Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0359-20120324

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 tat- 12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/359/2012-03-24

    2011R0359 — MT — 24.03.2012 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 359/2011

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    (ĠU L 100, 14.4.2011, p.1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1002/2011 tal-10 ta' Ottubru 2011

      L 267

    1

    12.10.2011

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 264/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012

      L 87

    26

    24.3.2012




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 359/2011

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran



    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran ( 1 ), adotatti skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2011/235/PESK tipprovdi għall-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Dawk il-persuni u entitajiet huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni.

    (2)

    Il-miżuri restrittivi għandhom ikunu diretti lejn persuni kompliċi jew responsabbli għall-ordni jew l-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul it-trażżin ta’ dimostraturi paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jesprimu ruħhom b’difiża għad-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż l-libertà tal-espressjoni, kif ukoll persuni kompliċi jew responsabbli għall-ordni jew l-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-dritt għal proċess xieraq, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti, u l-applikazzjoni indiskriminata, eċċessiva u li qed tiżdied tal-piena tal-mewt, inklużi l-eżekuzzjonijiet pubbliċi, it-taħġir, it-tagħliq jew l-eżekuzzjonijiet ta’ delinkwenti minorenni bi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Iran rigward id-drittijiet tal-bniedem.

    (3)

    Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4)

    Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet.

    (5)

    Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika fl-Iran u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emenda u r-rieżami tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/235/PESK.

    (6)

    Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi nominati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif adatt.

    (7)

    Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati, skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data ( 2 ) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 3 ).

    (8)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, inklużi iżda mhux limitati għal:

    (i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders (ordni tal-flus) u strumenti oħra ta’ pagament;

    (ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

    (iii) titoli ta’ sigurtà u titoli ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi titoli ta’ fondi u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli ta’ sigurtà, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

    (iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew iġġenerat minnhom;

    (v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;

    (vi) ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

    (vii) dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

    (b) “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-lok, id-dritt tal-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portafoll;

    (c) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

    (d) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitat għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

    (e) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

    ▼M2

    Artikolu 1a

    Għandu jiġi pprojbit:

    (a) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (b) li jkunu pprovduti, direttament jew indirettament, assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (c) li jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali oġġetti, jew għal kwalunkwe forniment ta’ assistenza teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (d) il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a),(b) u (c).

    Artikolu 1b

    1.  Huwa pprojbit li wieħed ibigħ, iforni, jittrasferixxi jew jesporta, b'mod dirett jew b'mod indirett, tagħmir, teknoloġija jew softwer identifikata fl-Anness IV, kemm jekk joriġina jew le mill-Unjoni, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikat fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk dawn ikollhom raġunijiet validi biex jiddeterminaw li t-tagħmir, it-teknoloġija jew is-softwer inkwistjoni se jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni, mill-gvern Iranjan, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji jew kwalunkwe persuna jew entità li topera jew f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, tal-komunikazzjoni tat-telefon jew tal-internet fl-Iran.

    3.  L-Anness IV għandu jinkludi tagħmir, teknoloġija jew softwer li jistgħu jintużaw għas-sorveljanza jew għall-interċettazzjoni tal-komunikazzjoni tal-internet jew tat-telefon.

    4.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu, fi żmien erba' ġimgħat wara l-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 1c

    1.  Għandu jiġi pprojbit:

    (a) il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mat-tagħmir, mat-teknoloġija jew mas-softwer identifikati fl-Anness IV, jew relatati mal-provvediment, mal-manifattura, maż-żamma u mal-użu tat-tagħmir u t-teknoloġija identifikati fl-Anness IV jew mal-provvediment, mal-installazzjoni, mal-operat jew mal-aġġornar ta' kwalunkwe softwer identifikati fl-Anness IV, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (b) il-provvediment, b'mod dirett jew b'mod indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mat-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer identifikati fl-Anness IV, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran;

    (c) il-provvediment ta' kwalunkwe servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet ta' kwalunkwe tip lil, jew għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’, l-gvern tal-Iran, korpi pubbliċi, korporazzjonijiet jew aġenziji tiegħu jew kwalunkwe persuna jew entità li jkunu qed joperaw f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom; kif ukoll

    (d) il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u b'mod intenzjonat, fi kwalunkwe attività li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) (b) jew (c) ta' hawn fuq;

    sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti, kif identifikata fis-siti tal-internet imsemmija fl-Anness II, ma tkunx tat awtorizzazzjoni minn qabel, fuq il-bażi kif stabbilit fl-Artikolu 1b(2).

