This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02012L0027-20230504
Directive 2012/27/EU of the European Parliament and of the Council of 25 October 2012 on energy efficiency, amending Directives 2009/125/EC and 2010/30/EU and repealing Directives 2004/8/EC and 2006/32/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
In force
)
02012L0027 — MT — 04.05.2023 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315 14.11.2012, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 141 |
28 |
28.5.2013 |
||
DIRETTIVA (UE) 2018/844 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018 |
L 156 |
75 |
19.6.2018 |
|
DIRETTIVA (UE) 2018/2002 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
210 |
21.12.2018 |
|
REGOLAMENT (UE) 2018/1999 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Diċembru 2018 |
L 328 |
1 |
21.12.2018 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2019/504 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Marzu 2019 |
L 85I |
66 |
27.3.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/826 tal-4 ta' Marzu 2019 |
L 137 |
3 |
23.5.2019 |
|
DIRETTIVA (UE) 2019/944 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta' Ġunju 2019 |
L 158 |
125 |
14.6.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/807 tal-15 ta’ Diċembru 2022 |
L 101 |
16 |
14.4.2023 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
IS-SUĠĠETT, IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-MIRI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA
Artikolu 1
Suġġett u Ambitu
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprevedi li jiġu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 u l-2030.
Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju'l-effiċjenza fl-enerġija l-ewwel.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“enerġija” tfisser kull forma ta' prodotti tal-enerġija, karburanti kombustibbli, sħana, enerġija rinnovabbli, elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta' enerġija, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija ( 1 );
“konsum primarju tal-enerġija” tfisser il-konsum intern gross, esklużi l-użi mhux tal-enerġija;
“konsum finali tal-enerġija” tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi u l-agrikoltura. Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom;
“effiċjenza fl-enerġija” tfisser il-proporzjon bejn l-output ta' prestazzjoni, servizz, oġġetti jew enerġija, għall-input ta' enerġija;
“iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta' enerġija frankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;
“titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser żieda fl-effiċjenza fl-enerġija b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi;
“servizz tal-enerġija” tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ li jirriżulta minn kombinazzjoni ta' enerġija ma' teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tista' tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġa biex jitwassal is-servizz, li jitwassal fuq il-bażi ta' kuntratt u li f'ċirkostanzi normali wera li jwassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija jew għal iffrankar tal-enerġija primarja li jista' jiġi vverifikat u mkejjel jew stmat;
“korpi pubbliċi” tfisser kull “awtorità kontraenti” kif iddefinit fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 2 );
“gvern ċentrali” tfisser id-dipartimenti amministrattivi kollha li l-kompetenzi tagħhom jestendu fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru;
“spazju totali ta’ art li tista' tintuża” tfisser id-daqs tal-ispazju tal-art ta' bini jew parti minn bini, fejn l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima ta' ġewwa;
“sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sett ta' elementi interrelatati jew interattivi ta' pjan li jistabbilixxi għan ta' effiċjenza fl-enerġija u strateġija sabiex jintlaħaq dak il-għan;
“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat- Telekomunikazzjoni u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
“Standard internazzjonali” tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u magħmul disponibbli għall-pubbliku;
“parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija jew il-kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li hija marbuta bl-iskema nazzjonali ta' obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7;
“parti inkarigata” tfisser entità legali b'setgħa ddelegata minn gvern jew korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta' finanzjament f'isem il-gvern jew korp pubbliku ieħor;
“parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenja ruħu li jilħaq ċerti għanijiet taħt ftehim volontarju, jew huwa kopert minn strument regolatorju ta' politika nazzjonali;
“awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser korp irregolat mil-liġi pubblika li hu responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ tat-tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u regoli, skemi ta' tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;
“miżura ta' politika” tfisser strument ta' dispożizzjoni regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew ta' informazzjoni formalment stabbilit u implimentat fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta' appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi ta' enerġija u biex jieħdu miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija;
“azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista' jiġi vverifikat, u li jista' jitkejjel jew jiġi stmat, u li titwettaq b'riżultat ta' mizura ta' politika;
“distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil klijenti aħħarin jew lil stazzjonijiet ta' distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil klijenti aħħarin;
“operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;
“kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;
“klijent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess;
“fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta' enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f'faċilità jew f'bini ta' klijent aħħari;
“verifika tal-enerġija” tfisser proċedura sistematika bil-għan li jinkiseb għarfien adegwat tal-profil eżistenti tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew ta' grupp ta' bini, ta' operazzjoni jew ta' installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta' servizz privat jew pubbliku, li jidentifika u jikkwantifika opportunitajiet kosteffettivi għall-iffrankar tal-enerġija, u jirrapporta s-sejbiet;
“intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi kif definit fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 3 ); il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat totali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 43 miljun;
“kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta' miżura għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ivverifikata u sorveljata matul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (ix-xogħol, il-provvista jew is-servizz) f'dik il-miżura isir ħlas għalihom b'rabta ma' livell ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija miftiehem kuntrattwalment jew ma' kriterju ieħor miftiehem ta' prestazzjoni tal-enerġija, bħal iffrankar finanzjarju;
“sistema ta' arloġġi intelliġenti” tfisser sistema elettronika li tista' tkejjel il-konsum tal-enerġija, billi tipprovdi aktar informazzjoni minn arloġġ konvenzjonali, u jista' jittrasmetti d-data billi juża forma ta' komunikazzjoni elettronika.
“operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;
“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u ta' enerġija elettrika jew mekkanika;
“domanda ekonomikament ġustifikabbli” tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet għat-tisħin jew għat-tkessiħ u li kieku tiġi sodisfatta f'kundizzjonijiet tas-suq minn proċessi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għajr il-koġenerazzjoni;
“sħana utli” tfisser sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ekonomikament ġustifikabbli għal tisħin jew għal tkessiħ;
“elettriku minn koġenerazzjoni” tfisser elettriku ġġenerat fi proċess marbut mal-produzzjoni ta' sħana utli u kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilità fl-Anness I;
“koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;
“effiċjenza kumplessiva” tfisser is-somma annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output ta' sħana utli diviża bl-input ta' karburant użat għas-sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;
“proporzjon tal-enerġija għas-sħana” tfisser il-proporzjon tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għas-sħana utli meta t-tagħmir jopera f'modalità ta' koġenerazzjoni sħiħa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika;
“unità ta' koġenerazzjoni” tfisser unità li tista' topera f'modalità ta' koġenerazzjoni;
“unità ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b' kapaċità installata taħt il-1 MWe;
“unità ta' mikrokoġenerazzjoni” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità massima taħt il-50 kWe;
“proporzjon ta' biċċa art” tfisser il-proporzjon tal-erja tal-qiegħa tal-art għall-bini għall-erja tal-art f'territorju speċifikat;
“tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % enerġija rinnovabbli, 50 % sħana mitlufa, 75 % sħana koġenerata jew 50 % ta' kombinazzjoni ta' tali enerġija u sħana;
“tisħin u tkessiħ effiċjenti” tfisser alternattiva ta' tisħin u tkessiħ li meta mqabbla ma' xenarju bażiku li jirrifletti sitwazzjoni ta' negozju normali tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti b'mod kosteffettiv, kif ivvalutata fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija f'din id-Direttiva, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;
“tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti” tfisser alternattiva ta' provvista ta' tisħin u tkessiħ individwali li, meta mqabbla ma' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti jew teħtieġ l-istess input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli izda bi spiża aktar baxxa, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;
“rinovazzjoni sostanzjali” tfisser rinovazzjoni li l-ispiża għaliha taqbeż il-50 % tal-ispiża tal-investiment għal unità ġdida komparabbli;
“aggregatur” tfisser fornitur ta' servizz li għalih hemm domanda li jgħaqqad tagħbijiet multipli ta' tul qasir tal-konsumaturi għall-bejgħ jew għall-bejgħ bl-irkant fis-swieq tal-enerġija organizzati.
Artikolu 3
Miri għall-effiċjenza tal-enerġija
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:
li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 għandu jkun ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali;
tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;
tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;
ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont ukoll taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:
il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;
l-evoluzzjoni u t-tbassir tal-PDG;
il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;
l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u
l-azzjoni bikrija.
Fit-twettiq tar-reviżjoni imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:
tiġbor il-miri indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija rrapportati mill-Istati Membri;
tivvaluta jekk il-ġabra ta' dawk il-miri tistax titqies bħala gwida affidabbli għal jekk l-Unjoni kollha kemm hi hijiex qiegħda fit-triq it-tajba, filwaqt li tqis, l-evalwazzjoni tal-ewwel rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjani Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);
tieħu kont tal-analiżi komplementari li tirriżulta minn:
valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum finali tal-enerġija jew l-iffrankar finali tal-enerġija, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;
riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward ta' xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni;
qabbel ir-riżultati taħt il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tinħtieġ biex jintlaħaq konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 ta’ enerġija finali fl-2020.
KAPITOLU II
L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
▼M4 —————
Artikolu 5
Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi
Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015.
Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà ta' u okkupata mid-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta' u kkontrollatat mill-gvern ċentrali jew dawn id-dipartimenti amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.
Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;
bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;
bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:
l-erja tal-art f'm2; u
il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja jew data rilevanti dwar l-enerġija.
Għall-finijiet ta l-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini tal-gvern ċentrali.
L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b' konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:
jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;
jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;
jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.
Artikolu 6
Xiri minn korpi pubbliċi
L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kuntratti għax-xiri ta' prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi sa fejn tali kuntratti jkollhom valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.
Artikolu 7
Obbligu tal-iffrankar tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom jiksbu ffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali tal-anqas ekwivalenti għal:
iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija lill-klijenti aħħarin skont il-volum, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013. Il-bejgħ tal-enerġija, bil-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dak il-kalkolu;
iffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ta' 0,8 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019. B'deroga minn dak ir-rekwiżit, Ċipru u Malta għandhom jiksbu ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ekwivalenti għal 0,24 % tal-konsum finali annwali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019.
L-Istati Membri jistgħu jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta' politika, kemm jekk introdotti sal-31 ta' Diċembru 2020 jew wara dik id-data, sakemm dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali ġodda li jitwettqu wara l-31 ta' Diċembru 2020.
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiksbu ffrankar annwali ġdid, skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għal perijodi ta' għaxar snin wara l-2030, sakemm reviżjonijiet mill-Kummissjoni sal-2027 u kull 10 snin warajhom ma jikkonkludux li dan mhuwiex meħtieġ biex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-klima għall-2050.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif iqassmu f'fażijiet il-kwantità kkalkulata ta' ffrankar ġdid fuq kull perijodu msemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, sakemm l-iffrankar kumulattiv totali meħtieġ fl-użu finali tal-enerġija jkun intlaħaq sal-aħħar ta' kull perijodu ta' obbligu.
Sakemm l-Istati Membri jwettqu mill-inqas l-obbligu tagħhom ta' ffrankar kumulattiv fl-użu finali tal-enerġija msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu (1), huma jistgħu jikkalkulaw l-ammont meħtieġ ta' ffrankar tal-enerġija b'wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin:
japplikaw rata ta' ffrankar annwali fuq il-bejgħ tal-enerġija lil klijenti aħħarin jew fuq il-konsum finali tal-enerġija, fuq medja tal-aktar perijodu ta' tliet snin reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2019;
jeskludu, għalkollox jew parzjalment, l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu;
jużaw kwalunkwe waħda mill-għażliet imsemmijin fil-paragrafu 4.
Fejn l-Istati Membri jużaw il-possibbiltajiet previsti fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2, huma għandhom jistabbilixxu:
ir-rata ta' ffrankar annwali tagħhom li ser tiġi applikata fil-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija kumulattiv fl-użu finali, li għandha tiżgura li l-ammont finali tal-iffrankar nett tal-enerġija tagħhom ma jkunx anqas minn dak meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1; u
ix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom li jista' jeskludi, għalkollox jew parzjalment, l-enerġija użata fit-trasport.
