Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0359-20200408

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/359/2020-04-08

    02011R0359 — MT — 08.04.2020 — 013.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 359/2011

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    (ĠU L 100 14.4.2011, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1002/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011

      L 267

    1

    12.10.2011

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 264/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012

      L 87

    26

    24.3.2012

    ►M3

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1245/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012

      L 352

    15

    21.12.2012

    ►M4

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 206/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013

      L 68

    9

    12.3.2013

     M5

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

      L 158

    1

    10.6.2013

     M6

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 371/2014 tal-10 ta' April 2014

      L 109

    9

    12.4.2014

    ►M7

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/548 tas-7 ta' April 2015

      L 92

    1

    8.4.2015

    ►M8

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/556 tal-11 ta' April 2016

      L 96

    3

    12.4.2016

     M9

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/685 tal-11 ta' April 2017

      L 99

    10

    12.4.2017

     M10

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/565 tat-12 ta' April 2018

      L 95

    1

    13.4.2018

    ►M11

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/560 tat-8 ta' April 2019

      L 98

    1

    9.4.2019

    ►M12

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

      L 182

    33

    8.7.2019

    ►M13

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/510 tas-7 ta’ April 2020

      L 113

    1

    8.4.2020


    Ikkoreġut bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 294, 10.10.2014, p.  56 (359/2011)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 231, 17.7.2020, p.  17 (2020/510 tas-7)




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 359/2011

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran



    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, inklużi iżda mhux limitati għal:

    (i) 

    flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders (ordni tal-flus) u strumenti oħra ta’ pagament;

    (ii) 

    depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

    (iii) 

    titoli ta’ sigurtà u titoli ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi titoli ta’ fondi u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli ta’ sigurtà, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

    (iv) 

    imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew iġġenerat minnhom;

    (v) 

    kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;

    (vi) 

    ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

    (vii) 

    dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

    (b) 

    “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-lok, id-dritt tal-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portafoll;

    (c) 

    “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

    (d) 

    “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitat għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

    (e) 

    “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

    ▼M2

    Artikolu 1a

    ►M3  1. ◄   Għandu jiġi pprojbit:

    (a) 

    il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (b) 

    li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (c) 

    li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (d) 

    il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a),(b) u (c).

    ▼M3

    2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III sakemm dan ikun maħsub biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Iran, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija jew ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) relatati ma’ tali tagħmir.

    ▼M2

    Artikolu 1b

    1.  Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, tagħmir, teknoloġija jew softwer identifikata fl-Anness IV, kemm jekk joriġina jew le mill-Unjoni, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-softwer inkwistjoni se jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni, mill-gvern Iranjan, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li topera jew f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, tal-komunikazzjoni tat-telefon jew tal-internet fl-Iran.

    3.  L-Anness IV għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew softwer li jistgħu jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon.

    4.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 1c

    1.  Għandu jiġi pprojbit:

    (a) 

    il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, mat-teknoloġija jew mas-softwer identifikati fl-Anness IV, jew relatati mal-provvediment, mal-manifattura, maż-żamma u mal-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness IV jew mal-provvediment, mal-installazzjoni, mal-operat jew mal-aġġornar ta' kwalunkwe softwer identifikati fl-Anness IV, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (b) 

    il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer identifikati fl-Anness IV, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (c) 

    il-provvediment ta' kwalunkwe servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’, l-gvern tal-Iran, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tiegħu jew kwalunkwe persuna jew entità li jkunu qed joperaw f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; kif ukoll

    (d) 

    il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, fi kwalunkwe attività li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) (b) jew (c) ta' hawn fuq;

    sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikata fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel, fuq il-bażi kif stabbilit fl-Artikolu 1b(2).

    2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), “servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew softwer kif identifikat fl-Anness IV, aċċess għal u twassil tad-dejta assoċjata ma' telekomunikazzjoni dieħla jew ħierġa u dejta assoċjata mat-telefonati għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tagħha jew kwalunkwe attività relatata oħra.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

    2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom direttament jew indirettament.

    3.  Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, l-evitar tal-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

    Artikolu 3

    1.  L-Anness I għandu jikkonsisti minn lista ta’ persuni li, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala responsabbli tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

    2.  L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati fil-lista.

    3.  L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 4

    1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li huma adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

    (a) 

    meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c) 

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew il-ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li f’dan il-każ li l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    2.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 5

    1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni ser jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b’din il-garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

    (c) 

    il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

    (d) 

    ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

    2.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 6

    1.  L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew elenkati fl-Anness I,

    dment li kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħrjan ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

    2.  L-Artikolu 2(2) m’għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar transazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

    Artikolu 7

    B’deroga mill-Artikolu 2, u dment li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew obbligu li nħoloq mill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu nnominati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li:

    (i) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

    (ii) 

    il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2); u

    (b) 

    l-Istat Membru kkonċernat, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

    Artikolu 8

    1.  L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jsiru disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, magħmul in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni hi konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta’ negliġenza.

