjoni disponibbli dwar it-tipi ta’ SSF esportatati lejn l-Unjoni hija verament limitata. Dan flimkien mal-fatt li l-prodott ikkonċernat ikopri varjetà ta’ tipi differenti ta’ SSF b'varjazzjoni kbira fil-prezz (pereżempju, il-prezzijiet ta’ unità fil-kategorija ta’ viti tal-injam jistgħu ivarjaw bi 30 darba), hekk li jagħmilha impossibbli li jsir tqabbil validu fil-prezz għall-fini li jiġu stabbiliti l-marġini tat-twaqqigħ fil-prezz. It-tqabbil tal-prezz tal-bejgħ medju differenzjat tal-industrija tal-Unjoni għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni, aġġustat fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, bil-prezz tal-importazzjoni medju tas-CIF tal-pajjiżi kkonċernati, li ġej mill-Eurostat, ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR. Fir-rigward tat-Tajwan, l-uniku produttur esportatur li kkoopera esporta tip speċifiku ta’ SSF li l-produzzjoni tiegħu fl-Unjoni hija limitata ħafna. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ tipi ta’ prodott li jaqblu ma seta' jsir l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ fil-prezz abbażi tat-tip, wieħed wieħed, għal din il-kumpanija.

    Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni Kummenti preliminari

    (74)

    Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni.

    (75)

    Minħabba l-użu ta’ kampjuni, l-indikazzjonijiet tal-ħsara ġew stabbiliti parzjalment għall-industrija tal-Unjoni sħiħa u parzjalment għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. L-analiżi tal-ħsara fir-rigward tad-dejta makroekonomika, bħas-sehem mis-suq, il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, it-tkabbir, il-ħażniet, u l-impjiegi u l-produttività, hija bbażata fuq dejta tal-industrija tal-Unjoni sħiħa. Fil-każijiet l-oħra ntużat id-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun (il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, l-investiment u r-redditu fuq l-investiment, il-pagi, il-profittabbiltà, il-likwidità u l-kapaċità li jittella' l-kapital).

    Il-produzzjoni

    (76)

    It-tabella hawn taħt turi li l-produzzjoni naqset bi 17 % matul il-perijodu kkunsidrat. B'konfomità mat-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel naqset drastikament b'24 % bejn l-2007 u l-2009, u mbagħad żdiedet kemm kemm b'10 % bejn l-2009 u l-PIR.



    Tabella 3

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Produzzjoni (tunnellati)

    74 514

    69 514

    56 396

    62 213

    Indiċi (2006 = 100)

    100

    93

    76

    83

    Sors: Makrodejta

    Kapaċità u użu tal-kapacità

    (77)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset matul il-perijodu kkunsidrat bi 13 % u b'konformità mal-evoluzzjoni tal-produzzjoni, ir-rata tal-użu tal-kapaċità wriet tnaqqis ċkejken ta’ 4 % bejn l-2007 u l-PIR.



    Tabella 4

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    148 039

    140 743

    127 200

    128 881

    Indiċi (2006 = 100)

    100

    95

    86

    87

    L-użu tal-kapaċità

    50 %

    49 %

    44 %

    48 %

    Indiċi (2006 = 100)

    100

    98

    88

    96

    Sors: Makrodejta

    Il-ħażniet

    (78)

    Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas fl-2008 meta mqabbel mal-2007 u mbagħad żamm stabbli bejn l-2008 u l-PIR. Fil-PIR, il-livell tal-ħażniet żdied kemxejn, iżda xorta kien 26 % iktar baxx milli fl-2007.



    Tabella 5

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-ħażniet tal-għeluq (tunnellati)

    9 688

    7 465

    6 964

    7 139

    Indiċi (2006 = 100)

    100

    77

    72

    74

    Sors: Mikrodejta

    Il-volum tal-bejgħ

    (79)

    Il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas b'25 % matul il-perijodu kkunsidrat. Il-volumi tal-bejgħ naqsu bi 28 % bejn l-2007 u l-2009 u laħqu l-iktar livell baxx fl-2009. Madankollu, matul il-volumi tal-bejgħ tal-PIR irkupraw u wrew żieda ta’ 5 % meta mqabbla mal-livelli tal-2009. Ta' min jinnota li din iż-żieda kienet ħafna inqas miż-żieda fid-domanda (20 %) fl-istess perijodu.



