This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02011R0510-20140514
Regulation (EU) No 510/2011 of the European Parliament and of the Council of 11 May 2011 setting emission performance standards for new light commercial vehicles as part of the Union's integrated approach to reduce CO 2 emissions from light-duty vehicles (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn vetturi ħfief (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn vetturi ħfief (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011R0510 — MT — 14.05.2014 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2012 tas-6 ta’ Jannar 2012 |
L 72 |
2 |
10.3.2012 |
|
Regolament (UE) Nru 253/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 |
L 84 |
38 |
20.3.2014 |
|
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2014 tas-17 ta' Frar 2014 |
L 121 |
1 |
24.4.2014 |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT (UE) Nru 510/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2011
li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja ( 2 ),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE ( 3 ), tfittex li tistabbilizza l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet b’effett serra fl-atmosfera għal livell li jipprevjeni l-interferenza antropoġenika perikoluża fis-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, iż-żieda globali annwali fit-temperatura medja tal-wiċċ m’għandhiex taqbeż il-livelli pre-industrijali b’aktar minn 2 ° Celsius. Ir-raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) juri li sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra għandhom jilħqu l-ogħla livelli tagħhom sas-sena 2020. Waqt il-laqgħa tiegħu tat-8-9 ta’ Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew impenja ruħu bis-sħiħ li jnaqqas l-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet b’ effett serra fil-Komunità b’mill-inqas 20 % sas-sena 2020 meta mqabbla mal-emissjonijiet tal-1990 u bi 30 % dejjem jekk ikun hemm pajjiżi żviluppati oħrajn li jimpenjaw ruħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli u sakemm il-pajjiżi li ekonomikament huma l-aktar avvanzati fost dawk li qegħdin jiżviluppaw jimpenjaw ruħhom li jikkontribwixxu b’mod adegwat skont il-ħiliet rispettivi tagħhom. |
(2) |
Fl-2009, il-Kummissjoni temmet reviżjoni tal-Istrateġija ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Unjoni b’enfasi fuq il-problemi l-aktar urġenti għall-iżvilupp sostenibbli bħat-trasport, it-tibdil fil-klima, is-saħħa pubblika u l-konservazzjoni tal-enerġija. |
(3) |
Il-politika u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell tal-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha tal-ekonomija tal-Unjoni, u mhux biss fis-setturi tal-industrija u l-enerġija, bil-għan li jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet. Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 ( 4 ) tipprevedi għal tnaqqis medju ta’ 10 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005 fis-setturi li mhumiex koperti mill-Iskema ta’ Negozjar għall-Emissjonijiet tal-UE, stabbilita mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità ( 5 ), inkluż it-trasport bit-triq. It-trasport bit-triq huwa t-tieni l-akbar settur f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra fl-Unjoni, u l-emissjonijiet minn dan, inklużi dawk minn vetturi kummerċjali ħfief, qegħdin ikomplu jiżdiedu. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq ikomplu jiżdiedu, dawn sejrin jheddu b’mod sinifikanti t-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima. |
(4) |
Il-miri tal-Unjoni għall-vetturi tat-triq ġodda jipprovdu lill-manifatturi b’aktar ċertezza fl-ippjanar u aktar flessibbiltà biex jilħqu r-rekwiżiti għat-tnaqqis ta’ CO2 milli kieku permezz ta’ miri nazzjonali separati tat-tnaqqis. Fl-istabbiliment ta’ standards ta’ prestazzjoni għall-emissjonijiet, huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, l-ispejjeż diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jakkumulaw f’dak li jirrigwarda l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u t-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-ispejjeż tal-karburant. |
(5) |
Sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi Ewropea, skemi ta’ inċentivi bħall-kumpens għall-innovazzjonijiet ekoloġiċi u l-għoti ta’ superkrediti għandhom jintużaw. |
(6) |
Fil-Komunikazzjonijiet tagħha tas-7 ta’ Frar 2007 intitolati ‘Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief’ u ‘Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 (CARS21)’, il-Kummissjoni enfasizzat li l-għan tal-Komunità ta’ emissjonijiet medji ta’ 120 g CO2/km għall-flotta ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri mhuwiex sejjer jintlaħaq sas-sena 2012 jekk ma jittiħdux miżuri addizzjonali. |
(7) |
F’dawk il-Komunikazzjonijiet, ġie propost approċċ integrat bil-għan li tintlaħaq il-mira tal-Komunità ta’ emissjonijiet medji ta’ 120 g CO2/km minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati fil-Komunità sal-2012 billi jiffokaw fuq it-tnaqqis obbligatorju tal-emissjonijiet tas-CO2 biex jintlaħaq l-għan ta’ 130 g CO2/km għall-karozzi ġodda medji permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi b’mutur u bi tnaqqis addizzjonali ta’ 10 g CO2/km, jew l-ekwivalenti jekk ikun teknikament meħtieġ, permezz ta’ titjib teknoloġiku ieħor, inkluż progress fil-konsum effiċjenti tal-karburant għall-vetturi kummerċjali ħfief. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw l-għan li jikkonċerna emissjonijiet minn vetturi kummerċjali ħfief għandhom ikunu konsistenti mal-qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-għanijiet li jikkonċernaw emissjonijiet mill-flotta ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief ( 6 ). |
(9) |
Il-qafas leġislattiv sabiex tintlaħaq il-mira ta’ emissjonijiet medji tal-flotta għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għandu jiżgura li l-miri ta’ tnaqqis ikunu kompetittivament newtrali u soċjalment ġusti u sostenibbli u jqisu d-diversità tal-manifatturi tal-karozzi Ewropej u jevitaw kwalunkwe distorzjoni mhux ġustifikata tal-kompetizzjoni bejniethom. Il-qafas leġislattiv għandu jkun kompatibbli mal-għan globali li jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni u għandu jkun ikkumplimentat minn strumenti oħrajn aktar relatati mal-użu, bħal taxxi differenzjati tal-karozzi u l-enerġija jew miżuri li jillimitaw il-veloċità tal-vetturi kummerċjali ħfief. |
(10) |
Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-kapaċità tiegħu li jindirizza l-ħtiġijiet differenti tal-konsumaturi, il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief għandhom jiġu definiti skont l-utilità tal-vettura fuq bażi lineari. Il-massa hija parametru xieraq għad-deskrizzjoni ta’ din l-utilità billi tipprovdi korrelazzjoni mal-emissjonijiet preżenti u għalhekk tirriżulta f’miri aktar realistiċi u newtrali mil-lat ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk, id-data dwar il-massa hija aktar faċilment disponibbli. Għandha tinġabar id-data dwar il-parametri tal-utilità alternattiva bħad-“daqs tal-footprint” (wisa’ medja bejn rota u oħra mmoltiplikat bejn it-tul bejn rota u oħra) u dwar it-tagħbija li tinġarr sabiex jiġu ffaċilitati l-evalwazzjonijiet fuq perijodu itwal ta’ żmien tal-approċċ ibbażat fuq l-utilità. |
(11) |
Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jqis l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni li jistgħu jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-karozzi Ewropea fuq perijodu twil ta’ żmien u joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità għolja. Bħala mezz biex jiġi vvalutat b’mod sistematiku t-titjib tal-emissjonijiet tal-eko-innovazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis il-possibbiltà li tinkludi miżuri ta’ eko-innovazzjoni fir-reviżjoni tal-proċeduri tat-testijiet skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi ( 7 ), billi tqis l-impatti tekniċi u ekonomiċi tal-inklużjoni tagħhom. |
(12) |
Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta’ tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda ( 8 ) diġà jeżiġi li letteratura promozzjonali għall-karozzi tipprovdi lill-utent finali bid-data uffiċjali tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum uffiċjali tal-karburant tal-vettura. Il-Kummissjoni, fir-Rakkomandazzjoni 2003/217/KE tas-26 ta’ Marzu 2003 dwar l-applikazzjoni għal mezzi oħra tax-xandir tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/94/KE dwar il-letteratura promozzjonali ( 9 ), interpretat dan bħala l-inklużjoni tar-reklamar. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE għandu għalhekk jitwessa’ għall-vetturi kummerċjali ħfief, biex jiġi rikjest li r-riklamar għal kull vettura kummerċjali ħafifa jagħti lill-utenti aħħarin id-data uffiċjali dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum uffiċjali tal-karburant tal-vettura meta tkun żvelata informazzjoni dwar l-enerġija jew il-prezzijiet, sa mhux aktar tard mill-2014. |
(13) |
Bl-għarfien tal-ispejjeż għoljin ħafna għar-riċerka u l-iżvilupp u għall-produzzjoni għal kull unità ta’ ġenerazzjonijiet bikrija ta’ teknoloġiji tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi ħafna tal-karbonju biex jiġu introdotti fis-suq wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament jimmira li jaċċelera u jiffaċilita, fuq bażi temporanja, il-proċess tal-introduzzjoni fis-suq tal-Unjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi ferm fl-istadji bikrija tal-kummerċjalizzazzjoni. |
(14) |
L-użu ta’ ċerti karburanti alternattivi jista’ joffri tnaqqis sinifikanti ta’ CO2 mill-estrazzjoni sal-użu. Għalhekk dan ir-Regolament jinkorpora dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li jippromwovu t-tqegħid ta’ ċerti vetturi b’karburant alternattiv fis-suq tal-Unjoni. |
(15) |
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012 u bl-għan li jittejjeb il-ġbir ta’ data dwar u l-kejl tal-konsum tal-karburant, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk temendax il-leġislazzjoni rilevanti sabiex jiġi inkluż obbligu għall-manifatturi li jitolbu l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi tal-kategorija N1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ( 10 ) li jinkludu f’kull vettura strument li juri l-konsum tal-karburant. |
(16) |
Sabiex tiġi żgurata konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u jiġu evitati l-abbużi, il-mira għandha tiġi applikata għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma jkunux ġew irreġistrati qabel barra mill-Unjoni għajr għal perijodu limitat. |
(17) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi ġodda kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. L-entità responsabbli għall-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun l-istess bħall-entità responsabbli għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE u sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. |
(18) |
Il-manifatturi għandu jkollhom il-flessibbiltà biex jiddeċiedu kif ser jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament u u għandhom jitħallew iqassmu l-emissjonijiet fuq il-flotta ġdida ta’ vetturi tagħhom aktar milli jkollhom jirrispettaw il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull vettura individwali. Il-manifatturi għalhekk għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-emissjoni speċifika medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jiġu rreġistrati fl-Unjoni, li huma responsabbli għalihom ma teċċedix il-medja tal-miri tal-emissjonijiet għal dawk il-vetturi. Dan ir-rekwiżit għandu jiddaħħal gradwalment bejn l-2014 u l-2017 sabiex jiffaċilita l-introduzzjoni tiegħu. Dan huwa konsistenti maż-żmien għall-introduzzjoni gradwali meħtieġ u mat-tul taż-żmien għall-introduzzjoni gradwali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009. |
(19) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miri jirriflettu l-karatteristiċi tal-manifatturi żgħar u speċjalizzati u li huma konsistenti mal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-manifattur, għandhom jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet alternattivi li jqisu l-potenzjal teknoloġiku tal-vetturi ta’ manifattur partikolari biex inaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-oqmsa tas-suq ikkonċernati. Din id-deroga għandha tkun koperta mir-reviżjoni tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet fl-Anness I, li għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-bidu tal-2013. |
(20) |
L-Istrateġija tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali ħfief stabbiliet approċċ integrat bil-għan li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ta’ 120 g CO2/km sas-sena 2012, filwaqt li ppreżentat ukoll viżjoni fuq perijodu itwal ta’ żmien ta’ tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet. Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 jissostanzja din l-opinjoni fuq perijodu itwal ta’ żmien billi jistabbilixxi mira ta’ 95 g CO2/km bħala emissjonijiet medji għall-flotta ta’ karozzi ġodda. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dak l-approċċ u biex tingħata ċertezza fl-ippjanar għall-industrija, għandha tiġi stabbilita mira fit-tul għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief fl-2020. |