    2.  Il-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

    Artikolu 9

    1.  Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

    (a) 

    jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fil-websajts elenkati fl-AnnessII, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

    (b) 

    jikkoperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti f’kull verifika ta’ din l-informazzjoni.

    2.  Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

    Artikolu 10

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni u għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

    Artikolu 11

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    Artikolu 12

    1.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness I kif adatt.

    2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

    3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif adatt.

    4.  Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

    Artikolu 13

    1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

    Artikolu 14

    F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

    Artikolu 15

    Dan ir-Regolament għandu japplika:

    (a) 

    fit-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

    (b) 

    abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

    (c) 

    għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

    (d) 

    għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

    (e) 

    għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, b’mod sħiħ jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni.

    Artikolu 16

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)



    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    ▼M13

    1.

    AHMADI-MOQADDAM Esmail

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1961

    Sess: raġel

    Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta’ Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkat) minn Jannar 2011 sa kmieni fl-2015 ukoll. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fil-15 ta’ Ġunju 2009. Attwalment kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b’appoġġ għall-Poplu Jemenita.

    12.4.2011

    2.

    ALLAHKARAM Hossein

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

    Data tat-twelid: 1945

    Sess: raġel

    Kap tal-Kunsill tal-Koordinazzjoni tal-Ansar-e Hezbollah u eks ġeneral fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009.

    Huwa jżomm ir-rwol għoli tiegħu f’organizzazzjoni li lesta twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-pubbliku, fosthom bit-tħeġġiġ tal-aggressjoni fuq in-nisa għall-għażla ta’ ħwejjeġ tagħhom.

    12.4.2011

    3.

    ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Brigadier Ġenerali fl-IRGC. Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

    12.4.2011

    4.

    FAZLI Ali

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Kap tal-Kulleġġ tal-Kadetti Imam Hossein (mill-2018). Eks viċi Kmandant tal-Basij (2009-2018), Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta’ Tehran u kellu rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta’ dimostranti fl-2009.

    12.4.2011

    ▼M8 —————

    ▼M13

    6.

    JAFARI Mohammad-Ali (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

    Post tat-twelid: Yazd (Iran)

    Data tat-twelid: 1.9.1957

    Sess: raġel

    Direttur tal-Bażi Soċjali u Kulturali Hazrat-e Baqiatollah. Eks Kmandant tal-IRGC (Settembru 2007-April 2019). L-IRGC u l-Bażi ta’ Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Mohammad-Ali (Aziz) Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta’ attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

    12.4.2011

    7.

    KHALILI Ali

    Sess: raġel

    Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fi rwol għoli fil-Bażi ta’ Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta’ Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords mediċi lil persuni li ndarbu jew li ddaħħlu l-isptar matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    8.

    MOTLAGH Bahram Hosseini

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran. Il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti fl-2009.

    12.4.2011

    9.

    NAQDI Mohammad-Reza

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq) –

    Data tat-twelid: Madwar 1952

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Viċi Koordinatur tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij (2009-2016). Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta’ madwar 15-il persuna u l-arrest ta’ mijiet ta’ persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f’Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta’ dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    10.

    RADAN Ahmad-Reza

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran) –

    Data tat-twelid:1963

    Sess: raġel

    Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, korp marbut mal-Pulizija Nazzjonali. Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta’ dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Attwalment kmandant tal-IRGC responsabbli mit-taħriġ ta’ forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”.

    12.4.2011

    11.

    RAJABZADEH Azizollah

    Sess: raġel

    Konsulent għas-sindku ta’ Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Mitigazzjoni tad-Diżastri ta’ Tehran (2010-2013). Bħala Kap tal-Pulizija ta’ Tehran sa Jannar 2010 kien responsabbli mill-attakki vjolenti tal-pulizija fuq dimostranti u studenti. Bħala Kmandant tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh kien l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak f’Diċembru 2009.

    12.4.2011

    12.

    SAJEDI-NIA Hossein

    Sess: raġel

    Viċi Kmandant tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta’ Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

    12.4.2011

    13.

