EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0273-20111114

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad- 9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/273/2011-11-14

2011D0273 — MT — 14.11.2011 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/273/PESK

tad-9 ta' Mejju 2011

dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

(ĠU L 121, 10.5.2011, p.11)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/302/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011

  L 136

91

24.5.2011

►M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/367/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2011

  L 164

14

24.6.2011

►M3

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/488/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011

  L 199

74

2.8.2011

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/515/PESK tat-23 ta’ Awwissu 2011

  L 218

20

24.8.2011

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/522/PESK tat-2 ta’ Settembru 2011

  L 228

16

3.9.2011

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/628/PESK tat-23 ta’ Settembru 2011

  L 247

17

24.9.2011

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/684/PESK tat-13 ta’ Ottubru 2011

  L 269

33

14.10.2011

►M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/735/PESK tal-14 ta’ Novembru 2011

  L 296

53

15.11.2011

►M9

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/736/PESK tal-14 ta' Novembru 2011

  L 296

55

15.11.2011


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 164, 24.6.2011, p. 20  (302/2011)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/273/PESK

tad-9 ta' Mejju 2011

dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' April 2011, l-Unjoni Ewropea esprimiet it-tħassib serju tagħha dwar is-sitwazzjoni li qed tiżvolġi fis-Sirja u l-iskjerament ta' forzi militari u ta' sigurtà f'għadd ta' bliet Sirjani.

(2)

L-Unjoni kkundannat bil-qawwa r-repressjoni vjolenti, inkluż permezz tal-użu ta' munizzjon attiv, ta' protesti paċifiċi f'lokalitajiet differenti madwar is-Sirja li wasslet għall-mewt ta' diversi dimostranti, il-feriment ta' persuni u detenzjonijiet arbitrarji, u appellat lill-forzi tas-sigurtà tas-Sirja biex jeżerċitaw trażżin minflok repressjoni.

(3)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra s-Sirja u kontra l-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

(4)

Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u ta' materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, lis-Sirja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew l-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.  Għandu jiġi pprojbit:

(a) il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-provvista, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja;

(b) il-provvista, b'mod dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-provvista ta’ għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fis-Sirja;

(c) il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a) il-forniment u l-għajnuna teknika maħsuba unikament għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill-Osservanza tad-Diżimpenn (UNDOF);

(b) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(c) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fis-Sirja;

(d) il-provvista ta’ għajnuna teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

(e) il-provvista ta’ finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u għajnuna jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.  L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sirja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

▼M5

Artikolu 2a

1.  Ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mis-Sirja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi huma pprojbiti.

2.  Huma pprojbiti l-għoti, direttament jew indirettament, ta’ finanzjament jew ta’ għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, konsapevolment jew b’intenzjoni, f’attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

▼M6

Artikolu 2b

Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

(a) l-għoti ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lil intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew lil intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja;

(b) l-akkwist jew l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni f’intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, jew f’intrapriżi Sirjani jew bi sjieda Sirjana li huma involuti f’dawk is-setturi barra mis-Sirja, inkluż l-akkwist b’mod sħiħ ta’ tali intrapriżi u l-akkwist ta’ ishma jew ta’ titoli ta’ natura parteċipattiva;

(c) il-ħolqien ta’ kwalunkwe negozju bi sħab ma’ intrapriżi fis-Sirja li huma involuti fl-industrija Sirjana taż-żejt fis-setturi tal-esplorazzjoni, il-produzzjoni jew ir-raffinar, u ma’ kwalunkwe sussidjarja jew affiljat taħt il-kontroll tagħhom.

▼M6

Artikolu 2c

1.  Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta’ Novembru 2011, ta’ obbligi previsti f’kuntratti konklużi qabel it-2 ta’ Settembru 2011.

2.  Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 2b(a) u (b) rispettivament:

(i) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu li jirriżulta minn kuntratti jew ftehimiet konklużi qabel it-23 ta' Settembru 2011;

(ii) m’għandhomx jipprevjenu l-estensjoni ta’ parteċipazzjoni, jekk tali estensjoni hija obbligu taħt ftehim konkluż qabel it-23 ta' Settembru 2011.

Artikolu 2d

Il-konsenja tal-karti tal-flus u muniti denominati Sirjani lill-Bank Ċentrali tas-Sirja għandha tiġi pprojbita.

▼M8

Artikolu 2e

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a) kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taħt jew f'konnessjoni ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti, li daħħlu għalih, bejn is-Sirja u l-BEI;

(b) il-kontinwazzjoni ta' kwalunkwe Kuntratt eżistenti dwar Servizz ta' Assistenza Teknika mill-BEI għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.