    Tabella 6

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-volum tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (tunnellati)

    62 326

    56 042

    44 627

    46 851

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    90

    72

    75

    Sors: Makrodejta

    Sehem mis-suq

    (80)

    Is-sehem mis-suq li għandha l-industrija tal-Unjoni naqas progressivament bi 12-il punt perċentwali bejn l-2007 u l-PIR.



    Tabella 7

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni

    50,6 %

    46,5 %

    44,1 %

    38,6 %

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    92

    87

    76

    Sors: Makrodejta

    It-tkabbir

    (81)

    Kif jidher fit-Tabella 1 fil-premessa (65), il-konsum tal-Unjoni naqas bejn l-2007 u l-2009 u mbagħad reġa' żdied għal kważi l-istess livell bħal tal-2007. L-industrija tal-Unjoni tilfet kważi 12-il punt perċentwali tas-sehem mis-suq matul il-perijodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet ikkonċernati rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli.

    L-impjiegi

    (82)

    Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas b'7 % bejn l-2007 u l-PIR.



    Tabella 8

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-prodott tal-impjiegi kkonċernat (persuni)

    954

    1 007

    863

    886

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    106

    90

    93

    Sors: Makrodejta

    Il-produttività

    (83)

    Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala prodott għal kull persuna impjegata kull sena, naqset b'10 % bejn l-2007 u l-PIR. Din laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2009, qabel ma rkuprat matul il-PIR.



    Tabella 9

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat)

    78,1

    69

    65,3

    70,2

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    88

    84

    90

    Sors: Makrodejta

    Il-prezzijiet tal-bejgħ u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

    (84)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji tal-industrija tal-Unjoni wrew xejra sinifikanti għan-niżla bejn l-2007 u l-2009 meta naqsu b'50 %. Dan kien parzjalment minħabba tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż tal-materja prima użata biex jiġu prodotti l-SSF. Madankollu, meta mqabbla mas-sena 2009, il-prezzijiet tal-bejgħ irkupraw matul il-PIR imma xorta kienu 35 % ikta baxxi meta mqabbla ma’ dawk prevalenti fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat.

    (85)

    L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ bejn l-2007 u l-2009 rriflettiet parzjalment l-impatt tal-kriżi ekonomika li wassal għal tnaqqis fl-ispejjeż bi 28 % f'dak il-perijodu. Dan it-tnaqqis irrifletta l-iktar l-iżvilupp tal-prezz tan-nikil, il-materja prima ewlenija użata fil-profuzzjoni tal-qfieli tal-azzar li ma jissaddadx. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li anke jekk il-kriżi finanzjarja kellha impatt negattiv fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, kien hemm ukoll pressjoni applikata fuq il-prezz għat-tipi ta’ prodotti ewlenin immanifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni li kienet obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha iktar mit-tnaqqis fl-ispejjeż. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti tar-rendiment tal-industrija tal-Unjoni matul dan il-perijodu. Anke jekk il-prezzijiet tal-bejgħ ikunu żdiedu matul il-PIR meta mqabbla mal-2009, il-livell tagħhom ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kollha u jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tagħmel marġni raġjonevoli ta’ profitt.

    (86)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ irrappurtati fit-tabella hawn taħt huma prezzijiet medji għal kull tunnellata li fil-biċċa l-kbira jiddependu fuq it-taħlita tal-prodott. Kif spjegat fil-premessa (73), il-prezzijiet f'ċerti kategoriji ta’ SSF jistgħu jvarjaw anke sa 30 darba.