    2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), “servizzi ta' sorveljanza jew ta' interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni jew tal-internet” tfisser dawk is-servizzi li jipprovdu, b'mod partikolari bl-użu ta' tagħmir, teknoloġija jew softwer kif identifikat fl-Anness IV, aċċess għal u twassil tad-dejta assoċjata ma' telekomunikazzjoni dieħla jew ħierġa u dejta assoċjata mat-telefonati għall-finijiet tal-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-ħżin tagħha jew kwalunkwe attività relatata oħra.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati.

    2.  L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom direttament jew indirettament.

    3.  Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, l-evitar tal-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

    Artikolu 3

    1.  L-Anness I għandu jikkonsisti minn lista ta’ persuni li, f’konformità mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala responsabbli tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

    2.  L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati fil-lista.

    3.  L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 4

    1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness II jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li huma adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

    (a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

    (b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew il-ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

    (d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li f’dan il-każ li l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    2.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 5

    1.  B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

    (a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

    (b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni ser jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b’din il-garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

    (c) il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

    (d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

    2.  L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 6

    1.  L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew elenkati fl-Anness I,

    dment li kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħrjan ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

    2.  L-Artikolu 2(2) m’għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar transazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

    Artikolu 7

    B’deroga mill-Artikolu 2, u dment li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew obbligu li nħoloq mill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu nnominati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li:

    (i) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

    (ii) il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2); u

    (b) l-Istat Membru kkonċernat, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

    Artikolu 8

    1.  L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jsiru disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, magħmul in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni hi konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta’ negliġenza.

    2.  Il-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

    Artikolu 9

    1.  Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

    (a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fil-websajts elenkati fl-AnnessII, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

    (b) jikkoperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti f’kull verifika ta’ din l-informazzjoni.

    2.  Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

    Artikolu 10

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni u għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

    Artikolu 11

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

    Artikolu 12

    1.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness I kif adatt.

    2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

    3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif adatt.

    4.  Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

    Artikolu 13

    1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

    Artikolu 14

    F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

    Artikolu 15

    Dan ir-Regolament għandu japplika:

    (a) fit-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

    (b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

    (c) għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

    (d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

    (e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, b’mod sħiħ jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni.

    Artikolu 16

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)



    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    AHMADI-MOQADDAM Esmail

    Post tat-twelid: Teħeran (Iran) - Data tat-twelid: 1961

    Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Teħeran fil-15 ta' Ġunju 2009.

     

    2.

    ALLAHKARAM Hossein

     

    Kap tal-Ansar-e Hezbollah u Kurunell fl-IRGC Huwa kien ko-fondatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għall-vjolenza eċċessiva waqt ir-repressjoni kontra l-istudenti u l-universitajiet fl-1999, l-2002 u fl-2009.

     

    3.

    ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

     

    Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

    Huwa kellu responsabblità diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

     

    4.

    FAZLI Ali

     

    Viċi Kmandant tal-Basij, ex Kap tal-Korpi Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta' Teħeran (sa Frar 2010). Il-Korpi Seyyed al-Shohada huma inkarigati bis-sigurtà fil-provinċja ta' Teħeran u kellhom rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta' dawk li pprotestaw fl-2009.

     

    5.

    HAMEDANI Hossein

     

    Kap tal-Korpi Rassoulollah tal-IRGC inkarigat minn Greater Tehran minn Novembru 2009. Il-Korpi Rassoulollah huma inkarigati mis-sigurtà fi Greater Tehran u kellhom rwol prinċipali fit-trażżin vjolenti ta' persuni li ħadu sehem fi protesti fl-2009. Responsabbli għar-repressjoni tal-protesti matul l-avvenimenti ta' Ashura (Diċembru 2009) u sa issa.

     

    6.

    JAFARI Mohammad-Ali

    (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

    Post tat-twelid: Yazd (Iran) - Data tat-twelid: 1.9.1957

    Kmandant Ġeneral tal-IRGC. L-IRGC u l-Bażi ta' Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Aziz Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta' attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

     

    7.

    KHALILI Ali

     

    Ġeneral tal-IRGC, Kap tat-Taqsima Medika fil-Bażi ta' Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew records mediċi lil persuni li ndarbu jew ġew ospitalizzati matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

     

    8.

    MOTLAGH Bahram Hosseini

     

    Kap tal-Korpi ta' Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta' Teħeran. Il-Korpi ta' Seyyed al-Shohada kellhom rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti.

     

    9.

    NAQDI Mohammad-Reza

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq) – Data tat-twelid: Madwar 1952

    Kmandant tal-Basij. Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta' madwar 15-il persuna u l-arrest ta' mijiet ta' persuni li pprotestaw.

    Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f'Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta' dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

     

    10.