Soġġett għall-paragrafu 5, kull Stat Membru jista':
iwettaq il-kalkolu meħtieġ taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 billi juża valuri ta' 1 % fl-2014 u fl-2015; 1,25 % fl-2016 u fl-2017; u ta' 1,5 % fl-2018, l-2019 u l-2020;
jeskludi mill-kalkolu l-bejgħ kollu jew parti mill-bejgħ tal-enerġija użata, bil-volum, b'rabta mal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jew l-enerġija finali kkunsmata, b'rabta mal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu, mill-attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;
jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trasmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura effiċjenti ta' tisħin distrettwali u tkessiħ distrettwali, bħala riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5), u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta' politika maħsubin tagħhom skont dan il-punt għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 u sal-31 ta' Diċembru 2030 bħala parti mill-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. L-impatt ta' dawk il-miżuri għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness V u inkluż f'dawk il-pjani;
jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali ġodda li jkunu ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkomplu jkollhom impatt fl-2020 fir-rigward tal-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u lil hinn mill-2020 fir-rigward tal-perijodu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat;
jgħodd, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn miżuri ta' politika sakemm jista' jintwera li dawk il-miżuri jirriżultaw f'azzjonijiet individwali mwettqa mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020 li jwasslu għal iffrankar wara l-31 ta' Diċembru 2020;
jeskludi mill-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, 30 % tal-ammont verifikabbli ta' enerġija ġġenerata fuq jew fil-bini għal użu proprju b'riżultat ta' miżuri ta' politika li jippromwovu l-installazzjonijiet ġodda ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli;
jgħodd mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ, dak l-iffrankar tal-enerġija li jeċċedi l-iffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perjodu ta' obbligu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, sakemm dak l-iffrankar jirriżulta minn azzjonijiet individwali mwettqa taħt miżuri ta' politika msemmijin fl-Artikoli 7a u 7b, li ngħatat notifika dwarhom mill-Istati Membri fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija u rappurtati fir-rapporti tal-progress tagħhom skont l-Artikolu 24.
L-Istati Membri għandhom japplikaw u jikkalkulaw l-effett tal-għażliet magħżulin taħt il-paragrafu 4 għall-perijodi msemmijin fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 separatament
għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4. L-għażliet kollha magħżulin taħt il-paragrafu 4 meħudin flimkien iridu jammontaw għal mhux aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1;
għall-kalkolu tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ għall-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-punti (b) sa (g) tal-paragrafu 4, sakemm l-azzjonijiet individwali msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 jkomplu jkollhom impatt verifikabbli u li jista' jitkejjel wara l-31 ta' Diċembru 2020. L-għażliet kollha magħżulin skont il-paragrafu 4 meħudin flimkien ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis ta' aktar minn 35 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija kkalkulat skont il-paragrafi 2 u 3.
Irrispettivament minn jekk l-Istati Membri jeskludux għalkollox jew parzjalment l-enerġija użata fit-trasport mix-xenarju bażi tal-kalkolu tagħhom jew jużawx kwalunkwe mill-għażliet elenkati fil-paragrafu 4, għandhom jiżguraw li l-ammont nett ikkalkulat ta' ffrankar ġdid li jrid jinkiseb fil-konsum finali tal-enerġija matul il-perjodu ta' obbligu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030 ma jkunx aktar baxx mill-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta' ffrankar annwali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.
B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li jippermettu lill-partijiet obbligati jużaw l-għażla msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7a(6) jistgħu, għall-iskop tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jgħoddu l-iffrankar tal-enerġija miksub fi kwalunkwe sena partikolari wara l-2010 u qabel il-perijodu ta' obbligu msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu daqslikieku l-iffrankar tal-enerġija minflok kien inkiseb wara l-31 ta' Diċembru 2013 u qabel l-1 ta' Jannar 2021, sakemm ikunu japplikaw iċ-ċirkostanzi kollha hawn taħt:
l-iskema ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija kienet fis-seħħ fi kwalunkwe punt bejn il-31 ta' Diċembru 2009 u l-31 ta' Diċembru 2014 u kienet inkluża fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Istat Membru, ippreżentat skont l-Artikolu 24;
l-iffrankar ikun ġie ġġenerat skont l-iskema ta' obbligu;
l-iffrankar jiġi kkalkulat skont l-Anness V;
is-snin li għalihom l-iffrankar jingħadd bħala li nkiseb ikunu ġew irrappurtati fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).
L-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar ir-riżultat tal-miżuri biex jittaffa l-faqar enerġetiku fil-kuntest ta' din id-Direttiva fir-rapporti ta' progress integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.
Artikolu 7a
Skemi ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija
Fejn applikabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li partijiet obbligati jwettqu dak l-iffrankar, kollu jew parti minnu, bħala kontribuzzjoni għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 20(6).
Fl-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin, jew it-tnejn:
iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar tal-enerġija ċċertifikat miksub minn fornituri ta' servizzi tal-enerġija jew partijiet terzi oħrajn inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-Istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri jippermettu dan, huma għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija ssegwi proċess ta' approvazzjoni li jiddaħħal fis-seħħ fl-Istati Membri, li jkun ċar, trasparenti, u miftuħ għall-parteċipanti kollha tas-suq, u li jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;
iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f'sena partikolari bħallikieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-erba' snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti sakemm dan ma jmurx lil hinn mit-tmiem tal-perijodi ta' obbligu stabbiliti fl-Artikolu 7(1).
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, jekk xieraq, jieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-impatt tal-ispejjeż diretti u indiretti ta' skemi ta' obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija fuq il-kompetittività tal-industriji li jużaw ħafna enerġija esposti għall-kompetizzjoni internazzjonali.
Artikolu 7b
Miżuri ta' politika alternattivi
Artikolu 8
Il-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti aħħarin kollha ta' verifiki tal-enerġija ta' kwalità għolja li huma kosteffettivi u
imwettqa b'mod indipendenti minn esperti kwalifikati u/jew akkreditati skont il-kriterji ta' kwalifikazzjoni; jew
implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.
Il-verifiki tal-enerġija msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu minn esperti interni jew kontrolluri tal-enerġija dment li l-Istati Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema biex jiżgura u jivverifika l-kwalità tagħhom, inkluż, jekk xieraq, għażla annwali u għal għarrieda ta' mill-inqas perċentwali statistikament sinifikanti tal-kontrolli kollha tal-enerġija li huma jwettqu.
Għall-għan tal-garanzija ta' kwalità għolja tal-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji trasparenti u nondiskriminatorji minimi għall-verifiki tal-enerġija bbażati fuq l-Anness VI.
Il-verifiki tal-enerġija m'għandhomx jinkludu klawżoli li jipprevjenu s-sejbiet tal-verifika milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta' servizz tal-enerġija kwalifikat/akkreditat, bil-kondizzjoni li l-klijent ma joġġezzjonax.
Abbażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' appoġġ għall-SMEs, inkluż jekk dawn ikunu kkonkludew ftehimiet volontarji, biex ikopru l-ispejjeż ta' verifika tal-enerġija u tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet kosteffettivi ħafna mill-verifiki tal-enerġija, jekk il-miżuri proposti jkunu implimentati.
L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi rispettivi tagħhom, għal eżempji konkreti ta' kif is-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri billi tappoġġa l-iskambji tal-aħjar prattika f'dan il-qasam.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu programmi ta' taħriġ għall-kwalifika tal-awdituri tal-enerġija sabiex jiffaċilitaw disponibbiltà suffiċjenti ta' esperti.
L-aċċess għall-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw skemi li jinċentivaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-verifiki tal-enerġija u miżuri simili.
Artikolu 9
Il-miter għall-gass naturali
Tali arloġġi individwali bi prezz kompetittiv għandhom jiġu dejjem ipprovduti meta:
arloġġ eżistenti jinbidel, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx kosteffettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta' żmien.
ssir konnessjoni ġdida f'bini ġdid jew f'bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar, kif stipulat fid-Direttiva 2010/31/UE.
Meta, u sa fejn, l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta' arloġġi intelliġenti u jintroduċu arloġġi intelliġenti għall-gass naturali f'konformità mad-Direttiva 2009/73/KE:
huma għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-arloġġi jagħtu informazzjoni dwar il-ħin effettiv ta' użu għall-klijenti aħħarin u li l-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u l-benefiċċji tal-klijenti aħħarin jitqiesu bis-sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-arloġġi u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq;
huma għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-arloġġi intelliġenti u l-komunikazzjoni tad-data, u l-privatezza tal-klijenti aħħarin, f'konformità mal-protezzjoni tad-data u l-leġislazzjoni dwar il-privatezza rilevanti tal-Unjoni.
▼M7 —————
huma għandhom jeħtieġu li jingħataw il-konsulenza u l-informazzjoni adegwati lill-klijenti fil-ħin tal-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti, b'mod partikolari dwar il-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-arloġġi u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija.
▼M3 —————
Artikolu 9a
Kejl tal-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku
Artikolu 9b
Kejl separat tal-konsum u allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku
Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew fejn ma jkunx kosteffiċjenti li jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull unità ta' bini, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża għat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tat-tisħin f'kull radjatur sakemm l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża għat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti,. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tat-tisħin. Il-kriterji ġenerali, il-metodoloġiji u/jew il-proċeduri biex jiġu determinati n-nuqqas ta' fattibbiltà teknika u n-nuqqas ta' kosteffettività għandhom jiġu stabbiliti b'mod ċar u ppubblikati minn kull Stat Membru.
Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed jew b'diversi użi jiġu moqdija minn tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali, jew fejn li jkollhom is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali bini jkun prevalenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ regoli nazzjonali trasparenti u pubblikament disponibbli dwar l-allokazzjoni tal-ispiża għat-tisħin, it-tkessiħ u l-konsum tal-ilma sħun domestiku f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontabilità tal-konsum individwali. Fejn xieraq, tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod ta' allokazzjoni tal-ispiża għall-enerġija li tiġi użata kif ġej:
ilma sħun domestiku;
sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni, fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi;
għall-iskop tat-tisħin jew it-tkessiħ ta' appartamenti.
Artikolu 9c
Rekwiżit ta' qari mill-bogħod
Artikolu 10
Informazzjoni dwar il-kontijiet għall-gass naturali
Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti aħħarin li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija. Biss meta l-klijent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perijodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażat fuq konsum stmat jew rata fissa.
L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:
data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u
data dettaljata skont il-ħin ta' użu għal kull jum, ġimgħa, xahar u sena. Din id-data għandha ssir disponibbli lill-klijent aħħari permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-arloġġ għall-perijodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt ta' provvista jekk dan ikun inqas.
Indipendentement minn jekk l-arloġġi intelliġenti jkunux ġew installati jew le, l-Istati Membri:
għandhom jirrikjedu li, safejn l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-klijenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, fuq it-talba tal-klijent aħħari, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul mill-klijent aħħari.
għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievu, fuq talba, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tagħhom ġie dderivat, speċjalment fejn il-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali;
għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha xierqa tkun disponibbli mal-kont biex il-klijent aħħari ikun ipprovdut b'kont komprensiv tal-kosti kurrenti tal-enerġija, f'konformità mal-Anness VII;.
jistgħu jistipulaw li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-informazzjoni li fihom dawn il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-sorsi tal-enerġija joffru arranġamenti flessibbli għal ħlasijiet effettivi;
għandhom jeħtieġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-ispejjeż tal-enerġija jkunu pprovduti lill-konsumaturi fuq talba fil-ħin u f'format li jiftiehem faċilment li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu ftehimiet b'mod identiku.