    Tabella 10

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Prezz medju tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

    5 842

    4 437

    2 914

    3 803

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    76

    50

    65

    Sors: Mikrodejta

    Il-pagi

    (87)

    Bejn l-2007 u l-PIR, il-paga medja għal kull impjegat naqset bi 12 %.



    Tabella 11

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    L-ispejjeż annwali tax-xogħol għal kull impjegat (000 EUR)

    47

    44

    41

    42

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    94

    87

    88

    Sors: Mikrodejta

    L-investimenti

    (88)

    Fl-2008 l-industrija tal-Unjoni investiet bil-kbir fil-produzzjoni tal-SSF, meta mqabbla mas-snin l-oħrajn koperti mill-perijodu kkunsidrat. Wara din is-sena l-investimenti naqsu.



    Tabella 12

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Investimenti netti (000 EUR)

    2 504

    9 899

    3 087

    2 299

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    395

    123

    92

    Sors: Mikrodejta

    Il-profittabbiltà u r-redditu mill-investimenti

    (89)

    Kif imsemmi fil-premessa (85) hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li anke jekk it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ irriflettew parzjalment it-tnaqqis fl-ispejjeż, il-prezz tal-industrija tal-Unjoni kienet taħt il-pressjoni ġejja mill-importazzjonijiet tal-SSF u ma kienx jippermetti li jkunu koperti l-ispejjeż kollha mġarrba fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-SSF. Dan wassal għal deterjorament sinifikanti tal-profittabbiltà, li kienet pożittiva fl-2007, u negattiva minn hemm 'il quddiem kif jidher fit-tabella hawn taħt.

    (90)

    Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) naqas b'mod sinifikanti minn livell ta’ 29 % fl-2007 għal -17 % fil-PIR.



    Tabella 13

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-Profitt Nett tal-bejgħ tal-UE lil klijenti mhux relatati (% ta’ bejgħ nett)

    7 %

    –9 %

    –36 %

    –3 %

    ROI (profitt nett f'% tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti)

    29 %

    –16 %

    –41 %

    –17 %

    Sors: Mikrodejta

    Il-likwidità u l-kapaċità ta’ ġbir ta’ kapital

    (91)

    Il-likwidità netta mill-attivitajiet operattivi naqset b'mod sinifikanti matul il-perijodu kkunsidrat. Din laħqet l-aktar livell baxx tagħha fl-2009 u wara żdiedet kemm kemm. Madankollu, il-likwidità fil-PIR kienet għadha wisq iktar baxxa milli fl-2007.



    Tabella 14

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Likwidità (000 EUR)

    15 899

    –698

    –12 357

    –8 271

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    –4

    –78

    –52

    Sors: Mikrodejta

    Id-daqs tal-marġni tad-dumping

    (92)

    Minkejja l-miżuri fis-seħħ id-dumping kompla f'livelli ta’ minn 13,6 % sa 61,8 % għar-RPĊ u minn 14 % sa 50 % għat-Tajwan, abbażi kemm tad-dejta miksuba mit-talba għal reviżjoni u tal-uniku produttur esportatur li kkoopera fit-Tajwan. L-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġini ta’ dumping ta’ bħalissa ma jistax jitqies bħala wieħed negliġibbli.

    L-irkupru mill-effetti tad-dumping li sar fil-passat

    (93)

    Kważi l-indikaturi kollha eżaminati wrew deterjorament fil-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni wara s-sena 2007. Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu kemm kemm u rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli. Fl-2009, meta l-kriżi finanzjarja laqtet id-domanda kumplessiva fl-Unjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ kienu taħt pressjoni, il-produtturi tal-Unjoni tilfu parti sostanzjali tal-klijenti tagħhom. Xi produtturi tal-Unjoni biss kienu kapaċi jżidu l-volumi tal-produzzjoni tagħhom billi jipproduċu tipi oħra ta’ qfieli (eż. qfieli tal-azzar tal-karbonju) u setgħu jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala u b'hekk jikkumpensaw għall-volum tal-bejgħ mitluf imġarrab fin-negozju tal-SSF. Fl-istess ħin, il-produtturi tal-Unjoni għamlu sforzi biex iżidu l-investimenti tagħhom biex jipproduċu b'mod iktar effiċjenti. Matul il-PIR, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha ttejjeb ir-rendiment tagħha, għalkemm baqgħet tagħmel it-telf. x'aktarx li l-qagħda mhux se tmur għall-aħjar meta jitqies il-livell baxx ħafna tat-tbassir tal-użu tal-kapaċità.