    RADAN Ahmad-Reza

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran) - Data tat-twelid:1963

    Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta' persuni li ħadu sehem fi protesti, imwettqa mill-forzi tal-pulizja.

     

    11.

    RAJABZADEH Azizollah

     

    Ex Kap tal-Pulizija ta' Teħeran (sa Jannar 2010). Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-aktar kariga għolja fil-kawża tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

     

    12.

    SAJEDI-NIA Hossein

     

    Kap tal-Pulizija ta' Teħeran, ex Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat, mill-Ministeru tal-Intern, bil-koordinazzjoni ta' operazzjonijiet ta' repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

     

    13.

    TAEB Hossein

    Post tat-twelid: Teħeran - Data tat-twelid: 1963

    Ex Kmandant tal-Basij (sa Ottubru 2009). Fil-preżent viċi kmandant tal-IRGC għall-Intelligence. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta' persuni li pprotestaw b'mod paċifiku.

     

    14.

    SHARIATI Seyeed Hassan

     

    Kap tal-Ġudikatura ta' Mashhad. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta' pressjoni u tortura. Peress li sentenzi ta' eżekuzzjoni nħarġu bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

     

    15.

    DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran) - Data tat-Twelid: 1945

    Ex Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009 (ex Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta' Khatami). Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b'segwitu għall-ewwel protesti ta' wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkuzati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, avukat. Huwa responsabbli wkoll għall-abbużi ta' Kahrizak.

     

    16.

    HADDAD Hassan

    (magħruf ukoll bħala Hassan ZAREH DEHNAVI)

     

    Imħallef, Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran, fergħa 26. Huwa kien inkarigat mill-każijiet tad-detenuti relatati mal-kriżijiet ta' wara l-elezzjoni u hedded regolarment familji ta' detenuti sabiex jissilenzjahom. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta' ordnijiet ta' detenzjoni għaċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

     

    17.

    Hodjatoleslam Seyed Mohammad SOLTANI

     

    Imħallef, Qorti Revoluzzjonarja ta' Mashhad, Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li sentenzi ta' eżekuzzjoni nħarġu bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

     

    18.

    HEYDARIFAR Ali-Akbar

     

    Imħallef, Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta' persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-Ġudikatura dwar atroċitajiet ta' Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta' ordnijiet ta' detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

     

    19.

    JAFARI-DOLATABADI Abbas

     

    Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran minn Awwissu 2009. L-uffiċċju ta' Dolatabadi akkuża numru kbir ta' persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta' Karroubi f' Settembru 2009 u l-arrest ta' diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f'Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bl-akkuża tal-Muharebeh, jew mibegħda kontra Alla, li ġġorr sentenza kapitali, u caħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaccjaw sentenza kapitali. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittjitiet tal-bniedem, u membri tal-midja, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika.

     

    20.

    MOGHISSEH Mohammad

    (magħruf ukoll bħala NASSERIAN)

     

    Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran, fergħa 28. Huwa inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta' priġunierija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi sentenzi kapitali għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

     

    21.

    MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

    Post tat-twelid: Ejiyeh - Data tat-twelid: madwar 1956

    Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 u kelliem għall-Ġudikatura (ex Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjonijiet tal-2009). Waqt li kien Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjoni, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni, tortura u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz bl-użu ta' pressjoni mingħand mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u riformisti politiċi. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjonijiet insapportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta' membri tal-familja.

     

    22.

    MORTAZAVI Said

    Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) - Data tat-twelid: 1967

    Kap tat-Task Force tal-Iran kontra l-Kuntrabandu, ex Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' tliet irġiel miżmuma fuq l-ordinijiet tiegħu wara l-elezzjoni.

     

    23.

    PIR-ABASSI Abbas

     

    Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran, fergħat 26 u 28. Huwa inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta' priġunierija fit-tul matul il-proċessi inġusti kontra attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali għal persuni li pprotestaw.

     

    24.

    MORTAZAVI Amir

     

    Viċi Prosekutur ta' Mashhad. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li sentenzi ta' eżekuzzjoni nħarġu bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

     

    25.

    SALAVATI Abdolghassem

     

    Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran, fergħa 15. Inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.

     

    26.

    SHARIFI Malek Adjar

     

    Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Huwa kien responsabbli għll-proċess ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

     

    27.

    ZARGAR Ahmad

     

    Imħallef, Qorti ta' Appell ta' Teħeran, fergħa 36. Huwa kkonferma mandati ta' priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

     

    28.

    YASAGHI Ali-Akbar

     

    Imħallef, Qorti Revoluzzjonarja ta' Mashhad. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li sentenzi ta' eżekuzzjoni nħarġu bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

     

    29.

    BOZORGNIA Mostafa

     

    Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta' Evin. F'diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

     

    30.