Artikolu 10a
Informazzjoni dwar il-kontijiet u l-konsum għat-tisħin, t-tkessiħ u għall-ilma sħun domestiku
Dan l-obbligu jista', fejn Stat Membru jipprevedi dan, ħlief fil-każ ta' konsum b'kejl separat tal-konsum ibbażat fuq allokaturi tal-ispiża għat-tisħin taħt l-Artikolu 9b, jitwettaq minn sistema ta' qari proprju regolari mill-klijent aħħari jew mill-utent aħħari fejn huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom. Huwa biss fejn il-klijent aħħari jew l-utent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perijodu partikolari ta' kontijiet li l-kontijiet għandhom ikunu bbażati fuq konsum stmat jew rata fissa.
L-Istati Membri għandhom:
jesiġu li, jekk l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku jew il-qari tal-allokatur tal-ispiża għat-tisħin tal-utenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli fuq talba mill-utent aħħari, għal fornitur ta' servizz tal-enerġija magħżul mill-utent aħħari;
jiżguraw li l-klijenti aħħarin jiġu offruti l-għażla ta' informazzjoni elettronika dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi;
jiżguraw li informazzjoni ċara u li tinftiehem tingħata mal-kont lill-utenti aħħarin kollha skont il-punt 3 tal-Anness VIIa; u
jippromwovu ċ-ċibersigurtà u jiżguraw il-privatezza u l-protezzjoni tad-data tal-utenti aħħarin f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, fuq it-talba tal-klijent aħħari, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-kontijiet m'għandux jitqies li jikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu offruti arranġamenti flessibbli għall-ħlas reali.
Artikolu 11
Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar arloġġi u kontijiet għall-gass naturali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin jirċievu l-kontijiet kollha tagħhom u l-informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-klijenti aħħarin ikollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b'mod adegwat u mingħajr ħlas
Artikolu 11a
Spiża tal-aċċess għall-kejl tal-konsum u informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku
Artikolu 12
Informazzjoni lill-konsumatur u programm ta' għoti ta' setgħa
Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, dawn il-miżuri għandhom jinkludu element wieħed jew aktar elenkati taħt il-punt (a) jew (b):
firxa ta' strumenti u politiki għall-promozzjoni ta' bidla fl-imġiba li jistgħu jinkludu:
inċentivi fiskali;
aċċess għal finanzi, għotjiet jew sussidji;
għoti ta' informazzjoni;
proġetti eżemplari;
attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;
modi u mezzi għall-involviment tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi matul l-implimentazzjoni possibbli tal-arloġġi intelliġenti permezz tal-komunikazzjoni ta':
bidliet kosteffettivi u faċli biex jintlaħqu fl-użu tal-enerġija;
informazzjoni dwar miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija.
Artikolu 13
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l- ►M7 Artikoli 7 sa 11a ◄ u l-Artikolu 18(3) u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifiikaw lill-Kumissjoni dawk id-disposizzjonijet sal-5 ta' Ġunju 2014 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
KAPITOLU III
EFFIĊJENZA FIL-PROVVISTA TAL-ENERĠIJA
Artikolu 14
Il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ
Il-valutazzjoni komprensiva għandha tieħu kont sħiħ tal-analiżi tal-potenzjali nazzjonali għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza kbira li titwettaq taħt id-Direttiva 2004/8/KE.
Fuq talba tal-Kummissjoni, il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata u l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwarha kull ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali talba tal-inqas sena qabel id-data ta' skadenza.
Fejn il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragarfu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jaqbeż l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kosteffiċjenza msemmija fil-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq l-analiżi tal-kosteffiċjenza f'konformità mal-Parti 2 tal-Anness IX meta, wara l-5 ta' Ġunju 2014:
tkun ippjanata installazzjoni ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali kklassifikat li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju tal-proviżjoni għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
tkun modernizzata installazzjoni termali eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju li din tiġi kkonvertita għal waħda ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
tkun ippjanata jew sostanzjalment modernizzata installazzjoni industrijali[…] b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW li jiġġenera sħana żejda b'livell utli ta' temperatura, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji tal-użu tas-sħana żejda biex tintlaħaq id-domanda ekonomikament ġustifikata, inkluż permezz tal-koġenerazzjoni, u tal-konnessjoni ta' dik l-installazzjoni għal netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti;
tkun ippjanata netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew, f'netwerk eżistenti, tiġi ppjanata installazzjoni ġdida għall-produzzjoni tal-enerġija b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW jew tkun ser tiġi sostanzjalment irrinovata installazzjoni eżistenti li taqbeż l-20 MW, biex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji li tintuża s-sħana mitlufa minn installazzjonijiet industrijali fil-qrib.
L-installazzjoni ta' tagħmir li jaqbad id-dijossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni ta' kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE m'għandhiex titqies bħala rinovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) ta' dan il-paragrafu.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija fil-punti (c) u (d) titwettaq f'kooperazzjoni mal-kumpanniji responsabbli għall-operazzjoni tan-netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 5:
dawk l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku għall-ħinijiet tal-ogħla konsum u l-użu f'każ ta' bżonn li huma ppjanati li joperaw għal anqas minn 1 500 siegħa ta' operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perijodu ta' ħames snin, abbażi ta' proċedura ta' verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;
installazzjonijiet ta' enerġija nukleari;
installazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu lokalizzati qrib sit ta' ħżin ġeoloġiku li għandu permess approvati skont id-Direttiva 2009/31/KE.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f'termini tal-ammont ta' sħana mitlufa utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-netwerks ta' tisħin distrettwali, sabiex jeżentaw installazzjonijiet individwali mid-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 5.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati taħt dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom wara.
L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta' awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE, jew kriterji ta' permess ekwivalenti, biex:
jieħdu kont tal-eżitu tal-valutazzjonijiet komprensivi msemmija fil-paragrafu 1;
jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti għall-paragrafu 5; u
jieħdu kont tal-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċju msemmija fil-paragrafu 5.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrevendi, permezz ta' atti delegat skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva, l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni 2011/877/UE ( 7 ) fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/8/KE sal-31 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 15
Trasformazzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija
L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta' tariffi u regolamenti tan-netwerk, fil-qafas tad-Direttiva 2009/72/KE u b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull miżura, jipprovdu inċentivi għall-operaturi tal-grilja sabiex jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema lill-utenti tan-netwerk li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.
Tali servizzi ta' sistemi jistgħu jkunu determinati mill-operatur tas-sistema u ma għandux ikollhom impatt negattiv tas-sigurtà tas-sistema.
Għall-elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tan-netwerks, u t-tariffi tan-netwerks, jissodisfaw il-kriterji fl-Anness XI, b'kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sat-30 ta' Ġunju 2015, li:
issir valutazzjoni tal-potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tat-tagħbiji u tal-interoperabbiltà, kif ukoll tal-konnessjoni mal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi l-possibbiltajiet ta' aċċess għal ġeneraturi tal-enerġija mikro;
jiġu identifikati miżuri u investimenti konkreti għall-introduzzjoni ta' titjib kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerks, bi skeda ta' żmien għall-introduzzjoni tagħhom.
◄
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness XII.
L-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw, b'mod partikolari, il-konnessjoni mas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja minn unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira u ta' mikroġenerazzjoni. L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jieħdu passi biex jinkoraġġixxu lill-operaturi tan-netwerks biex jadottaw notifika sempliċi ta' proċess ta' 'installa u informa' għall-installazzjoni ta' unitajiet mikro ta' koġenerazzjoni għas-simplifikazzjoni u t-tqassir tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għaċ-ċittadini u l-installaturi individwali.
Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jinkoraġġixxu li l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja titqiegħed f'post qrib iż-żoni ta' domanda billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.
▼M7 —————
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex itejbu r-rati operattivi netti medji annwali tagħhom.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI
Artikolu 16
Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu lill-konsumaturi konxji mid-disponibbiltà tal-iskemi ta' kwalifika u/jew ċertifikazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1).
Artikolu 17
Informazzjoni u taħriġ
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' informazzjoni lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn dwar il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni, inkluż permezz tal-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati, fil-finanzjament tal-miżuri ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.
Artikolu 18
Servizzi ta' enerġija
L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-SMEs għal dan is-suq billi:
jiddistribwixxu informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar
il-kuntratti u l-klawsoli tas-servizzi tal-enerġija disponibbli li għandhom ikunu inklużi f'kuntratti ta' din ix-xorta sabiex jiġu ggarantiti l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti aħħarin;
strumenti finanzjarji, inċentivi, għotjiet u self sabiex jingħata appoġġ lill-proġetti tas-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija;
jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' tikketti ta' kwalità, fost l-oħrajn, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali;
jagħmlu pubblikament disponibbli u jaġġornaw regolarment lista ta' fornituri disponibbli ta' servizzi ta' enerġija li huma kwalifikati u/jew ċertifikati u l-kwalifiki tagħhom u/jew ċertifikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16, jew jipprovdu pjattaforma fejn il-fornituri ta' servizzi ta' enerġija jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni;
jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu l-offerti ta' servizz tal-enerġija, b'mod partikolari għall-modernizzazzjoni tal-bini, billi:
jipprovdu mudell ta' kuntratti għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIII;
jipprovdu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija, inkluża, jekk ikunu disponibbli, l-analiżi tal-ispiża u l-benefiċċji bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja.
▼M4 —————
L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, fejn xieraq, billi:
jidentifikaw u jippubbliċizzaw il-punt(i) ta' kuntatt fejn il-klijenti aħħarin jistgħu jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
jieħdu, jekk ikun meħtieġ, miżuri biex jitneħħew l-ostakoli regolatorji u mhux regolatorji li jipprojbixxu t-teħid tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħrajn ta' servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija għall-identifikazzjoni u/jew l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ffrankar tal-enerġija;
jikkunsidraw l-implimentazzjoni jew l-assenjament tar-rwol ta' mekkaniżmu indipendenti, bħal ombudsman, biex jiġi żgurat it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jirriżulta mill-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija.
jippermettu li intermedjarji tas-suq indipendenti ikollhom rwol fl-istimolu tal-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u l-provvista.
Artikolu 19
Miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija
L-Istati Membri għandhom jevalwaw u jekk ikun meħtieġ jieħdu miżuri xierqa sabiex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza fl-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-proprjetà u l-liġi dwar il-kera tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta':
il-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta' bini jew fost is-sidien, sabiex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza li kienu jagħmlu kieku ma kienx għall-fatt li ma jiksbux individwalment il-benefiċċji sħaħ jew minħabba n-nuqqas ta' regoli għad-diviżjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji bejniethom, inklużi r-regoli u l-miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proprjetà b'diversi sidien;
id-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, sabiex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-minimizzar tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja mistennija u mill-użu tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mekkaniżmi ta' finanzjament ta' partijiet terzi oħrajn fuq bażi kuntrattwali fit-tul;
Tali miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta' inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta' dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta' linji gwida u ta' komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta' edukazzjoni, taħriġ u ma' informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
Artikolu 20
Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, Finanzjament u Appoġġ Tekniku
L-azzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3a għandhom jinkludu li ġej:
il-mobilizzazzjoni ta' investiment ta' kapital fl-effiċjenza fl-enerġija billi jitqiesu l-impatti aktar mifruxa tal-iffrankar tal-enerġija għall-ġestjoni tar-riskju finanzjarju;
tiġi żgurata data ta' rendiment aħjar fl-enerġija u l-finanzi billi:
jiġi eżaminat aktar kif investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija jtejbu l-valuri tal-assi sottostanti;
jiġu appoġġati studji biex jivvalutaw il-monetizzazzjoni tal-benefiċċji mhux tal-enerġija ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija.
Għall-iskop tal-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u rinnovazzjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom, meta jimplimentaw din id-Direttiva:
iqisu modi kif jagħmlu użu aħjar tal-verifiki tal-enerġija taħt l-Artikolu 8 biex jinfluwenzaw it-teħid ta' deċiżjonijiet;
jagħmlu l-aħjar użu possibbli tal-possibiltajiet u l-għodod proposti fl-inizjattiva proposta ta' finanzi intelliġenti għal bini intelliġenti.