    L-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati u fatturi oħra L-impatt tal-importazzjonijiet iddampjati

    (94)

    L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni matul il-perijodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mit-Tajwan żdiedu kemm kemm matul il-perijodu kkunsidrat, żammew sehemhom mis-suq stabbli.

    (95)

    Kif deskritt fil-premessa (73) ma kienx possibbli li jsir tqabbil ta’ valur fil-prezz bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ informazzjoni dwar it-tipi esportati mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ u Tajwaniżi u l-varjazzjoni kbira fil-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti differenti fi ħdan dan il-prezz medju. Fil-fatt, ma setax isir tqabbil ta’ valur tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-uniku produttur Tajwaniż li kkoopera mal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, peress li ma kien hemm l-ebda tqabbil ta’ tipi ta’ prodotti simili.

    (96)

    Wara l-iżvelar finali, il-produttur Tajwaniż li kkoopera, imsemmi fil-premessa (22), sostna li l-esportazzjonijiet tiegħu ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-applikant, peress li hu jipproduċi tipi ta’ SSF li huma prodotti biss minn ftit produtturi tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati. F'dan ir-rigward ta’ min jinnota, l-ewwel nett, li l-valutazzjoni tal-ħsara ssir għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi u mhux għall-applikant. It-tieni, hemm miżuri fis-seħħ għall-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott kif definit fl-investigazzjoni oriġinali, u kif spjegat fil-premessa (21) mhuwiex possibbli li jiġi mmodifikat il-kamp tal-applikazzjoni tal-prodott fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ skadenza.

    L-impatt tal-kriżi ekonomika

    (97)

    Minħabba l-kundizzjonijiet ekonomiċi pożittivi prevalenti fl-industrija tal-azzar u l-industriji relatati fl-2007, l-industrija tal-Unjoni kienet f'kundizzjoni ekonomika relattivament tajba meta l-kriżi ekonomika bdiet fl-aħħar tal-2008. Anke meta s-suq staġna, b'mod partikolari fl-2009, xi produtturi tal-Unjoni komplew l-investimenti tagħhom biex jibdlu makkinarju u tagħmir obsolet sabiex jitniżżel il-prezz tal-produzzjoni u jkunu iktar kompetittivi kontra l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati u ż-żieda ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx minn pajjiżi terzi. Barra minn hekk, meta kien perċepit tnaqqis fid-domanda, il-produtturi tal-Unjoni kienu kkonfrontati wkoll b'setgħa ta’ negozjar qawwija minn distributuri kbar li bdew jagħmlu pressjoni ikbar fuq il-prezzijiet u dan ħalla impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

    (98)

    L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġie analizzat ukoll. Il-volum tal-importazzjoni kkombinat tagħhom żdied b'26 % matul il-perijodu kkunsidrat, minn madwar 52 000 tunnellata għal madwar 66 000 tunnellata. Fl-istess ħin il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 28 % matul il-perijodu kkunsidrat u għaldaqstant sehemhom mis-suq żdied minn 42,5 % fl-2007 għal 54,2 % fil-PIR.

    (99)

    Il-parti l-kbira tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra dehru li kienu mill-Indja, mill-Filippini u mill-Malasja. L-importazzjonijiet minn it-tliet pajjiżi jammontaw għal sehem mis-suq totali ta’ madwar 36 % fil-PIR.

    (100)

    Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja, dawn żdiedu b'141 % matul il-perijodu kkunsidrat, minn madwar 8 000 tunnellata fl-2007 għal madwar 20 000 tunnellata fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 32 % matul l-istess perijodu u kienu wisq 'l isfel mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Għaldaqstant, l-esportaturi Indjani żiedu sehemhom mis-suq minn 6,7 % fl-2007 għal 16,4 % fil-PIR.