(21) |
Sabiex il-manifatturi tingħatalhom flessibbiltà biex ikunu jistgħu jilħqu l-miri tal-emissjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, il-manifatturi jistgħu jaqblu bejniethom biex jingħaqdu f’konsorzju miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Meta jiġi ffurmat konsorzju, il-miri tal-manifatturi individwali għandhom jiġu ssostitwiti b’mira konġunta għall-konsorzju li għandha tinkiseb b’mod kollettiv mill-membri tal-konsorzju. |
(22) |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi. |
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza tal-karburant tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, il-Kummissjoni għandha tipproponi proċedura speċifika u tikkunsidra, fejn ikun xieraq, reviżjoni tal-leġislazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. |
(24) |
Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta’ konformità sabiex jiġi żgurat li l-miri f’dan ir-Regolament jintlaħqu. |
(25) |
L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni skont il-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-iskema, il-konformità għandha titkejjel permezz ta’ referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi ġodda fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrappurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta’ din id-data għandhom jiġu armonizzati kemm jista’ jkun. |
(26) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tirrikjedi li l-manifatturi joħorġu ċertifikat ta’ konformità għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida u li l-Istati Membri jippermettu r-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta’ vettura kummerċjali ħafifa ġdida biss jekk din tkun akkumpanjata minn ċertifikat validu ta’ konformità. Id-data miġbura mill-Istati Membri għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa u għandha tkun ibbażata fuq dan id-dokument biss. Għandu jkun hemm database standard tal-Unjoni għal data dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-konformità. Din għandha tintuża bħala referenza unika li tippermetti li l-Istati Membri jżommu d-data ta’ reġistrazzjoni b’mod aktar faċli meta vetturi ġodda jiġu reġistrati. |
(27) |
Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament għandha tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, għandhom iħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta’ kull sena kalendarja mill-1 ta’ Jannar 2014. Il-primjum għandu jiġi mmodulat bħala funzjoni tal-firxa safejn il-manifatturi jonqsu milli jkunu konformi mal-mira tagħhom. Sabiex ikun żgurat li hemm konsistenza, il-mekkaniżmu tal-primjum għandu jkun simili għal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 443/2009. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
(28) |
Kwalunkwe miżura nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) m’għandhiex, b’konsiderazzjoni tal-għan ta’ u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, timponi pieni addizzjonali jew aktar stretti fuq il-manifatturi li jonqsu milli jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament. |
(29) |
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni sħiħa tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-Unjoni. |
(30) |
Għandhom jiġu kkunsidrati modalitajiet ġodda biex tintlaħaq il-mira fuq perijodu twil ta’ żmien, b’mod partikolari l-grad ta’ nżul tal-kurva, il-parametru ta’ utilità u l-iskema tal-primjum għall-eċċess ta’ emissjonijiet. |
(31) |
Il-veloċità tal-vetturi tat-triq għandha influwenza qawwija fuq il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ limitazzjoni tal-veloċità li hija applikabbli għal vetturi kummerċjali ħfief, huwa possibbli li jkun hemm element ta’ kompetizzjoni fir-rigward tal-ogħla veloċità li tista’ twassal sabiex ikun hemm powertrains ta’ daqs eċċessiv fil-vetturi u ineffiċjenzi assoċjati f’kondizzjonijiet li joperaw aktar bil-mod. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi investigata l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta’ apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta’ vetturi tal-mutur fil-Komunità ( 11 ), bil-għan li jiġu inklużi vetturi kummerċjali ħfief koperti f’dan ir-Regolament. |
(32) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta’ emissjonijiet medji, jiġifieri l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, il-presentazzjoni, it-trasmissjoni, il-kalkolu u l-komunikazzjoni tad-data dwar l-emissjonijiet medji, u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II, kif ukoll għall-adozzjoni ta’ arranġamenti dettaljati għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi u ta’ dispożizzjonijiet dettaljati għall-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 12 ). |
(33) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE biex temenda r-rekwiżiti tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ stipulati fl-Anness II fid-dawl tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex taġġusta ċ-ċifra ta’ M0 msemmija fl-Anness I għall-massa medja ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-3 snin kalendarji preċedenti, biex tistabbilixxi regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibilità għad-derogi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, kif ukoll biex tadatta l-formulae stabbiliti fl-Anness I sabiex jirriflettu kull bidla fil-proċedura tat-test regolatorju għall-kejl ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell ta’ esperti. |
(34) |
Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u għanijiet
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-emissjonijiet medji tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal 175 g CO2/km, permezz ta’ titjib fit-teknoloġija tal-vetturi, kif imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u t-teknoloġiji innovattivi.
2. Mis-sena 2020 ‘il quddiem, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira ta’ 147 g CO2/km għall-medja tal-emissjonijiet ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-miżuri implimentattivi tiegħu, u teknoloġiji innovattivi.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi b’mutur tal-kategorija N1 kif definit fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u għal vetturi tal-kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”) li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”).
2. Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni m’għandhiex tiġi kkunsidrata.
3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal vetturi bi skopijiet speċjali kif definiti fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.
