Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0807-20120313

    Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2011 li tapprova programmi annwali u multiannwali plurienniali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2012 u s-snin ta’ wara (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8719) (2011/807/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/807/2012-03-13

    2011D0807 — MT — 13.03.2012 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2011

    li tapprova programmi annwali u multiannwali plurienniali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2012 u s-snin ta’ wara

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8719)

    (2011/807/UE)

    (ĠU L 322, 6.12.2011, p.11)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta’ Marzu 2012

      L 73

    6

    13.3.2012




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta’ Novembru 2011

    li tapprova programmi annwali u multiannwali plurienniali u l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2012 u s-snin ta’ wara

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 8719)

    (2011/807/UE)



    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju ( 1 ), u b’ mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.

    (2)

    Barra minn hekk, l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KEE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja tal-Unjoni biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness 1 ma’ din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ( 2 ) tipprevedi li sabiex ikunu approvati skont il-miżuri finanzjarji tal-Unjoni, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom għall-inqas jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 3 ), jipprevedi għal programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur ( 4 ) tipprevedi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar salvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid impost mill-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ jeħtieġu jiġu approvati wkoll.

    (6)

    Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żoonożi, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribut finanzjarju tal-Unjoni.

    (7)

    Għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 ċerti programmi multiannwali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali kienu approvati skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/782/KE ( 5 ), 2008/897/KE ( 6 ), 2009/883/KE ( 7 ) u 2010/712/UE ( 8 )

    (8)

    L-impenn tan-nefqa għal dawn il-programmi multiannwali kien adottat skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 9 ). L-ewwel impenn tal-baġit għal dawn il-programmi sar wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn annwali sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fil-funzjoni tat-twettiq tal-programm għas-sena preċedenti, abbażi ta’ deċiżjoni biex jingħata l-kontribut li hemm referenza għalih fl-Artikolu 27(5) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

    (9)

    Ċerti Stati Membri li implimentaw b'suċċess programmi ta’ eradikazzjoni tal-idrofobija liema programmi ġew kofinanzjati għal bosta snin, għandhom fruntieri komuni ma’ pajjiżi terzi fejn din il-marda hija preżenti. Sabiex finalment tinqered l-idrofobija, ċerti attivitajiet ta’ tilqim jeħtieġu jitwettqu fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi terzi li jmissu mal-Unjoni.

    (10)

    Sabiex tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tat-tilqima tal-idrofobija li għandhom jitwettqu fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi terzi li jmissu mal-Unjoni, għandu jkun possibbli li jitħallas ħlas bil-quddiem sa 60 % tal-ammont massimu stabbilit għal attivitajiet bħal dawn skont il-programmi tal-Istati Membri.

    (11)

    Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll il-ħames, ir-raba', it-tielet u t-tieni sena rispettivament tal-programmi multiannwali approvati għall-2008, 2009, 2010 u 2011, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi jikkonformaw mal-leġislazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

    (12)

    Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u multiannwali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u s-saħħa pubbliku, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tal- enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata adatta ta’ kontribut finanzjarju tal-Unjoni għar-rimborż tal-ispejjeż li jkunu se jsiru mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li hemm referenza għalihom f'din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

    (13)

    Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn Deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottati mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni.

    (14)

    Il-verifika tal-ġustifikazzjonijiet individwali tal-ispejjeż eleġibbli toħloq piżijiet amministrattivi estensivi filwaqt li ma żżidx b'mod apprezzabbli l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni jew it-trasparenza. Għaldaqstant, huwa aktar xieraq li l-kontribut finanzjarju tal-Unjoni jiġi ffissat għal kull programm, fejn xieraq, fuq livell li jiżgura li l-ispejjeż involuti skont it-tip ta’ miżura, jekk implimentati, ikunu koperti b'mod adegwat. Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni li jappoġġa b'mod partikolari attivitajiet definiti bħat-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar, u t–tilqim, għandu jkun speċifikat kif xieraq bħala somma totali maħsuba sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha li jiġġarrbu normalment sabiex titwettaq l-attività jew sabiex jiġi prodott ir-riżultat tat-test rispettiv.

    (15)

    Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 10 ), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom ikunu ffinanzjati skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

    (16)

    Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għandu jingħata sakemm l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti b'din id-Deċiżjoni.