    (101)

    L-importazzjonijiet mill-Filippini wrew xejra simili minn dawk mill-Indja u żdiedu b'129 % matul il-perijodu kkunsidrat, minn madwar 6 000 tunnellata fl-2007 għal madwar 14 000 tunnellata fil-PIR. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu bi 38 % matul l-istess perijodu u kienu wisq 'l isfel mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-PIR. Għaldaqstant, is-sehem mis-suq tal-Filippini żdied minn 4,9 % fl-2007 għal 11,4 % fil-PIR.

    (102)

    Fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Malasja, għalkemm kien hemm xejra nieżla fl-importazzjonijiet matul il-perijodu kkunsidrat (-27 %), l-esportaturi Malasjani xorta kellhom sehem mis-suq ta’ 8,2 % fil-PIR. Barra minn hekk, skont id-dejta tal-Eurostat, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Malasja kienu ogħla minn dawk mill-pajjiżi kkonċernati fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat, madankollu, fit-tieni parti, il-prezzijiet kienu wisq iktar baxxi.

    (103)

    Għaldaqstant, jidher li l-esportaturi minn pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari mill-Indja, il-Filippini u l-Malasja, approfittaw mill-eżistenza tal-miżuri anti-dumping kontra r-RPĊ u t-Tajwan. Fit-tieni parti tal-perijodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet Indjani u Filippini żdiedu aktar mid-doppju bi prezzijiet taħt dawk tar-RPĊ u tat-Tajwan, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Malasja wrew xejra li jonqsu. Il-pressjoni addizzjonali fuq il-prezz kellha impatt negattiv ulterjuri fuq l-industrija tal-Unjoni li rat il-profitti tagħha u indikaturi finanzjarji oħra juru xejra negattiva sew mill-2008 'il quddiem. Għalhekk, l-iżvilupp tal-importazzjonijiet partikolarment mill-Indja u l-Filippini ċertament ikkontribwixxa għat-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp negattiv tal-qagħda finanzjarja tagħha.



    Tabella 15

     

    2007

    2008

    2009

    PIR

    Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (tunnellati)

    52 339

    57 920

    50 362

    65 756

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    111

    96

    126

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra

    42,5 %

    48,0 %

    49,8 %

    54,2 %

    Il-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (EUR/tunnellata)

    5 830

    4 993

    4 384

    4 196

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    86

    75

    72

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

    8 282

    13 667

    16 776

    19 945

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    165

    203

    241

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

    6,7 %

    11,3 %

    16,6 %

    16,4 %

    Il-prezz tal-importazzjoni mill-Indja (EUR/tunnellata)

    4 632

    3 758

    3 123

    3 164

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    81

    67

    68

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Filippini (tunnellati)

    6 048

    7 046

    5 406

    13 854

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    117

    89

    229

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Filippini

    4,9 %

    5,8 %

    5,3 %

    11,4 %

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Filippini (EUR/tunnellata)

    5 685

    4 645

    3 474

    3 505

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    82

    61

    62

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Malasja (tunnellati)

    13 548

    13 712

    9 810

    9 933

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    101

    72

    73

    Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Malasja

    11,0 %

    11,4 %

    9,7 %

    8,2 %

    Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Malasja (EUR/tunnellata)

    5 062

    4 203

    2 963

    3 068

    Indiċi (2007 = 100)

    100

    83

    59

    61

    Konklużjoni

    (104)

    Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli matul il-perijodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tilfet 25 % tal-volum tal-bejgħ totali fl-Unjoni matul l-istess perijodu, li jwassal għal telf tas-sehem mis-suq minn 50,6 % fl-2007 għal 38,6 % fil-PIR. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati rnexxielhom iżommu sehemhom mis-suq stabbli.