▼B

Artikolu 3

▼M7

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta’ persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fis-Sirja.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

▼M7

8.  Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7 Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transituġo territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

▼B

Artikolu 4

▼M7

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra il-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, persuni u entitajiet li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim, u persuni u entitajiet assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’, persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet elenkati fl-Annessi I u II.

▼B

3.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

▼M7

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Annessi I u II u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

▼B

(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni;

▼M6

(e) meħtieġa għal finijiet umanitarji, bħat-twassil jew l-iffaċilitar tat-twassil ta’ assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjonijiet mis-Sirja;

▼M5

(f) destinati sabiex jitqiegħdu ġewwa, jew jinħargu minn, kont ta’ missjoni diplomatika jew konsulari jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

▼B

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti taħt dan il-paragrafu.

4.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M7

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika jew entità msemmija fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Annessi I u II, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

▼B

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

▼M7

(c) il-garanzija jew is-sentenza mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew entità elenkati fl-Annessi I u II; u

▼B

(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna jew entità nominata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

▼M7

5a.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni entità nominata elenkata fl-Anness II, għal perijodu ta’ xahrejn wara d-data tan-nomina tagħha, milli tagħmel pagament minn fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati rċevuti minn tali entità wara d-data tan-nomina tagħha, fejn tali ħlas huwa dovut taħt kuntratt b’rabta mal-finanzjament ta’ kummerċ, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-pagament ma jiġix irċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

▼B

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehim jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe mgħax, dħul u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

▼M7

Artikolu 4a

L-ebda pretensjoni, inkluża dik għal kumpens jew indennizz, jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta’ bond, garanzija finanzjarja, inklużi pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta’ kreditu jew minn strumenti simili f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandha tiġi konċessa lill-persuni jew l-entitajiet nominati elenkati fl-Annessi I u II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

▼B

Artikolu 5

▼M7

1.  Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-listi fl-Annessi I u II.

▼B

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz tagħha huwa magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdi lill-persuna jew l-entità bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

▼M7

Artikolu 6

1.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.

2.  L-Annessi I u II għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

▼B

Artikolu 7

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.




▼M7

ANNESS I

▼C1

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 4



A.  Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bashar Al-Assad

Twieled fil-11 ta’ Settembru 1965 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D1903

President tar-Repubblika; ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti.

23.05.2011

2.

Maher (magħruf ukoll bħala Mahir) Al-Assad

Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967; nru tal-passaport diplomatiku 4138

Kmadant tar-raba′ Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċipali tal-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

3.

Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk)

Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 983

Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

4.

Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

 

Ministru tal-Intern; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

5.

Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib

 

Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

6.

Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf)

Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku 2246

Kurunell u Kap ta' Unità fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

7.

Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun)

Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damasku; Nru tal-passaport diplomatiku D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

8.

Amjad Al-Abbas

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

9.05.2011

9.

Rami Makhlouf

Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku, Nru tal-passaport 454224

Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.05.2011

10.

Abd Al-Fatah Qudsiyah

Twieled fl-1953 f'Hama; Nru tal-passaport diplomatiku D0005788

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

11.

Jamil Hassan

 

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

12.

Rustum Ghazali

Twieled fit-3 ta′ Mejju 1953 f′Dara'a; Nru tal-passaport diplomatiku D000000887

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

9.05.2011

13.

Fawwaz Al-Assad

Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala; Nru tal-passaport 88238

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.05.2011

14.

Munzir Al-Assad

Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattakia; Nru tal-passaport 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

9.05.2011

15.

Asif Shawkat

Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus

Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtá u r-Reconnaissance; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

16.

Hisham Ikhtiyar

Twieled fl-1941

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

17.

Faruq Al Shar′

Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938

Viċi President tas-Sirja; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

18.

Muhammad Nasif Khayrbik

Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama, Nru tal-passaport diplomatiku 0002250

Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtà Nazzjonali; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

19.

Mohamed Hamcho

Twieled fl-20 ta' Mejju 1966; Nru tal-passaport diplomatiku 002954347

Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti r-repressjoni kontra d-dimostranti.

23.05.2011

20.

Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N001820740

Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

21.

Bassam Al Hassan

 

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

22.

Dawud Rajiha

 

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi.

23.05.2011

23.

Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku; Nru tal-passaport N002848852

Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

▼M2

24.

Zoulhima CHALICHE

(Dhu al-Himma SHALISH)

Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha.

Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

25.

Riyad CHALICHE

(Riyad SHALISH)

 

Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad.