Artikolu 21
Fatturi ta' konverżjoni
Għall-finijiet tal-paragun tal-iffrankar u l-konverżjoni tal-enerġija ma' unità paragunabbli, għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stipulati fl-Anness IV sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta' fatturi ta' konverżjoni oħrajn.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Atti delegati
Artikolu 23
Tħaddim tad-delega
Artikolu 24
Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni
▼M4 —————
Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġislattiva għal għan wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:
sabiex tinbidel id-data finali stabbilita fl-Artikolu 7(1);
sabiex jiġu riveduti l-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 7(1), (2) u (3);
sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(7).
▼M4 —————
Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi:
eżami jekk jiġux adattati, wara l-2030, ir-rekwiżiti u l-approċċ alternattiv stipulati fl-Artikolu 5;
valutazzjoni tal-effettività ġenerali ta' din id-Direttiva u tal-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija tiġi aġġustata aktar skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima konsegwentement għall-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ( 10 ) u fid-dawl tal-iżviluppi ekonomiċi u fl-innovazzjoni.
Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.
Artikolu 25
Pjattaforma online
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma online biex titrawwem l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dik il-pjattaforma għandha tappoġġa l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-prattiki, il-punti ta' riferiment, l-attivitajiet ta' netwerking, kif ukoll il-prattiki innovattivi.
Artikolu 26
Proċedura ta' Kumitat
Artikolu 27
Emendi u Revoka
Id-Direttiva 2004/8/KE hija rrevokata mill-5 ta' Ġunju 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali.
Ir-referenzi għad-Direttivi 2006/32/KE u 2004/8/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XV.
Id-Direttivas 2009/125/KE hija emendata kif ġej:
tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“(35a) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ( *1 ) teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija bħall-bini ta' elementi li jagħmlu parti mill-allokazzjoni għall-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija, l-installazzjoni xierqa, u d-dimensjonar, aġġustament u kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi għall-bini li jkunu installati fil-bini eżistenti. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva li dawn ir-rekwiżiti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostakolu mhux ġustifikat għas-suq. |
is-sentenza li ġejja tiżdied mal-aħħar tal-Artikolu 6(1):
“Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.”.
Artikolu 28
Traspożizzjoni
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(6), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(9), l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) u l-punt (4) tal-Anness V sad-dati speċifikati fihom.
Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 30
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI
Parti I
Il-prinċipji ġenerali
Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim tal-unità mistenni jew effettiv f'kundizzjonijiet ta' użu normali. Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista' jkun ibbażat fuq valuri ċċertifkati.
Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha titqies bħala ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin;
f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g) u (h) imsemmijia f'Parti II, b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 75 %; u
f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tip (a) u (c) imsemmija f'Parti II b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 80 %.
F'unitajiet ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (i) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g), u (h) imsemmija fil-Parti II) jew b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (ii) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (a) u (c) imsemmija fil-Parti II) il-koġenerazzjoni tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:
ECHP=HCHP*C
fejn:
Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana. Jekk il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana tal-unità ta' koġenerazzjoni mhuwiex magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri awtomatiċi li ġejjin, b'mod partikolari għal finijiet statistiċi, għal unitajiet tat-tip (a), (b), (c), (d) u (e) msemmija f'Parti II, bil-kundizzjoni li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun inqas jew ugwali għall-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:
Tip ta 'l-unità |
Setgħa Default għal enerġija termali, C |
Flimkien ċiklu turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana |
0,95 |
Turbina tal-fwar pressjoni lura |
0,45 |
Turbina tal-fwar estrazzjoni kondensazzjoni |
0,45 |
Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana |
0,55 |
Magna ta 'kombustjoni interna |
0,75 |
Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri awtomatiċi għall-proporzjonijiet tal-enerġija għas-sħana għall-unitajiet tat-tip (f), (g), (h), (i), (j) u (k) imsemmija fil-Parti II, tali valuri awtomatiċi għandhom jiġu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni.
Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-karburant fil-proċess ta' koġenerazzjoni jiġi rkuprat f'kimiċi u rriċiklat, dan is-sehem jista' jiġi mnaqqas mill-input tal-karburant qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza totali użata fil-punti (a) u (b).
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-enerġija għas-sħana bħala l-proporzjon tal-elettriku għas-sħana siewja meta t-tħaddim isir fil-modalità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità iktar baxxa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika.
L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (a) u (b).
Parti II
It-Teknoloġiji ta' koġenerazzjoni koperti minn din id-Diretttiva
(a) Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana
(b) Turbina ta' kontropressjoni tal-fwar
(c) Turbina ta' estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar
(d) Turbina tal-gass bl-irkupru ta' sħana
(e) Magna li taħdem bil-kombustjoni interna
(f) Mikroturbini
(g) Magni Stirling
(h) Ċelloli tal-karburant
(i) Magni tal-fwar
(j) Ċikli organiċi Rankine
(k) Kwalunkwe tip ieħor ta' teknoloġija jew kombinazzjoni ta' teknoloġiji li jaqa' taħt id-definizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(30).
Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/952/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).
ANNESS II
METODOLOĠIJA BIEX TKUN IDDETERMINATA L-EFFIĊJENZA TAL-PROĊESS TA’ KOĠENERAZZJONI
Il-valuri użati għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-koġenerazzjoni u tal-iffrankar tal-enerġija primarja għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim mistenni jew effettiv tal-unità f'kundizzjonijiet tal-użu normali.
(a) Koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(b) Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja
L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija primarja pprovdut minn produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinit skont l-Anness I għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
Fejn:
(c) Kalkoli ta' ffrankar tal-enerġija bl-użu ta' kalkolu alternattiv
L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija primarja minn produzzjoni ta' sħana u ta' elettriku u ta' enerġija mekkanika, kif indikat iktar 'l isfel, mingħajr ma japplikaw l-Anness I sabiex jeskludu l-partijiet tas-sħana u tal-elettriku mhux mill-koġenerazzjoni tal-istess proċess. Produzzjoni ta' din ix-xorta tista' tiġi kkunsidrata bħala koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sakemm tissodisfa l-kriterji tal-effiċjenza fil-punt (a) ta' dan l-Anness u, għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ta' iktar minn 25 MW, l-effiċjenza totali tkun ta' iktar minn 70 %. Madankollu, l-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta' elettriku mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni ta' din ix-xorta, għall-ħruġ ta' garanzija tal-oriġini u għal finijiet statistiċi, għandha tkun iddeterminata skont l-Anness I.
Jekk l-iffrankar tal-enerġija primarja ta' proċess jiġi kkalkolat permezz tal-kalkolu alternattiv, kif indikat iktar 'il fuq, l-iffrankar tal-enerġija primarja għandu jiġi kkalkolat permezz tal-formula fil-paragrafu (b) ta' dan l-Anness bis-sostituzzjoni ta':“CHP Hη” bi “Hη” u“CHP Eη” bi “Eη”, fejn:
Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali ta' sħana diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku.
Eη għandha tfisser l-effiċjenza tal-elettriku tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali tal-elettriku diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista' jitkabbar b'element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta' elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex se joħloq dritt għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 14(10).
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (b) u (c) ta' dan l-Anness. |
(e) |
Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja jista' jkun ibbażat fuq data ċċertifikata. |
(f) |
Valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata ta' sħana u elettriku Il-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jikkonsistu f'matriċi ta' valuri differenzjati skont fatturi rilevanti, inkluża s-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta' karburant, u jridu jkunu bbażati fuq analiżi dokumentata sew li tqis, fost l-oħrajn, id-data mill-użu operattiv f'kundizzjonijiet realistiċi, it-taħlita tal-karburanti u l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll it-teknoloġiji ta' koġenerazzjoni applikati. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta' sħana u ta' elettriku skont il-formula stabbilita fil-punt (b) għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza operattiva tal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku li l-koġenerazzjoni hija maħsuba li tissostitwixxi. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipji li ġejjin:
1.
Għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni il-paragun ma' produzzjoni separata tal-elettriku għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju li jiġu mqabbla l-istess kategoriji ta' karburanti.
2.
Kull unità ta' koġenerazzjoni għandha titqabbel mal-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku fis-suq fis-sena tal-kostruzzjoni tal-unità ta' koġenerazzjoni.
3.
Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni li jkollhom iktar minn għaxar snin għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-valuri ta' referenza ta' unitajiet li jkollhom għaxar snin.
4.
Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u għall-produzzjoni separata tas-sħana għandhom jirriflettu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri. |
ANNESS III
REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦAX-XIRI TA’ PRODOTTI, SERVIZZI U BINI MILL-GVERN ĊENTRALI
Gvernijiet ċentrali li jixtru prodotti, servizzi jew bini, dment li dawn ikunu konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibbiltà ekonomika, sostenibbiltà ikbar, l-istabilità teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, għandhom:
fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew b'direttiva implimentattiva tal-Kummissjoni relatata, jixtru biss il-prodotti li jikkonformaw mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija possibbli fid-dawl tal-ħieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti;
fejn prodott li ma jkunx kopert taħt punt a) jkun kopert minn miżura ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri ta' effiċjenza fl-enerġija speċifikati f'dik il-miżura ta' implimentazzjoni;
jixtru prodotti ta' tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji ( 12 ) li jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma' dik id-Deċiżjoni;
jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija fl-użu tal-karburant, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ( 13 ). Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta' sikurezza jew ta' saħħa pubblika;
jeżiġu fis-sejħiet għall-offerti tagħhom għal kuntratti ta' servizzi li l-fornituri tas-servizzi jużaw, għall-għanijiet tal-forniment tas-servizzi involuti, biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda mixtrija mill-fornituri tas-servizzi parzjalment jew totalment għall-għan li jagħtu s-servizz inkwistjoni;
jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ta' kiri ġodda, biss għal bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) sakemm l-għan tax-xiri ma jkunx:
sabiex iwettaq rinnovazzjoni kompleta jew demolizzjoni;
fil-każ ta' korpi pubbliċi, sabiex jerġa' jbiegħ il-bini mingħajr ma jużah għall-finijiet tal-korp pubbliku, jew
li jippreservah bħala bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu.
Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.
ANNESS IV
IL-KONTENUT TAL-ENERĠIJA TA’ FJUWILS MAGĦŻULA GĦALL-UŻU AĦĦARI – TABELLA TA’ KONVERŻJONI ( 14 )
Prodott tal-enerġija |
kJ (NCV) |
kgoe (NCV) |
kWh (NCV) |
1 kg kokk |
28 500 |
0,676 |
7,917 |
1 kg faħam iebes |
17 200 — 30 700 |
0,411 — 0,733 |
4,778 — 8,528 |
1 kg maltunelli ta' faħam kannella |
20 000 |
0,478 |
5,556 |
1 kg linjite iswed |
10 500 — 21 000 |
0,251 — 0,502 |
2,917 — 5,833 |
1 kg faħam kannella |
5 600 — 10 500 |
0,134 — 0,251 |
1,556 — 2,917 |
1 kg shale taż-żejt |
8 000 — 9 000 |
0,191 — 0,215 |
2,222 — 2,500 |
1 kg pit |
7 800 — 13 800 |
0,186 — 0,330 |
2,167 — 3,833 |
1 kg maltunelli tal-pit |
16 000 — 16 800 |
0,382 — 0,401 |
4,444 — 4,667 |
1 kg żejt tal-karburant residwu (żejt tqil) |
40 000 |
0,955 |
11,111 |
1 kg żejt tal-karburant ħafif |
42 300 |
1,010 |
11,750 |
1 kg spirtu tal-magni (petrol) |
44 000 |
1,051 |
12,222 |
1 kg paraffin |
40 000 |
0,955 |
11,111 |
1 kg gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat |
46 000 |
1,099 |
12,778 |
1 kg gass naturali (1) |
47 200 |
1,126 |
13,10 |
1 kg gass naturali likwifikat |
45 190 |
1,079 |
12,553 |
1 kg injam (umdità ta' 25 %) (2) |
13 800 |
0,330 |
3,833 |
1 kg gerbub/briks tal-injam |
16 800 |
0,401 |
4,667 |
1 kg skart |
7 400 — 10 700 |
0,177 — 0,256 |
2,056 — 2,972 |
1 MJ sħana derivata |
1 000 |
0,024 |
0,278 |
1 kWh enerġija elettrika |
3 600 |
0,086 |
1 (3) |
(1)
93 % metan.