4. L-Artikolu 4, l-Artikolu 8(4)(b) u (c), l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1)(a) u (c) ma għandhomx japplikaw għal manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati miegħu, jkun responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief kollha, prodotti minn dak il-manifattur;
(b) “ċertifikat tal-konformità” tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/46/KE;
(c) “vettura kompletata” tfisser vettura li tkun ingħatatilha l-approvazzjoni tat-tip wara li dan il-proċess jitwettaq f’aktar minn fażi waħda skont id-Direttiva 2007/46/KE;
(d) “vettura kompluta” tfisser kwalunkwe vettura li m’għandhiex bżonn tiġi kkompletata biex tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tad-Direttiva 2007/46/KE;
(e) “vettura bażi” tfisser kwalunkwe vettura użata fl-istadju inizjali ta’ proċess ta’ approvazzjoni tat-tip f’diversi stadji;
(f) “manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta’ approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni;
(g) “massa” tfisser il-massa tal-vettura bil-karrozzerija fi stat tajjeb ta’ tħaddim kif iddikjarat fiċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddikjarat fit-Taqsima 2.6 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(h) “emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” tfisser l-emissjonijiet minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u speċifikati bħala l-massa tal-emissjonijiet tas-CO2 (ikkombinati) fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura kompluta jew ikkompletata;
(i) “mira ta’ emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta’ manifattur, il-medja ta’ emissjonijiet speċifiċi indikattivi tas-CO2 stabbiliti skont l-Anness I fir-rigward ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida prodotta minn dak il-manifattur, jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ddeterminata skont dik id-deroga;
(j) “footprint” tfisser il-wisa’ medja bejn rota u oħra mmultiplikata bid-distanza bejn il-fusijiet ta’ quddiem u ta’ wara, skont iċ-ċertifikat ta’ konformità u kif iddefinit fit-Taqsimiet 2.1 u 2.3 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(k) “piż tat-tagħbija” tfisser id-differenza bejn il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE u l-massa tal-vettura.
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “grupp ta’ manifatturi relatati” tfisser manifattur u l-impriżi relatati miegħu. Fir-rigward ta’ manifattur, “impriżi relatati” tfisser:
(a) impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:
(i) is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew
(ii) is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew
(iii) id-dritt ta’ ġestjoni tal-affarijiet tal-impriża;
(b) impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, fuq il-manifattur, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(c) impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(d) impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, flimkien ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);
(e) impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.
Artikolu 4
Miri għall-emissjonijiet speċifiċi
Għas-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2014 u għal kull sena kalendarja sussegwenti, kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu ta’ CO2 ma jaqbżux il-mira tiegħu ta’ emissjonijiet speċifiċi stabbiliti skont l-Anness I jew, fil-każ li manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 11, skont dik id-deroga.
Meta l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura kompletata ma jkunux disponibbli, il-manifattur tal-vettura bażi għandu juża l-emissjonijiet speċifiċi tal-vettura bażi biex jistabbilixxi l-emissjonijiet speċifiċi medji tagħha ta’ CO2.
Sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ kull manifattur, għandhom jitqiesu l-perċentwali li ġejjin tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ kull manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti:
— 70 % fl-2014,
— 75 % fl-2015,
— 80 % fl-2016,
— 100 % mill-2017 ’il quddiem.
Artikolu 5
Super-krediti
Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida b’livell ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 inqas minn 50 g CO2/km għandha titqies bħala:
— 3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2014,
— 3,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2015,
— 2,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2016,
— 1,5 vetturi kummerċjali ħfief fl-2017,
— vettura kummerċjali ħafifa fl-2018.
Għat-tul kollu tal-iskema tas-super-krediti, l-għadd massimu ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, b’emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ anqas minn 50 g CO2/km, li għanddu jitqies fl-applikazzjoni tal-multiplikaturi stabbiliti fl-ewwel paragrafu m’għandux jaqbeż il-25 000 vettura kummerċjali ħafifa għal kull manifattur.
Artikolu 6
Mira speċifika ta’ emissjonijiet għal vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’karburant alternattiv
Sabiex tiġi ddeterminata l-konformità ta’ manifattur mal-mira speċifika ta’ emissjonijiet tiegħu msemmija fl-Artikolu 4, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa li hija mfassla sabiex tkun tista’ taħdem b’taħlita ta’ petrol b’85 % bijoetanol (“E85”), u li tkun konformi mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni jew l-istandards tekniċi Ewropej, għandhom jitnaqqsu b’5 % sal-31 ta’ Diċembru 2015 b’rikonoxximent tal-kapaċità teknoloġika akbar u taż-żieda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-bijokarburanti. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss fejn mill-inqas 30 % tal-pompi tal-karburant fl-Istat Membru li fih il-vettura kummerċjali ħafifa tkun irreġistrata jipprovdu dan it-tip ta’ karburant alternattiv li jikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti stabbiliti fil-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 7
Konsorzji
1. Il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda, minbarra l-manifatturi li ngħataw deroga taħt l-Artikolu 11, jistgħu jiffurmaw konsorzju bl-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
2. Ftehim dwar l-iffurmar ta’ konsorzju jista’ jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar, dejjem jekk il-perijodu kumplessiv ta’ kull ftehim ma jaqbiżx il-5 snin kalendarji, u għandu jibda nhar jew qabel il-31 ta’ Diċembru tal-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu ser jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistrawmal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-manifatturi li ser ikunu inklużi fl-konsorzju;
(b) il-manifattur li ġie nnominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li ser ikun il-punt ta’ kuntatt għall-konsorzju u li ser ikun responsabbli għall-ħlas ta’ kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9;
(c) evidenza li l-amministratur tal-konsorzju ser ikun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b).
3. Meta l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
4. Il-manifatturi inklużi f’konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq l-konsorzju f’konformità mal-Artikolu 9 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
5. Il-manifatturi jistgħu jidħlu għal arranġamenti ta’ konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta’ konsorzju għandhom jiżguraw b’mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta’ data u lanqas ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:
(a) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2;
(b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;
(c) l-għadd totali ta’ vetturi rreġistrati.
6. Il-paragrafu 5 m’għandux japplika meta l-manifatturi kollha inklużi fl-konsorzju jkunu jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ manifatturi relatati.
7. Ħlief meta tingħata n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, il-manifatturi f’konsorzju li tiġi rreġistrata informazzjoni dwarha mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet li jiġu sodisfatti l-obbligi tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta’ manifatturi individwali kif ukoll ta’ kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u ssir disponibbli fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 8(4).