23.6.2011

26.

Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali)

DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran.

Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

27.

Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI

(magħruf bħala Qasim SOLEIMANY)

 

Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

28.

Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB)

DtT 1963;

PtT Tehran, Iran.

Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja.

23.6.2011

29.

Khalid QADDUR

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

30.

Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI

 

Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad

Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

▼M3

31.

M. Mohammad Mufleh

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni kontra l-manifestanti.

1.8.2011

32.

Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes

 

Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

33.

Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami)

Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932

Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf.

1.8.2011

34.

Ayman Jabir

Imwieled f'Latakia

Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha

1.8.2011

35.

Ġeneral Ali Habib Mahmoud

Imwieled f' Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009

Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili.

1.8.2011

▼M4

36.

Hayel AL-ASSAD

 

Assistent ta' Maher Al-Assad, Kap tal-unità tal-pulizija militari tar-raba' diviżjoni tal-armata, involuta fir-ripressjoni.

23.8.2011

37.

Ali AL-SALIM

 

Direttur tal-uffiċċju tal-provvisti tal-Ministeru Sirjan tad-Difiża, punt ta' dħul għall-armi kollha li jaslu għall-armata Sirjana.

23.8.2011

▼M8

38.

Nizar AL-ASSAD

(image)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija “Nizar Oilfield Supplies”.

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.08.2011

▼M4

39.

Brigadier Ġenerali Rafiq SHAHADAH

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku.

Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

40.

Brigadier Ġenerali JAMEA JAMEA (Jami Jami)

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Dayr az-Zor.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f' Dayr az-Zor u Alboukamal.

23.8.2011

41.

Hassan Bin-Ali AL-TURKMANI

DtT 1935 f'Aleppo

Deputat Viċi Ministru, eks Ministru tad-Difiża, Mibgħut Speċjali tal-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

42.

Muhammad Said BUKHAYTAN

 

Assistent Segretarju Reġjonali tal-Partit Soċjalista Għarbi ta' Baath sa mill-2005, 2000-2005 Direttur għas-sigurtà nazzjonali tal-partit reġjonali ta' Baath. Eks Gvernatur ta' Hama (1998-2000).

Soċju mill-qrib tal-President Bashar Al-Assad u Maher Al-Assad. Kien jieħu deċiżjonijiet fir-reġim dwar ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

43.

Ali DOUBA

 

Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali għall-President Bashar Al-Assad.

23.8.2011

44.

Brigadier-Ġenerali Nawful AL-HUSAYN

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

45.

Brigadier Husam SUKKAR

 

Konsulent Presidenzjali dwar Affarijiet ta' Sigurtà.

Konsulent Presidenzjali għar-ripressjoni u l-vjolenza tal-aġenziji ta' sigurtà kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.8.2011

46.

Brigadier Ġenerali Muhammed ZAMRINI

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

47.

Logutenent Ġenerali Munir ADANOV (ADNUF)

 

Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali, Operazzjonijiet u Taħriġ għall-Armata Sirjana.

Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

48.

Brigadier Ġenerali Ghassan KHALIL

 

Kap tal-Fergħa tal-Informazzjoni tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (GID). Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.8.2011

49.

Mohammed JABIR

PtT Latakia

Il-milizja ta' Shabiha. Soċju ta' Maher Al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u fil-koordinazzjoni tal-gruppi tal-milizja ta' Shabiha.

23.8.2011

50.

Samir HASSAN

 

Soċju kummerċjali mill-qrib ta' Maher Al-Assad. Magħruf għall-appoġġ ekonomiku tar-reġim Sirjan.

23.8.2011

▼M5

51.

Fares CHEHABI

 

President tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-industrija ta' Alep. Jappoġġa ekonomikament lir-reġim Sirjan.

2.09.2011

▼M6

52.

Emad GHRAIWATI

Data tat-twelid: Marzu 1959; Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

President tal-Kamra tal-Industrija ta’ Damasku (Zuhair Ghraiwati Sons). Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

53.

Tarif AKHRAS

Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Homs, is-Sirja

Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika), Homs. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

54.

Issam ANBOUBA

Data tat-twelid: 1949; Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja

President ta’ Issam Anbouba Est. għall-agro-industrija. Jipprovdi sostenn ekonomiku lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

▼M6

55.

Tayseer Qala Awwad

Data tat-twelid: 1943; Post tat-Twelid Damasku

Ministru tal-Ġustizzja. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ tal-politika u l-prattika ta' arrest u detenzjoni arbitrarji tiegħu.

23.09.2011

56.