(2)
L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħrajn skont it-tip ta' njam l-iktar użat fl-Istat Membru rispettiv.
►M8
(3)
Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f’termini ta’ enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f’kWh ta’ elettriku, l-Istati Membri għandhom japplikaw koeffiċjent stabbilit permezz ta’ metodoloġija trasparenti fuq il-bażi ta’ ċirkostanzi nazzjonali li jaffetwaw il-konsum tal-enerġija primarja, sabiex jiġi żgurat kalkolu preċiż ta’ kemm jiġi ffrankat fil-verità. Dawk iċ-ċirkostanzi għandhom ikunu sostanzjati, verifikabbli u bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji. Għall-iffrankar f’kWh ta’ elettriku l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta’ 1,9 jew jużaw id-diskrezzjoni tagħhom biex jiddefinixxu koeffiċjent differenti, bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-taħlita ta’ enerġetika inkluża fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima li għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Sal-25 ta’ Diċembru 2022 u kull erba’ snin sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-koeffiċjent awtomatiku abbażi ta’ data osservata. Dik ir-reviżjoni għandha ssir filwaqt li jitqiesu l-effetti tagħha fuq liġijiet oħra tal-Unjoni bħad-Direttiva 2009/125/KE u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1). ◄Sors: Eurostat. |
ANNESS V
Metodi u prinċipji komuni biex jiġi kkalkulat l-impatt tal-iskemi tal-obbligu ta' effiċjenza fl-enerġija jew ta' miżuri oħrajn ta' politika taħt l-Artikoli 7, 7a u 7b u l-Artikolu 20(6)
1. |
Il-metodi biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija minbarra dawk li jirriżultaw minn miżuri ta' tassazzjoni għall-finijiet tal-Artikoli 7, 7a u 7b u tal-Artikolu 20(6). Il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni jistgħu jużaw il-metodi li ġejjin biex jikkalkulaw l-iffrankar tal-enerġija:
(a)
iffrankar stmat, b'referenza għar-riżultati ta' titjib enerġetiku preċedenti mmonitorjat b'mod indipendenti f'installazzjonijiet simili. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex-ante”;
(b)
iffrankar imkejjel bl-arloġġi, fejn l-iffrankar mill-installazzjoni ta' miżura, jew ta' pakkett ta' miżuri, jiġi determinat permezz tar-reġistrazzjoni tat-tnaqqis proprju fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-addizzjonalità, l-okkupazzjoni tal-bini, il-livelli ta' produzzjoni u t-temp, li jistgħu jaffettwaw il-konsum. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ “ex-post”;
(c)
iffrankar skalat, fejn jintużaw stimi tal-inġinerija tal-iffrankar. Dan l-approċċ jista' jintuża biss fejn l-istabbiliment ta' data mkejla robusta għal installazzjoni speċifika jkun diffiċli jew għali b'mod sproporzjonat, pereżempju s-sostituzzjoni ta' kompressur jew mutur tal-elettriku b'rata ta' kWh differenti minn dik li għaliha tkejlet l-informazzjoni indipendenti dwar l-iffrankar, jew fejn dawk l-istimi jsiru fuq il-bażi ta' metodoloġiji u punti ta' riferiment nazzjonali stabbiliti minn esperti kwalifikati jew akkreditati li huma indipendenti mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati involuti;
(d)
iffrankar mistħarreġ, fejn tiġi ddeterminata r-reazzjoni tal-konsumaturi għall-pariri, għall-kampanji ta' informazzjoni, għall-iskemi ta' tikkettar jew ta' ċertifikazzjoni jew kejl intelliġenti tal-konsum. Dan l-approċċ jista' jintuża biss għal iffrankar li jirriżulta minn tibdil fl-imġiba tal-konsumatur. Ma għandux jintuża għal iffrankar li jirriżulta mill-installazzjoni ta' miżuri fiżiċi. |
2. |
Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija għal miżura ta' effiċjenza fl-enerġija għall-finijiet tal-Artikoli 7, 7a u 7b u tal-Artikolu 20(6) għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
L-iffrankar għandu jintwera li huwa addizzjonali għal dak li kien ser ikun hemm fi kwalunkwe każ mingħajr l-attività tal-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati jew tal-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni. Biex jiġi determinat l-iffrankar li jista' jiġi ddikjarat bħala addizzjonali l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif l-użu tal-enerġija u d-domanda għaliha jevolvu fin-nuqqas tal-miżura ta' politika inkwistjoni billi jqisu minn tal-inqas il-fatturi mniżżlin hawn taħt: xejriet ta' konsum tal-enerġija, bidliet fl-imġiba tal-konsumaturi, progress teknoloġiku u bidliet ikkawżati minn miżuri oħrajn implimentati fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali.
(b)
L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-liġi obbligatorja tal-Unjoni għandu jitqies bħala ffrankar li kien ser iseħħ fi kwalunkwe każ, u b'hekk ma għandux jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1). B'deroga minn dak ir-rekwiżit, l-iffrankar marbut mar-rinnovazzjoni ta' bini eżistenti jista' jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-Artikolu 7(1) dment li jkun żgurat il-kriterju ta' materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta' dan l-Anness. L-iffrankar li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' rekwiżiti minimi nazzjonali stabbiliti għal bini ġdid qabel it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE jista' jiġi ddikjarat bħala ffrankar tal-enerġija għall-iskop tal-punt (a) tal-Artikolu 7(1) dment li jkun żgurat il-kriterju ta' materjalità msemmi fil-punt 3(h) ta' dan l-Anness u dak l-iffrankar tkun ingħatat notifika dwaru mill-Istati Membri fil-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali tagħhom għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont l-Artikolu 24(2).
(c)
Jista' jingħata kreditu biss għall-iffrankar li jaqbeż il-livelli li ġejjin:
(i)
(ii)
ir-rekwiżiti tal-Unjoni relatati mat-tneħħija mis-suq ta' ċerti prodotti relatati mal-enerġija wara l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE.
(d)
Il-politiki bl-iskop li jinkoraġġixxu livelli ogħla ta' effiċjenza fl-enerġija ta' prodotti, tagħmir, sistemi tat-trasport, vetturi u karburanti, bini u elementi tal-bini, proċessi jew swieq għandhom ikunu permessi.
(e)
Il-miżuri li jippromwovu l-installazzjoni ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira fuq jew f'bini jistgħu jkunu eliġibbli biex jitqiesu fl-adempiment tar-rekwiżiti ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġa skont l-Artikolu 7(1), sakemm jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija verifikabbli, u li jkun jista' jitkejjel jew jiġi stmat. Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan l-Anness.
(f)
Għall-politiki li jaċċelleraw l-adozzjoni ta' prodotti u vetturi aktar effiċjenti, tista' ssir dikjarazzjoni għal kreditu sħiħ dment li jintwera li tali adozzjoni sseħħ qabel l-iskadenza tat-tul ta' ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura, jew qabel ma l-prodott jew il-vettura normalment jiġu sostitwiti, u sakemm l-iffrankar jiġi ddikjarat biss għall-perijodu sa tmiem it-tul ta' ħajja medju mistenni tal-prodott jew tal-vettura li jridu jiġu sostitwiti.
(g)
Fil-promozzjoni tat-teħid ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri għandhom fejn rilevanti, jiżguraw li jinżammu l-istandards ta' kwalità għall-prodotti, għas-servizzi u għall-installazzjoni ta' miżuri, jew li dawn jiġu introdotti fejn ma jeżistux.
(h)
Biex jitqiesu l-varjazzjonijiet klimatiċi bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jaġġustaw l-iffrankar għal valur standard jew li jagħtu ffrankar tal-enerġija differenti skont il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn ir-reġjuni.
(i)
Il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri u r-rata li biha l-iffrankar jonqos maż-żmien. Dak il-kalkolu għandu jgħodd l-iffrankar li kull azzjoni individwali tikseb matul il-perijodu mid-data ta' implimentazzjoni tagħha sal-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 skont il-każ. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb mill-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodu ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar tal-enerġija kkalkulat bl-użu ta' dak il-metodu ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali ser tikseb matul il-perjodu mid-data ta' implimentazzjoni tagħha sal-31 ta' Diċembru 2020 jew il-31 ta' Diċembru 2030 skont il-każ. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall fil-pjani nazzjonali integrati tagħhom għall-enerġija u l-klima taħt ir-Regolament (UE) 2018/1999 il-metodu l-ieħor u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat li jkun sodisfatt ir-rekwiżit vinkolanti dwar il-kalkolu. |
3. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin għall-miżuri ta' politika li ttieħdu skont l-Artikolu 7b u l-Artikolu 20(6) jintlaħqu:
(a)
il-miżuri ta' politika u l-azzjonijiet individwali jipproduċu ffrankar fl-użu aħħari tal-enerġija li jista' jiġi vverifikat;
(b)
ir-responsabbiltà ta' kull parti parteċipanti, parti inkarigata jew awtorità pubblika ta' implimentazzjoni, kif rilevanti, tiġi definita b'mod ċar;
(c)
l-iffrankar tal-enerġija li jinkiseb jew li għandu jinkiseb jiġi ddeterminat b'mod trasparenti;
(d)
l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ jew li għandu jintlaħaq mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali jew primarju tal-enerġija, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni mniżżla fl-Anness IV;
(e)
għandu jiġi pprovdut u jsir disponibbli għall-pubbliku rapport annwali dwar l-iffrankar tal-enerġija miksub mill-partijiet inkarigati, il-partijiet parteċipanti u l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni kif ukoll data dwar ix-xejra annwali ta' ffrankar tal-enerġija;
(f)
monitoraġġ tar-riżultati u t-teħid ta' miżuri xierqa jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti;
(g)
l-iffrankar tal-enerġija minn azzjoni individwali ma jiġix iddikjarat minn iktar minn parti waħda;
(h)
għandu jintwera li l-attivitajiet tal-parti parteċipanti, tal-parti inkarigata jew tal-awtorità pubblika ta' implimentazzjoni jkunu materjali għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija ddikjarat. |
4. |
Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta' politika relatati mat-tassazzjoni introdotti taħt l-Artikolu 7b, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
(b)
il-flessibbiltà tal-prezz għall-kalkolu tal-impatt tal-miżuri tat-tassazzjoni (fuq l-enerġija) għandha tirrappreżenta r-rispons tad-domanda għall-enerġija għall-bidliet fil-prezzijiet, u għandha tiġi stmata abbażi ta' sorsi ta' data uffiċjali reċenti u rappreżentattivi;
(c)
l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta' politika tat-tassazzjoni li jakkumpanjawhom, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies separatament. |
5. |
Notifika tal-metodoloġija L-Istati Membri għandhom, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom għat-tħaddim tal-iskemi ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija u tal-miżuri alternattivi msemmija fl-Artikoli 7a u 7b u fl-Artikolu 20(6). Ħlief fil-każ tat-tassazzjoni, tali notifika għandha tinkludi dettalji ta':
(a)
il-livell tal-iffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) jew l-iffrankar mistenni li jinkiseb tul il-perijodu sħiħ mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2030;
(b)
il-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati, jew l-awtoritajiet pubbliċi ta' implimentazzjoni;
(c)
is-setturi fil-mira;
(d)
il-miżuri ta' politika u l-azzjonijiet individwali, inkluż l-ammont totali mistenni tal-iffrankar kumulattiv tal-enerġija għal kull miżura;
(e)
it-tul tal-perijodu ta' obbligu għall-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija;
(f)
l-azzjonijiet previsti mill-miżura ta' politika;
(g)
il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż kif ġew iddeterminati l-addizzjonalità u l-materjalità u liema metodoloġiji u punti ta' riferiment jintużaw għall-iffrankar stmat u skalat;
(h)
it-tul ta' ħajja tal-miżuri u kif dan jiġi kkalkulat jew fuq xiex inhu bbażat;
(i)
l-approċċ meħud biex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru;
(j)
is-sistemi tal-monitoraġġ u tal-verifika għall-miżuri skont l-Artikoli 7a u 7b u kif tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew inkarigati;
(k)
fil-każ tat-tassazzjoni:
(i)
is-setturi u t-taqsima ta' min iħallas it-taxxa fil-mira;
(ii)
l-awtorità pubblika ta' implimentazzjoni;
(iii)
l-iffrankar li huwa mistenni jinkiseb;
(iv)
it-tul ta' żmien tal-miżura tat-tassazzjoni; u
(v)
il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema flessibbiltà tal-prezz qed tintuża u kif din ġiet stabbilita. |
ANNESS VI
Kriterji minimi għall-verifiki tal-enerġija inklużi dawk li jsiru bħala parti mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija
Il-verifiki tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin:
ikunu bbażati fuq data operattiva aġġornata, imkejla u traċċabbli fuq il-konsum tal-enerġija u (għall-elettriku) il-profili tat-tagħbija;
jinkludu rieżami dettaljat tal-profil tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew gruppi ta' bini, operazzjonijiet jew installazzjonijiet industrijali, inkluż it-trasport;
jibbażaw, meta possibbli, fuq analiżi tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja (LCCA) minflok Perijodi ta' Ripagament Sempliċi (SPP) sabiex jittieħed kont tal-iffrankar fit-tul, il-valuri residwali tal-investimenti fit-tul u r-rati ta' skont;
ikunu proporzjonati, u suffiċjentement rappreżentattivi biex jippermettu t-tfassil ta' stampa affidabbli tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija u l-identifikazzjoni affidabbli tal-aktar opportunitajiet sinifikanti għal titjib.