    (105)

    Bejn l-2007 u l-PIR, u minkejja l-eżistenza tal-miżuri anti-dumping, ħafna mill-indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod negattiv: il-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ naqsu bi 17 % u 25 % rispettivament, il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità naqsu u ġew segwiti bi tnaqqis fil-livelli tal-impjiegi u tal-produttività. Il-profittabbiltà naqset minn 7 % fl-2007 għal -3 % fil-PIR u l-likwidità wriet xejra negattiva simili.

    (106)

    Ġie konkluż li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat kumplessivament matul il-perijodu kkunsidrat u li l-industrija tal-Unjoni kienet f'qagħda fraġli fl-aħħar tal-PIR, meta l-isforzi tagħha biex iżżomm il-volumi tal-bejgħ u livell suffiċjenti tal-prezzijiet kienu mxekkla bil-preżenza akbar tal-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi kkonċernati kif ukoll mill-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi minn pajjiżi terzi oħra.

    IL-PROBABBILTÀ TAT-TKOMPLIJA TAL-ĦSARA Ir-relazzjoni bejn il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati lejn pajjiżi terzi u l-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

    (107)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-esportaturi mir-RPĊ, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra. Fir-rigward tat-Tajwan, abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kumpaniji vverifikati, il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma iktar baxxi minn dawk mitluba mis-suq tal-Unjoni. Għalhekk tqies li jekk il-miżuri jiskadu, l-esportaturi Tajwaniżi jkollhom inċentiv li jdawru l-kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn pajjiż terzi oħra lejn is-suq iktar attraenti tal-Unjoni.

    Kapaċità mhux użata fil-pajjiżi kkonċernati

    (108)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli jidher li hemm kapaċità ta’ produzzjoni kbira disponibbli kemm fir-RPĊ u kemm fit-Tajwan u ż-żewġ pajjiżi għandhom il-kapaċità li jżidu malajr il-volumi tal-produzzjoni tagħhom. F'dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar mir-RPĊ fl-2009 ( 8 ) wasslet għal waqgħa fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u lliberat kapaċità li setgħet tintuża fil-produzzjoni ta’ SSF. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li investigazzjoni ta’ evażjoni konkluża reċentement estendiet il-miżuri imposti fuq ċerti qfieli tal-ħadid u l-azzar li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet konsenjati mill-Malasja ( 9 ). Għalhekk, il-kapaċità li l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-UE jiżdiedu b'mod sinifikanti teżisti, b'mod partikolari għaliex ma hemm l-ebda indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu xi produzzjoni addizzjonali.

    Konklużjoni

    (109)

    Huwa ċar li l-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati għandhom il-potenzjal li jżidu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom b'mod sinifikanti lejn is-suq tal-UE. Barra minn hekk, fir-rigward tat-Tajwan, jidher li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma iktar baxxi minn dawk mitluba mis-suq tal-Unjoni, b'hekk tiżdied il-possibbiltà li parti mill-esportazzjonijiet tal-pajjiżi terzi tiddawwar lejn is-suq tal-UE fin-nuqqas tal-miżuri. Dan, bil-probabbiltà kollha, jħalli impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrijat tal-Unjoni.

    (110)

    Kif intwera hawn fuq, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni tibqa' vulnerabbli. Jekk l-industrija tal-Unjoni tkun esposta għal żieda fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet iddampjati, dan x'aktarx li jwassal għal deterjorament ulterjuri tal-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, kif ukoll għal deterjorament konsegwenti tal-qagħda finanzjarja tagħha. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż li r-revoka tal-miżuri fil-probabbiltà kollha twassal għal aggravazzjoni tal-qagħda diġà fraġli, u għat-tkomplija tal-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni.

    L-INTERESS TAL-UNJONI Introduzzjoni

    (111)

    Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw b'konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (112)

    Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-impożizzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b'hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-anti-dumping eżistenti.