    ESMAILI Gholam-Hossein

     

    Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F'din il-kariga, huwa kien kompliċi għad-detenzjoni massiva ta' persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għal ħabi ta' abbużi mwettqa fis-sistema ta' priġunerija.

     

    31.

    SEDAQAT Farajollah

     

    Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabsijiet f'Teħeran - Ex Kap tal-ħabs ta' Evin, Teħeran sa Ottubru 2010, perijodu li matulu twettqet it-tortura. Huwa kien gwardjan u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

     

    32.

    ZANJIREI Mohammad-Ali

     

    Bħala Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-abbużi u ċ-ċaħda tad-drittijiet fiċ-ċentru ta' detenzjoni. Huwa ordna t-trasferiment ta' ħafna ħabsin għal detenzjoni solitarja.

     

    ▼M1

    33.

    ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

     

    Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

    Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi - il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

    Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    34.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

     

    Kmandant tal-Pulizija ta' Teħeran.

    Il-forza tal-pulizija hija responsabbli għall-użu ta' vjolenza extraġudizzjarja fuq suspetti matul l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-qorti, kif irrappurtat minn xhieda tal-Human Rights Watch (HRW).

    Il-pulizija ta' Teħeran kienet implikata fi tfittxijiet fid-dormitorji tal-università ta' Teħeran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Iranjana ta' Majlis, aktar minn 100 student ġie mweġġa' mill-pulizija u Basiji.

    10.10.2011

    35.

    AKHARIAN Hassan

     

    Gwardjan ta' Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj.

    Diversi ex-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri.

    Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

    10.10.2011

    36.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (Magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza)

     

    President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran.

    Bħala President tal-Ġurisdizzjoni ta' Teħeran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    37.

    BANESHI Jaber

     

    Prosekutur ta' Shiraz.

    Huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt billi qata' tużżani ta' sentenzi għall-mewt. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta' Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil diversi opponenti tar-reġim.

    10.10.2011

    38.

    FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Margħuf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

    Post tat-Twelid: Machhad.

    Data tat-Twelid: 3.2.1951

    Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran.

    Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC). L-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu ripressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

    10.10.2011

    39.

    GANJI Mostafa Barzegar

     

    Prosekutur Ġenerali ta' Qom.

    Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

    10.10.2011

    40.

    HABIBI Mohammad Reza

     

    Viċi Prosekutur ta' Isfahan.

    Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn smigħ ġust - bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jiġi proċessat u l-kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul is-smigħ tiegħu f'Marzu 2010.

    Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

    10.10.2011

    41.

    HEJAZI Mohammad

    Post tat-Twelid: Ispahan

    Data tat-Twelid: 1956

    Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Teħeran, dak li qabel kien Kap tal-Forzi ta' Basij.

    Il-Korpi ta' Sarollah kellhom rwol ċentrali fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    Mohammed HEJAZI kien l-awtur ta' ittra mibgħuta lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li pprojbixxiet milli jiġu żvelati dokumenti jew reġistri mediċi ta' kull min indarab jew iddaħħal l-isptar matul l-avvenimenti ta' wara l-elezzjoni, u dan jimplika ħabi.

    10.10.2011

    42.

    HEYDARI Nabiollah

     

    Kap tal-Awtorità tal-Pulizija tal-Ajruport Iranjana.

    Huwa kien strumentali, minn Ġunju 2009, għall-arrest fl-Ajruport Internazzjonali Imam Khomeini ta' dimostraturi Iranjani li kienu qed jippruvaw jitilqu mill-pajjiż wara li bdiet ir-ripressjoni - inkluż ġewwa ż-żona internazzjonali.

    10.10.2011

    43.

    JAVANI Yadollah

     

    Kap tal-Uffiċċju Politiku tal-IRGC.

    Huwa kien wieħed mill-ewwel uffiċjali għoljin li talab għall-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Huwa appoġġja aktar minn darba l-użu ta' vjolenza u tattiċi ta' interrogazzjoni ħorox fuq dimostraturi ta' wara l-elezzjoni (li jiġġustifikaw stqarrijiet irrekordjati għat-televiżjoni) inkluż l-għoti ta' struzzjonijiet għal maltrattament extraġudizzjarju ta' dissidenti permezz ta' pubblikazzjonijiet iċċirkolati lill-IRGC u Basij.

    10.10.2011

    44.

    JAZAYERI Massoud

     

    Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran, responsabbli għall-affarijiet kulturali (magħrufin ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat).

    Huwa kkollabora b'mod attiv fir-ripressjoni bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f'intervista f'Kayhan li ħafna dimostraturi ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta' kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma' sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

    10.10.2011

    45.

