EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0235-20240626

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/235/2024-06-26

02011D0235 — MT — 26.06.2024 — 021.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

tat-12 ta’ April 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

▼B

(ĠU L 100 14.4.2011, p. 51)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/670/PESK tal-10 ta' Ottubru 2011

  L 267

13

12.10.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/168/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012

  L 87

85

24.3.2012

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/810/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012

  L 352

49

21.12.2012

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/124/PESK tal-11 ta' Marzu 2013

  L 68

57

12.3.2013

 M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/205/PESK tal-10 ta' April 2014

  L 109

25

12.4.2014

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/555 tas-7 ta' April 2015

  L 92

91

8.4.2015

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/565 tal-11 ta' April 2016

  L 96

41

12.4.2016

 M8

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/689 tal-11 ta' April 2017

  L 99

21

12.4.2017

 M9

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/568 tat-12 ta' April 2018

  L 95

14

13.4.2018

 M10

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/562 tat-8 ta' April 2019

  L 98

17

9.4.2019

►M11

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/512 tas-7 ta’ April 2020

  L 113

22

8.4.2020

►M12

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/585 tat-12 ta’ April 2021

  L 124I

7

12.4.2021

►M13

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/595 tat-12 ta’ April 2021

  L 125

58

13.4.2021

►M14

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/596 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

68

12.4.2022

►M15

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1956 tas-17 ta’ Ottubru 2022

  L 269I

9

17.10.2022

►M16

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2234 tal-14 ta’ Novembru 2022

  L 293I

43

14.11.2022

►M17

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2235 tal-14 ta’ Novembru 2022

  L 293I

46

14.11.2022

►M18

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2433 tat-12 ta’ Diċembru 2022

  L 318I

36

12.12.2022

►M19

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/153 tat-23 ta’ Jannar 2023

  L 20I

23

23.1.2023

►M20

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/381 tal-20 ta’ Frar 2023

  L 51I

36

20.2.2023

►M21

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/646 tal-20 ta’ Marzu 2023

  L 80I

7

20.3.2023

►M22

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/727 tal-31 ta’ Marzu 2023

  L 94

56

3.4.2023

►M23

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/849 tal-24 ta’ April 2023

  L 109I

40

24.4.2023

►M24

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/987 tat-22 ta’ Mejju 2023

  L 134I

6

22.5.2023

►M25

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1299 tal-26 ta’ Ġunju 2023

  L 160I

5

26.6.2023

►M26

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1780 tal-15 ta’ Settembru 2023

  L 228I

6

15.9.2023

►M27

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1019 tal-4 ta’ April 2024

  L 1019

1

5.4.2024

►M28

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/1795  tal-24 ta’ Ġunju 2024

  L 1795

1

25.6.2024


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 347, 15.12.2012, p.  44 (2011/235/PESK)

 C2

Rettifika, ĠU L 225I, 14.7.2020, p.  3 (2020/512)

►C3

Rettifika, ĠU L 056, 23.2.2023, p.  31 ((PESK) 2022/2433)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

tat-12 ta’ April 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

▼B



Artikolu 1

1.  
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.
2.  
Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
3.  

Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) 

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) 

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c) 

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) 

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  
Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala applikabbli wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5.  
Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.
6.  
L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Iran.
7.  
Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fil-jumejn ta’ xogħol wara li tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ madanakollu jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8.  
Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 2

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2.  
L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, b’mod dirett jew indirett, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness.
3.  

L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) 

meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) 

maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  

Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) 

il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità elenkata fl-Anness; u

(d) 

ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-linji politiċi pubbliċi fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  
Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna,jew entità elenkata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel id-data li fiha tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata fl-Anness, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermuna li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.
6.  

Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) 

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) 

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew irriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,

dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

▼M28

7.  
Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal organizzazzjonijiet u aġenziji li huma soġġetti għall-valutazzjoni tal-pilastri mill-Unjoni u li magħhom l-Unjoni ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija finanzjarja li abbażi tiegħu l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji jaġixxu bħala sħab umanitarji tal-Unjoni, dment li l-forniment tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 2 ikun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Iran.
8.  
F’każijiet mhux koperti mill-paragrafu 7, u b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet speċifiċi jew ġenerali, taħt kondizzjonijiet ġenerali jew speċifiċi li huma jqisu xierqa, biex jiġu rrilaxxati ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew biex isiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun meħtieġ għal finijiet esklużivament umanitarji fl-Iran.
9.  
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien 5 ijiem ta’ xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 8, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
10.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni li tingħata skont il-paragrafi 8 jew 9 fi żmien ġimagħtejn minn tali awtorizzazzjoni.

▼M2

Artikolu 2a

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonati primarjament biex jintuża fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni mir-Reġim Iranjan, jew għan-nom tiegħu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu.

Artikolu 2b

1.  
Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna lill-Iran minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom.
2.  

Huwa wkoll ipprojbit:

(a) 

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

(b) 

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

▼M3

3.  
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li huwa maħsub biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Iran, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra jew ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir, kif approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

▼B

Artikolu 3

1.  
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, sabiex tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif adatt.

Artikolu 4

1.  
L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.
2.  
L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

▼M2

Artikolu 4a

Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri mesmmija fl-Artikoli 2a u 2b għandha tiġi pprojbita.

▼B

Artikolu 5

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi sabiex jadottaw miżuri restrittivi simili.

▼M2

Artikolu 6

1.  
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M27

2.  
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta’ April 2025. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

▼M28

3.  
L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fir-rigward tal-Artikolu 2(1) u (2) għandhom jiġu rrieżaminati f’intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti ta’ kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi.

▼B




ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2

▼M11



Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M14

1.

AHMADI- MOQADDAM Esmail

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 1961

Sess: raġel

Direttur tal-Università u l-Istitut tar-Riċerka tad-Difiża Nazzjonali Superjuri mill-20 ta' Settembru 2021. Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta' Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata mill-UE) minn Jannar 2011 sa kmieni fl-2015 ukoll. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fil-15 ta' Ġunju 2009. Eks kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b'appoġġ għall-Poplu Jemenita.

12.4.2011

▼M11

2.

ALLAHKARAM Hossein

Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

– Data tat-twelid: 1945

Sess: raġel

Kap tal-Kunsill tal-Koordinazzjoni tal-Ansar-e Hezbollah u eks ġeneral fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009.

Huwa jżomm ir-rwol għoli tiegħu f’organizzazzjoni li lesta twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-pubbliku, fosthom bit-tħeġġiġ tal-aggressjoni fuq in-nisa għall-għażla ta’ ħwejjeġ tagħhom.

12.4.2011

3.

ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

Sess: raġel

Titlu: Brigadier Ġenerali

Brigadier Ġenerali fl-IRGC. Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

12.4.2011

▼M27

4.

FAZLI Ali

علی فضلی

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Kmandant tal-Università Imam Hossein (magħruf ukoll bħala Imam Hussein University)

Minn Mejju 2017 ’l hawn, Kmandant tal-Università Imam Hossein b’ordni tal-Kap Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks Kap tal-Kulleġġ tal-Kadetti Imam Hossein (2018-Ġunju 2020). Eks Viċi Kmandant tal-Basij (2009-2018). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, provinċja ta’ Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta’ Tehran u kellu rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta’ dimostranti fl-2009.

12.4.2011

▼M7 —————

▼M11

6.