Il-verifiki tal-enerġija għandhom jippermettu kalkoli dettaljati u vvalidati għall-miżuri proposti sabiex tiġi pprovduta informazzjoni ċara fuq l-iffrankar potenzjali.
Id-data użata fil-verifiki tal-enerġija għandha tkun tista' tinħażen għall-analiżi storika u t-traċċar tal-prestazzjoni.
ANNESS VII
Rekwiżiti minimi għall-kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet fuq il-bażi tal-konsum proprju ta' gass naturali
1. Rekwiżiti minimi għall-kontijiet
1.1. Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju
Biex il-klijenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena, u l-informazzjoni fil-kontijiet għandha tkun disponibbli tal-inqas kull tliet xhur, fuq talba jew fejn il-konsumaturi jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku jew inkella darbtejn fis-sena. Il-gass li jintuża biss għal skopijiet ta' tisjir jista' jkun eżentat minn dan ir-rekwiżit.
1.2. Informazzjoni minima inkluża fil-kont
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn xieraq, l-informazzjon li ġejja tkun disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet, kuntratti, transazzjonijiet, u irċevuti fl-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew mehmuża magħhom:
il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;
il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-klijent aħħari mal-konsum għall-istess perijodu fis-sena preċedenti, preferibbilment f'forma grafika;
l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija;
Barra minn dan, kull fejn ikun possibbli u siewi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni ma' klijent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fil-kategorija l-istess utent isiru disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu, fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u fl-irċevuti maħruġin mill-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew fid-dokumenti mehmużin magħhom.
1.3. Il-pariri dwar l-effiċjenza fl-enerġija mehmuża mal-kontijiet u rispons ieħor għall-klijenti aħħarin
Meta jibagħtu kuntratti u bidliet fil-kuntratti, u fil-kontijiet li jirċievu l-klijenti jew permezz ta' siti elettroniċi li jindirizzaw lil klijenti individwali, id-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur, għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom b'mod ċar u li jinftiehem bl-informazzjoni ta' kuntatt għal ċentri ta' pariri indipendenti għall-konsumaturi, aġenziji tal-enerġija jew istituzzjonijiet simili, inklużi l-indirizzi fuq l-internet tagħhom, fejn jistgħu jiksbu pariri dwar il-miżuri disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili tal-parametri ta' referenza għall-konsum tal-enerġija tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li juża l-enerġija li jistgħu jservu sabiex inaqqsu l-konsum ta' dan it-tagħmir.
ANNESS VIIa
Rekwiżiti minimi għal informazzjoni dwar il-kontijiet u dwar il-konsum għat-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku
1. Kontijiet ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin
Sabiex l-utenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin tal-inqas darba fis-sena.
2. Frekwenza minima tal-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum
Mill-25 ta' Ottubru 2020, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża tat-tisħin għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin tal-inqas kull tliet xhur fuq talba jew fejn il-klijenti aħħarin ikunu għażlu li jirċievu kont elettroniku, jew inkella darbtejn fis-sena.
Mill-1 ta' Jannar 2022, fejn ikunu ġew installati arloġġi li jinqraw mill-bogħod jew allokaturi tal-ispiża għat-tisħin, l-informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-konsum ibbażata fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għandha tiġi pprovduta lill-utenti aħħarin mill-inqas kull xahar. Din tista' wkoll issir disponibbli permezz tal-Internet u tiġi aġġornata sikwit kemm permess mill-apparat u s-sistemi ta' kejl użati. It-tisħin u t-tkessiħ jistgħu jiġu eżentati minn dak ir-rekwiżit barra l-istaġuni tat-tisħin jew tat-tkessiħ.
3. Informazzjoni minima li għandha tkun fil-kont
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja ssir disponibbli għall-utenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet tagħhom jew magħhom fejn dawn ikunu bbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin:
il-prezzijiet reali kurrenti u l-konsum reali tal-enerġija jew l-ispiża totali tat-tisħin u l-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin;
l-informazzjoni dwar it-taħlita tal-karburanti użata u l-emissjonijiet annwali ta' gassijiet serra relatati, inkluż għall-utenti aħħarin fornuti mit-tisħin jew it-tkessiħ distrettwali, u deskrizzjoni tat-taxxi, l-imposti u t-tariffi differenti applikati. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tar-rekwiżit li tingħata informazzjoni dwar l-emissjonijiet ta' gass serra biex tinkludi biss provvisti minn sistemi ta' tisħin distrettwali b'input termali kklassifikat totali li jaqbeż l-20 MW;
il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-utenti aħħarin mal-konsum għall-istess perijodu fis-sena preċedenti f'forma grafika, bil-korrezzjonijiet tal-klima għat-tisħin u għat-tkessiħ;
l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inkluż l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija;
l-informazzjoni dwar proċeduri ta' lmenti rilevanti, servizzi tal-ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim, kif applikabbli fl-Istati Membri;
il-paraguni ma' utent aħħari medju normalizzat jew skont punti ta' riferiment fl-istess kategorija ta' utenti. Fil-każ ta' kontijiet elettroniċi, tali paraguni jistgħu minflok isiru disponibbli online u jiġu indikati fil-kontijiet.
Kontijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-konsum reali jew il-qari tal-allokaturi tal-ispiża għat-tisħin għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara u li tinftiehem ta' kif l-ammont stipulat fil-kont ġie kkalkulat, u tal-inqas l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e).
ANNESS VIII
Potenzjal għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti
Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali nazzjonali għal tisħin u għal tkessiħ effiċjenti msemmija fl-Artikolu 14(1) għandha tinkludi u tkun ibbażata fuq dan li ġej:
Parti I
ĦARSA KUMPLESSIVA LEJN IT-TISĦIN U T-TKESSIĦ
1. |
id-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ f'termini ta' enerġija utli vvalutata ( 19 ) u f'termini ta' konsum finali tal-enerġija kkwantifikat f'GWh kull sena ( 20 ) skont is-setturi:
(a)
is-settur residenzjali;
(b)
is-settur tas-servizzi;
(c)
is-settur tal-industrija;
(d)
kwalunkwe settur ieħor li individwalment jikkonsma iktar minn 5 % tad-domanda nazzjonali totali għat-tisħin u għat-tkessiħ utli; |
2. |
l-identifikazzjoni, jew fil-każ tal-punt 2(a)(i), l-identifikazzjoni jew l-istima, tal-provvista attwali ta' tisħin u ta' tkessiħ:
(a)
skont it-teknoloġija, f'GWh kull sena ( 21 ), fis-setturi msemmija fil-punt 1 fejn ikun possibbli, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli:
(i)
ipprovduta fil-post f'siti mhux ta' servizz u mhux residenzjali permezz ta':
—
bojlers tas-sħana biss;
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;
—
pompi tas-sħana;
—
teknoloġiji u sorsi oħra fil-post;
(ii)
ipprovduta fil-post f'siti mhux ta' servizz u mhux residenzjali permezz ta':
—
bojlers tas-sħana biss;
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;
—
pompi tas-sħana;
—
teknoloġiji u sorsi oħra fil-post;
(iii)
ipprovduta mhux fil-post permezz ta':
—
koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija b'effiċjenza għolja;
—
sħana residwa;
—
teknoloġiji u sorsi oħra mhux fil-post;
(b)
l-identifikazzjoni ta' installazzjonijiet li jiġġeneraw sħana jew kesħa residwa u l-provvista potenzjali tagħhom ta' tisħin jew ta' tkessiħ, f'GWh kull sena:
(i)
l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija termali li jistgħu jipprovdu jew li jistgħu jiġu mmodifikati retroattivament biex jipprovdu s-sħana residwa b'input termali totali li jaqbeż l-50 MW;
(ii)
l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-enerġija li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness I b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW;
(iii)
l-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart;
(iv)
l-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW, ħlief l-installazzjonijiet speċifikati fil-punt 2(b)(i) u (ii) li jiġġeneraw it-tisħin jew it-tkessiħ bl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli;
(v)
l-installazzjonijiet industrijali b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW u li jistgħu jipprovdu sħana residwa;
(c)
l-ammont irrapportat ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sħana jew kesħa residwa fil-konsum finali tal-enerġija tas-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali ( 22 ) matul l-aħħar ħames snin, b'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
3. |
mappa li tkopri t-territorju nazzjonali kollu u li tidentifika (filwaqt li tiġi ppreservata l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva):
(a)
iż-żoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ wara l-analiżi tal-punt 1, filwaqt li jintużaw kriterji konsistenti biex issir enfasi fuq iż-żoni b'densità tal-enerġija fil-muniċipalitajiet u fil-konurbazzjonijiet;
(b)
il-punti tal-provvista eżistenti ta' tisħin u ta' tkessiħ identifikati skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali;
(c)
il-punti tal-provvista ppjanati ta' tisħin u ta' tkessiħ tat-tip deskritt skont il-punt 2(b) u l-installazzjonijiet eżistenti tat-trażmissjoni tat-tisħin distrettwali; |
4. |
tbassir tax-xejriet fid-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ biex tinżamm perspettiva tat-30 sena li jmiss f'GWh u filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-projezzjonijiet għall-10 snin li ġejjin, il-bidla fid-domanda fil-bini u f'setturi differenti tal-industrija, u l-impatt tal-politiki u tal-istrateġiji marbuta mal-ġestjoni tad-domanda, bħall-istrateġiji fit-tul ta' rinnovazzjoni tal-bini skont id-Direttiva (UE) 2018/844; |
Parti II
OBJETTIVI, STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA
5. |
il-kontribuzzjoni ppjanata tal-Istat Membru fir-rigward tal-għanijiet, tal-miri u tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tiegħu għall-ħames dimensjonijiet tal-unjoni tal-enerġija, kif stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999, imwassla permezz ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari b'rabta mal-punti 1 sa 4 tal-Artikolu 4(b) u mal-paragrafu (4)(b) tal-Artikolu 15, li tidentifika liema minn dawn l-elementi huwa addizzjonali meta mqabbel mal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u għall-klima; |
6. |
ħarsa kumplessiva ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri eżistenti kif deskritt fl-iktar rapport reċenti ppreżentat b'konformità mal-Artikoli 3, 20, 21 u 27(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999; |
Parti III
ANALIŻI TAL-POTENZJAL EKONOMIKU TAT-TISĦIN U TAT-TKESSIĦ EFFIĊJENTI
7. |
analiżi tal-potenzjal ekonomiku ( 23 ) ta' teknoloġiji differenti tat-tisħin u tat-tkessiħ għandha titwettaq għat-territorju nazzjonali kollu billi tintuża l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 14(3) u għandha tidentifika xenarji alternattivi għal teknoloġiji iktar effiċjenti tat-tisħin u tat-tkessiħ, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-enerġija minn sorsi fossili u dik minn sorsi rinnovabbli fejn ikun applikabbli. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati t-teknoloġiji li ġejjin:
(a)
is-sħana u l-kesħa residwa industrijali;
(b)
l-inċinerazzjoni tal-iskart;
(c)
il-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(d)
sorsi ta' enerġija rinnovabbli (pereżempju l-enerġija ġeotermali, l-enerġija termali solari u l-bijomassa) ħlief dawk li jintużaw għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(e)
il-pompi tas-sħana;
(f)
it-tnaqqis tat-telf tas-sħana min-netwerks distrettwali eżistenti; |
8. |
din l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku għandha tinkludi l-passi u l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
(a)
Kunsiderazzjonijiet:
(i)
l-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji għall-iskopijiet tal-Artikolu 14(3) għandha tinkludi analiżi ekonomika li tikkunsidra l-fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali ( 24 ), u analiżi finanzjarja mwettqa biex jiġu vvalutati l-proġetti mill-perspettiva tal-investituri. Kemm l-analiżi ekonomika u kemm dik finanzjarja għandhom jużaw il-valur preżenti nett bħala kriterju għall-valutazzjoni;
(ii)
jenħtieġ li x-xenarju bażi jservi bħala punt ta' referenza, iqis il-politiki eżistenti meta titħejja din il-valutazzjoni komprensiva ( 25 ), u jkun marbut mad-data miġbura skont il-Parti I u l-punt 6 tal-Parti II ta' dan l-Anness;
(iii)
ix-xenarji alternattivi għax-xenarju bażi għandhom iqisu l-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli tar-Regolament (UE) 2018/1999. Kull xenarju għandu jippreżenta l-elementi li ġejjin imqabbla max-xenarju bażi:
—
il-potenzjal ekonomiku tat-teknoloġiji eżaminat billi l-valur preżenti nett jintuża bħala kriterju;
—
it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;
—
mal-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena;
—
l-impatt fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali.