    JOKAR Mohammad Saleh

     

    Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

    F'dan ir-rigward huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

    10.10.2011

    46.

    KAMALIAN Behrouz

    Post tat-Twelid: Teħeran

    Data tat-Twelid: 1983

    Kap tal-grupp ċibernetiku marbut mal-IRGC “Ashiyaneh”.

    Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex “jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet”.

    10.10.2011

    47.

    KHALILOLLAHI Moussa (Magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa)

     

    Prosekutur ta' Tabriz.

    Huwa involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u oppona l-ħelsien tagħha f'diversi okkażjonijiet u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

    10.10.2011

    48.

    MAHSOULI Sadeq (Magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-Twelid: 1959/60

    Dak li qabel kien Ministru tal-Intern sa Awwissu 2009

    Bħala Ministru tal-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajsana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Teħeran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

    10.10.2011

    49.

    MALEKI Mojtaba

     

    Prosekutur ta' Kermanshah.

    Responsabbli għal żieda drammatika fis-sentenzi tal-mewt inklużi sebgħa f'jum wieħed fit-3 ta' Jannar 2010, mgħallqin fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah, wara akkuża mill-Imħallef Maleki. Għaldaqstant huwa responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

    10.10.2011

    50.

    OMIDI Mehrdad

     

    Kap tat-Taqsima tar-Reati Kriminali bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana.

    Huwa responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u opponenti politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-direzzjoni ta' ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem fir-ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

    10.10.2011

    51.

    SALARKIA Mahmoud

     

    Deputat għall-Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs.

    Direttament responsabbl għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikata dwar l-arrest.

    10.10.2011

    52.

    SOURI Hojatollah

     

    Bħala kap tal-ħabs ta' Evin, għandu responsabbiltà għal abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem li għaddejjn f'dan il-ħabs, bħal swat, u abbużi mentali u sesswali.

    Skont informazzjoni konsistenti minn sorsi differenti, it-tortura hija prassi komuni fil-ħabs ta' Evin. Fis-Sala 209, qed jinżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

    10.10.2011

    53.

    TALA Hossein (magħruf bħala: TALA Hosseyn)

    Kap tal-Kumpannija Iranjana tat-Tabakk.

    Viċi Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Teħeran sa Settembru 2010, b'mod partikolari responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

    F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-ripressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    54.

    TAMADDON Morteza (magħruf bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Ispahan

    Data tat-Twelid: 1959

    Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Teħeran, kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Teħeran, għandu responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' ripressjoni, inkluż ir-ripressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009. Huwa magħruf għall-involviment personali tiegħu fil-molestja tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Karroubi u Moussavi.

    10.10.2011

    55.

    ZEBHI Hossein

     

    Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran.

    Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    56.

    BAHRAMI Mohammad-Kazem

     

    Kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

    Huwa kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi.

    10.10.2011

    57.

    HAJMOHAMMADI Aziz

     

    Imħallef anzjan fl-ewwel sezzjoni tal-qorti ta' Evin, u issa imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Penali fil-provinċja ta' Teħeran.

    Huwa mexxa diversi kawżi ta' proċess kontra d-dimostranti, b'mod partikolari dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. It-tribunal tal-prim istanza ta' Evin inħoloq reċentament fil-ħabs ta' Evin u l-ħolqien tiegħu ġie ġustifikat minn Jafari Dolatabadi f'Marzu 2010. F'dan il-ħabs, ċerti akkużati jkunu iżolati, maltrattati u kostretti li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.

    10.10.2011

    58.

    BAGHERI Mohammad-Bagher

     

    Viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

    Barra mir-rikonoxximent minn dan tal-aħħar, f'Ġunju 2011, ta' 140 eżekuzzjoni kapitali bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, madwar mitt eżekuzzjoni oħra setgħu seħħew bil-moħbi matul l-istess perijodu u fl-istess provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, mingħajr ma ġew notifikati l-familji u l-avukati tagħhom.

    Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

    10.10.2011

    59.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashad (Iran)

    Data tat-Twelid: 1952

    Ministru tal-Ġustizzja, dak li kien gvernatur ġenerali tal-Isfahan u direttur tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Istat (sa Ġunju 2004).

    Bħala Ministru tal-Ġustizzja, huwa kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-molestja tad-diaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex titratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra mill-pajjiż. Bl-isforzi tal-Prosekutur ta' Teħeran, żewġ fergħat tal-qorti tal- prim istanza u dik tal-appelli u diversi fergħat tal-qrati tal-maġistrati ser jiġu assenjati biex jindirizzaw affarijiet ta' dawk li jgħixu barra mill-pajjiż.

    10.10.2011

    60.

    HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf bħala: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Data tat-twelid: 1961

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman

    Ministru tal-Kultura u l-Gwida Iżlamika minn Settembru 2009.

    Ex-IRGC, kompliċi fir-ripressjoni tal-ġurnalisti.

    10.10.2011

    61.

    MOSLEHI Heydar (magħruf bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-Twelid: 1956

    Ministru tal-Intelligence. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru tal-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni mifruxin ta' dimostranti u dissidenti.

    Il-Ministeru tal-Intelligence għadu jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru tal-Intelligence ssoġġettaw lill-ħabsin tas-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali. Bħala l-Ministru tal-Intelligence, Moslehi huwa responsabbli għall-abbużi kontinwi.

    10.10.2011

    ▼M2

    62.

    ZARGHAMI Ezzatollah

     

    Bħala Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), huwa responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha dwar l-ipprogrammar. IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' priġunieri u serje ta' "simulazzjonijiet ta' proċessi" f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess ġust u d-dritt għal proċess legali.

    23.3.2012

    63.

    TAGHIPOUR Reza

    Post tat-Twelid: Maragheh (Iran)

    Data tat-Twelid: 1957

    Ministru tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni. Bħala Ministru tal-informazzjoni, huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali responsabbli miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-internet u anke kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni (partikolarment it-telefons ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' priġunieri politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tagħhom.

    F'diversi okkażjonijiet mill-aħħar elezzjoni presidenzjali u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefons ċellulari u s-servizzi tal-sms inqatgħu, il-kanali tat-televiżjoni satellitari ġew iġġamjati, l-internet ġie sospiż lokalment jew mill-anqas, tnaqqsitlu r-rapidità tiegħu.

    23.3.2012

    64.

    KAZEMI Toraj

     

    Kurunell tal-pulizija tat-teknoloġija u l-komunikazzjoni, dan l-aħħar nieda kampanja ta' reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-internet u jkun ta' preġudizzju għal siti elettroniċi "li jagħmlu ħsara".

    23.3.2012

    65.

    LARIJANI Sadeq

    Post tat-Twelid: Najaf (Iraq)

    Data tat-Twelid: 1960 jew Awwissu 1961

    Kap tal-Ġudikatura. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (retribut), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reat kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir (attwalment 16-il persuna qegħdin taħt sentenza ta' tħaġġir), eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċtu f'għajnejn l-ikkundanati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. L-eżekuzzjonijiet żdiedu ferm mill-2009. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust.

    23.3.2012

    66.

    MIRHEJAZI Ali

     

    Viċi Kap tal-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u Kap tas-Sigurtà. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem responsabbli mit-tfassil tas-supressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009.

    23.3.2012

    67.

    SAEEDI Ali

     

    Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta' din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta' trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta' repressjoni tal-Pasdaran.

    23.3.2012

    68.

    RAMIN Mohammad-Ali

    Post tat-Twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-Twelid: 1954

    Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2010, kien direttament responsabbli mill-għeluq ta' bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, etc), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni u l-arrest tal-ġurnalisti.

    23.3.2012

    69.

    MORTAZAVI Seyyed Solat

    Post tat-Twelid: Meibod (Iran)

    Data tat-Twelid: 1967

    Viċi Ministru tal-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ripressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

    23.3.2012

    70.

    REZVANI Gholomani

     

    Viċi Gvernatur ta' Rasht. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali.

    23.3.2012

    71.

    SHARIFI Malek Ajdar

     

    Kap tal-ġudikatura fil-Lvant tal-Ażerbajġan. Responsabbli minn ksur gravi tad-dritt għal proċess legali.

    23.3.2012

    72.

    ELAHI Mousa Khalil

     

    Prosekutur ta' Tabriz. Responsabbli mill-istruzzjoni ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem tad-dritt għal proċess legali.

    23.3.2012

    73.

    FAHRADI Ali

     

    Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri.

    23.3.2012

    74.

    REZVANMANESH Ali

     

    Prosekutur. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem billi talab il-piena tal-mewt għal minuri.

    23.3.2012

    75.

    RAMEZANI Gholamhosein

     

    Kmandant tal-IRGC Intelligence. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. Imexxi d-Dipartiment responsabbli għall-arrest u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti.

    23.3.2012

    76.

    SADEGHI Mohamed

     

    Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti.

    23.3.2012

    77.

    JAFARI Reza

     

    Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità. Responsabbli mill-arresti, id-detenzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet ta' bloggers u ġurnalisti.

    23.3.2012

    78.

    RESHTE-AHMADI Bahram

     

    Viċi Prosekutur f'Tehran. Imexxi ċ-ċentru ta' prosekuzzjoni ta' Evin. Responsabbli miċ-ċaħda ta' drittijiet, inklużi drittijiet ta' żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

    23.3.2012

    ▼M2




    ANNESS II

    Siti tal-internet għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    Il-BELĠJU

    http://www.diplomatie.be/eusanctions

    Il-BULGARIJA

    http://www.mfa.bg/en/pages/view/5519

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

    IL-ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

    L-ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

    L-IRLANDA

    http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

    IL-GREĊJA

    http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

    L-ITALJA

    http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/sanctions

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    IL-LUSSEMBURGU

    http://www.mae.lu/sanctions

    L-UNGERIJA

    http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

    MALTA

    http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

    IL-PAJJIŻI L-BAXXI

    http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties

    L-AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

    IL-POLONJA

    http://www.msz.gov.pl

    IL-PORTUGALL

    http://www.min-nestrangeiros.pt

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548

    IS-SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

    IS-SLOVAKKJA

    http://www.foreign.gov.sk

    IL-FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

    L-ISVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

    IR-RENJU UNIT

    www.fco.gov.uk/competentauthorities

    Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

    Uffiċċju EEAS 02/309

    B-1049 Bruxelles/Brussel (il-Belġju)

    L-indirizz tal-email: relex-sanctions@ec.europa.eu

    ▼M2




    ANNESS III

    Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a

    1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:

    1.1 Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-LM 1 u l-LM 2 tal-Lista Militari Komuni;

    1.2 Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    1.3 Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    3. Vetturi kif ġej:

    3.1 Vejikoli mgħammra b’kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;

    3.2 Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;

    3.3 Vejikoli ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta' kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;

    3.4 Vejikoli ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;

    3.5 Vetturi mfassla speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;

    3.6 Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

    Nota 1   Dan l-oġġett ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament imfassla għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.

    Nota 2   Għall-finijiet tal-punt 3.5 t-terminu "vetturi" jinkludi l-karrijiet.

    4. Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:

    4.1 Tagħmir u apparat imfassla speċifikament biex iqabbad splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti mfassla speċifikament għalihom; minbarra dawk imfassla speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

    4.2 Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

    4.3 Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

    a. amatol;

    b. nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

    c. nitroglikol;

    d. tetranitrat tal-penteritritol (PETN);

    e. klorur tal-pikril;

    f. 2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

    5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

    5.1 Korazza kontra l-balal li tipprovdi protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;

    5.2 Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.

    Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

      tagħmir imfassal speċifikament għal attivitajiet sportivi;

      tagħmir imfassal speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.

    6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.

    7. Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

    8. Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta’.

    9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

    10. Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

    11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.




    ANNESS IV

    It-tagħmir, it-teknoloġija u s-softwer imsemmija fl-Artikoli 1b u 1c

    Nota Ġenerali

    Minkejja l-kontenut ta' dan l-Anness, huwa mhux ser japplika għal:

    (a) tagħmir, teknoloġija jew softwer li huma speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 428/2009 ( 4 ) jew il-Lista Militari Komuni; jew

    (b) softwer li huwa mfassal għall-installazzjoni mill-utent mingħajr aktar appoġġ sostanzjali mill-fornitur u li huwa ġeneralment disponibbli għall-pubbliku billi jinbiegħu mill-ħażniet f'postijiet ta' bejgħ bl-imnut, mingħajr restrizzjoni, permezz ta':

    (i) tranżazzjonijiet mhux regolati (over the counter);

    (ii) tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bil-posta;

    (iii) tranżazzjonijiet elettroniċi; jew

    (iv) tranżazzjonijiet permezz ta' ordnijiet bit-telefon; jew

    (c) softwer li huwa fid-dominju pubbliku.

    Il-kategoriji A, B, C, D u E jirreferu għall-kategoriji li jirriferi għalihom ir-Regolament (KE) Nru 428/2009.

    It-“tagħmir, teknoloġija u softwer” imsemmija fl-Artikolu 1b huwa:

    A. Lista ta' tagħmir

     tagħmir għall-ispezzjoni tal-pakketti fil-fond

     tagħmir ta' Interċettar ta' Netwerk li jinkludu Tagħmir ta' Ġestjoni tal-Interċettar (IMS) u tagħmir ta' Data Retention Link Intelligence

     tagħmir ta' sorveljanza tal-Frekwenzi tar-Radju

     tagħmir ta' ġġammjar ta' Netwerks u Satelliti

     tagħmir ta' Infettar Telekomandat

     tagħmir ta' għarfien/ipproċessar tal-kelliem

     tagħmir ta’ interċettar u sorveljanza IMSI ( 5 ), MSIDN ( 6 ), IMEI ( 7 ), TMSI ( 8 )