JAFARI Mohammad-Ali (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

Post tat-twelid: Yazd (Iran)

– Data tat-twelid: 1.9.1957

Sess: raġel

Direttur tal-Bażi Soċjali u Kulturali Hazrat-e Baqiatollah. Eks Kmandant tal-IRGC (Settembru 2007-April 2019). L-IRGC u l-Bażi ta’ Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Mohammad-Ali (Aziz) Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta’ attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

12.4.2011

7.

KHALILI Ali

Sess: raġel

Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fi rwol għoli fil-Bażi ta’ Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta’ Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords mediċi lil persuni li ndarbu jew li ddaħħlu l-isptar matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

12.4.2011

▼M27

8.

MOTLAGH Bahram Hosseini

بهرام حسینی مطلق

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Membru tal-persunal li jgħallem fl-Università Imam Hossein (Gwardjani tar-Rivoluzzjoni) (magħruf ukoll bħala Imam Hussein University) u Kap tad-dipartiment tal-ippjanar u l-operazzjonijiet tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati

Membru tal-persunal li jgħallem fl-Università Imam Hossein (Gwardjani tar-Rivoluzzjoni) u Kap tad-dipartiment tal-ippjanar u l-operazzjonijiet tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, provinċja ta’ Tehran. Il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti fl-2009.

12.4.2011

▼M11

9.

NAQDI Mohammad-Reza

Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

– Data tat-twelid: Madwar 1952

Sess: raġel

Titlu: Brigadier Ġenerali

Viċi Koordinatur tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij (2009-2016). Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta’ madwar 15-il persuna u l-arrest ta’ mijiet ta’ persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f’Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta’ dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

12.4.2011

▼M27

10.

RADAN Ahmad-Reza

احمدرضا رادان

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-twelid: 1963

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran

Minn Jannar 2023 ’l hawn, Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran, imsejħa wkoll il-pulizija nazzjonali Iranjana. Eks Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-LEF Iranjani, korp marbut mal-LEF. Viċi Kap tal-LEF mill-2008 sa Ġunju 2014. F’dik il-pożizzjoni, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta’ dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Bħala eks Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika, huwa kien responsabbli mit-taħriġ ta’ forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”.

12.4.2011

▼M13

11.

RAJABZADEH Azizollah

Sess: raġel

Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali tal-Ordni Urbana mill-2014. Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Mitigazzjoni tad-Diżastri ta’ Tehran (2010-2013). Bħala Kap tal-Pulizija ta’ Tehran sa Jannar 2010, kien responsabbli mill-attakki vjolenti tal-pulizija fuq dimostranti u studenti. Bħala Kmandant tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, kien l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak f’Diċembru 2009.

12.4.2011

▼M11

12.

SAJEDI-NIA Hossein

Sess: raġel

Viċi Kmandant tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta’ Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

12.4.2011

▼M27

13.

TAEB Hossein

حسین طائب

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 1963

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: konsulent għall-Kap Kmandat tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Mill-2022 ’l hawn, konsulent tal-Kap Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), Hossein Salami. Eks Kap tal-organizzazzjoni tal-intelligence tal-IRGC (minn Ottubru 2009 sa Ġunju 2022). Ir-responsabbiltajiet tiegħu żdiedu f’Mejju 2019 bil-fużjoni tal-Uffiċċju tal-Viċi tal-Intelligence Strateġika tal-IRGC u l-Organizzazzjoni tal-Intelligence tal-IRGC. Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta’ dimostranti paċifiċi.

12.4.2011

▼M11

14.

SHARIATI Seyeed Hassan

Sess: raġel

Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Kap tal-Ġudikatura ta’ Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

12.4.2011

▼M13

15.

DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali

Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

Data tat-twelid: 3.12.1950

Sess: raġel

Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta’ Markazi (Ċentrali) u Kap tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru għall-Intelligence matul il-Presidenza ta’ Khatami. Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b’segwitu għall-ewwel protesti ta’ wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat.

12.4.2011

▼M13 —————

▼M22

17.

SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad

Sess: raġel

Hodjatoleslam Seyed Mohammad Soltani ilu mill-2018 iservi bħala viċi prosekutur fir-Revolutionary Prosecution Office, Mashhad. Kap tal-Organisation for Islamic Propaganda fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta’ Mashhad (2013-2019). Proċessi taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li bosta sentenzi ta’ eżekuzzjoni nqatgħu kollha flimkien, ingħataw pieni tal-mewt mingħajr osservanza xierqa ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust. Huwa responsabbli li ta sentenzi ħorox ta’ ħabs lil ċittadini tal-minoranza Baħai, minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom, permezz ta’ proċessi inġusti neqsin mill-proċess korrett tal-liġi, u l-użu ta’ proċeduri extraġudizzjarji.

12.4.2011

▼M11

18.

HEYDARIFAR Ali-Akbar

Sess: raġel

Eks imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta’ persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-ġudikatura dwar abbużi ta’ Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

12.4.2011

▼M22

19.

JAFARI-DOLATABADI Abbas

Post tat-twelid: Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1953

Sess: raġel

Eks konsulent għas-Supreme Disciplinary Court for Judges (29 ta’ April 2019 sa mill-inqas l-2020). Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta’ Abbas Jafari-Dolatabadi akkuża għadd kbir ta’ dimostranti, inkluż individwi li ħadu sehem fil-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta’ Karroubi f’Settembru 2009 u l-arrest ta’ diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f’Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw b’Muharebeh, jew “mibegħda kontra Alla”, li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad il-proċess dovut tal-liġi lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. Bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika, l-uffiċċju tiegħu kellu wkoll fil-mira tiegħu u arresta riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-media.

F’Ottubru 2018, huwa ħabbar lill-media li l-erba’ attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bi “trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja”, akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt.

12.4.2011

▼M14

20.

MOGHISSEH Mohammad (magħruf ukoll bħala NASSERIAN)

Sess: raġel

Imħallef fil-Qorti Suprema minn Novembru 2020. Eks kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta' membri tal-komunità Bahai. Ittratta wkoll kawżi ta' wara l-elezzjoni. Ta sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti ta’ attivisti u ġurnalisti soċjali u politiċi, u diversi pieni tal-mewt għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

12.4.2011

▼M22

21.

MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

Post tat-twelid: Ejiyeh (Iran)

Data tat-twelid: madwar 1956

Sess: raġel

Prim Imħallef minn Lulju 2021. Membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza. Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 sal-2014. Eks Viċi Kap tal-Ġudikatura (2014 sa Lulju 2021) u kelliem għall-Ġudikatura (2010-2019). Ministru għall-Intelligence mill-2005 sal-2009. Waqt li kien Ministru għall-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura, u l-akkwist ta’ stqarrijiet foloz taħt pressjoni mingħand mijiet ta’ attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjoni insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatt, u t-theddid ta’ membri tal-familja. Matul il-protesti tal-2022 u l-2023, Gholam-Hossein Mohseni-Ejei ddikjara li mhux ser ikun hemm klemenza mad-dimostranti.

12.4.2011

▼M14

22.

MORTAZAVI Said (magħruf ukoll bħala MORTAZAVI Saeed)

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Sess: raġel

Kap tas-Sistema ta' Protezzjoni Soċjali mill-2011 sal-2013. Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010, investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni.