Artikolu 8
Monitoraġġ u rappurtaġġ tal-emissjonijiet medji
1. Għas-sena kalendarja li tibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u kull sena kalendarja sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Anness II. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli lill-manifatturi u lill-importaturi jew rappreżentanti maħtura tagħhom f’kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ joperaw b’mod trasparenti.
2. Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, li tibda fl-2013, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrasmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti B tal-Anness II fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tiġi trasmessa fil-format speċifikat fil-Parti C tal-Anness II.
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu wkoll is-sett sħiħ ta’ data miġbura skont il-paragrafu 1.
4. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrappurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Sat-30 ta’ Ġunju 2013 u f’kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b) il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tiegħu għal dik is-sena.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil kull manifattur il-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom ta’ CO2.
5. Il-manifatturi jistgħu, fi żmien 3 xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu provviżorju skont il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe żball fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.
6. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifika mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta’ Ottubru, jew tikkonferma jew inkella temenda l-kalkoli proviżorji msemmijin fil-paragrafu 4.
7. Fir-rigward tas-snin kalendarji 2012 u 2013 u fuq il-bażi tal-kalkoli mwettqa skont għall-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil manifattur meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifattur ikunu qabżu l-mira tagħha għall-emissjonijiet speċifiċi.
8. F’kull Stat Membru, l-awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-monitoraġġ skont dan ir-Regolament għandha tkun dik maħtura skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tad-data msemmija f’dan l-Artikolu u għall-applikazzjoni tal-Anness II. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness II permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
10. L-Istati Membri għandom ukoll jiġbru u jirrappurtaw data, skont dan l-Artikolu, dwar ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi fil-kateogriji M2 u N2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx il-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.
Artikolu 9
Primjum għal emissjonijiet eċċessivi
1. Fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2014 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet eċċessivi fuq manifattur jew amministratur ta’ konsorzju, skont il-każ, meta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ manifattur jeċċedu l-mira għall-emissjonijiet speċifiċi tagħha.
2. Il-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat bil-formulae li ġejjin:
(a) mill-2014 sal-2018:
(i) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 3 g CO2/km) × EUR 95 + EUR 45) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(ii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 2 g CO2/km iżda mhux aktar minn 3 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 2 g CO2/km) × EUR 25 + EUR 20) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(iii) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ aktar minn 1 g CO2/km iżda mhux aktar minn 2 g CO2/km:
((Emissjonijiet eċċessivi – 1 g CO2/km) × EUR 15 + EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
(iv) għal emissjonijiet eċċessivi ta’ mhux aktar minn 1 g CO2/km:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 5) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda;
(b) mill-2019:
(Emissjonijiet eċċessivi × EUR 95) × l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
— “emissjonijiet eċċessivi” tfisser il-valur pożittiv tan-numru ta’ grammi kull kilometru li bih l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur – b’kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minħabba teknoloġiji innovattivi approvati skont l-Artikolu 12, ikunu qabżu l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja jew f’parti minnha li għaliha japplika l-obbligu skont l-Artikolu 4, aġġustat għall-eqreb tliet punti deċimali; u
— “l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda” tfisser l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li huma prodotti mill-manifattur u li ġew irreġistrati f’dak il-perjodu skont il-kriterji tad-dħul gradwali stipulati fl-Artikolu 4.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati għall-ġbir tal-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
Pubblikazzjoni tar-rendiment tal-manifatturi
1. Sal-31 ta’ Ottubru 2013 u l-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li tindika għal kull manifattur:
(a) il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi għas-sena kalendarja preċedenti;
(b) l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(c) id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena;
(d) l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti; u
(e) il-massa medja għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fis-sena kalendarja preċedenti.
2. Mill-31 ta’ Ottubru 2015, il-lista ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tindika wkoll jekk il-manifattur ikunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 11
Derogi għal ċerti manifatturi
1. Tista’ ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira għall-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata f’konformità mal-Anness I minn manifattur ta’ inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni għal kull sena kalendarja fejn dak il-manifattur:
(a) ma jagħmilx parti minn grupp ta’ manifatturi relatati; jew
(b) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati li b’kollox huwa responsabbli għal inqas minn 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-Unjoni kull sena kalendarja; jew
(c) jagħmel parti minn grupp ta’ manifatturi relatati iżda jħaddem il-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ċ-ċentru ta’ disinn tiegħu stess.
2. Deroga li ssir applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1 tista’ tingħata għal perijodu massimu ta’ 5 snin kalendarji. L-applikazzjoni għandha ssir lill-Kummissjoni u għandha tinkludi:
(a) l-isem tal-manifattur u l-persuna tal-kuntatt għalih;
(b) evidenza li l-manifattur huwa eliġibbli għal deroga msemmija fil-paragrafu 1;
(c) dettalji tal-vetturi kummerċjali ħfief li huwa jimmanifattura inkluż il-massa u l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ dawk il-vetturi kummerċjali ħfief; u
(d) mira speċifika tal-emissjonijiet konsistenti mal-potenzjal tat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal teknoloġiku u ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa mmanifatturata.
3. Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tiegħu u b’konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta’ vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummisjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. ►M2 ————— ◄
4. Manifattur li jkun suġġett għal deroga taħt dan l-Artikolu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe tibdil li jaffettwa jew li jista’ jaffettwa l-eliġibbiltà tiegħu għal deroga.
5. Meta l-Kummissjoni tqis, fuq il-bażi ta’ notifika msemmija fil-paragrafu 4 jew b’mod ieħor, li manifattur ma jkunx baqa’ eliġibbli għad-deroga, hija għandha tirrevoka d-deroga b’effett mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara u għandha tinnotifika lill-manifattur b’dan.
6. Jekk il-manifattur ma jilħaqx il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha timponi l-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fuq il-manifattur, kif speċifikat fl-Artikolu 9.
7. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli biex jissuplementaw il-paragrafi mill-1 sas-6 ta’ dan l-Artikolu, inter alia, dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għad-derogi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet, u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta’ programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
8. L-applikazzjonijiet għal deroga, inklużi l-informazzjoni ta’ sostenn, in-notifiki skont il-paragrafu 4, ir-revoki skont il-paragrafu 5 u kwalunkwe impożizzjoni ta’ primjum għall-emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 6 u l-atti adottati skont il-paragrafu 7, għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku, soġġett għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 13 ).
Artikolu 12
Eko-innovazzjoni
1. Permezz ta’ applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta’ CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta’ teknoloġiji innovattivi (“pakketti ta’ teknoloġija innovattiva”).
Il-kontribut totali ta’ dawk it-teknoloġiji biex titnaqqas il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur jista’ jkun sa 7 g CO2/km.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dettaljati għal proċedura ta’ approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi jew pakketti ta’ teknoloġija innovattiva msemmija fil-paragrafu 1, sal-31 ta’ Diċembru 2012. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u jkunu bbażati fuq il-kriterji li ġejjin għat-teknoloġiji innovattivi:
(a) il-fornitur jew manifattur għandu jkun responsabbli għall-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta’ teknoloġiji innovattivi;
(b) it-teknoloġiji innovattivi għandhom jagħtu kontribut ivverifikat għat-tnaqqis ta’ CO2;
(c) it-teknoloġiji innovattivi m’għandhomx ikunu koperti miċ-ċiklu standard ta’ testijiet għall-kejl ta’ CO2 jew mid-dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari konformi mat-tnaqqis ta’ 10 g CO2/km imsemmijin fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew ikunu obbligatorji taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni.
3. Fornitur jew manifattur li japplika għall-approvazzjoni ta’ xi miżura bħala teknoloġija innovattiva għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni, li jinkludi rapport ta’ verifika mwettaq minn entità indipendenti u ċertifikata. Fil-każ ta’ interazzjoni possibbli tal-miżura ma’ teknoloġija innovattiva oħra li tkun diġà approvata, ir-rapport għandu jirreferi għal dik l-interazzjoni u r-rapport ta’ verifika għandu jevalwa safejn dik l-interazzjoni timmodifika t-tnaqqis miksub minn kull miżura.
4. Il-Kummissjoni għandha tiċċertifika t-tnaqqis miksub fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.
Artikolu 13
Reviżjoni u rapport
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u l-modalitajiet stabbiliti fih, kif ukoll l-aspetti oħra ta’ dan ir-Regolament sabiex tistabbilixxi il-miri għall-emissjonijiet ta’ CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perijodu lil hinn mill-2020. F’dak ir-rigward, il-valutazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis meħtieġa għandha tikkonforma mal-miri tal-Unjoni fit-tul rigward il-klima u l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ teknoloġija kosteffettiva li tnaqqas is-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat ta’ dik l-analiżi. Dak ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe proposta adatta biex dan ir-Regolament jiġi emendat, inkluż l-iffissar, possibbilment, ta’ mira realistika u li tista’ tinkiseb, ibbażata fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatt li ser tikkunsidra l-kompetittività kontinwa tal-industrija tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-industriji li jiddipendu minnha. Meta tfassal dawn il-proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kemm jista’ jkun newtrali mil-lat tal-kompetizzjoni u li jkunu soċjalment ġusti u sostenibbli.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2014, biex tinkludi f’dan ir-Regolament vetturi fil-kateogrija N2 u M2 kif imfisser fl-Anness II tad-Direttiva Nru 2007/46/KE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg u vetturi li l-approvazzjoni tat-tip għalihom tiġi estiża skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, bil-għan li l-objettiv fit-tul jintlaħaq mill-2020.
3. Il-Kummissjoni għandha, sal-2014, wara valutazzjoni tal-impatt, tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tad-data dwar il-footprint u l-piż tat-tagħbija u l-użu tagħhom bħala parametri ta’ utilità sabiex jiġu stabbiliti l-miri għall-emissjonijiet speċifiċi u, jekk ikun meħtieġ, tibgħat proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jemendaw l-Anness I f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha twaqqaf proċedura biex jinkisbu valuri rappreżentattivi tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenzja tal-karburant u tal-massa ta’ vettturi kkompletati filwaqt li tiżgura li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.
5. Sal-31 ta’ Ottubru 2016, u kull 3 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17, biex tiġi aġġustata il-figura ta’ M0, imsemmija hemmhekk, għall-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-3 snin kalendarji preċedenti.
Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru effettivi għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2018 u kull tliet snin wara dan.
6. Il-Kummissjoni għandha tinkludi vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tal-proċeduri biex jitkejlu l-emissjonijiet tas-CO2 skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
▼M2 —————
Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-vetturi kummerċjali ħfief fir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/46/KE f’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa sabiex kwalunkwe bidla tiġi riflessa fil-proċedura regolatorja tal-ittestjar għall-kejl ta’ emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 14 ). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-Regolament.
Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15, u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17 biex tadatta l-formoli stabbiliti fl-Anness I permezz tal-użu tal-metodoloġija adottata skont l-ewwel subparagrafu, filwaqt li tiżgura li, taħt il-proċedura tal-ittestjar ġdida u dik preċedenti, ikunu meħtieġa rekwiżiti ta’ tnaqqis b’restrizzjonijiet komparabbli għall-manifatturi u vetturi ta’ utilitajiet differenti.
Artikolu 14
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Bdil tal-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto ( 15 ). Dak il-kumitat huwa kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2a. Fejn il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 15
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6), għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin minn 3 ta’ Ġunju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn 6 xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha f’konformità mal-Artikolu 16.
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 16 u 17.
Artikolu 16
Revoka tad-delega
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9), fl-Artikolu 11(7), fl-Artikolu 13(5) u fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(6) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika s-setgħa delegata li tista’ tkun suġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.