    (17)

    Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, in-nefqa kollha ppreżentata għall-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għandha tkun espressa f'euro. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għan-nefqa f'valuta li mhijiex il-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

    (18)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    KAPITOLU I

    PROGRAMMI ANNWALI

    Artikolu 1

    Bruċellożi bovina

    1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi si bovina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti f'somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba sabiex jitwettqu l-attivitajiet u/jew testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjuni;

    (ii) EUR 0,2 għal kull test rose bengal;

    (iii) EUR 0,2 għal kull test SAT;

    (iv) EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;

    (v) EUR 0,5 għal kull test ELISA;

    (vi) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;

    (vii) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għall-ispiża tal-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandux jaqbeż it-EUR 375 għal kull annimal maqtul.

    (c) u ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 4 800 000 għal Spanja;

    (ii) EUR 2 300 000 għall-Italja;

    (iii) EUR 1 550 000 għall-Portugall;

    (iv) EUR 2 000 000 għar-Renju Unit.

    Artikolu 2

    Tuberkulożi bovina

    1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti f'somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba sabiex jitwettqu l-attivitajiet u/jew testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjuni;

    (ii) EUR 1,5 għal kull test tat-tuberkulina;

    (iii) EUR 5 għal kull test tal-gamma-interferon;

    (iv) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku.

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawk il-programmi għandu bħala medja ma jaqbiżx it-EUR 375 għal kull annimal maqtul.

    (c) u ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 14 000 000 għall-Irlanda;

    (ii) EUR 12 700 000 għal Spanja;

    (iii) EUR 5 000 000 għall-Italja;

    (iv) EUR 2 650 000 għall-Portugall;

    (v) EUR 31 200 000 għar-Renju Unit.

    Artikolu 3

    Bruċellożi ovina u kaprina

    1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, l-Italja, Spanja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż imġarrba għat-twettiq tal-attivitajiet jew testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjuni;

    (ii) EUR 0,2 għal kull test rose bengal;

    (iii) EUR 0, 4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;

    (iv) EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;

    (v) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għall-ispiża tal-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandux jaqbeż l-EUR 50 għal kull annimal maqtul.

    (c) u ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 2 050 000 għall-Greċja;

    (ii) EUR 8 700 000 għal Spanja;

    (iii) EUR 3 700 000 għall-Italja;

    (iv) EUR 190 000 għal Ċipru;

    (v) EUR 1 950 000 għall-Portugall.

    Artikolu 4

    Id-deni katarrali (bluetongue) f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir

    1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tad-deni katarrali (bluetongue) ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjuni;

    (ii) EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam;

    (iii) EUR 2 għal kull test ELISA;

    (iv) EUR 10 għal kull test PCR;

    (v) EUR 10 għal kull test viroloġiku.

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu minn kull Stat Membru li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1:

    (i) għall-ispiża għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għal sorveljanza entomoloġika;

    (ii) ix-xiri ta’ nases u

    (c) u ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 360 000 għall-Belġju;

    (ii) EUR 15 000 għall-Bulgarija;

    (iii) EUR 40 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv) EUR 80 000 għall-Ġermanja;

    (v) EUR 10 000 għall-Estonja;

    (vi) EUR 40 000 għall-Irlanda;

    (vii) EUR 100 000 għall-Greċja;

    (viii) EUR 1 000 000 għal Spanja;

    (ix) EUR 1 700 000 għal Franza;

    (x) EUR 400 000 għall-Italja;

    (xi) EUR 20 000 għal-Latvja;

    (xii) EUR 10 000 għal-Litwanja;

    (xiii) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xiv) EUR 30 000 għall-Ungerija;

    (xv) EUR 10 000 għal Malta;

    (xvi) EUR 40 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xvii) EUR 10 000 għall-Awstrija;

    (xviii) EUR 50 000 għall-Polonja;

    (xix) EUR 2 350 000 għall-Portugall;

    (xx) EUR 100 000 għar-Rumanija;

    (xxi) EUR 40 000 għas-Slovenja;

    (xxii) EUR 50 000 għas-Slovakkja;

    (xxiii) EUR 10 000 għall-Finlandja;

    (xxiv) EUR 10 000 għall-Isvezja.

    Artikolu 5

    Salmonellożi (salmonella żoonotika) f'qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo)

    1.  Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat ta’ brojler tal-Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Polonja, huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    3.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull kampjun uffiċjali meħud;

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-ispiża:

    (i) tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali,

    (ii) tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi biex jivverifikaw l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni,

    (iii) tat-twettiq ta’ testijiet għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħet ittestjati għas-salmonella,

    (iv) tax-xiri ta’ dożi ta’ tilqim,

    (v) tal-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur:

     tal-għasafar tal-Gallus gallus għat-tkabbir u għall-bajd maqtula

     tad-dundjani Meleagris gallopavo għat-tkabbir maqtula,

     il-bajd meqrud li għalih saret referenza fil-paragrafu 4; kif ukoll

    (c) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 1 300 000 għall-Belġju;

    (ii) EUR 60 000 għall-Bulgarija;

    (iii) EUR 1 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv) EUR 250 000 għad-Danimarka;

    (v) EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

    (vi) EUR 30 000 għall-Estonja;

    (vii) EUR 300 000 għall-Irlanda;

    (viii) EUR 1 000 000 għall-Greċja;

    (ix) EUR 1 000 000 għal Spanja;

    (x) EUR 1 300 000 għal Franza;

    (xi) EUR 700 000 għall-Italja;

    (xii) EUR 100 000 għal Ċipru;

    (xiii) EUR 130 000 għal-Latvja;

    (xiv) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xv) EUR 2 000 000 għall-Ungerija;

    (xvi) EUR 150 000 għal Malta;

    (xvii) EUR 3 000 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xviii) EUR 800 000 għall-Awstrija;

    (xix) EUR 500 000 għall-Polonja;

    (xx) EUR 200 000 għall-Portugall;

    (xxi) EUR 200 000 għar-Rumanija;

    (xxii) EUR 70 000 għas-Slovenja;

    (xxiii) EUR 600 000 għas-Slovakkja;

    (xxiv) EUR 75 000 għar-Renju Unit.

    4.  L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:



    (a)

    għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament):

    EUR 7 għal kull test;

    (b)

    għax-xiri tat-tilqim:

    EUR 0,05 għal kull doża;

    (c)

    għas-serotipar tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.:

    EUR 20 għal kull test;

    (d)

    għal test batterjoloġiku biex jivverifika l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiva għas-Salmonella:

    EUR 5 għal kull test;

    (e)

    għal test għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħet ittestjati għas-salmonella:

    EUR 5 għal kull test;

    (f)

    għall-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur ta':

     
     

    (i)

    tajra tat-trobbija tat-tip Gallus gallus maqtula:

    EUR 4 għal kull tajra;

     

    (ii)

    tajra tal-bajd kummerċjali tat-tip Gallus gallus maqtula:

    EUR 2,20 għal kull tajra;

     

    (iii)

    dundjan tat-trobbija Meleagris gallopavo maqtul,

    EUR 12 għal kull tajra;

     

    (iv)

    bajd għat-tifqis tal-Gallus gallus tat-trobbija:

    EUR 0,20 għal kull bajda tat-tifqis meqruda;

     

    (v)

    bajd għall-ikel tal-Gallus Gallus:

    EUR 0,04 għal kull bajda tal-mejda meqruda;

     

    (vi)

    bajd għat-tifqis Meleagris gallopavo tat-trobbija:

    EUR 0,40 għal kull bajda tat-tifqis meqruda.

    Artikolu 6

    Deni klassiku tal-ħnieżer u deni Afrikan tal-ħnieżer

    1.  Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-:

    (a) Deni klassiku tal-ħnieżer, ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012;

    (b) Deni Afrikan tal-ħnieżer, ppreżentati mill-Italja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjuni

    (ii) EUR 5 għal kull ċingjal selvaġġ inkluż fil-kampjuni;

    (iii) EUR 1 għal kull lixka/tilqima;

    (iv) EUR 2 għal kull test ELISA;

    (v) EUR 10 għal kull test PCR;

    (vi) EUR 10 għal kull test viroloġiku.

    (b) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 210 000 għall-Bulgarija;

    (ii) EUR 1 300 000 għall-Ġermanja;

    (iii) EUR 260 000 għal Franza;

    (iv) EUR 100 000 għall-Italja;

    (v) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (vi) EUR 340 000 għall-Ungerija;

    (vii) EUR 900 000 għar-Rumanija;

    (viii) EUR 30 000 għas-Slovenja;

    (ix) EUR 500 000 għas-Slovakkja.

    Artikolu 7

    Marda vesikulari tal-ħnieżer

    1.  Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vesikulari tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja huwa b'dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq tal-attivitajiet u/jew testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjuni;

    (ii) EUR 2 għal kull test ELISA;

    (iii) EUR 4 għal kull test ta’ seronewtralizzazzjoni;

    (iv) EUR 10 għal kull test PCR;

    (v) EUR 10 għal kull test viroloġiku.

    (b) ma għandux jaqbeż id- EUR 900 000.

    Artikolu 8

    Influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar salvaġġi

    1.  Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar salvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq tal-attivitajiet u/jew testijiet li ġejjin:

    (i) EUR 0,5 għal kull kampjun minn qatgħat tat-tjur;

    (ii) EUR 5 għal kull għasfur selvaġġ inkluż fil-kampjuni fil-qafas tas-sorveljanza passiva;

    (iii) EUR 1 għal kull test ELISA;

    (iv) EUR 1 għal kull test bil-ġel agar għal diffużjoni immuni;

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorji minbarra dawk stipulati fil-punt (a); u

    (c) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 40 000 għall-Belġju;

    (ii) EUR 40 000 għall-Bulgarija;

    (iii) EUR 30 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv) EUR 40 000 għad-Danimarka;

    (v) EUR 80 000 għall-Ġermanja;

    (vi) EUR 10 000 għall-Estonja;

    (vii) EUR 60 000 għall-Irlanda;

    (viii) EUR 10 000 għall-Greċja;

    (ix) EUR 90 000 għal Spanja;

    (x) EUR 130 000 għal Franza;

    (xi) EUR 800 000 għall-Italja;

    (xii) EUR 10 000 għal Ċipru;

    (xiii) EUR 20 000 għal-Latvja;

    (xiv) EUR 10 000 għal-Litwanja;

    (xv) EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi) EUR 130 000 għall-Ungerija;

    (xvii) EUR 10 000 għal Malta;

    (xviii) EUR 190 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xix) EUR 50 000 għall-Awstrija;

    (xx) EUR 100 000 għall-Polonja;

    (xxi) EUR 20 000 għall-Portugall;

    (xxii) EUR 250 000 għar-Rumanija;

    (xxiii) EUR 30 000 għas-Slovenja;

    (xxiv) EUR 20 000 għas-Slovakkja;

    (xxv) EUR 10 000 għall-Finlandja;

    (xxvi) EUR 40 000 għall-Isvezja;

    (xxvii) EUR 100 000 għar-Renju Unit.

    3.  L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:



    (a)

    test HI għal H5/H7:

    EUR 12 għal kull test;

    (b)

    test għall-iżolament tal-vajrus:

    EUR 40 għal kull test;

    (c)

    test PCR:

    EUR 20 għal kull test.

    Artikolu 9

    Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

    1.  Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jikkonsisti minn somma f'daqqa ta':

    (i) EUR 8,5 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq ta’ testijiet rapidi – sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12 paragrafu 2 u tal-Anness III Kapitolu A Parti I mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew użati bħala testijiet konfermatorji b'konformità mal-Anness X, Kapitolu C tal-istess Regolament;

    (ii) EUR 15 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq ta’ testijiet rapidi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12 paragrafu 2, tal-Anness III Kapitolu A Parti II punti 1 sa 5 u tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    (iii) EUR 4 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq ta’ test ta’ ġenotipar;

    (iv) EUR 120 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq ta’ testijiet diskriminatorji molekulari primarju kif hemm referenza għalih fil-punt 3.2.(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u;

    (v) EUR 25 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha mġarrba għat-twettiq ta’ testijiet konfermatorji, minbarra t-testijiet rapidi, kif hemm referenza għalih fl-Anness X, Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    ▼M1

    (b) isir bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża mġarrba minn kull Stat Membru għall-kumpens li s-sidien għandhom jingħataw għall-valur tal-annimali tagħhom:

    (i) maqtula u meqruda skont il-programmi tagħhom ta’ qerda tal-ESB u l-marda tal-ħakk;

    (ii) maqtula ta’ bilfors skont l-Anness VII, il-Kapitolu A, il-punt 2.3(d) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

    ▼B

    (c) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 1 220 000 għall-Belġju;

    (ii) EUR 500 000 għall-Bulgarija;

    (iii) EUR 590 000 għar-Repubblika Ċeka;

    (iv) EUR 730 000 għad-Danimarka;

    (v) EUR 7 690 000 għall-Ġermanja;

    (vi) EUR 120 000 għall-Estonja;

    (vii) EUR 2 890 000 għall-Irlanda;

    (viii) EUR 1 540 000 għall-Greċja;

    (ix) EUR 4 320 000 għal Spanja;

    (x) EUR 12 310 000 għal Franza;

    (xi) EUR 4 160 000 għall-Italja;

    (xii) EUR 1 910 000 għal Ċipru;

    (xiii) EUR 220 000 għal-Latvja;

    (xiv) EUR 420 000 għal-Litwanja;

    (xv) EUR 80 000 għal-Lussemburgu;

    (xvi) EUR 1 000 000 għall-Ungerija;

    (xvii) EUR 20 000 għal Malta;

    (xviii) EUR 2 080 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

    (xix) EUR 1 410 000 għall-Awstrija;

    (xx) EUR 2 690 000 għall-Polonja;

    (xxi) EUR 970 000 għall-Portugall;

    (xxii) EUR 930 000 għar-Rumanija;

    (xxiii) EUR 210 000 għas-Slovenja;

    (xxiv) EUR 380 000 għas-Slovakkja;

    (xxv) EUR 350 000 għall-Finlandja;

    (xxvi) EUR 500 000 għall-Isvezja;

    (xxvii) EUR 5 000 000 għar-Renju Unit.

    3.  Il-massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandu, bħala medja, ma jaqbiżx:



    (a)

    għall-annimali bovini maqtula u meqruda:

    EUR 500 għal kull annimal;

    ▼M1

    (b)

    għan-nagħaġ jew mogħoż maqtula u meqruda:

    EUR 70 għal kull annimal;

    (c)

    għan-nagħaġ jew mogħoż maqtula:

    EUR 50 għal kull annimal.

    ▼B

    Artikolu 10

    L-idrofobija

    1.  Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjuni;

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża:

    (i) tatt-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għad-detezzjoni tal-antiġeni jew l-antikorpi tal-idrofobija;

    (ii) għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;

    (iii) għad-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;

    (iv) ix-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

    (v) ix-xiri u l-amministrazzjoni tat-tilqim parenterali lill-bhejjem li jirgħu; kif ukoll

    (c) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin:

    (i) EUR 1 540 000 għall-Bulgarija;

    (ii) EUR 620 000 għall-Estonja;

    (iii) EUR 1 160 000 għall-Ungerija;

    (iv) EUR 9 270 000 għall-Polonja;

    (v) EUR 4 000 000 għar-Rumanija;

    (vi) EUR 540 000 għas-Slovakkja.

    3.  L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:



    (a)

    għal test seroloġiku:

    EUR 12 għal kull test;

    (b)

    għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam:

    EUR 12 għal kull test;

    (c)

    għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT):

    EUR 18 għal kull test;

    (d)

    għax-xiri ta’ tilqima orali flimkien mal-lixki:

    EUR 0,60 għal kull doża;

    (e)

    għat-tqassimtat-tilqima orali flimkien mal-lixki:

    EUR 0,35 għal kull doża;

    (f)

    għax-xiri tat-tilqim parenterali:

    EUR 1 għal kull doża;

    (g)

    għall-amministrazzjoni ta’ tilqim tal-idrofobija għall-annimali li jirgħu:

    EUR 1,50 għal kull annimal imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati.

    4.  Minkejja l-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 3, għall-parti tal-programm Pollakk li sejjer jiġi implimentat barra mit-territorju tiegħu, il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għandu:

    (a) jingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

    (b) ikun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll

    (c) ma għandux jaqbeż l-EUR 1 260 000.

    5.  Il-massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati għall-ispejjeż li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 għandu bħala medja ma jaqbiżx ix-xiri u t-tqassim tat-tilqim orali u tal-lixki EUR 0,95 għal kull doża.



    KAPITOLU II

    PROGRAMMI MULTIANNWALI

    Artikolu 11

    L-idrofobija

    1.  Il-programm multiannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Finlandja huwa b'dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014.

    2.  It-tieni sena tal-programmi multiannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Italja u mil-Latvja hija b'dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    3.  It-tielet sena tal-programmi multiannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mil-Litwanja u mill-Awstrija hija b'dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    4.  Il-ħames sena tal-programm multiannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mis-Slovenja hija b'dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    5.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

    (a) għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjuni;

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 sa 4 għall-ispiża:

    (i) tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għad-detezzjoni tal-antiġeni jew tal-antikorpi tal-idrofobija;

    (ii) tal-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;

    (iii) tad-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;

    (iv) tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

    (v) tax-xiri u l-amministrazzjoni lill-annimali li jirgħu ta’ tilqim parenterali; kif ukoll

    (c) ma għandux jaqbeż dawn li ġejjin għas-sena 2012:

    (i) EUR 1 600 000 għall-Italja;

    (ii) EUR 1 700 000 għal-Latvja;

    (iii) EUR 2 900 000 għal-Litwanja;

    (iv) EUR 190 000 għall-Awstrija;

    (v) EUR 810 000 għas-Slovenja;

    (vi) EUR 360 000 għall-Finlandja.

    6.  L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:



    (a)

    għal test seroloġiku:

    EUR 12 għal kull test;

    (b)

    għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam:

    EUR 12 għal kull test;

    (c)

    għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT):

    EUR 18 għal kull test;

    (d)

    għax-xiri tat-tilqima orali flimkien mal-lixki:

    EUR 0,60 għal kull doża;

    (e)

    għat-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki:

    EUR 0,35 għal kull doża;

    (f)

    għax-xiri tat-tilqim parenterali:

    EUR 1 għal kull doża;

    (g)

    għall-amministrazzjoni ta’ tilqim tal-idrofobija għall-annimali li jirgħu:

    EUR 1,50 għal kull annimal imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati.

    7.  Minkejja l-paragrafu 5, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 6, għall-partijiet tal-programmi multiannwali Latvjani, Litweni u Finlandiżi li sejrin jiġu implimentati barra mit-territorji tal-Istati Membri, il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għandu:

    (a) jingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

    (b) ikun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll

    (c) għas-sena 2012, ma jaqbiżx:

    (i) EUR 520 000 għal-Latvja;

    (ii) EUR 1 260 000 għal-Litwanja;

    (iii) EUR 80 000 għall-Finlandja.

    8.  L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu lura għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 7 bħala medja ma għandhomx jaqbżu għax-xiri u t-tqassimtat-tilqima orali kif ukoll il-lixka, il-EUR 0,95 għal kull doża.

    Artikolu 12

    Salmonellożi (salmonella żoonotika) fil-qatgħat għat-tnissil u għall-bajd tal-Gallus gallus

    1.  Il-programmi multiannwali għas-Salmonellożi (salmonella żoonotika) fil-qatgħat għat-tnissil u għall-bajd tal- Gallus gallus, ippreżentati mill-Polonja, huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    2.  Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni

    (a) għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull kampjun uffiċjali meħud;

    (b) għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Polonja li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għall-ispiża tal-istess miżuri bħal fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 5.

    Il-kontribut finanzjarju massimu għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 5 mill-Unjoni ma għandux jaqbeż l-EUR 2 500 000 għall-2012.

    3.  Il-massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati lill-Polonja għall-programmi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż dak li hemm stabbilit fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5.



    KAPITOLU III

    Artikolu 13

    In-nefqa eliġibbli

    1.  Mingħajr ħsara għal-limiti massimi tal-kontribut finanzjarju mill-Unjoni previsti fl-Artikoli 1 sa 12, in-nefqa eliġibbli koperta mill-miżuri msemmija f'dawn l-Artikoli għandha tkun limitata għan-nefqa mniżżla fl-Anness.

    2.  L-ispejjeż biss minfuqa fit-twettiq tal-programmi annwali jew multiannwali msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 u mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istati Membri għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

    3.  Sabiex jirċievu s-somma f'daqqa stabbilita fl-Artikolu 1 sa 12 fit-totalità tagħha, l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li huma ħallsu l-ispejjeż kollha mġarrba fit-twettiq tal-attività jew test u li l-ebda spiża ma tħallset minn parti terza, li mhijiex Awtorità Kompetenti. Jekk parti mill-ispejjeż tkun ġiet mġarrba minn parti terza, l-Istati Membri għandhom jindikaw il-perċentwal jew il-proporzjon tal-ispejjeż totali li ġew imġarrba minn dik il-parti terza. Is-somma f'daqqa mħallsa għandha titnaqqas bix-xieraq.

    ▼M1

    4.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, għall-programmi msemmija fl-Artikolu 10 u 11, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tħallas pagament akkont bil-quddiem ta’ ’l fuq minn 60 % tal-ammont massimu speċifikat fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba.

    ▼B



    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 14

    1.  Il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u tal-prodotti meqruda għandu jingħata fi żmien 90 jum mid-data:

    (a) tal-qatla tal-annimal;

    (b) tal-qerda tal-prodotti; jew

    (c) tal-preżentazzjoni tal-formola tat-talba mimlija mis-sid.

    2.  L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 ( 11 ) għandu japplika għall-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula wara l-perjodu ta’ 90 jum imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 15

    1.  In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

    2.  Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru tkun f'valuta li mhijiex i l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

    Artikolu 16

    1.  Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-programmi annwali u multiannwali msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 (“il-programmi”) għandu jingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:

    (a) jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi;

    (b) idaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi;

    (c) jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2012 ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2012;

    (d) għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8 biss, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet lokalizzati waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar salvaġġi permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni, kull sitt xhur, b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE ( 12 ).

    (e) jgħaddu rapport finali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE sat-30 ta’ April 2013 dwar it-twettiq tekniku tal-programm akkumpanjat minn provi li jiġġustifikaw l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012;

    (f) jimplimentaw il-programmi tagħhom b'mod effiċjenti;

    (g) ma jressqux aktar talbiet għal kontributi oħra mill-Unjoni għal dawk il-miżuri, u ma jkunux bagħtu talbiet bħal dawn preċedentement.

    2.  Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju għall-Unjoni.

    Artikolu 17

    Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament finanzjarju.

    Artikolu 18

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

    Artikolu 19

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS

    NEFQA ELIĠIBBLI LI HEMM REFERENZA GĦALIHA FL-ARTIKOLU 13(1)

    In-nefqa eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 u mhux koperta minn somma f'daqqa, għandha tkun limitata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-miżuri stabbiliti fil-punti 1 sa 8.

    1. It-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju:

    (a) ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-test tal-laboratorju;

    (b) il-persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali flimkien ma’ spejjeż ta’ sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni tagħhom), u

    (c) l-spejjeż ġenerali ugwali għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż li hemm referenza għalihom f'(a) u (b).

    ▼M1

    2. Kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u meqruda tagħhom:

    Il-kumpens ma jaqbiżx il-valur tas-suq tal-annimal immedjatament qabel ma dan ikun inqatel jew inqered.

    Għall-annimali maqtula, il-valur tal-irkupru, jekk dan iseħħ, jitnaqqas mill-kumpens.

    ▼B

    3. Kumpens lis-sidien għall-valur tal-għasafar maqtula tagħhom u għal bajd meqrud:

    Il-kumpens m'għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-għasfur immedjatament qabel ma dan ikun inqatel jew tal-bajd immedjatament qabel ma jinqerdu.

    Il-valur tal-irkupru fuq bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana għandu jitnaqqas mill-kumpens.

    4. Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim u lixki għall-annimali domestiċi u salvaġġi.

    5. L-amministrazzjoni tad-dożi ta’ tilqim għall-annimali domestiċi:

    (a) il-persunal, ikun x'ikun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tal-tilqim; l-ispejjeż huma limitati għat-tariffa mħallsa lil dan il-persunal jew għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż ta’ sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni tagħhom, u

    (b) it-tagħmir speċifiku u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-tilqim.

    6. It-tqassim tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali salvaġġi:

    (a) it-trasport tat-tilqim flimkien mal-lixki;

    (b) l-ispejjeż għat-tqassim bl-ajru jew dak manwali tat-tilqim flimkien mal-lixki;

    (c) il-persunal, ikun x'ikun l-istatus, speċifikament allokat kompletament jew parzjalment għat-tqassim tal-lixki tat-tilqim; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni.



    ( 1 ) ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    ( 2 ) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

    ( 3 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

    ( 4 ) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    ( 5 ) ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

    ( 6 ) ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

    ( 7 ) ĠU L 317, 3.12.2009, p. 36.

    ( 8 ) ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.

    ( 9 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    ( 10 ) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

    ( 11 ) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

    ( 12 ) ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22.

    Top