F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie liberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta' Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta' tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Kahrizak fl-2009. Ikkundannat għall-ħabs fl-2017 u rilaxxat f'Settembru 2019. F'Awwissu 2021, il-Qorti Suprema tal-Iran ħarġet sentenza b'appoġġ sħiħ għal Said Mortazavi, fejn qalbet is-sentenza preċedenti tiegħu ta' sentejn ħabs.

12.4.2011

▼M11

23.

PIR-ABASSI Abbas

Sess: raġel

Maġistrat ta’ Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta’ wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

12.4.2011

24.

MORTAZAVI Amir

Sess: raġel

Viċi kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Viċi Prosekutur ta’ Mashhad sa mill-inqas 2015. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

12.4.2011

▼M22

25.

SALAVATI Abdolghassem

Sess: raġel

Imħallef tal-Ispecial Court for Financial Crimes, fergħa 4, mill-2019. Eks Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta’ Tehran. Inkarigat mill-kawżi ta’ wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-proċessi spettaklu fis-sajf tal-2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta’ priġunerija fit-tul.

Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta’ smigħ ġust.

Matul il-protesti tal-2022, Abdolghassem Salavati kkundanna għall-mewt bosta dimostranti, inkluż lil Mohammad Beroghani u Saman Seydi.

12.4.2011

▼M11

26.

SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar)

Sess: raġel

Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

12.4.2011

▼M14 —————

▼M14

28.

YASAGHI Ali-Akbar

Sess: raġel

Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-13-il taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta' Mashhad (2001-2011). Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa (sa 550 bejn is-sajf tal-2009 u s-sajf tal-2011), il-pieni tal-mewt inħarġu mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust.

12.4.2011

▼M11

29.

BOZORGNIA Mostafa

Sess: raġel

Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta’ Evin. F’diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

12.4.2011

▼M14

30.

ESMAILI Gholam-Hossein (magħruf ukoll bħala ESMAILI Gholam Hossein)

Sess: raġel

Kap tal-Persunal tal-President Iranjan Raisi minn Awwissu 2021. Kelliem għall-ġudikatura minn April 2019 sa Lulju 2021. Eks Kap tal-Ġudikatura ta' Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F'din il-kariga, huwa kien kompliċi fid-detenzjoni massiva ta' persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għall-ħabi ta' abbużi mwettqa fis-sistema ta' priġunerija.

12.4.2011

▼M11

31

SEDAQAT (magħruf ukoll bħala Sedaghat) Farajollah

Sess: raġel

Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabs f’Tehran. Kap tal-ħabs ta’ Evin, Tehran sa Ottubru 2010 fejn matul dan iż-żmien wettaq torturi. Huwa kien gwardjan, u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

12.4.2011

32.

ZANJIREI Mohammad-Ali

Sess: raġel

Bħala Konsulent għoli għall-Kap, u Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-priġunieri. Amministra sistema li fiha l-priġunieri batew minn abbuż, tortura u trattament inuman/degradanti u tqiegħdu f’kondizzjonijiet ta’ għajxien ħżiena ħafna.

12.4.2011

▼M14

33.

ABBASZADEH- MESHKINI, Mahmoud

Sess: raġel

Membru tal-Parlament (minn Frar 2020) u Speaker tal-Kumitat tal-Parlament għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Affarijiet Barranin. Eks Konsulent għall-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iran (sal-2019). Eks segretarju tal-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Eks Direttur Politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi, huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi – il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 'l quddiem, irrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

▼M13

34.

AKBARSHAHI Ali-Reza

Sess: raġel

Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala: Kwartieri Ġenerali Kontra n-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta’ Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta’ forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-pulizija ta’ Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f’dormitorji universitarji f’Tehran f’Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Sal-2018, kap tal-pulizija ferrovjarja.

10.10.2011

▼M14

35.

AKHARIAN Hassan

Sess: raġel

Kap tas-Sala 5 u inkarigat mir-reklużjoni fil-Ħabs ta' Rajaee Shahr elenkat mill-UE mill-2015; kien Gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta' Rajaee Shahr, Karadj sa Lulju 2010. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu tiegħu ta' tortura, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Rajaee Shahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tat-trattament ħażin u l-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian. Beikvand miet f'Settembru 2010. Priġunieri oħra jiddikjaraw b'mod kredibbli li nqatel fuq struzzjonijiet ta' Hassan Akharian.

10.10.2011

36.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza, AVAIE Alireza)

Post tat-twelid: Dezful (Iran)

Data tat-twelid: 20.5.1956

Sess: raġel

Ministru għall-Ġustizzja sal-25 ta' Awwissu 2021. Eks Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 Viċi Ministru għall-Intern u l-Kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran, kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

▼M11

37.

BANESHI Jaber

Sess: raġel

Kap tal-Fergħa 22 tal-Qorti tal-Appell ta’ Shiraz minn Novembru 2011. Prosekutur ta’ Shiraz sa Ottubru 2011. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta’ Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni oħra bla konnessjoni. Huwa għamel akkużi li jġorru l-piena tal-mewt u pieni severi oħra fuq minoranzi, b’tali mod li jikkostitwixxu, fost l-oħrajn, ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom għal proċess ġust u l-libertà minn detenzjoni arbitrarja.

10.10.2011

▼M14 —————

▼M13

39.

GANJI Mostafa Barzegar

Sess: raġel

Direttur Ġenerali tas-Sorveljanza tal-Ispezzjoni u l-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Qrati minn Ġunju 2020. Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Qom (2008-2017), u eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-ħabsijiet. Huwa kien responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta’ bosta offensuri f’Qom. Huwa kien kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2009/2010.

10.10.2011

40.

HABIBI Mohammad Reza

Sess: raġel

Prim Imħallef ta’ Isfahan. Eks Avukat Ġenerali ta’ Isfahan. Eks Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f’Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta’ Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust – bħal Abdollah Fathi, li ngħata l-mewt f’Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema’ u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f’Marzu 2010. Għaldaqstant huwa kien kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2011.

10.10.2011

▼M14 —————

▼M6 —————

▼M22

43.

JAVANI Yadollah

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Grad: Brigadier Ġeneral

Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-kelma u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b’appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu l-arrest ta’ Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta’ tekniki li jiksru d-dritt għal proċess ġust, fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. L-evidenza tindika wkoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x’aktarx li kien jaf bl-użu ta’ tekniki ħorox ta’ interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati.

10.10.2011

▼M13

44.

JAZAYERI Massoud

Sess: raġel

Titlu: Brigadier Ġeneral

Konsulent kulturali għall-Kap Konġunt tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran minn April 2018. Fi ħdan il-persunal militari konġunt tal-Forzi Armati tal-Iran, il-Brigadier Ġenerali Massaud Jazayeri kien id-Deputat Kap tal-Persunal għall-affarijiet kulturali u tal-media (magħruf wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat). Huwa kkollabora b’mod attiv fir-repressjoni tal-protesti tal-2009 bħala Viċi Kap tal-Persunal. Huwa wissa f’intervista f’Kayhan li ħafna dimostranti ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun.

Huwa talab pubblikament għat-trażżin ta’ kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma’ sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

10.10.2011

▼M27

45.