3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tieħu effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistga’ joġġezzjona għal att delegat f’perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn.
2. Jekk, kif jintemm il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, l-att għandu jiġi pubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
3. Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att delegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MIRI TAL-EMISSJONIIET SPEĊIFIĊI TAS-CO2
1. L-emissjonijiet speċifiċi u indikattivi ta’ CO2 għal kull vettura kummerċjali ħafifa, imkejla fi grammi għal kull kilometru, għandhom jiġu stabbiliti skont il-formuli li ġejjin:
(a) mill-2014 sal-2017:
Emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 = 175 + a × (M – M0)
fejn:
M |
= |
massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
1 706,0 |
a |
= |
0,093. |
(b) mill-2018:
Emissjonijiet speċifiċi u indikattivi ta’ CO2 = 175 + a × (M – M0)
fejn:
M |
= |
massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
il-valur adottat skont l-Artikolu 13(5) |
a |
= |
0,093. |
(c) mill-2020:
fejn:
M |
= |
il-massa tal-vettura f’kilogrammi (kg) |
M0 |
= |
il-valur adottat skont l-Artikolu 13(5) |
a |
= |
0,096. |
2. Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur f’sena kalendarja għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi indikattivi ta’ CO2 ta’ kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida mmanifatturata minnu rreġistrata f’dik is-sena kalendarja.
ANNESS II
MONITORAĠĠ U RAPPURTAĠĠ TAL-EMISSJONIJIET
A. Ġbir ta’ data dwar vetturi kummerċjali ħfief u determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2
1. Dejta ddettaljata
1.1. Vetturi sħaħ irreġistrati bħala N1
Fil-każ tal-vetturi sħaħ bl-approvazzjoni tat-tip tal-KE rreġistrati bħala N1, l-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida l-ewwel darba li tiġi rreġistrata fit-territorju tagħhom:
(a) il-manifattur;
(b) in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu;
(c) it-tip, il-varjant u l-verżjoni;
(d) l-għamla
(e) il-kategorija tal-vettura bl-approvazzjoni tat-tip;
(f) il-kategorija tal-vettura rreġistrata;
(g) l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2;
(h) il-massa fi stat operattiv;
(i) il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;
(j) l-impronta: id-distanza bejn il-fusien, il-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus tal-istering u l-wisa' bejn l-uċuħ ta' barra tar-roti tal-fus l-ieħor;
(k) it-tip ta' fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;
(l) il-kapaċità tal-magna;
(m) il-konsum tal-enerġija elettrika;
(n) il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi u t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba dik it-teknoloġija
(o) in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura.
Għandu jintuża l-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C.
1.2. Vetturi approvati fi proċess b'diversi stadji u rreġistrati bħala vetturi N1
Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji rreġistrati bħala vetturi N1, għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jirreġistraw id-dejta ddettaljata li ġejja fir-rigward ta':
(a) il-vettura ta' bażi (mhux sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1, jew, minflok id-dejta speċifikata f'(h) u (i), il-massa miżjuda prestabbilita pprovduta bħala parti mill-informazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip speċifikata fil-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE;
(b) il-vettura ta' bażi (sħiħa): id-dejta speċifikata fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i), (n) u (o) tal-punt 1.1;
(c) il-vettura kompluta: id-dejta speċifikata fil-punti (a), (f), (g), (h), (j), (k), (l), (m), u (o) speċifikata fil-punt 1.1.
Fejn id-dejta msemmija fil-punt (a) u (b) ta' dan il-punt ma tkunx tista tiġi pprovduta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minflok jipprovdi d-dejta dwar il-vettura kompluta.
Il-format stipulat fit-Taqsima 2 tal-Parti C għandu jintuża għall-vetturi N1 kompluti.
In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura msemmi fil-punt (o) tal-punt 1.1 ma għandux jiġi ppubblikat.
2. |
►M1 Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta’ konformità jew ikunu konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Meta ċ-ċertifikat ta’ konformità ma jintużax, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ. ◄ Meta ċ-ċertifikat ta’ konformità jispeċifika kemm il-massa minima kif ukoll il-massa massima għal vettura kummerċjali ħafifa, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra massima għall-iskop ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ vetturi li jagħmlu użu minn żewġ tipi ta’ karburant (petrol/gass) li ċ-ċertifikati ta’ konformità tagħhom juru ċifri speċifiċi ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għaż-żewġ tipi ta’ karburant, l-Istati Membri għandhom jużaw biss iċ-ċifra mkejla għall-gass. |
3. |
Għal kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu: (a) is-sorsi użati għall-ġbir tad-dejta ddettaljata msemmija fil-punt 1; (b) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE; (c) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji, fejn disponibbli (d) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment; (e) l-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali. |
B. Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda
L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ li l-Istati Membri huma meħtieġa iddeterminaw skont il-punt 1 u 3 tal-Parti A ta' dan l-Anness għandha tiġi ddeterminata f'konformità mal-metodoloġija f'din il-Parti.
1. L-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fit-territorju tagħhom fis-sena ta' monitoraġġ rispettiva, u għandha ssir distinzjoni bejn il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, dawk approvati individwalment u dawk approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali u, fejn disponibbli, għandhom jiddeterminaw l-għadd ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji.
▼M1 —————
▼M3 —————
▼M1 —————
7. Vetturi kkompletati
Fil-każ ta’ vetturi mibnija f’diversi stadji, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi kkompletati għandhom jiġu allokati lill-manifattur tal-vettura ta’ bażi.
Sabiex ikun żgurat li ċ-ċifri tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-effiċjenza tal-karburant u tal-massa tal-vetturi kkompletati jkunu rappreżentattivi, bla ma jitqiegħed piż eċċessiv fuq il-manifattur tal-vetttura ta’ bażi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proċedura ta’ monitoraġġ speċifiku u għandha teżamina l-leġislazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip u tagħmel l-emendi meħtieġa sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.