    (113)

    Abbażi ta’ dan ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet konvinċenti li għandhom iwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

    L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (114)

    L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-qagħda ekonomika pjuttost b'saħħitha osservata fil-bidu tal-perijodu kkunsidrat. Madankollu, matul il-perijodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni tilfet volum ta’ bejgħ u sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu kemm kemm minkejja l-miżuri fis-seħħ. Matul l-istess perijodu l-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat u bdiet tagħmel it-telf. Mingħajr l-eżistenza tal-miżuri, l-industrija tal-Unjoni, bil-probabbiltà kollha, tkun f'qagħda terġa' agħar.

    Interess tal-importaturi/utenti

    (115)

    L-ebda wieħed mill-20 utent ikkuntattjat ma resaq biex jikkoopera. Ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, ikkoopera biss utent wieħed u ġie konkluż li l-utenti setgħu jiksbu l-prodott investigat mhux biss mill-pajjiżi kkonċernati imma wkoll minn sorsi ta’ provvista oħrajn. Barra minn hekk, minħabba l-impatt marġinali tal-SSF fuq l-ispejjeż tal-prodotti li jiġu wara fil-katina tas-suq, ġie konkluż li l-miżuri ma jolqtux b'mod ħażin lill-industrija tal-utenti.

    (116)

    Importatur wieħed biss minn tlieta fil-kampjun wieġeb il-kwestjonarju. Sehmu mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien limitat ħafna u ammonta għal 1,1 % matul il-PIR. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-importatur iġġenera profittabbiltà b'saħħitha (bejn 5 % u 10 %) filwaqt li s-sehem mill-prodott ikkonċernat meta mqabbel mal-attività kollha tal-kumpanija kienet ta’ inqas minn 10 %. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri jista' jkollha impatt limitat ħafna fuq dan l-importatur.

    Konklużjoni

    (117)

    Minħabba li ntqal hawn fuq, ġie konkuż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping ta’ bħalissa.

    MIŻURI ANTI-DUMPING

    (118)

    Il-partijiet kollha ngħarrfu bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perijodu biex jibagħtu l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien ġustifikat.

    (119)

    Minn dan isegwi li, kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tiegħu li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1890/2005, għandhom jinżammu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    ▼M1

    1.  Qed jiġi hawnhekk impost dazju definittiv ta' antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-azzar li ma jissaddadx u partijiet tagħhom, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7318 12 10 , ex 7318 14 10 (il-kodiċi TARIC mill-jum wara l-publikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 ( 10 )7318141051 , 7318141059 , 7318141081 u 7318141089 ), 7318 15 30 , 7318 15 51 , 7318 15 61 u 7318 15 70 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan.

    Il-qfieli bimetalliċi, iddefiniti bħala: viti bimetalliċi self-drilling, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u ponta u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jiddrillja waħdu fit-toqba pilota tiegħu stess u jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; u viti bimetalliċi self-tapping, li jkollhom sieq u ras tal-azzar inossidabbli u kamini ewlenin tal-azzar bil-karbonju, iwweldjati flimkien biex jippermettu li l-vit jaqtal-kamin tiegħu stess f'metall ta' azzar iebes; it-tnejn li huma bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7318 14 10 , ma jkunux koperti mid-dazju definittiv ta' antidumping.

    ▼B

    2.  Ir-rata tad-dazju tal-anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanufatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:



    Pajjiż

    Il-kumpaniji

    Rata ta’ dazju AD (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    RPĊ

    Tengzhou Tengda Stainless Steel Product Co. Ltd., Tengzhou City

    11,4

    A650

    Tong Ming Enterprise (Jiaxing) Co. Ltd., Zhejiang

    12,2

    A651

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    27,4

    A999

    Taiwan

    Arrow Fasteners Co. Ltd., Taipei

    15,2

    A653

    Jin Shing Stainless Ind. Co. Ltd, Tao Yuan

    8,8

    A654

    Min Hwei Enterprise Co. Ltd, Pingtung

    16,1

    A655

    Tong Hwei Enterprise, Co. Ltd., Kaohsiung

    16,1

    A656

    Yi Tai Shen Co. Ltd., Tainan

    11,4

    A657

    Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

    15,8

    A649

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    23,6

    A999

    3.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

    ▼M1

    4.  Fejn kull produttur esportatur ġdid fit-Tajwan jipprovdi xhieda suffiċjenti lill-Kummissjoni li:

    (a) ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Lulju 2003 sat-30 ta' Ġunju 2004);

    (b) mhuwiex relatat ma' xi wieħed mill-esportaturi jew produtturi fit-Tajwan li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; kif ukoll

    (c) ikun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

    l-Anness jista' jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja differenzjata ta' 15,8 %.