JOKAR Mohammad Saleh

محمد صالح جوکار

Post tat-twelid: Yazd (Iran)

Data tat-twelid: 1957

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: Membru tal-Parlament għall-provinċja ta’ Yazd u President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Interni u l-Kunsilli Parlamentari

Membru tal-Parlament għall-provinċja ta’ Yazd u President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Interni u l-Kunsilli Parlamentari. Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u eks Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-IRGC. Mill-2011 sal-2016, Membru tal-Parlament għall-provinċja ta’ Yazd u Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta’ Basij. F’dan ir-rwol huwa kien involut b’mod attiv fit-trażżin tal-protesti u l-indottrinazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ħsieb li jkompli bit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni u ta’ min ma jaqbilx. Bħala Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija, huwa appoġġa pubblikament it-trażżin tal-oppożizzjoni għall-gvern u l-politiki repressivi tiegħu. Wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fl-2022, huwa kellu rwol ċentrali fil-proposta ta’ emendi għal-liġi elettorali parlamentari mfassla biex jagħtu s-setgħa lill-estremisti fl-elezzjonijiet parlamentari u biex iwaqqfu t-talbiet tad-dimostranti.

10.10.2011

▼M14

46.

KAMALIAN Behrouz (magħruf ukoll bħala: Hackers Brain, Behrooz_Ice)

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 1983

Sess: raġel

Kap taċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" b'rabta mar-reġim Iranjan. Is-Sigurtà Diġitali "Ashiyaneh", imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Il-ħidma tal-organizzazzjoni "Ashiyaneh" ta' Kamalian assistiet lir-reġim fir-repressjoni tal-oppożizzjoni, li kienet tinvolvi ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2009. Kemm Kamalian kif ukoll iċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" komplew bl-attivitajiet tagħhom mill-inqas sa Diċembru 2021.

10.10.2011

47.

KHALILOLLAHI Moussa (magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil)

Post tat-twelid: Tabriz (Iran)

Data tat-twelid: 1963

Sess: raġel

Prim Imħallef tal-provinċja tal-Azerbajġan tal-Lvant. Eks Prosekutur ta' Tabriz mill-2010 sal-2019. Huwa kien involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

10.10.2011

▼M13

48.

MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

Data tat-twelid: 1959/1960

Sess: raġel

Viċi Segretarju Ġenerali tal-Front Paydari (Front tal-Istabbiltà Iżlamika). Eks Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad, eks membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza u eks Viċi Kap tal-Front ta’ Perseveranza. Ministru għall-Protezzjoni Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kellu awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru għall-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli mill-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fl-14 ta’ Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta’ taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b’mod sever fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta’ Mahsouli.

10.10.2011

▼M11

49.

MALEKI Mojtaba

Sess: raġel

Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta’ Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta’ Kermanshah. Kellu rwol fl-għadd kbir ta’ pieni tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta’ seba’ priġunieri misjuba ħatja ta’ traffikar ta’ drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta’ Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta’ Kermanshah.

10.10.2011

50.

OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza)

Sess: raġel

Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Kien responsabbli għal eluf ta’ investigazzjonijiet u akkużi ta’ riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-internet. Għaldaqstant huwa kien responsabbli għal ksur gravi ta’ drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta’ persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni matul u wara l-Moviment Aħdar tal-2009.

10.10.2011

▼M27

51.

SALARKIA Mahmoud

محمود سالار کیا

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Mahmoud Salarkia bħalissa qed jaħdem bħala avukat u jkompli jrażżan id-drittijiet individwali taċ-ċittadini Iranjani fid-difiża tal-politiki repressivi tar-reġim. Huwa jidher fil-lista ta’ avukati kompetenti skont l-Artikolu 48 tal-kodiċi tal-proċedura kriminali tal-Iran, li abbażi tiegħu l-akkużati ta’ xi reati politiċi u ta’ sigurtà jiġu miċħuda l-għażla ta’ avukat matul l-istadji ta’ interrogazzjoni u investigazzjoni mill-uffiċċju tal-prosekutur. Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta’ Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

F’dik il-pożizzjoni, huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati kienu, fuq struzzjonijiet ta’ Salarkia, miżmuma f’iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta’ żmien li jvarja, spiss f’kundizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Ħafna drabi, il-familji tal-arrestati ma ġewx avżati bl-arrest.

10.10.2011

▼M11

52.

KHODAEI SOURI Hojatollah

Post tat-twelid: Selseleh (Iran) —

Data tat-twelid: 1964

Sess: raġel

Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà. Kap tal-ħabs ta’ Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta’ Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f’oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

▼M14

53.

TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 1969

Sess: raġel

Sindku ta' Eslamshahr sal-2020. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (Farmandar) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

▼M13

54.

TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan (Iran)

Data tat-twelid: 1959

Sess: raġel

Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta’ Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta’ repressjoni li saru mill-IRGC fil-Provinċja ta’ Tehran, inkluż ir-repressjoni ta’ protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f’Khajeh Nasireddin Tusi.

10.10.2011

▼M14

55.

ZEBHI Hossein

Sess: raġel

L-ewwel Viċi Konsulent għall-Ġudikatura u Mħallef tal-Qorti Suprema (Kap tal-Fergħa 41 tal-Qorti Suprema, li jittratta b'mod partikolari reati ta' sigurtà u drogi). Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran (2007-2015). F'dan ir-rwol, kien responsabbli mill-każijiet ġudizzjarji li tressqu wara l-protesti ta' wara l-elezzjoni fl-2009 li twettqu bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. F'dan ir-rwol ukoll, huwa appoġġa l-kastigi eċċessivi għal reati ta' drogi.

10.10.2011

56.

BAHRAMI Mohammad- Kazem

Sess: raġel

Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva sa April 2021. Huwa kien kompliċi fir-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi fl-2009 bħala kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

10.10.2011

▼M22

57.

HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi)

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 1948

Sess: raġel

Imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta’ Tehran. Matul il-ħidma tiegħu fil-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f’diversi kawżi kontra dimostranti, fosthom dik ta’ Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f’Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu.

10.10.2011

58.

BAGHERI Mohammad-Bagher

Sess: raġel

Fl-2019, Mohammad-Bagher Bagheri nħatar Viċi Kap tal-Ġudikatura għall-Affarijiet Internazzjonali u Segretarju tal-Persunal tad-Drittijiet tal-Bniedem minflok Mohammad Javad Larijani f’din il-pożizzjoni b’digriet ta’ Ebrahim Raisi. Huwa kien imħallef fil-Qorti Suprema bejn Diċembru 2015 u l-2019. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li f’Ġunju 2011 irrikonoxxa 140 eżekuzzjoni, bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, għal reati li jġorru l-piena tal-mewt, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perjodu u fl-istess provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess ġust u kkontribwixxa għal għadd kbir ta’ pieni tal-mewt.

10.10.2011

▼M11

59.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashhad (Iran)

Data tat-twelid: 1952

Sess: raġel

President tal-Fondazzjoni għall-Għajnuna Imam Khomeini (minn Lulju 2019). Eks viċi kustodju tas-Santwarju ta’ Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta’ priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta’ qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

10.10.2011

▼M22

60.

HOSSEINI Dr Seyyed Mohammad (magħruf ukoll bħala HOSSEYNI Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

دکتر سيد محمد حسيني

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman (Iran)

Data tat-twelid: 23.7.1961

Sess: raġel

Viċi President għall-affarijiet parlamentari taħt il-President Raisi minn Awwissu 2021. Eks konsulent tal-President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks konsulent għad-Direttur tal-Islamic Culture and Relations Organisation (ICRO). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni ta’ ġurnalisti.

10.10.2011

▼M11

61.

MOSLEHI Heydar (magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

Data tat-twelid: 1956

Sess: raġel

Rappreżentant tal-Bureau Ideoloġiku-Politiku tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-2018). Eks konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta’ detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta’ dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta’ Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta’ oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence ssoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali.