Meta tiddefinixxi proċedura bħal din, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tiddetermina kif jiġu mmonitorjati l-valuri tal-massa u tas-CO2, abbażi ta’ tabella ta’ valuri ta’ CO2 li jikkorrispondu għal klassijiet differenti ta’ piż tal-inerzja finali jew abbażi ta’ valur wieħed ta’ CO2 derivat mill-massa tal-vettura ta’ bażi u massa speċifika miżjuda differenzjata mill-klassi N1. Fl-aħħar każ, din il-massa tittieħed ukoll għall-parti C ta’ dan l-Anness.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-manifattur tal-vettura ta’ bażi jkollu aċċess f’waqtu għall-massa u għall-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-vettura kkompletata.
Minkejja li għall-Parti C ta' dan l-Anness għandha tintuża l-massa miżjuda prestabbilta, meta l-valur ta' dik il-massa ma jkunx jista' jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika msemmija fl-Artikolu 8(4).
Fejn il-vettura ta' bażi tkun vettura sħiħa, il-massa fi stat operattiv ta' dik il-vettura għandha tintuża għall-kalkolu tal-mira ta' emissjonijiet speċifika. Madankollu, fejn il-valur ta' dik il-massa ma jistax jiġi ddeterminat, il-massa fi stat operattiv tal-vettura kompluta tista' tintuża għall-kalkolu provviżorju tal-mira ta' emissjonijiet speċifika.
C. Il-formats għat-trażmissjoni tad-dejta
Għal kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni speċifikata fil-punti 1 u 3 tal-Parti A fil-format li ġej:
Taqsima 1 — Dejta aggregata dwar il-monitoraġġ
Stat Membru (1): |
|
Sena |
|
Sors tad-dejta |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-KE |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati individwalment |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda approvati f'serje żgħira f'livell nazzjonali |
|
L-għadd totali ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda soġġetti għal approvazzjoni tat-tip b'diversi stadji (fejn disponibbli) |
|
(1) Il-kodiċijiet tal-alfa-2 mogħtija fl-istandard tal-ISO bin-numru 3166, ħlief għall-Greċja u r-Renju Unit, li għalihom għandhom jintużaw il-kodiċijiet “EL” u “UK” rispettivament. |
Taqsima 2 — Dejta ddettaljata dwar il-monitoraġġ — reġistrazzjoni ta' vettura waħda
Referenza għat-Taqsima 1.1 tal-Parti A |
Dejta ddettaljata għal kull vettura rreġistrata (1) |
(a) |
Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur (2) |
Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur VETTURA SĦIĦA/VETTURA TA' BAŻI (3) |
|
Id-dikjarazzjoni OEM tal-isem tal-manifattur VETTURA KOMPLUTA (3) |
|
Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru (2) |
|
(b) |
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu |
(c) |
It-tip |
Il-varjant |
|
Il-verżjoni |
|
(d) |
L-għamla |
(e) |
Il-kategorija tal-vettur bl-approvazzjoni tat-tip |
(f) |
Il-kategorija tal-vettura rreġistrata |
(g) |
L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 |
(h) |
Il-massa fi stat operattiv VETTURA TA' BAŻI |
Il-massa fi stat operattiv VETTURA KOMPLUTA/VETTURA SĦIĦA |
|
(i) (4) |
Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli |
(j) |
Id-distanza bejn il-fusien |
Il-wisa' tal-fus tal-istering (Fus 1) |
|
Il-wisa' tal-fus -ieħor (Fus 2) |
|
(k) |
It-tip ta' fjuwil |
Il-modalità tal-fjuwil |
|
(l) |
Il-kapaċità tal-magna (cm3) |
(m) |
Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km) |
(n) |
Il-kodiċi tat-teknoloġija innovattiva jew tal-grupp ta' teknoloġiji innovattivi |
It-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz ta' teknoloġija innovattiva/teknoloġiji innovattivi |
|
(o) |
In-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura |
Il-punt 2.17.2. tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE (5) |
Il-massa miżjuda prestabbilita (fejn applikabbli fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji) |
(1) Meta, fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, ma tkunx tista' tiġi pprovduta dejta għall-vettura ta' bażi, l-Istat Membru għandu minn tal-inqas jipprovdi d-dejta speċifikata f'dan il-format għall-vettura kompluta. Fejn in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ma jistax jiġi pprovdut, id-dejta ddettaljata kollha għandha tiġi pprovduta għall-vettura sħiħa, għall-vettura kompluta kif ukoll għall-vettura ta' bażi skont il-punti (a), (b) u (c) tal-punt 1.2 tal-Parti A ta' dan l-Anness. (2) Fil-każ ta' approvazzjonijiet f'serje żgħira f'livell nazzjonali (NSS) jew l-approvazzjonijiet individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “Isem il-manifattur fir-reġistru tal-Istat Membru” filwaqt li fil-kolonna “Id-denominazzjoni standard tal-UE tal-isem tal-manifattur” għandha tiġi indikata waħda minn dawn li ġejjin “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ. (3) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-manifattur tal-vettura ta' bażi (mhux sħiħa/sħiħa). Jekk il-manifattur tal-vettura ta' bażi ma jkunx disponibbli indika biss il-manifattur tal-vettura kompluta. (4) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji indika l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi. (5) Fil-każ ta' vetturi li għaddew minn diversi stadji, il-massa fi stat operattiv u l-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli tal-vettura ta' bażi jistgħu jiġu sostitwiti mill-massa miżjuda prestabbilta speċifikata fl-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip skont il-punt 2.17.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2007/46/KE. |
( 1 ) ĠU C 44, 11.2.2011, p. 157.
( 2 ) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Frar 2011 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011
( 3 ) ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.
( 4 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
( 5 ) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
( 6 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.
( 7 ) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
( 8 ) ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.
( 9 ) ĠU L 82, 29.3.2003, p. 33.
( 10 ) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
( 11 ) ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.
( 12 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
( 13 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
( 14 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
( 15 ) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 1.