    ▼B

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    (Kodiċi addizzjonali TARIC A649 )

    A-STAINLESS INTERNATIONAL CO. LTD., Taipei

    BOLTUN CORPORATION, Tainan

    CHAEN WEI CORPORATION, Taipei

    CHIAN SHYANG ENT CO. LTD., Chung-Li City

    CHONG CHENG FASTENER CORP., Tainan

    DIING SEN FASTENERS & INDUSTRIAL CO. LTD., Taipei

    DRAGON IRON FACTORY CO. LTD., Kaohsiung

    EXTEND FORMING INDUSTRIAL CORP. LTD., Lu Chu

    FORTUNE BRIGHT INDUSTRIAL CO. LTD., Lung Tan Hsiang

    FWU KUANG ENTERPRISES CO. LTD., Tainan

    HSIN YU SCREW ENTERPRISE CO. LTD., Taipin City

    HU PAO INDUSTRIES CO. LTD., Tainan

    J C GRAND CORPORATION, Taipei

    JAU YEOU INDUSTRY CO. LTD., Kangshan

    JOHN CHEN SCREW IND CO. LTD., Taipei

    KUOLIEN SCREW INDUSTRIAL CO. LTD., Kaohsiung

    KWANTEX RESEARCH INC., Tainan

    LIH LIN ENTERPRISES & INDUSTRIAL CO. LTD., Taipei

    LIH TA SCREW CO. LTD., Kweishan

    LU CHU SHIN YEE WORKS CO. LTD., Kaohsiung

    M & W FASTENER CO. LTD., Kaohsiung

    MULTI-TEK FASTENERS & PARTS MANIFACTURER CORP., Tainan

    NATIONAL AEROSPACE FASTENERS CORP., Ping Jen City

    QST INTERNATIONAL CORP., Tainan

    SEN CHANG INDUSTRIAL CO. LTD., Ta-Yuan

    SPEC PRODUCTS CORP., Tainan

    SUMEEKO INDUSTRIES CO. LTD., Kaohsiung

    TAIWAN SHAN YIN INTERNATIONAL CO. LTD., Kaohsiung

    VIM INTERNATIONAL ENTERPRISE CO. LTD., Taichung

    YEA-JANN INDUSTRIAL CO. LTD., Kaohsiung

    ZONBIX ENTERPRISE CO. LTD., Kaohsiung

    ZYH YIN ENTERPRISE CO. LTD., Kaohsiung



    ( 1 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    ( 2 ) ĠU L 302, 19.11.2005, p. 1.

    ( 3 ) ĠU L 221, 25.8.2009, p. 1.

    ( 4 ) ĠU C 129, 19.5.2010, p. 16.

    ( 5 ) ĠU C 315, 19.11.2010, p. 7.

    ( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 (ĠU L 29, 31.1.2009, p. 1).

    ( 7 ) Skont il-bażi ta’ dejta tal-Eurostat Comext.

    ( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009.

    ( 9 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011 (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 6).

    ( 10 ►C1  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 830/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1890/2005, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2/2012 u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 205/2013 fir-rigward tal-prodotti soġġetti għall-miżuri tal-antidumping attwali dwar qfieli tal-azzar inossidabbli u partijiet minnhom, u fir-rigward ta' talbiet għal rieżami għall- parteċipanti l-ġodda, u li jipprevedi, f'ċerti każijiet, il-possibbiltà ta' ħlas lura jew remissjoni tad-dazji (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 16). ◄

    Top