Ix-xenarji li ma jkunux fattibbli minħabba raġunijiet tekniċi, minħabba raġunijiet finanzjarji jew minħabba r-regolamentazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu esklużi fi stadju bikri tal-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji jekk dan ikun iġġustifikat abbazi ta' kunsiderazzjonijiet attenti, espliċiti u dokumentati sew. Jenħtieġ li l-valutazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet iqisu l-kostijiet u l-iffrankar tal-enerġija miż-żieda fil-flessibbiltà fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim iktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inkluż il-kostijiet evitati u l-iffrankar mit-tnaqqis fl-investiment fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.
(b)
Kostijiet u benefiċċji Il-kostijiet u l-benefiċċji msemmija fil-punt 8(a) għandhom jinkludu minn tal-inqas il-kostijiet u l-benefiċċji li ġejjin:
(i)
Benefiċċji:
—
il-valur tal-output għall-konsumatur (it-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku);
—
il-benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali, tat-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista' jkun;
—
l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista' jkun.
(ii)
Kostijiet:
—
il-kostijiet kapitali tal-impjanti u tat-tagħmir;
—
il-kostijiet kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati;
—
il-kostijiet varjabbli u fissi tat-tħaddim;
—
il-kostijiet tal-enerġija;
—
il-kostijiet ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza, kemm jista' jkun;
—
il-kostijiet tas-suq tax-xogħol, is-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività, kemm jista' jkun.
(c)
Xenarji rilevanti mqabbla max-xenarju bażi: Għandhom jiġu kkunsidrati x-xenarji rilevanti kollha mqabbla max-xenarju bażi, inkluż ir-rwol tat-tisħin u tat-tkessiħ individwali effiċjenti.
(i)
L-analiżi tal-kostijiet u tal-benefiċċji tista' tkopri valutazzjoni ta' proġett jew grupp ta' proġetti għal valutazzjoni lokali, reġjonali jew nazzjonali usa' sabiex tiġi stabbilita l-iktar soluzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ li tkun kosteffettiva u ta' benefiċċju mqabbla ma' xenarju bażi għal żona ġeografika partikolari għall-iskop tal-ippjanar;
(ii)
l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-analizijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji skont l-Artikolu 14. Huma għandhom jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati b'konformità ma' dan l-Anness u għandhom jistabbilixxu l-proċeduri għall-analiżi ekonomika u jagħmluhom pubbliċi.
(d)
Konfini u approċċ integrat:
(i)
il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika adegwata li tkun definita sew;
(ii)
l-analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji għandhom iqisu r-riżorsi ċentralizzati jew deċentralizzati rilevanti kollha ta' provvista fis-sistema u fil-konfini ġeografiku, inkluż it-teknoloġiji kkunsidrati fil-punt 7 tal-Parti III ta' dan l-Anness, kif ukoll ix-xejriet u l-karatteristiki kollha tat-tisħin u tat-tkessiħ.
(e)
Suppożizzjonijiet:
(i)
l-Istati Membri għandhom jipprovdu suppożizzjonijiet, għall-iskop tal-analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji, dwar il-prezzijiet ta' fatturi maġġuri ta' input u ta' output kif ukoll ir-rata ta' skont;
(ii)
ir-rata ta' skont li tintuża fl-analiżi ekonomika biex jiġi kkalkulat il-valur preżenti nett għandha tintgħażel b'konformità mal-linji gwida Ewropej jew nazzjonali;
(iii)
l-Istati Membri għandhom jużaw tbassir nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali tal-iżvilupp tal-prezz tal-enerġija jekk ikun xieraq fil-kuntest nazzjonali u/jew reġjonali/lokali tagħhom;
(iv)
il-prezzijiet li jintużaw fl-analiżi ekonomika għandhom jirriflettu l-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi. Il-kostijiet esterni, bħall-effetti ambjentali u tas-saħħa, jenħtieġ li jiġu inklużi kemm jista' jkun, jiġifieri meta jeżisti prezz tas-suq jew meta dan ikun diġà inkluż fir-regolamentazzjoni Ewropea jew nazzjonali.
(f)
Analiżi tas-sensittività:
(i)
għandha tiġi inkluża analiżi tas-sensittività biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-benefiċċji ta' proġett jew ta' grupp ta' proġetti abbażi ta' fatturi varjabbli li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli, pereżempju prezzijiet differenti tal-enerġija, il-livelli tad-domanda, ir-rati ta' skont u oħrajn. |
Parti IV
STRATEĠIJI U MIŻURI TA' POLITIKA ĠODDA POTENZJALI
9. |
ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ġodda ta' politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ( 26 ) sabiex jitwettaq il-potenzjal ekonomiku identifikat skont il-punti 7 u 8, flimkien:
(a)
mat-tnaqqis previst tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;
(b)
mal-iffrankar previst tal-enerġija primarja f'GWh kull sena;
(c)
mal-impatt previst fuq l-ammont ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(d)
mal-impatt previst fuq l-ammont ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija nazzjonali u fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ;
(e)
mar-rabtiet previsti mal-ipprogrammar finanzjarju nazzjonali u mal-iffrankar previst tal-kostijiet għall-baġit pubbliku u għall-parteċipanti tas-suq;
(f)
mal-istima tal-miżuri previsti ta' sostenn pubbliku, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali tagħhom u bl-identifikazzjoni tal-element ta' għajnuna potenzjali. |
ANNESS IX
ANALIŻI TAL-BENEFIĊĊJI MQABBLA MAL-ISPEJJEŻ
▼M6 —————
Parti 2
Prinċipji għall-għan tal-Artikolu 14(5) u (7)
L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom jipprovdu informazzjoni għall-għan tal-miżuri fl-Artikolu 14(5) u (7):
Jekk tiġi ppjanata installazzjoni tal-elettriku biss jew installazzjoni mingħajr irkupru ta' sħana, għandu jsir tqabbil bejn l-installazzjonijiet ippjanati jew il-modernizzazzjoni ppjanata u installazzjoni ekwivalenti li tipproduċi l-istess ammont ta' elettriku jew sħana fil-proċessi, iżda li tirkupra s-sħana mormija u tipprovdi sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u/jew netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.
F'konfini ġeografiċi partikolari l-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-installazzjoni ppjanata u kwalunkwe punt eżistenti jew potenzjali ta' domanda għas-sħana xierqa li jistgħu jkunu fornuti minnha, b'kont meħud tal-possibbiltajiet razzjonali (pereżempju, l-fattibbiltà teknika u d-distanza).
Il-konfini tas-sistema għandu jinkludi l-installazzjoni ppjanata u t-tagħbijiet tas-sħana, bħall-bini u l-proċess industrijali. F'dan il-konfini tas-sistema, l-ispiża totali tal-forniment tas-sħana u l-enerġija għandha tkun iddeterminata għaż-żewġ każijiet u mqabbla.
It-tagħbijiet tas-sħana għandhom jinkludu t-tagħbijiet tas-sħana eżistenti, bħal installazzjoni industrijali jew sistema ta' tisħin distrettwali eżistenti, u wkoll, f'żoni urbani, it-tagħbija u l-ispiża tas-sħana li jkun hemm jekk grupp ta' bini jew parti minn belt tkun ġiet ipprovduta bi u/jew konnessa ma' netwerk ġdida ta' tisħin distrettwali.
L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tiġi bbażata fuq deskrizzjoni tal-installazzjoni ppjanata u l-installazzjon(ijiet) ta' tqabbil, li tkopri l-kapaċità elettrika u termali, kif applikabbli, it-tip ta' karburant, l-użu ppjanat u l-għadd ta' sigħat ta' tħaddim ippjanati kull sena, il-post u d-domanda għall-elettriku u termali.
Għall-għan tat-tqabbil, għandu jittieħed kont tad-domanda għall-enerġija termali u t-tipi ta' tisħin u tkessiħ użati mill-punti ta' domanda għas-sħana fil-qrib. Il-paragun għandu jkopri l-ispejjeż relatati mal-infrastruttura għall-installazzjoni u l-paragun ippjanati.
Analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għall-finijiet tal-Artikolu 14(5) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri analiżi finanzjarja li tirrifletti t-transazzjonijiet attwali tal-flussi ta' flus kontanti mill-investimenti fi u t-tħaddim ta' installazzjonijiet individwali.
Il-proġetti b'eżitu kosteffiċjenti pożittiv huma dawk fejn it-total tal-benefiċċji skontati fl-analiżi ekonomika u finanzjarja jaqbeż it-total tal-ispejjeż skontati (provvista ta' kostbenefiċċju).