    TAEB Hossein

    Post tat-twelid: Tehran (Iran) –

    Data tat-twelid: 1963

    Sess: raġel

    Kap tal-organizzazzjoni tal-intelligence tal-IRGC minn Ottubru 2009. Ir-responsabbiltajiet tiegħu ġew estiżi f’Mejju 2019 bil-fużjoni tal-Uffiċċju tal-Viċi tal-Intelligence Strateġika tal-IRGC u l-Organizzazzjoni tal-Intelligence tal-IRGC. Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta’ persuni li pprotestaw b’mod paċifiku.

    12.4.2011

    14.

    SHARIATI Seyeed Hassan

    Sess: raġel

    Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Kap tal-Ġudikatura ta’ Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    15.

    DORRI- NADJAFABADI Ghorban-Ali

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran) –

    Data tat-twelid: 1945

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta’ Markazi (“Ċentrali”) u Kap tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta’ Khatami. Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b’segwitu għall-ewwel protesti ta’ wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat.

    12.4.2011

    16.

    HADDAD Hassan (magħruf ukoll bħala Hassan ZAREH DEHNAVI)

    Sess: raġel

    Eks Viċi Uffiċjal tas-Sikurezza tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat mill-każijiet ta’ detenzjoni relatati mal-kriżijiet ta’ wara l-elezzjoni u hedded lill-familji tad-detenuti regolarment biex isikkithom. Kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni liċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    17.

    SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad

    Sess: raġel

    Kap tal-Organizzazzjoni għall-Propaganda Iżlamika fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sal-2013. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    18.

    HEYDARIFAR Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Eks imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta’ persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-ġudikatura dwar abbużi ta’ Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    19.

    JAFARI- DOLATABADI Abbas

    Post tat-twelid: Yazd (Iran) —

    Data tat-twelid: 1953

    Sess: raġel

    Eks prosekutur Ġenerali ta’ Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta’ Dolatabadi akkuża numru kbir ta’ persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta’ Karroubi f’ Settembru 2009 u l-arrest ta’ diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f’Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bl-akkuża tal-Muharebeh, jew mibegħda kontra Alla, li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-midja, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika.

    F’Ottubru 2018 huwa ħabbar lill-media li erba’ attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bit-“trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja”, akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt.

    12.4.2011

    20.

    MOGHISSEH Mohammad (magħruf ukoll bħala NASSERIAN)

    Sess: raġel

    Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta’ membri tal-komunità Bahai. Kien responsabbli għal każijiet ta’ wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi pieni tal-mewt għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

    12.4.2011

    21.

    MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

    Post tat-twelid: Ejiyeh –

    Data tat-twelid: madwar 1956

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza. Prosekutur Ġenerali għall-Iran minn Settembru 2009 u Viċi Kap u kelliem għall-Ġudikatura. Eks Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjonijiet tal-2009. Waqt li kien Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni, tortura u l-akkwist ta’ stqarrijiet foloz bl-użu ta’ pressjoni mingħand mijiet ta’ attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjonijiet insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta’ membri tal-familja.

    12.4.2011

    22.

    MORTAZAVI Said

    Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) –

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta’ mijiet ta’ attivisti, ġurnalisti u studenti. F’Jannar 2010 investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta’ tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f’Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie liberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta’ Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta’ tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009.

    12.4.2011

    23.

    PIR-ABASSI Abbas

    Sess: raġel

    Maġistrat ta’ Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta’ wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

    12.4.2011

    24.

    MORTAZAVI Amir

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Viċi Prosekutur ta’ Mashhad sa mill-inqas 2015. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    25.

    SALAVATI Abdolghassem

    Sess: raġel

    Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta’ Tehran. Inkarigat bil-każijiet ta’ wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta’ priġunerija fit-tul.

    Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr osservanza adatta tal-proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    26.

    SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar)

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

    12.4.2011

    27.

    ZARGAR Ahmad

    Sess: raġel

    Imħallef fil-tieni Fergħa tal-Qorti Speċjali tal-Korruzzjoni Ekonomika. Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Eks Imħallef, Qorti tal-Appell ta’ Tehran, fergħa 36.

    Huwa kkonferma mandati ta’ priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

    12.4.2011

    28.

    YASAGHI Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tal-44 taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Mashhad (2001-2011). Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa (sa 550 bejn is-sajf tal-2009 u s-sajf tal-2011), inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    29.

    BOZORGNIA Mostafa

    Sess: raġel

    Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta’ Evin. F’diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

    12.4.2011

    30.

    ESMAILI Gholam-Hossein

    Sess: raġel

    Kelliem tal-ġudikatura minn April 2019. Eks Kap tal-ġudikatura ta’ Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F’din il-kariga, huwa kien kompliċi fid-detenzjoni massiva ta’ persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għal ħabi ta’ abbużi mwettqa fis-sistema ta’ priġunerija.

    12.4.2011

    31

    SEDAQAT (magħruf ukoll bħala Sedaghat) Farajollah

    Sess: raġel

    Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabs f’Tehran. Kap tal-ħabs ta’ Evin, Tehran sa Ottubru 2010 fejn matul dan iż-żmien wettaq torturi. Huwa kien gwardjan, u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

    12.4.2011

    32.

    ZANJIREI Mohammad-Ali

    Sess: raġel

    Bħala Konsulent għoli għall-Kap, u Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-priġunieri. Amministra sistema li fiha l-priġunieri batew minn abbuż, tortura u trattament inuman/degradanti u tqiegħdu f’kondizzjonijiet ta’ għajxien ħżiena ħafna.

    12.4.2011

    33.

    ABBASZADEH- MESHKINI Mahmoud

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iran. Eks segretarju tal-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta’ Ilam. Eks direttur politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta’ Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta’ dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta’ partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta’ żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma’ Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta’ Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 ’il quddiem huwa rrifjuta b’mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b’hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta’ dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta’ assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    34.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

    Sess: raġel

    Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala: Kwartieri Ġenerali tal-Anti-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta’ Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta’ forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-pulizija ta’ Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f’dormitorji universitarji f’Tehran f’Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Attwalment kap tal-pulizija ferrovjarja.

    10.10.2011

    35.

    AKHARIAN Hassan

    Sess: raġel

    Gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta’ Radjaishahr, Karadj sa Lulju 2010. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu ta’ tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta’ detenut irrappurtat fil-ħabs ta’ Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b’dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tat-trattament ħażin u l-mewt ta’ detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta’ Akharian. Beikvand miet f’Settembru 2010. Priġunieri oħra jiddikjaraw b’mod kredibbli li nqatel fuq struzzjonijiet ta’ Hassan Akharian.

    10.10.2011

    36.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

    Sess: raġel

    Ministru għall-Ġustizzja. Eks Direttur tal-uffiċċju ta’ investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 il-viċi Ministru għall-Intern u l-kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta’ Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta’ Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    37.

    BANESHI Jaber

    Sess: raġel

    Kap tal-Fergħa 22 tal-Qorti tal-Appell ta’ Shiraz minn Novembru 2011. Prosekutur ta’ Shiraz sa Ottubru 2011. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta’ Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni oħra bla konnessjoni. Huwa għamel akkużi li jġorru l-piena tal-mewt u pieni severi oħra fuq minoranzi, b’tali mod li jikkostitwixxu, fost l-oħrajn, ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom għal proċess ġust u l-libertà minn detenzjoni arbitrarja.

    10.10.2011

    38.

    FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

    Post tat-twelid: Mashhad.

    Data tat-twelid: 3.2.1951

    Sess: raġel

    Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-1989 sal-2016), huwa kien l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki militari kollha, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Fl-2009, il-forzi taħt il-katina ta’ kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

    Attwalment konsulent militari għall-Mexxej Suprem u membru tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta’ Espedjenza.

    10.10.2011

    39.

    GANJI Mostafa Barzegar

    Sess: raġel

    Prosekutur Ġenerali ta’ Qom (2008-2017), issa kap tad-direttorat ġenerali għall-ħabsijiet. Huwa kien responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta’ bosta offensuri f’Qom. Huwa kien kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2009/2010.

    10.10.2011

    40.

    HABIBI Mohammad Reza

    Sess: raġel

    Avukat Ġenerali ta’ Isfahan. Eks kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f’Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta’ Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi, li ngħata l-mewt f’Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema’ u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f’Marzu 2010. Għaldaqstant huwa kien kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2011.

    10.10.2011

    41.

    HEJAZI Mohammad

    Post tat-twelid: Ispahan

    Data tat-twelid: 1956

    Sess: raġel

    Ġeneral tal-IRGC, kellu rwol ewlieni fl-intimidazzjoni u t-theddid tal-“għedewwa” tal-Iran. Eks Kap tal-Korpi ta’ Sarollah tal-IRGC f’Tehran, u dak li qabel kien il-Kap tal-Forzi ta’ Basij, kellu rwol ċentrali fir-repressjoni ta’ wara l-elezzjoni fuq persuni li pprotestaw fl-2009.

    10.10.2011

    ▼M7 —————

    ▼M13

    43.

    JAVANI Yadollah

    Sess: raġel

    Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b’appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu għall-arrest ta’ Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta’ tekniki li jiksru d-drittijiet għal proċess ġust fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. Il-provi jindikaw ukoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x’aktarx li kien jaf bl-użu ta’ tekniki ħorox ta’ interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati.

    10.10.2011

    44.

    JAZAYERI Massoud

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Fi ħdan il-persunal militari konġunt tal-Forzi Armati tal-Iran, il-Brigadier Ġenerali Massaud Jazayeri kien id-deputat kap tal-persunal għall-affarijiet kulturali u tal-midja (magħruf wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat). Huwa kkollabora b’mod attiv fir-ripressjoni tal-protesti tal-2009 bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f’intervista f’Kayhan li ħafna dimostranti ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun.

    Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta’ kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma’ sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

    10.10.2011

    45.

    JOKAR Mohammad Saleh

    Sess: raġel

    Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni. Mill-2011 sal-2016 deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Yazd u Membru tal-Kumitat parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta’ Basij.

    F’dan ir-rwol huwa kien involut b’mod attiv fis-soppressjoni tal-protesti u l-indottrinazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ħsieb li jkompli bis-soppressjoni tal-libertà tal-espressjoni u ta’ min ma jaqbilx. Bħala membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija huwa appoġġa pubblikament is-soppressjoni tal-oppożizzjoni għall-gvern.

    10.10.2011

    46.

    KAMALIAN Behrouz

    (Magħruf ukoll bħala: Hackers Brain, Behrooz_Ice)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1983

    Sess: raġel

    Kap taċ-ċibergrupp “Ashiyaneh” b’rabta mar-reġim Iranjan. Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Il-ħidma tal-organizzazzjoni Ashiyaneh ta’ Kamalian assistiet lir-reġim fir-repressjoni tal-oppożizzjoni li kienet tinvolvi ħafna ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

    10.10.2011

    47.

    KHALILOLLAHI Moussa (magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil)

    Sess: raġel

    Prosekutur ta’ Tabriz. Huwa kien involut fil-każ ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

    10.10.2011

    48.

    MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-twelid: 1959/60

    Sess: raġel

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u membru attwali tal-Kunsill ta’ Espedjenza u Viċi Kap tal-Front ta’ Perseveranza. Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fl-14 ta’ Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta’ taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b’mod sever fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta’ Mahsouli.

    10.10.2011

    49.

    MALEKI Mojtaba

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta’ Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta’ Kermanshah. Kellu rwol fl-għadd kbir ta’ pieni tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta’ seba’ priġunieri misjuba ħatja ta’ traffikar ta’ drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta’ Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta’ Kermanshah.

    10.10.2011

    50.

    OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza)

    Sess: raġel

    Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Kien responsabbli għal eluf ta’ investigazzjonijiet u akkużi ta’ riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa kien responsabbli għal ksur gravi ta’ drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta’ persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni matul u wara l-Moviment Aħdar tal-2009.

    10.10.2011

    51.

    SALARKIA Mahmoud

    Sess: raġel

    Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta’ Tehran “Persepolis”

    Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta’ Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009. Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati kienu, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f’iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta’ żmien li jvarja, spiss f’kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma ġewx avżati bl-arrest. Attwalment jaħdem bħala avukat.

    10.10.2011

    52.

    KHODAEI SOURI Hojatollah

    Post tat-twelid: Selseleh (Iran) —

    Data tat-twelid: 1964

    Sess: raġel

    Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà. Kap tal-ħabs ta’ Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta’ Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f’oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

    10.10.2011

    53.

    TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

    Sess: raġel

    Sindku ta’ Eslamshahr. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta’ Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F’Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta’ wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    54.

    TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan

    Data tat-twelid: 1959

    Sess: raġel

    Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta’ Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta’ repressjoni li saru mill-IRGC fil-provinċja ta’ Tehran, inkluż ir-repressjoni ta’ protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f’Khajeh Nasireddin Tusi.

    10.10.2011

    55.

    ZEBHI Hossein

    Sess: raġel

    L-Ewwel Viċi Konsulent għall-Ġudikatura u Mħallef tal-Qorti Suprema. Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran (2007-2015). F’dan ir-rwol huwa kien responsabbli mill-każijiet ġudizzjarji li tressqu wara l-protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009 li twettqu bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. F’dan ir-rwol ukoll huwa appoġġa l-kastigi eċċessivi għal reati ta’ drogi.

    10.10.2011

    56.

    BAHRAMI Mohammad- Kazem

    Sess: raġel

    Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva. Huwa kien kompliċi fir-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi fl-2009 bħala kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

    10.10.2011

    57.

    HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1948

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta’ Tehran. Matul il-ħidma tiegħu għall-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f’diversi kawżi ta’ proċess kontra d-dimostranti, b’mod partikolari dik ta’ Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f’Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu.

    10.10.2011

    58.

    BAGHERI Mohammad- Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema minn Diċembru 2015. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li rrikonoxxa, f’Ġunju 2011, 140 eżekuzzjoni għal reati li jġorru l-piena tal-mewt bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perijodu u fl-istess provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu, li jikkontribwixxi għal għadd kbir ta’ pieni tal-mewt.

    10.10.2011

    59.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashhad (Iran)

    Data tat-twelid: 1952

    Sess: raġel

    President tal-Fondazzjoni għall-Għajnuna Imam Khomeini (minn Lulju 2019). Eks viċi kustodju tas-Santwarju ta’ Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta’ priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta’ qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

    10.10.2011

    60.

    HOSSEINI Dr Mohammad (Magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

    Data tat-twelid: 1961

    Sess: raġel

    Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti

    10.10.2011

    61.

    MOSLEHI Heydar (magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-twelid: 1956

    Sess: raġel

    Rappreżentant tal-Bureau Ideoloġiku-Politiku tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-2018). Eks konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta’ detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta’ dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta’ Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta’ oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence ssoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali.

    10.10.2011

    62.

    ZARGHAMI Ezzatollah

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 22 ta’ Lulju 1959

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta’ detenuti u serje ta’ “proċessi finta” f’Awwissu 2009 u f’Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut.

    23.3.2012

    63.

    TAGHIPOUR Reza

    Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

    Data tat-twelid: 1957

    Sess: raġel

    Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

    Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta’ kull tip ta’ komunikazzjoni (b’mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta’ detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F’diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati u l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità.

    23.3.2012

    64.

    KAZEMI Toraj

    Sess: raġel

    Kap tad-diviżjoni ta’ Greater Tehran tal-Pulizija Ċibernetika ddeżinjata mill-UE. F’din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta’ hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti “perikolużi”.

    23.3.2012

    65.

    LARIJANI Sadeq

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

    Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961

    Sess: raġel

    Nominat Kap tal-Kunsill ta’ Espedjenza fid-29 ta’ Diċembru 2018. Kap tal-Ġudikatura mill-2009. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (tpattija), hodoud (reat kontra Alla) u ta’zirat (reati kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F’dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta’ piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta’ minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta’ eluf ta’ nies. Għalhekk, huwa kkontribwixxa għal għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta’ kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċidu f’għajnejn l-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta’ priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust.

    23.3.2012

    66.

    MIRHEJAZI Ali

    Sess: raġel

    Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli mit-tfassil tas-soppressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009, u assoċjat ma’ dawk responsabbli sabiex joħonqu l-protesti.

    23.3.2012

    67.

    SAEEDI Ali

    Sess: raġel

    Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta’ din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta’ trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta’ repressjoni tal-Pasdaran.

    23.3.2012

    68.

    RAMIN Mohammad-Ali

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 1954

    Sess: raġel

    Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli biex jorganizza f’isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta’ bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti.

    23.3.2012

    69.

    MORTAZAVI Seyyed Solat

    Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) - (Iran)-

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Sa Novembru 2019 Direttur tal-fergħa ta’ Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment iseħħu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F’din il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi repressjoni ta’ persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

    23.3.2012

    ▼M7 —————

    ▼M8 —————

    ▼M7 —————

    ▼M13

    73.

    FAHRADI Ali

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ Tehran. Eks prosekutur ta’ Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn ingħatat il-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta’ Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

    23.3.2012

    74.

    ►C2  REZVANMA-NESH Ali ◄

    Sess: raġel

    Viċi prosekutur fil-provinċja ta’ Karaj, reġjun ta’ Alborz. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta’ persuna minorenni.

    23.3.2012

    75.

    RAMEZANI Gholamhossein

    Sess: raġel

    Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma’ dawk responsabbli għall-arresti ta’ bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta’ protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009.

    23.3.2012

    76.

    SADEGHI Mohamed

    Sess: raġel

    Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta’ analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta’ bloggers/ġurnalisti.

    23.3.2012

    77.

    JAFARI Reza

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2012. Membru tal-“Kumitat għad-Determinazzjoni tal-Kontenut Kriminali fuq il-Web”, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta’ espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta’ ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.

    23.3.2012

    78.

    RESHTE-AHMADI Bahram

    Sess: raġel

    Imħallef ta’ qorti ordinarja tat-Tramuntana ta’ Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f’Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta’ Tehran. Eks Viċi Prosekutur f’Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta’ Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta’ drittijiet, inkluż drittijiet ta’ żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

    23.3.2012

    79.

    RASHIDI AGHDAM Ali Ashraf

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Ħabs ta’ Evin, maħtur f’nofs l-2012. Matul il-kariga tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F’Ottubru 2012, disa’ priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

    12.3.2013

    80.

    KIASATI Morteza

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 4, li kkundanna għall-mewt erba’ priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tliet aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Saret referenza għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta’ proċess korrett f’rapport tat-13 ta’ Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta’ Awwissu 2012.

    12.3.2013

    81.

    MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha’bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta’ Marzu 2012 għal “attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali” u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta’ Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

    12.3.2013

    82.

    SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

    Post tat-twelid: Tehran

    Data tat-twelid: madwar 1963

    Post ta’ Residenza: Tehran

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) (2014-2016). Eks Kap ta’ IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma’ IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inkluż dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta’ kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta’ Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta’ proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    83.

    JAFARI Asadollah

    Sess: raġel

    Bħala l-Prosekutur tal-Provinċja ta’ Mazandaran, Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f’każijiet li kien ipprosegwa, li rriżulta f’ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi u f’ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta’ Baha’i minn arrest inizjali saż-żamma tagħhom f’iżolament fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-Intelligence.

    12.3.2013

    84.

    EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

    Post tat-twelid: Hamedan

    Data tat-twelid: madwar 1973

    Post tar-residenza: Tehran

    Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

    Sess: raġel

    Direttur ta’ Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta’ Press TV.

    Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta’ drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta’ konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    85.

    HAMLBAR Rahim

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta’ għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f’Awwissu 2012) li tahom kundanni ta’ ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f’assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.”

    12.3.2013

    86.

    MUSAVI- TABAR Seyyed Reza

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta’ Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha’i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta’ Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha’i Raha Sabet għal tliet snin f’iżolament.

    12.3.2013

    87.

    KHORAMABADI Abdolsamad

    Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”.

    Sess: raġel

    Viċi Direttur għas-Sorveljanza Ġudizzjarja (mit-13 ta’ Ottubru 2018). Eks Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta’ għadd ta’ kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Huwa responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta’ diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta’ NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f’detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f’Novembru 2012. B’hekk il-Kummissjoni li qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

    12.3.2013

    ▼M4



    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    ▼M11

    1.

    Pulizija Ċibernetika

    Post: Tehran, Iran Sit web: http://www.cyberpolice.ir

    Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f'Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, li minn meta bdiet sa kmieni fl-2015 kienet immexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta' protesta li użaw in-netwerks soċjali bbażati fuq l-internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F'Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-internet cafés, li jeżiġu li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b'ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

    F'Ġunju 2012, il-mezzi ta' komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta' Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook”. Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta' Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika.

    12.3.2013

    ▼M2




    ANNESS II

    Siti tal-internet għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    ▼M12

    IL-BELĠJU

    https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties

    https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions

    https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

    Il-BULGARIJA

    https://www.mfa.bg/en/101

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

    IL-ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

    L-ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

    L-IRLANDA

    http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

    IL-GREĊJA

    http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

    IL-KROAZJA

    http://www.mvep.hr/sankcije

    L-ITALJA

    https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    IL-LUSSEMBURGU

    https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html

    L-UNGERIJA

    http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf

    MALTA

    https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx

    IN-NETHERLANDS

    https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

    L-AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

    IL-POLONJA

    https://www.gov.pl/web/dyplomacja

    IL-PORTUGALL

    http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548IS

    IS-SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

    IS-SLOVAKKJA

    https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

    IL-FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

    L-IŻVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

    IR-RENJU UNIT

    https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

    EEAS 07/99

    B-1049 Brussels, Belgium

    Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

    ▼M2




    ANNESS III

    Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a

    1. 

    Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

    1.1 

    Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-LM 1 u l-LM 2 tal-Lista Militari Komuni;

    1.2 

    Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    1.3 

    Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    2. 

    Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    3. 

    Vetturi kif ġej:

    3.1 

    Vejikoli mgħammra b’kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

    3.2 

    Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

    3.3 

    Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta' kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

    3.4 

    Vejikoli ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

    3.5 

    Vetturi mfassla speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

    3.6 

    Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

    Nota 1   Dan l-oġġett ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament imfassla għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

    Nota 2   Għall-finijiet tal-punt 3.5 t-terminu "vetturi" jinkludi l-karrijiet.

    4. 

    Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

    4.1 

    Tagħmir u apparat imfassla speċifikament biex iqabbad splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti mfassla speċifikament għalihom; minbarra dawk imfassla speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

    4.2 

    Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

    4.3 

    Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

    a. 

    amatol;

    b. 

    nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

    c. 

    nitroglikol;

    d. 

    tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

    e. 

    klorur tal-pikril;

    f. 

    2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

    5. 

    Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

    5.1 

    Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

    5.2 

    Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

    Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

    — 
    tagħmir imfassal speċifikament għal attivitajiet sportivi;
    — 
    tagħmir imfassal speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.
    6. 

    Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.

    7. 

    Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    8. 

    Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

    9. 

    Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

    10. 

    Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

    11. 

    Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.




    ANNESS IV

    It-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer imsemmija fl-Artikoli 1b u 1c

    Nota Ġenerali

    Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa mhux ser japplika għal:

    (a) 

    tagħmir, teknoloġija jew softwer li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 ( 1 ) jew il-Lista Militari Komuni; jew

    (b) 

    softwer li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

    (i) 

    tranżazzjonijiet mhux regolati (over the counter);

    (ii) 

    tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bil-posta;

    (iii) 

    tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

    (iv) 

    tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefon; jew

    (c) 

    softwer li huwa fid-dominju pubbliku.

    Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.

    It-“tagħmir, teknoloġija u softwer” imsemmija fl-Artikolu 1b huwa:

    A. 

    Lista ta' tagħmir

    — 
    tagħmir għall-ispezzjoni tal-pakketti fil-fond
    — 
    tagħmir ta' Interċettar ta' Netwerk li jinkludu Tagħmir ta' Ġestjoni tal-Interċettar (IMS) u tagħmir ta' Data Retention Link Intelligence
    — 
    tagħmir ta' sorveljanza tal-Frekwenzi tar-Radju
    — 
    tagħmir ta' ġġammjar ta' Netwerks u Satelliti
    — 
    tagħmir ta' Infettar Telekomandat
    — 
    tagħmir ta' għarfien/ipproċessar tal-kelliem
    — 
    tagħmir ta’ interċettar u sorveljanza IMSI ( 2 ), MSIDN ( 3 ), IMEI ( 4 ), TMSI ( 5 )
    — 
    tagħmir tattiku ta’ interċettar u sorveljanza SMS ( 6 )/GSM ( 7 )/GPS ( 8 )/GPRS ( 9 )/UMTS ( 10 )/CDMA ( 11 )/PSTN ( 12 )
    — 
    tagħmir ta’ interċettar u sorveljanza tal-informazzjoni DHCP ( 13 ), SMTP ( 14 ), GTP ( 15 )
    — 
    tagħmir ta' għarfien ta' xejriet u klassifikazzjoni ta' xejriet
    — 
    tagħmir forensiku minn distanza
    — 
    tagħmir ta' inġenji għall-ipproċessar semantiku
    — 
    tagħmir ta' tiftix u ta' dekodifikazzjoni WEP u WPA
    — 
    tagħmir ta' interċettar għall-protokolli proprjetarji u standard tal-VoIP
    B. 

    Mhux użati

    C. 

    Mhux użati

    D. 

    "Softwer" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

    E. 

    "Teknoloġija" għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew l"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

    Tagħmir, teknoloġija u softwer li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.

    Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk.



    ( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

    ( 2 ) IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa kodiċi uniku ta' identifikazzjoni għal kull tagħmir ta' telefonija mobbli, integrat fis-SIM card u li jippermetti l-identifikar ta' tali SIM permezz ta' netwerks ta' GSM u UMTS.

    ( 3 ) MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru li jidentifika b'mod uniku abbonament f'netwerk ta' telefonija mobbli GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.

    ( 4 ) IMEI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa numru, normalment uniku li jidentifika t-telefon mobbli GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll ċerti telefons satellitari. Normalment ikun ipprintjat ġol-kompartiment tal-batterija tat-telefon. L-interċettar (interċettar tal-linji telefoniċi) jista' jiġi speċifikat min-numru IMEI tiegħu kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.

    ( 5 ) TMSI tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.

    ( 6 ) SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).

    ( 7 ) GSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).

    ( 8 ) GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).

    ( 9 ) GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).

    ( 10 ) UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).

    ( 11 ) CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).

    ( 12 ) PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).

    ( 13 ) DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).

    ( 14 ) SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).

    ( 15 ) GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.

    Top