Dr. Adnan Hassan Mahmoud

Data tat-twelid: 1966; Post tat-Twelid Tartous

Ministru tal-Informazzjoni. Assoċjat mar-reġim Sirjan, inkluż bl-appoġġ u l-promozzjoni tal-politika ta' informazzjoni tiegħu.

23.09.2011

▼M9

57.

Maġġur Ġenerali Jumah Al-Ahmad

 

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra d-dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

58.

Kurunell Lu'ai al-Ali

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dera'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dera'a.

14.11.2011

59.

Logutenent Ġenerali Ali Abdullah Ayyub

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Persunal u Forza tax-Xogħol). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

60.

Logutenent Ġenerali Jasim al-Furayj

 

Kap tal-Persunal Ġenerali. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

61.

Ġeneral Aous (Aws) ASLAN

Imwieled fl-1958

Kap ta' battaljun fi ħdan il-Gwardja Repubblikana. Qarib ta' Maher al-ASSAD u tal-President al-ASSAD. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

62.

Ġeneral Ghassan BELAL

 

Ġeneral Kmandant tal-uffiċċju riżervat tar-raba' diviżjoni. Kunsillier ta' Maher al-ASSAD u koordinatur tal-operazzjonijiet ta' sigurtà. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

63.

Abdullah BERRI

 

Jidderiġi l-milizzji tal-familja BERRI. Responsabbli għall-milizzji progovernattivi implikati fir-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'ALEP.

14.11.2011

64.

George CHAOUI

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

65.

Maġġur Ġenerali Zuhair Hamad

 

Kap Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

66.

Amar ISMAEL

 

Ċivil - Kap tal-Armata elettronika Sirjana (servizz ta' informazzjoni tal-forza tal-art). Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

67.

Mujahed ISMAIL

 

Membru tal-Armata elettronika Sirjana. Ipparteċipa fir-ripressjoni vjolenti u inkoraġġixxa l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili madwar it-territorju Sirjan.

14.11.2011

68.

Saqr KHAYR BEK

 

Deputat Ministru tal-intern. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

69.

Maġġur Ġenerali Nazih

 

Direttur Deputat tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence. Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u għall-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

70.

Kifah MOULHEM

 

Kmandant ta' battaljun fi ħdan ir-raba' diviżjoni. Responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili f'Deïr el-Zor.

14.11.2011

71.

Ġeneral Maġġur Wajih Mahmud

 

Kmandant tat-18-il Diviżjoni Armata. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Homs

14.11.2011

72.

Bassam SABBAGH

Imwieled fl-24 ta' Awwissu 1959 f'Damas. Indirizz: Kasaa, Triq Anwar al Attar, bini al Midani, Damas. Passaport Sirjan no004326765 maħruġ fit-2.11.2008, validu sa Novembru 2014.

Imexxi l-kabinett Sabbagh u Associés (Damas), Avukat fil-Barreau de Paris. Kunsillier legali, finanzjarju u amministratur tal-affarijiet ta' Rami Makhlouf et de Khaldoun Makhlouf. Assoċjat ma' Bachar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f'Lattaquié. Ipprovda appoġġ għall-finanzjament tar-reġim.

14.11.2011

73.

Ġeneral Luogotenent Tala Mustafa Tlass

 

Kap Deputat tal-Persunal Ġenerali (Loġistika u provvisti). Responsabbli għall-użu ta' vjolenza kontra dimostranti madwar is-Sirja.

14.11.2011

74.

Maġġur Ġeneral Fu'ad Tawil

 

Kap Deputat tal-Forza tal-Ajru Sirjana Responsabbli għall-użu ta' vjolenza madwar is-Sirja u mill-intimidazzjoni u t-tortura ta' dimostranti.

14.11.2011

▼M2



B.  Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bena Properties

 

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

2.

Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari)

Po Box 108, DamascusTel: 963 112110059 / 963112110043Fax: 963 933333149

Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

3.

Hamcho International

(magħruf bħala Hamso International Group)

Baghdad Street, P.O.Box 8254 DamascusTel.:963 112316675Fax: 963 112318875Website: www.hamshointl.comPosta elettronika: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com

Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim

23.6.2011

4.

Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE)

 

Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim.

23.6.2011

▼M4

5.

Direttorat tal-politika ta' sigurtà

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

6.

Direttorat tal-informazzjoni ġenerali

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

7.

Direttorat tal-informazzjoni militari

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

8.

Servizz tal-Informazzjoni tal-Armata tal-ajru

 

Servizz tal-Istat Sirjan li jipparteċipa direttament fir-ripressjoni.

23.8.2011

9.