     tagħmir tattiku ta’ interċettar u sorveljanza SMS ( 9 )/GSM ( 10 )/GPS ( 11 )/GPRS ( 12 )/UMTS ( 13 )/CDMA ( 14 )/PSTN ( 15 )

     tagħmir ta’ interċettar u sorveljanza tal-informazzjoni DHCP ( 16 ), SMTP ( 17 ), GTP ( 18 )

     tagħmir ta' għarfien ta' xejriet u klassifikazzjoni ta' xejriet

     tagħmir forensiku minn distanza

     tagħmir ta' inġenji għall-ipproċessar semantiku

     tagħmir ta' tiftix u ta' dekodifikazzjoni WEP u WPA

     tagħmir ta' interċettar għall-protokolli proprjetarji u standard tal-VoIP

    B. Mhux użati

    C. Mhux użati

    D. "Softwer" għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

    E. "Teknoloġija" għall-"iżvilupp", "il-produzzjoni" jew l"użu" tat-tagħmir speċifikat f'A hawn fuq.

    Tagħmir, teknoloġija u softwer li jaqgħu f'dawn il-kategoriji huma fl-ambitu ta' dan l-Anness biss sal-punt li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ġenerali “sistemi ta' interċettar u sorveljanza tal-komunikazzjonijiet bl-internet, bit-telefon u bis-satellita”.

    Għall-fini ta' dan l-Anness, is-“sorveljanza” tfisser l-akkwist, l-estrazzjoni, id-dekodifikar, ir-reġistrar, l-ipproċessar, l-analiżi u l-arkivjar tal-kontenut tat-telefonati jew id-dejta tan-netwerk.



    ( 1 ) Ara paġna 51 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    ( 2 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    ( 3 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    ( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

    ( 5 ) IMSI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa kodiċi uniku ta' identifikazzjoni għal kull tagħmir ta' telefonija mobbli, integrat fis-SIM card u li jippermetti l-identifikar ta' tali SIM permezz ta' netwerks ta' GSM u UMTS.

    ( 6 ) MSISDN tirreferi għal Mobile Subscriber Integrated Services Digital Network Number (numru tas-servizzi integrati tan-netwerk diġitali għall-abbonat ta' telefonija mobbli). Huwa numru li jidentifika b'mod uniku abbonament f'netwerk ta' telefonija mobbli GSM jew UMTS. Fi kliem sempliċi, huwa n-numru tat-telefon għas-SIM card fit-telefon mobbli u għalhekk jidentifika lill-abbonat tat-telefon mobbli kif ukoll l-IMSI, iżda sabiex is-sejħiet jiġu trażmessi mingħandu.

    ( 7 ) IMEI tirreferi għal International Mobile Subscriber Identity (identità internazzjonali tal-abbonat mobbli). Huwa numru, normalment uniku li jidentifika t-telefon mobbli GSM, WCDMA u IDEN kif ukoll ċerti telefons satellitari. Normalment ikun ipprintjat ġol-kompartiment tal-batterija tat-telefon. L-interċettar (interċettar tal-linji telefoniċi) jista' jiġi speċifikat min-numru IMEI tiegħu kif ukoll l-IMSI u l-MSISDN.

    ( 8 ) TMSI tirreferi għal Temporary Mobile Subscriber Identity (identità temporanja tal-abbonat mobbli). Hija l-identità li tintbagħat l-aktar komunement bejn l-apparat mobbli u n-netwerk.

    ( 9 ) SMS tirreferi għal Short Message System (sistema ta' messaġġi qosra).

    ( 10 ) GSM tirreferi għal Global System for Mobile Communications (sistema globali għall-komunikazzjoni mobbli).

    ( 11 ) GPS tirreferi għal Global Positioning System (sistema ta' pożizzjonament globali).

    ( 12 ) GPRS tirreferi għal General Package Radio Service (servizz ġenerali tar-radju f'pakketti).

    ( 13 ) UMTS tirreferi għal Universal Mobile Telecommunication System (sistema universali ta' komunikazzjoni mobbli).

    ( 14 ) CDMA tirreferi għal Code Division Multiple Access (aċċess multiplu b'diviżjoni tal-kodiċi).

    ( 15 ) PSTN tirreferi għal Public Switch Telephone Network (netwerk telefoniku pubbliku bl-iswiċċ).

    ( 16 ) DHCP tirreferi għal Dynamic Host Configuration Protocol (protokoll ta' konfigurazzjoni dinamika tal-host).

    ( 17 ) SMTP tirreferi għal Simple Mail Transfer Protocol (protokoll ta' trasferiment sempliċi tal-posta).

    ( 18 ) GTP tirreferi għal GPRS Tunneling Protocol.

    Top