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prinċipji li jiggwidaw il-metodoloġija, l-istimi u l-medda taż-żmien għall-analiżi ekonomika.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-kumpanniji responsabbli mit-tħaddim ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-elettriku termali, kumpanniji industrijali, netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, jew partijiet oħrajn influwenzati mill-konfini definit tas-sistema u dak ġeografiku, jikkontribwixxu data għall-użu fil-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' installazzjoni individwali.
ANNESS X
Garanzija tal-oriġini għall-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:
il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja:
l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tkun ikkunsidrata darba waħda biss.
Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 14(10) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn kienet prodotta l-enerġija;
id-dati u l-postijiet ta' produzzjoni;
il-valur kalorifiku iktar baxx tas-sors tal-karburant li minnu kien prodott l-elettriku;
il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;
il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont l-Anness II li tirrappreżenta l-garanzija;
l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness II fuq il-bażi tal-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza inidikati fil-punt (f) tal-Anness II;
l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;
jekk u sa liema punt l-installazzjoni gawdiet minn appoġġ għall-investiment;
jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija gawdiet bi kwalunkwe mod ieħor minn skema ta' appoġġ nazzjonali, u t-tip ta' skema ta' appoġġ;
id-data li fiha l-impjant sar operazzjonali; u
id-data u l-pajjiż li joħroġ il-garanzija u numru ta' identifikazzjoni uniku.
Il-garanzija tal-oriġini għandha tkun ta' qies standard ta' 1 MWh. Għandha tkun marbuta mal-output nett ta' elettriku mkejjel fil-parametru tal-istazzjoni u esportat fil-grilja.
ANNESS XI
Kriterji ta' effiċjenza fl-enerġija għar-regolamentazzjoni tan-netwerk tal-enerġija u għat-tariffi tan-netwerk tal-elettriku
1. It-tariffi tan-netwerk għandhom jirriflettu l-ispejjeż tal-iffrankar tal-ispejjeż fin-netwerks miksuba mil-lat tad-domanda u l-miżuri ta' reazzjoni għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar mit-tnaqqis tal-ispiża tat-twassil jew tal-investiment fin-netwerks u tħaddim iktar ottimali tan-netwerk.
2. Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-netwerk m'għandhomx jipprevjenu lill-operaturi tan-netwerk jew il-bejjiegħa tal-enerġija milli jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema għal miżuri ta' reazzjoni għad-domanda, ġestjoni tad-domanda u ġenerazzjoni distribwita fis-swieq organizzati tal-elettriku, b'mod partikolari:
it-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-ikbar domanda għal ħinijiet mhux tal-ikbar domanda mill-klijenti aħħarin b'kont meħud tad-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;
l-iffrankar tal-enerġija mir-reazzjoni għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti mill-aggregaturi tal-enerġija;
it-tnaqqis tad-domanda minn miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija mwettqa mill-fornituri tas-servizzi ta' enerġija, inklużi l-kumpanniji tas-servizzi ta' enerġija;
il-konnessjoni u d-dispaċċ ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;
il-konnessjoni tas-sorsi ta' ġenerazzjoni minn post eqreb għall-konsum; u
il-ħżin tal-enerġija.
Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, it-terminu “swieq organizzati tal-elettriku” għandu jinkludi s-swieq b'bejgħ dirett u l-boroż tal-enerġija elettrika għall-kummerċ ta' enerġija, ta' kapaċità kif ukoll servizzi ta' bbilanċjar u servizzi anċillari fil-perijodi kollha ta' żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata 'l quddiem u ta' dak inhar stess.
3. It-tariffi tan-netwerk jew tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jappoġġaw il-prezz dinamiku għall-miżuri ta' rispota għad-domanda mill-konsuamturi finali, bħal:
tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);
ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-iktar użu (critical peak pricing);
ipprezzar f'ħin reali; u
rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-iktar użu.
ANNESS XII
REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ TRASMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ DISTRIBUZZJONI
L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom:
jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mat-tiġrib u l-qsim tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja, it-tisħiħ tal-grilja u l-introduzzjoni ta' grilji ġodda, tħaddim aħjar tal-grilja u regoli dwar l-implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;
jipprovdu lil kwalunkwe produttur ġdid ta' elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inklużi:
stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;
skeda ta' żmien raġonevoli u preċiża sabiex tasal it-talba u tkun pproċessata għal konnessjoni mal-grilja;
skeda ta' żmien indikattiva raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni mal-grilja proposta. Il-proċess ġenerali għall-konnessjoni mal-grilja m'għandux ikun itwal minn 24 xahar, b'kont meħud ta' dak li huwa raġonevolment pratikabbli u mhux diskriminatorju;
jipprovdu proċeduri standardizzati u ssimplifikati għall-konnessjoni ta' produtturi distribwiti ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sabiex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja.
Ir-regoli standard imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji fejn b'mod partikolari jkunu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta' dawk il-produtturi mal-grilja. Huma jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta' konnessjoni.
ANNESS XIII
Elementi minimi li għandhom jiġu inkużi fil-kuntratti tal-prestazzjoni tal-enerġija mas-settur pubbliku jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta assoċjati
▼M4 —————
ANNESS XV
Tabella tal-korrelazzjoni
Id-Direttiva 2004/8/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 2, punt (30) |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 2, punt (32) |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 2, punt (31) |
Artikolu 3, punt (d) |
Artikolu 2, punt (33) |
Artikolu 3, punt (e) u (f) |
— |
Artikolu 3, punt (g) |
Artikolu 2, punt (35) |
Artikolu 3, punt (h) |
— |
Artikolu 3, punt (i) |
Artikolu 2, punt (34) |
Artikolu 3, punt (j) |
— |
Artikolu 3, punt (k) |
Artikolu 2, punt (36) |
Artikolu 3, punt (l) |
Artikolu 2, punt (37) |
Artikolu 3, punt (m) |
Artikolu 2, punt (39) |
Artikolu 3, punt (n) |
Artikolu 2, punt (38) |
Artikolu 3, punt (o) |
— |
— |
Artikolu 2, punt (40),(41), (42), (43) u (44) |
Artikolu 4(1) |
Anness II, punt (f), l-ewwel subpunt |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 14(10), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(3) |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 14(10), l-ewwel subparagrafu u l-Anness X |
Artikolu 6 |
Artikolu 14(1), u (3), l-Anness VIII u IX |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 14(11) |
Artikolu 7(2) u (3) |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 15(5) |
— |
Artikolu 15(6), (7), (8) u (9) |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u 24(2), Anness XIV, Parti 2 |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 24(6) |
Artikolu 11 |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 24(5) |
Artikolu 12 (1) u (3) |
— |
Artikolu 12 (2) |
Anness II, punt (c) |
Artikolu 13 |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 28 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 29 |
Artikolu 18 |
Artikolu 30 |
Anness I |
Anness I, Parti II |
Anness II |
Anness I, Parti I u Parti II, l-aħħar subparagrafu |
Anness III |
Anness II |
Anness IV |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
Id-Direttiva 2006/32/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 2, punt (1) |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 3, punt (d) |
Artikolu 2, punt (5) |
— |
Artikolu 2, punti (2) u (3) |
Artikolu 3 punt (e) |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 3, punti (f), (g), (h) u (i) |
— |
— |
Artikolu 2, punti (8) sa (19) |
Artikolu 3, punt (j) |
Artikolu 2, punt (27) |
— |
Artikolu 2, punt (28) |
Artikolu 3, punt (k) |
— |
Artikolu 3, punt (l) |
Artikolu 2, punt (25) |
— |
Artikolu 2, punt (26) |
Artikolu 3, punt (m) |
— |
Artikolu 3, punt (n) |
Artikolu 2, punt (23) |
Artikolu 3, punt (o) |
Artikolu 2, punt (20) |
Artikolu 3, punt (p) |
Artikolu 2, punt (21) |
Artikolu 3, punt (q) |
Artikolu 2, punt (22) |
Artikolu 3, punti (r) u (s) |
— |
— |
Artikolu 2, punti (24), (29), (44) u (45) |
— |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikoli 5 u 6 |
Artikolu 6(1)(a) |
Artikolu 7(8), punti (a) u (b) |
Artikolu 6 (1)(b) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 6 (2) |
Artikolu 7(1), (5), (6), (7), (9), (10), (11) u (12) |
— |
Artikolu 7(2) u (3) |
Artikolu 6 (3) |
Artikolu 18(2), punti (b) u (c) |
Artikolu 6 (5) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 17 |
Artikolu 8 |
Artikolu 16(1) |
— |
Artikolu 16(2) u (3) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 19 |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 18(1) punt (d), subpunt (i) |
— |
Artikolu 18(1), punti (a), (b), (c), (d), subpunt (ii), u (e) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 15(3) |
— |
Artikolu 15(7), (8) u (9) |
Artikolu 11 |
Artikolu 20 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 12(2) |
— |
— |
Artikolu 8(2), (3), (4), (5), (6) u (7) |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 9 |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 10 u Anness VII, punt 1.1 |
Artikolu 13(3) |
Anness VII, punti 1.2 u 1.3 |
— |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 15(1) u (2) |
— |
Artikolu 18(2), punti (a) u (d) |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 14(1) and (2) |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 14(4) and (5) |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 24(4) u (7) sa (11) |
— |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 15(2), (3) and (4) |
— |
— |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 16 |
Artikolu 26 |
Artikolu 17 |
Artikolu 27 |
Artikolu 18 |
Artikolu 28 |
Artikolu 19 |
Artikolu 29 |
Artikolu 20 |
Artikolu 30 |
Anness I |
— |
Anness II |
Anness IV |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
Anness III |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
— |
Anness VII |
— |
Anness XI |
— |
Anness XII |
— |
Anness XIII |
— |
Anness XIV |
— |
Anness XV |
( 1 ) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
( 2 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
( 3 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
( 5 ) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
( 6 ) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
( 7 ) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.
( 8 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
( 9 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( 10 ) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
( *1 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.”;
( 11 ) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 55.
( 12 ) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.
( 13 ) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.
( 14 ) Member States may apply different conversion factors if these can be justified.
( 15 ) Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).
( 16 ) Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1).
( 17 ) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).
( 18 ) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
( 19 ) L-ammont ta' enerġija termali meħtieġ biex tiġi ssodisfata d-domanda tal-utenti finali għat-tisħin u għat-tkessiħ.
( 20 ) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.
( 21 ) Jenħtieġ li tintuża l-iktar data reċenti disponibbli.
( 22 ) Wara li tiġi stabbilita l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kwantità ta' enerġija rinnovabbli li tintuża għat-tkessiħ u għat-tkessiħ distrettwali skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, l-identifikazzjoni ta' “tkessiħ rinnovabbli” għandha titwettaq b'konformità ma' dik id-Direttiva. Sakemm jasal dak iż-żmien, l-identifikazzjoni għandha titwettaq skont metodoloġija nazzjonali xierqa.
( 23 ) Jenħtieġ li l-analiżi tal-potenzjal ekonomiku tippreżenta l-volum ta' enerġija (f'GWh) li jista' jiġi ġġenerat kull sena minn kull teknoloġija analizzata. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-limitazzjonijiet u l-interrelazzjonijiet fis-sistema tal-enerġija. L-analiżi tista' tuża mudelli bbażati fuq suppożizzjonijiet li jirrappreżentaw it-tħaddim ta' tipi komuni ta' teknoloġiji jew ta' sistemi.
( 24 ) Inkluż il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
( 25 ) Id-data limitu biex jitqiesu l-politiki għax-xenarju bażi hija tmiem is-sena ta' qabel is-sena li sa tmiemha trid issir il-valutazzjoni komprensiva. Jiġifieri, il-politiki ppromulgati fi żmien sena qabel l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva ma hemmx għalfejn jitqiesu.
( 26 ) Din il-ħarsa ġenerali għandha tinkludi l-miżuri u l-programmi ta' finanzjament li jistgħu jiġu adottati matul il-perjodu tal-valutazzjoni komprensiva, mingħajr ma tiġi ppreġudikata notifika separata tal-iskemi ta' sostenn pubbliku għal valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat,