Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0303-20111021

    Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3427) (It-test Olandiż biss huwa awtentiku) (2011/303/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/303/2011-10-21

    2011D0303 — MT — 21.10.2011 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Mejju 2011

    li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3427)

    (It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

    (2011/303/UE)

    (ĠU L 136, 24.5.2011, p.95)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-20 ta’ Ottubru 2011

      L 276

    62

    21.10.2011




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Mejju 2011

    li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3427)

    (It-test Olandiż biss huwa awtentiku)

    (2011/303/UE)



    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]) ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ ħnieżer [tal-majjali], il-kontenut ta’ laħam dgħif għandu jkun ivvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni [ta’ klassifikazzjoni] awtorizzati mill-Kummissjoni, u dawn il-metodi jistgħu jkunu biss metodi ta’ valutazzjoni pprovati statistikament ibbażati fuq il-qies fiżiku ta’ parti anatomika waħda jew aktar tal-karkassa tal-majjal. L-awtorizzazzjoni tal-metodi ta’ klassifikazzjoni hija soġġetta għall-konformità b’tolleranza massima għall-iżbalji tal-statistika fil-valutazzjoni. Definizzjoni ta’ din it-tolleranza tinsab fl-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali [tat-tabelli] tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ [tan-nagħaġ] u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom ( 2 ).

    (2)

    Bid-Deċiżjoni 2005/627/KE ( 3 ), il-Kummissjoni awtorizzat l-użu ta’ żewġ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fil-Pajjiżi l-Baxxi.

    (3)

    Minħabba l-adattamenti tekniċi u l-fatt li hija prevista bidla fil-popolazzjoni tal-majjali kkastrati fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba l-assenza mistennija fil-futur qarib ta’ annimali maskili kkastrati, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu u ppreżenta deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, billi indika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet [il-kalkoli] użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll stipulat fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

    (4)

    L-eżami ta’ dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Pajjiżi l-Baxxi.

    (5)

    Il-modifiki tal-apparat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    (6)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, id-Deċiżjoni 2005/627/KE għandha tiġi rrevokata.

    (7)

    Fid-dawl taċ-ċirkostanzi tekniċi, u filwaqt li jiddaħħlu apparati u kalkoli ġodda, il-metodi tal-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali awtorizzati skont din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mit-3 ta’ Ottubru 2011.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    L-użu tal-metodi li ġejjin għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa b’dan awtorizzat:

     l-apparat “Hennessy Grading Probe (HGP 7)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 1 tal-Anness;

     l-apparat “Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 2 tal-Anness;

     l-apparat “CSB Image-Meater (CSB)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness;

    Artikolu 2

    Il-modifiki tal-apparat awtorizzat jew il-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx ikunu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni 2005/627/KE hija rrevokata.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika ►M1  mit-2 ta' Jannar 2012 ◄ .

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.




    ANNESS

    IL-METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIL-PAJJIŻI L-BAXXI

    PARTI 1

    Hennessy Grading Probe (HGP 7)

    1. Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Hennessy grading probe (HGP 7)”.

    2. L-apparat għandu jkun mgħammar bi probe b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u jkun fih xafra ta’ 6,3 millimetri fuq kull naħa tal-probe fuq nett) li jkun fiha fotodajowd [photodiode] (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO u fotoindividwatur [photodetector] tat-tip 58 MR) u li jkollha distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu ttrasformati f’termini ta’ kontenut ta’ dgħif stmat permezz tal-HGP 7 stess, kif ukoll ta’ kompjuter ikkonnettjat miegħu.

    3. Il-kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassa għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

    LMP = 65,92 – 0,6337 * Xaħam + 0,0446 * Muskolu

    fejn:

    LMP

    =

    il-perċentwali stmat tal-laħam dgħif fil-karkassa,

    Xaħam

    =

    il-kejl HGP7 tal-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejjel fil-livell ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 6 ċentimetri mil-linja tan-nofs dorsali,

    Muskolu

    =

    il-kejl HGP7 tal-ħxuna tal-muskolu (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejjel fl-istess ħin u fl-istess pożizzjoni bħax-Xaħam.

    Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma.

    PARTI 2

    Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)

    1. Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “Capteur Gras/Maigre — Sydel (CGM)”.

    2. L-apparat għandu jkun mgħammar bi probe Sydel ta’ definizzjoni għolja b’dijametru ta’ 8 millimetri, b’dajowd infraaħmar li jarmi d-dawl (Honeywell) u b’żewġ sensors tad-dawl (Honeywell). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 95 millimetru.

    Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tal-laħam dgħif stmat permezz tal-apparat CGM stess.

    3. Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

    LMP = 66,86 – 0,6549 * Xaħam + 0,0207 * Muskolu

    fejn:

    LMP

    =

    il-perċentwali stmat tal-laħam dgħif fil-karkassa,

    Xaħam

    =

    il-kejl CGM tal-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejjel fil-livell ta’ bejn it-tielet u r-raba’ kustilja mill-pożizzjoni tal-aħħar kustilja, 6 ċentimetri mil-linja tan-nofs dorsali,

    Muskolu

    =

    il-kejl CGM tal-ħxuna tal-muskolu (inkluża l-ġilda) f’millimetri, imkejjel fl-istess ħin u fl-istess pożizzjoni bħax-Xaħam.

    Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma.

    PARTI 3

    CSB Image-Meater (CSB)

    1. Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala “CSB Image-Meater (CSB)”.

    2. Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarment minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rati u interfaċċji. Il-fatturi varjabbli tal-Image-Meater (16) huma kollha mkejla fil-linja tan-nofs tal-parti tal-perżut (madwar il-M. gluteus medius):

    Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu fi stimi tal-perċentwali tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

    3. Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jkun ikkalkulat skont il-formula li ġejja:

    LMP = 65,2212 – 0,2741 S + 0,0160 F – 0,0302 ML – 0,2648 MS + 0,0831 MF – 0,1002 WL – 0,0509 WaS + 0,0172 WaF – 0,0169 WbS + 0,0006 WbF + 0,0341 WcS – 0,0097 WcF + 0,0223 WdS – 0,0008 WdF + 0,0132 ES – 0,0124 IS,

    fejn is-16-il kejl oġġettiv tas-CSB, meħuda fil-linja tan-nofs, huma kif ġej:

    LMP

    =

    il-perċentwali stmat tal-laħam dgħif fil-karkassa,

    S

    =

    il-ħxuna tax-xaħam, l-iċken ħxuna tax-xaħam madwar il-muskolu gluteus medius (mm),

    F

    =

    il-ħxuna tal-muskolu, l-iċken ħxuna tal-muskolu bejn l-estremità anterjuri tal-muskolu gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-mudullun (f’millimetri),

    ML

    =

    it-tul tal-muskolu gluteus medius (f’millimetri),

    MS

    =

    il-wisa’ medju tal-bejken taħt il-muskolu gluteus medius (f’millimetri),

    MF

    =

    il-ħxuna medja tal-laħam dgħif taħt il-muskolu gluteus medius (f’millimetri),

    WL

    =

    it-tul medju tal-vertebri inklużi d-disks tal-ispina (f’millimetri),

    Wa,b,c,dS

    =

    il-ħxuna medja tal-bejken taħt l-ewwel vertebra mkejla (a) u tliet vertebri oħra (b, c, d) (f’millimetri),

    Wa,b,c,dF

    =

    il-ħxuna medja tal-laħam dgħif taħt l-ewwel vertebra mkejla (a), u tliet vertebri oħra (b, c, d) (f’millimetri),

    ES

    =

    il-ħxuna medja esterna tal-bejken “il fuq mill-erba” vertebri mkejla (f’millimetri),

    IS

    =

    il-ħxuna medja interna tal-bejken “il fuq mill-erba” vertebri mkejla (f’millimetri),

    4. Il-punti tal-kejl huma deskritti fil-Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/2008.

    Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 73,5 u 107,5 kilogramma.



    ( 1 ) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.

    ( 3 ) ĠU L 224, 30.8.2005, p. 17.

    Top