10.10.2011

▼M14

62.

ZARGHAMI Ezzatollah

Post tat-twelid: Dezful (Iran)

Data tat-twelid: 22.7.1959

Sess: raġel

Ministru tal-Kultura, l-Artiġjanat u t-Turiżmu mill-25 ta' Awwissu 2021. Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali mill-2014. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' detenuti u serje ta' proċessi spettaklu f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut.

23.3.2012

▼M13

63.

TAGHIPOUR Reza

Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

Data tat-twelid: 1957

Sess: raġel

Membru tal-11-il Parlament Iranjan (kostitwenza ta’ Tehran). Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Eks membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta’ kull tip ta’ komunikazzjoni (b’mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta’ detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F’diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati u l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità.

23.3.2012

▼M14

64.

KAZEMI Toraj

Sess: raġel

Kap tad-diviżjoni ta' Greater Tehran tal-Pulizija Ċibernetika ddeżinjata mill-UE sa Ġunju 2020. F'din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti "perikolużi".

23.3.2012

65.

LARIJANI Sadeq

Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961

Sess: raġel

Kap tal-Kunsill ta' Espedjenza mid-29 ta' Diċembru 2018. Eks membru tal-Kunsill tal-Gwardjani (sa Settembru 2021). Eks Kap tal-Ġudikatura (2009-2019). Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (tpattija), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reati kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjoni. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Għalhekk, huwa kkontribwixxa għal għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċidu fl-għajnejn tal-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust.

23.3.2012

▼M22

66.

MIRHEJAZI Ali Ashgar

Data tat-twelid: 8 ta’ Settembru 1946

Post tat-twelid: Isfahan

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Konsulent dwar l-intelligence tal-Mexxej Suprem. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli li ppjanaw it-trażżin tal-protesti, li ilu jiġi implimentat sa mill-2009, u huwa assoċjat ma’ dawk responsabbli sabiex irażżnu l-protesti.

Huwa kien responsabbli wkoll għall-ippjanar tat-trażżin tal-inkwiet pubbliku f’Diċembru 2017/2018 u Novembru 2019.

23.3.2012

▼M13

67.

SAEEDI Ali

Sess: raġel

Kap tal-uffiċċju tal-ideoloġija politika tal-Mexxej Suprem. Eks rappreżentant tal-Mexxej Suprem għall-Pasdaran (1995-2020) wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta’ din il-funzjoni uffiċjali huwa kien ċ-ċinga ta’ trażmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u l-apparat ta’ repressjoni tal-Pasdaran.

23.3.2012

▼M11

68.

RAMIN Mohammad-Ali

Post tat-twelid: Dezful (Iran)

Data tat-twelid: 1954

Sess: raġel

Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli biex jorganizza f’isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta’ bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti.

23.3.2012

▼M22

69.

MORTAZAVI Seyyed Solat

Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (South) - (Iran)

Data tat-twelid: 1967

Sess: raġel

Mid-19 ta’ Ottubru 2022 (aġent) Ministru għall-Kooperattivi, ix-Xogħol u l-Protezzjoni Soċjali. Minn Settembru 2021 sa Ottubru 2022, Viċi President għall-Affarijiet Eżekuttivi tal-Iran u Kap tal-Uffiċċju Presidenzjali. Kap tal-fergħa tal-proprjetà immobbli tal-Fondazzjoni Mostazafan, li kienet immexxija direttament mill-Mexxej Suprem Khamenei mis-16 ta’ Settembru 2019 sa Settembru 2021. Sa Novembru 2019, Direttur tal-fergħa ta’ Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment jitwettqu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F’dik il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi r-repressjoni ta’ persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

23.3.2012

▼M6 —————

▼M7 —————

▼M6 —————

▼M13

73.

FARHADI Ali

Sess: raġel

Viċi Kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ Tehran. Eks prosekutur ta’ Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn ingħatat il-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta’ Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

23.3.2012

▼M14

74.

REZVANMA-NESH Ali

Sess: raġel

Viċi Prosekutur fil-provinċja ta' Karaj, reġjun ta' Alborz fil-perjodu 2010-2016. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni.

23.3.2012

▼M11

75.

RAMEZANI Gholamhossein

Sess: raġel

Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma’ dawk responsabbli għall-arresti ta’ bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta’ protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009.

23.3.2012

76.

SADEGHI Mohamed

Sess: raġel

Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta’ analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta’ bloggers/ġurnalisti.

23.3.2012

▼M22

77.

JAFARI Reza

Data tat-twelid: 1967

Sess: raġel

Eks konsulent għad-Disciplinary Court for Judges (2012-2022). Membru tal-Committee for Determining Criminal Web Content, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-media soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta’ espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta’ ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.

23.3.2012

▼M11

78.

RESHTE-AHMADI Bahram

Sess: raġel

Imħallef ta’ qorti ordinarja tat-Tramuntana ta’ Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f’Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta’ Tehran. Eks Viċi Prosekutur f’Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta’ Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta’ drittijiet, inkluż drittijiet ta’ żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

23.3.2012

▼M14

79.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

Sess: raġel

Viċi Direttur tas-Saħħa, Korrezzjoni u Edukazzjoni tal-Ħabsijiet ta' Tehran. Eks kap tal-Ħabs ta' Evin (2012-2015). Matul il-kariga tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu riferiment għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

80.

KIASATI Morteza

Sess: raġel

Imħallef tal-fergħa 54 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran u tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, Fergħa 4; ikkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tlett aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Sar riferiment għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13 ta' Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta' Awwissu 2012.

12.3.2013

▼M22

81.

MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher (magħruf ukoll bħala MOUSAVI Sayed Mohammed Baqir)

محمدباقر موسوى

Sess: raġel

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, Fergħa 2 (2011-2015), li ikkundanna għall-mewt għadd ta’ persuni, inkluż ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha’bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta’ Marzu 2012 għal attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta’ Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett tal-liġi. Hadi Rashedi u Hashem Sha’bani Amouri ġew iġġustizzjati fl-2014.

12.3.2013

▼M22 —————

▼M27

83.

JAFARI Asadollah

اسدالله جعفرﻯ

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: Kap tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja f’Isfahan u Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Ekonomija tar-Reżistenza

Kap tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja f’Isfahan u Kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Ekonomija tar-Reżistenza. Eks Avukat Ġenerali f’Isfahan. F’dik il-pożizzjoni, ordna reazzjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti li ħarġu fit-toroq f’Novembru 2021 biex jipprotestaw kontra l-iskarsezzi tal-ilma. Skont xi rapporti, Asadollah Jafari ħabbar il-formazzjoni ta’ uffiċċju speċjali biex jinvestiga d-dimostranti arrestati u ordna l-kundanna ta’ xi dimostranti involuti fil-protesti tal-2022.

Mill-2017 sal-2021, huwa okkupa l-pożizzjoni ta’ Avukat Ġenerali fil-provinċja ta’ Khorasan tat-Tramuntana.

Bħala eks Prosekutur tal-provinċja ta’ Mazandaran (2006-2017), Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f’kawżi mmexxija minnu, li rriżulta f’ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi, u f’ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta’ Baha’i mill-arrest inizjali saż-żamma tagħhom f’iżolament fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni tal-Intelligence.

12.3.2013

▼M22

84.

EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Post tat-twelid: Hamedan (Iran)

Data tat-twelid: madwar 1973

Post ta’ residenza: Tehran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

Sess: raġel

Eks Direttur ta’ Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta’ Press TV.

Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranza Kurda u dik Għarbija, il-ksur ta’ drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett tal-liġi. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar każijiet ta’ konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett tal-liġi u smigħ ġust.

Fl-2016, huwa għadda minn proċeduri dixxiplinari għal fastidju sesswali kontra l-kollega tiegħu Sheena Shirani, li wasslu għas-sospensjoni tiegħu mis-servizz.

12.3.2013

▼M11

85.

HAMLBAR Rahim

Sess: raġel

Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta’ għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f’Awwissu 2012) li tahom kundanni ta’ ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f’assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.”

12.3.2013

▼M27

86.

MUSAVI-TABAR Seyyed Reza

سیدرضا موسوﻯ تبار

Post tat-twelid: Jahrom (Iran)

Data tat-twelid: 1964

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: Rappreżentant tal-Prosekutur Dixxiplinari għall-Imħallfin f’Shiraz

Seyyed Reza Musavi-Tabar ilu rappreżentant tal-Prosekutur Dixxiplinari għall-Imħallfin f’Shiraz mill-2014 ’l hawn. Eks Kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta’ Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha’i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta’ Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluż ordni biex il-priġuniera mara Baha’i Raha Sabet tinżamm għal tliet snin f’iżolament.

12.3.2013

▼M13

87.

KHORAMABADI Abdolsamad

Sess: raġel

Viċi Direttur għas-Sorveljanza Ġudizzjarja (mit-13 ta’ Ottubru 2018). Eks Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta’ għadd ta’ kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Kien responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta’ diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta’ NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f’detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f’Novembru 2012. B’hekk il-Kummissjoni li kien qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

12.3.2013;

▼M12

88.

SOLEIMANI Gholamreza

Post tat-twelid: Farsan (Iran)

Data tat-twelid: 1343 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1964 jew 1965 (kalendarju Gregorjan)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni Basij tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Gholamreza Soleimani huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni Basij. L-Organizzazzjoni Basij użat forza letali biex trażżan il-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżat imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap tal-Organizzazzjoni Basij, Gholamreza Soleimani jġorr ir-responsabbiltà għat-trażżin vjolenti tal-protesti u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.4.2021

89.

SALAMI Hossein (magħruf ukoll bħala: SALAMI Hussain)

Post tat-twelid: Vaneshan, Golpayegan (Iran)

Data tat-twelid: 1339 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1960 jew 1961 (kalendarju Gregorjan)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni

Iżlamika (IRGC)

Grad: Maġġur Ġeneral

Hossein Salami ilu l-Kap Kmandant tal-IRGC minn April 2019, li jinkludi l-milizzja Basij, u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forzi regolari tal-IRGC u l-milizzja Basij użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Hossein Salami ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Hossein Salami għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.4.2021

90.

KARAMI Hassan

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana

Hassan Karami huwa l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana. L-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali li kkawżaw imwiet u korrimenti lil dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Hassan Karami jġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.4.2021

91.

PAKPOUR Mohammad (magħruf ukoll bħala: PAKPUR Mohammad)

Post tat-twelid: Arak (Iran)

Data tat-twelid: 1340 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1961 (kalendarju Gregorjan)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Grad: Brigadier Ġeneral

Mohammad Pakpour ilu Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC minn Marzu 2010. Il-Forzi tal-Art tal-IRGC użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC, li użaw forza letali kontra dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Mohammad Pakpour iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.4.2021

▼M22

92.

ASHTARI Hossein

Post tat-twelid: Isfahan (magħruf ukoll bħala: Esfahan, Ispahan)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana

Hossein Ashtari kien il-Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana minn Marzu 2015 sa Jannar 2023 u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forza tal-pulizija tinkludi l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali. Il-forza tal-pulizija ordinarja tal-Iran, l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Ashtari ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Ashtari għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.4.2021

▼M27

93.

ZIAEI Gholamreza

غلامرضا ضیایی

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Pożizzjoni: Eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin; eks Direttur ta’ ċentri ta’ detenzjoni oħrajn

Bejn Lulju 2019 u Ġunju 2020, Gholamreza Ziaei kien id-Direttur tal-Ħabs ta’ Evin f’Tehran. Matul il-mandat tiegħu, il-kundizzjonijiet diġà ħorox għad-detenuti komplew jiddeterjoraw, inkluż għal Narguess Mohammadi. Priġunieri nisa kienu mċaħħda mill-kuntatt telefoniku ma’ wliedhom. Il-priġunieri politiċi kienu mċaħħda miż-żjarat ta’ kull ġimgħa minn qraba, li kienu permessi biss kull xahrejn. Matul il-protesti tal-2009, Ziaei kien responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fejn mill-inqas ħames detenuti, li kienu ġew arrestati b’konnessjoni mal-protesti tal-massa fit-toroq ta’ Tehran tal-2009, mietu wara li ġew ittorturati. Mill-2017 sal-2019, qabel ma ħa l-inkarigu tal-Ħabs ta’ Evin, Ziaei kien id-Direttur tal-Ħabs Rajaee Shahr f’Karaj, fil-Punent ta’ Tehran, fejn kien hemm bosta protesti minn priġunieri politiċi kontra l-abbuż u l-kundizzjonijiet tal-għajxien inumani.

12.4.2021

94.

SHAHVARPOUR Hassan

حسن شاهوارپور

Post tat-twelid: Safi Abad, fin-nofsinhar ta’ Dezful, Khuzestan (Iran)

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Numru tal-passaport: 2001624001 (numru tal-ID nazzjonali)

Pożizzjoni: Kmandant tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) tal-provinċja ta’ Khuzestan -(Korp Vali Asr)

Grad: Brigadier Ġeneral

Il-Brigadier Ġeneral Hassan Shahvarpour ilu l-Kmandant tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Khuzestan (Korp Vali Asr) mill-2009 ’l hawn. Fl-2023, il-Korp Vali Asr ingħata ċertifikat mill-Kap Kmandant tal-IRGC talli kien l-aktar Korp li kiseb suċċess fl-immaniġġar taċ-ċiberspazju. Hassan Shahvarpour huwa responsabbli għall-kmand tal-forzi, li użaw mitraljatriċijiet kontra dimostranti u persuni ċivili oħra fil-belt ta’ Mahshahr matul il-protesti ta’ Novembru 2019. Taħt il-kmand tiegħu, 148 persuna nqatlu mill-IRGC permezz ta’ mitraljatriċijiet tqal minn vetturi blindati li dawru dimostranti li kienu qed jaħarbu, mistoħbija fi bwar fil-qrib.

12.4.2021

▼M22

95.

VASEGHI Leyla (magħrufa wkoll bħala VASEQI Layla, VASEGHI Leila, VASEGHI Layla)

Post tat-twelid: Sari, Mazandaran Province (Iran)

Data tat-twelid: 1352 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1972 jew 1973 (kalendarju Gregorjan)

Sess: mara

Pożizzjoni: Eks gvernatur ta’ Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt

Bħala gvernatur ta’ Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt minn Settembru 2019 sa Novembru 2021, Leyla Vaseghi ordnat lill-pulizija u lil forzi armati oħra biex jużaw forza letali matul il-protesti ta’ Novembru 2019, li kkawżat imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra. Bħala l-gvernatur ta’ Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt, Vaseghi ġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Fil-kuntest tal-protesti tal-2022 u l-2023, l-Iranjani għadhom jiftakruha għar-rwol ewlieni tagħha fir-repressjoni vjolenti, b’dak li qalet fil-pubbliku jaqbel mar-repressjoni attwali.