Il-Forza Qods tal- IRGC (magħrufa wkoll bħala l-Forza Quds tal-IRGC)

Teħeran, Iran

Il-Forza Qods (jew Quds) hija taqsima esperta tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Il-Forza Qods hija involuta fil-forniment ta' tagħmir u appoġġ biex tgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan protesti fis-Sirja.

Il-Forza Qods tal-IRGC ipprovdiet assistenza teknika, tagħmir u appoġġ lis-servizzi tas-sigurtà Sirjani biex irażżnu movimenti ta' protesti ċivili.

23.8.2011

▼M5

10.

Mada Transport

Sussidjarja tal-Holding Cham

(Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

11.

Cham Investment Group

Sussidjarja tal-Holding Cham

(Sehanya daraa Highway, P.O. Box 9525, tel: 00 963 11 99 62)

Entità ekonomika li tiffinanzja r-reġim.

2.09.2011

12.

Real Estate Bank

Insurance Bldg- Yousef Al-azmehsqr. DamascusP.O. Box: 2337 DamascusSyrian Arab Republictel: (+963) 11 2456777 u 2218602Fax: (+963) 11 2237938 u 2211186Posta elettronika tal-Bank: Publicrelations@reb.sy,Website: www.reb.sy

Bank proprjetà tal-gvern li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

2.09.2011

▼M6

13.

Addounia TV (magħrufa wkoll bħala Dounia TV)

Telefon:+963-11-5667274, +963-11-5667271,

Fax:+963-11-5667272

Sit web: http://www.addounia.tv

Addounia TV inċitat il-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

23.09.2011

14.

Cham Holding

Cham Holding Building Daraa Highway - Ashrafiyat SahnayaTel +963 (11) 9962 +963 (11) 668 14000 +963 (11) 673 1044Fax +963 (11) 673 1274Posta elettronika: info@chamholding.sywww.chamholding.sy

Ikkontrollata minn Rami Makhlou; l-akbar kumpannija azzjonarja fis-Sirja, li tibbenefika minn u tappoġġa lir-reġim.

23.09.2011

15.

El-Tel Co. (magħrufa wkoll bħala El-Tel Middle East Company)

Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O.Box 13052, Damasku - SirjaTelefon: +963-11-2212345Fax: +963-11-44694450Posta elettronika: sales@eltelme.comSit web: www.eltelme.com

Timmanifattura u tipprovdi tagħmir għat-telekomunikazzjoni għall-Forzi Armati.

23.09.2011

16.

Ramak Constructions Co.

Indirizz: Daa'ra Highway, Damasku, SirjaTelefon: +963-11-6858111Telefon ċellulari: +963-933-240231

Kostruzzjoni ta' kwartieri militari tas-suldati, kwartieri tas-suldati fil-fruntieri u bini ieħor meħtieġ għall-Forzi Armati.

23.09.2011

17.

Souruh Company (magħrufa wkoll bħala SOROH Al Cham Company)

Indirizz: Adra Free Zone AreaDamasku - SirjaTelefon:+963-11-5327266Telefon ċellulari:+963-933-526812+963-932-878282Fax:+963-11-5316396Posta elettronika: sorohco@gmail.comSit web: http://sites.google.com/site/sorohco

Investiment fi proġetti industrijali militari lokali, timmanifattura partijiet ta' armi u oġġetti relatati. 100% tal-kumpannija hija proprjetà ta' Rami Makhlouf.

23.09.2011

18.

Syriatel

Thawra Street, Ste Building 6ème étage, BP 2900Tel: +963 11 61 26 270Fax: +963 11 23 73 97 19Posta elettronika: info@syriatel.com.sy;Sit web: http://syriatel.sy/

Ikkontrollata minn Rami Makhlou; tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim: permezz tal-kuntratt ta' liċenzjar tagħha hija tħallas 50% tal-profitti tagħha lill-Gvern.

23.09.2011

▼M7




ANNESS II

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)



Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta’ inklużjoni fil-lista

1.

Commercial Bank of Syria

— Damascus Branch, P.O. Box 2231, Moawiya St., Damascus, Sirja;- P.O. Box 933, Yousef Azmeh Square, Damascus, Sirja;

— Aleppo Branch, P.O. Box 2, Kastel Hajjarin St., Aleppo, Sirja;

SWIFT/BIC CMSY SY DA; l-uffiċċji kollha fid-dinja

Sit web: http://cbs-bank.sy/En-index.php

Tel: +963 11 2218890

Fax: +963 11 2216975

amministrazzjoni ġenerali: dir.cbs@mail.sy

Bank tal-istat li jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

13.10.2011

Top