12.4.2021

▼M15

96.

ROSTAMI CHESHMEH GACHI Mohammed (magħruf ukoll bħala ROSTAMI, Mohammad)

محمد گچی چشمه رستمی

(magħruf ukoll bħala محمد رستمی)

Post tat-twelid: Kermanshah (Iran)

Data tat-twelid: 1976 jew 1977

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 111936 (Iran)

Nru ta’ identifikazzjoni: 13821 (Iran)

Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran

Mohammad Rostami Cheshmeh Gachi huwa l-kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Kien il-kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika ta’ Kermanshah mill-bidu tal-2014 sal-bidu tal-2019 u okkupa pożizzjonijiet għolja fil-pulizija tal-intelligence Iranjana.

Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran, Rostami huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

97.

RAHIMI Hossein

حسین رحیمی

Post tat-twelid: Dodhak village, Mahalat, Central province (Iran)

Data tat-twelid: 1964

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran

Il-Brigadier Ġeneral Hossein Rahimi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran mis-7 ta’ Awwissu 2017.

Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Tehran kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

Bħala kap tal-LEF f’Tehran, Rahimi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

98.

ABDI Abbas

عبدى عباس

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Divandarreh

Il-Kurunell Abbas Abdi huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fid-distrett ta’ Divandarreh.

Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Divandarreh kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

Bħala kap tal-LEF f’Divandarreh, Abdi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

99.

MIRZAEI Haj Ahmad (magħruf ukoll bħala MIRZAEI Hajahmad; MIRZAYI Hajj Ahmad)

حاج احمد میرزایی

Post tat-twelid: Tehran (Iran)

Data tat-twelid: 9 ta’ Frar 1957

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Nru ta’ identifikazzjoni: 4268935215 (Iran)

Grad: Kurunell

Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran f’Tehran

Il-Kurunell Haj Ahmed Mirzaei ilu l-kap tal-fergħa ta’ Tehran tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran mill-2018.

Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, Mirzaei huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, inkluż fil-kwartieri ġenerali tagħha fejn Amini ġiet imsawta u ttrattata ħażin. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

100.

ZAREPOUR Issa

عیسی زارع پور

Post tat-twelid: Eslamabad-e Gharb, Kermanshah Province (Iran)

Data tat-twelid: 1980

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

Issa Zarepour ilu l-Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Iran mill-25 ta’ Awwissu 2021.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa kellu rwol ewlieni fid-deċiżjoni tal-gvern Iranjan li jikser b’mod sistematiku l-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni tal-persuni Iranjani billi jimponi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-Internet matul il-protesti li segwew il-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fis-16 ta’ Settembru 2022.

Dik l-azzjoni kompliet tnaqqas l-ispazju diġà limitat ħafna għall-atturi tas-soċjetà ċivili fl-Iran, fosthom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, biex jiġbru informazzjoni oġġettiva u jikkomunikaw kemm bejniethom kif ukoll mad-dinja esterna.

Il-blackout tal-Internet kellu konsegwenzi negattivi fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, kemm direttament (jiġifieri l-impatt fuq il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni oġġettiva), kif ukoll indirettament (jiġifieri ċ-ċans akbar li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġix iddokumentat u b’hekk ikun hemm impatt negattiv fuq l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem).

Bħala Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, Zarepour huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

101.

SEPEHR Mohammad-Hossein

محمدحسین سپهر

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali Iranjana tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

Mohammad-Hossein Sepehr huwa l-Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati f’Tehran. Huwa membru tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij (organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran).

Sepehr jissorvelja t-taħriġ kontra l-protesti għall-forzi tas-sigurtà Iranjani u jappoġġa linja repressiva lejn id-dimostranti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

102.

SAFARI Sayd Ali

صفرى سید علی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez

Il-Kurunell Sayd Ali Safari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez.

Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Saqqez kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

Bħala kap tal-LEF f’Saqqez, Safari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

103.

ADYANI Seyed Alireza (magħruf ukoll bħala ADIANI Hojjat al-Islam Seyyed Alireza)

ادیانی سید علیرضا

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran

Seyed Alireza Adyani huwa l-kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran.

Adyani huwa responsabbli għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-ingaġġ għall-forzi tal-pulizija. Huwa ddikjara li l-LEF jeħtieġ li jkunu “prattiċi” u “effettivi” meta jittrattaw l-avversarji u feraħ lill-Pulizija tal-Moralità talli għamlet xogħolha “b’mod intensiv”.

Il-LEF użaw brutalità enormi kontra d-dimostranti, inkluż dawk li pprotestaw wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

104.

AZADI Ali

آزادى علی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: It-Tieni Brigadier Ġeneral

Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan

It-Tieni Brigadier Ġenerali Ali Azadi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan mill-2019.

Matul ir-repressjoni tal-protesti ta’ Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu fil-Kurdistan sparaw fuq id-dimostranti u qatlu u darbu diversi persuni.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

105.

SHALIKAR Mohammed Zaman

شالیکار محمد زمان

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran

Il-Kurunell Mohammed Zaman Shalikar ilu l-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran mill-2021.

Waqt dimostrazzjonijiet wara l-mewt ta’ Mahsa Amini f’Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu sparaw fuq, darbu u qatlu dimostranti f’Babol, Mazandaran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

106.

HEIDARI Salman

حیدرى سلمان

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan

Il-Kurunell Salman Heidari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan.

Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Bukan kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fil-mewt ta’ mill-inqas persuna minorenni waħda u fid-drib ta’ diversi persuni.

Bħala kap tal-LEF f’Bukan, Heidari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

▼M16

107.

VAHIDI Ahmad

وحیدى احمد

POB: Shiraz (Iran)

Data tat-twelid: 27 ta’ Lulju 1958

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Pożizzjoni: Ministru għall-Intern

Ahmad Vahidi ilu l-Ministru għall-Intern Iranjan mill-25 ta’ Awwissu 2021. Bħali tali, huwa responsabbli għall-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi Iranjani (LEF).

Minn meta beda l-mandat tiegħu, numru bla preċedent ta’ uffiċjali militari u ta’ sigurtà nħatru gvernaturi provinċjali li għandhom rwoli ewlenin fil-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kontroll tal-folol mill-forzi speċjali tal-pulizija, il-milizzja Basij u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

Ksur sfaċċat u serju tad-drittijiet tal-bniedem mil-LEF, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi, inkluż tfal, ġie ddokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti dwar il-mewt ta’ Mahsa Amini f’nofs Settembru 2022. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet sfaw midruba serjament, inkluż tfal. Mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, il-forzi tal-pulizija żammew ukoll b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti. Vahidi ppromwova wkoll pubblikament approċċ aħrax lejn persuni li jipparteċipaw fid-dimostrazzjonijiet.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fi Iran.

14.11.2022

▼M17

108.

ABNOUSH Salar

سالار آبنوش

Data tat-twelid: 2.5.1962

Post tat-twelid: Hamedan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij

Salar Abnoush huwa l-Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata fl-UE).

Il-Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran. Hija inkarigata milli tidderieġi l-appoġġ popolari għar-reġim Iranjan.

Il-Basij hija magħrufa għar-reklutaġġ ta’ voluntiera, ħafna minnhom tfal adolexxenti u għal attakki b’mewġ uman matul il-gwerra bejn l-Iran u l-Iraq. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali Iranjani kkontestati tal-2009, il-Basij waqqfet brutalment il-protesti u attakkat dormitorji tal-istudenti. Il-Basij għandha żewġ missjonijiet: li tipprovdi taħriġ militari difensiv biex tipproteġi r-reġim minn invażjoni barranija, u li trażżan l-attività domestika kontra r-reġim permezz tal-vjolenza fit-toroq u l-intimidazzjoni.

Il-Basij hija waħda mill-forzi li ngħatat ordni mill-gvern biex twaqqaf il-protesti ta’ Settembru/Ottubru 2022. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti. Sorsi jindikaw li membri tal-Basij taħt il-kmand ta’ Salar Abnoush wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

109.

REZAEI Qasem (magħruf ukoll bħala REZAEI Ghasem)

رضایی قاسم

Data tat-twelid: 27.9.1961

Post tat-twelid: Abhar, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: D10005996 (Iran)

Kariga: Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)

Qasem Rezaei huwa l-Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF).

Huwa ssorvelja direttament atti ta’ vjolenza kontra detenuti, inkluż tortura u swat. Huwa ġġustifika l-azzjonijiet tal-forzi tas-sigurtà wara l-użu letali ta’ forza kontra dimostranti Iranjani u ħeġġeġ biex titkompla l-vjolenza kontra d-dimostranti f’Mejju 2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

110.

AMANOLLAHI Manouchehr (magħruf ukoll bħala AMANOLLAHI BAHARVAND Manouchehr)

منوچهر امن اللهي

Data tat-twelid: Marzu 1965 jew 1966

Post tat-twelid: Khorramabad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari

Manouchehr Amanollahi huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi elenkati mill-UE tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari.

Matul il-mandat tiegħu, il-LEF rażżan protesti fl-2021 minħabba nuqqas ta’ ilma fil-provinċja, u fl-2022 minħabba r-razzjonar tal-ikel. L-unitajiet tal-LEF taħt il-kmand ta’ Amanollahi użaw munizzjon attiv kontra d-dimostranti meta rażżnu l-protesti, li rriżultaw f’diversi mwiet. Bħala konsulent għat-tmexxija tal-LEF, Amanollahi kien involut ukoll fir-rispons tal-LEF għall-protesti nazzjonali f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

111.

HEIDARI Kiyumars (magħruf ukoll bħala HEYDARI Kioumars, HEYDARI Amir Kyomarth)

حیدرى کیومرث

Data tat-twelid: 1964

Post tat-twelid: Kermanshah, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana

Il-Brigadier Ġeneral Kiyumars Heidari huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana u jirrapporta direttament lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

Huwa ammetta pubblikament l-involviment tiegħu u tal-forza tiegħu fir-rispons vjolenti għall-protesti ta’ Novembru 2019, li wasslu għall-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti. Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal – ġie dokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament. Il-Forzi tal-Art tal-Armata, li huma taħt il-kontroll ta’ Heidari, kienu involuti fit-trażżin tal-protesti u qatlu mill-inqas persuna waħda. Heidari stess iddikjara li l-forzi tiegħu ntużaw biex jaffrontaw il-protesti tal-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

112.

MAJID Vahid Mohammad Naser

وحید مجید

Data tat-twelid: 15.8.1964

Post tat-twelid: Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 3874409929 (Iran)

Kariga: Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana

Vahid Mohammad Naser Majid huwa l-kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata fl-UE).

Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana tinfluwenza u tirrestrinġi l-aċċess għall-Internet fl-Iran u tarresta b’mod arbitrarju lin-nies talli jesprimu kritika online kontra r-reġim Iranjan. Il-Pulizija Ċibernetika hija involuta f’sensiela ta’ arresti u prosekuzzjonijiet fil-pajjiż kollu. Tagħti appoġġ lir-reġim Iranjan fir-rispons vjolenti tiegħu għall-protesti fil-pajjiż kollu kontra persuni li jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom.

Fil-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana, Vahid Mohammad Naser Majid huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

113.

NEJAT Hossein (magħruf ukoll bħala ZIBAYINEJAD Mohammad-Hossein)

حسین نجات

Data tat-twelid: 1955

Post tat-twelid: Shiraz, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Viċi Kmandant ta’ Sarallah (magħruf ukoll bħala Tharullah, Thar-Allah, Tharallah, Tharallollah)

Il-Brigadier Ġeneral Hossein Nejat ilu l-Viċi Kmandant ta’ Sarallah, apparat tas-sigurtà ddedikat ibbażat f’Tehran, konness mal-IRGC, tal-istat Iranjan sa mill-21 ta’ Ġunju 2020.

Sarallah huwa essenzjali għas-sigurtà ta’ Tehran, peress li l-kwartieri ġenerali huma responsabbli għall-protezzjoni tal-kapitali u l-istituzzjonijiet governattivi kontra kull theddida bħal kolpi ta’ stat jew protesti kontra l-gvern.

It-truppi ta’ Sarallah taħt il-kmand dirett ta’ Nejat huma inkarigati milli jwaqqfu protesti kontra l-gvern, fosthom it-trażżin vjolenti tal-protesti paċifiċi fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

114.

MAROUFI Hossein

حسین معروفی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Ġeneral

Kariga: Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Ġeneral Sardar Hossein Maroufi huwa l-Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Bħala tali, huwa membru ewlieni tal-IRGC f’din il-provinċja.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż il-forzi tal-IRGC, matul il-mewġa ta’ protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li ġie sparat fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn ġew maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar ’il quddiem.

Sardar Hossein Maroufi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari madwar “il-Ġimgħa mdemmija”.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

115.

ABSALAN Parviz

آبسالان پرویز

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Ġeneral

Kariga: Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Ġeneral Parviz Absalan huwa l-Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.

Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Parviz Absalan huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

116.

SHAFAHI Ahmad (magħruf ukoll bħala SHAFAI Ahmad)

احمد شفاهی

Data tat-twelid: 21.5.1968

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: kmandant u uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Shafahi huwa kmandant tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, u huwa responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.

Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Sardar Ahmed Shafahi huwa għaldaqstant responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

▼M27

117.

KOCHZAEI Ebrahim (magħruf ukoll bħala KOCHZAI Ebrahim, KOUCHAKZAEI Ebrahim)

ابراهیم کوچزایی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: eks Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Kurunell Ebrahim Kochzaei kien il-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan sat-3 ta’ Diċembru 2022.

Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, inkluż f’Chabahar, użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fil-protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

Kochzaei huwa wkoll imsemmi bħala l-awtur tal-istupru ta’ tifla ta’ 15-il sena f’Settembru 2022, li nżammet taħt detenzjoni mill-pulizija f’Chabahar.

Ebrahim Kochzaei għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

118.

TAHERI Ahmad

احمد طاهرى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: konsulent għall-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi Iranjani (LEF); eks kap tal- LEF Iranjani fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Brigadier Ġenerali Ahmed Taheri ilu l-konsulent tal-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi Iranjani (LEF) (il-Brigadier Ġeneral Radan elenkat mill-UE), mill-ħarifa tal-2023. Kien il-Kap tal-LEF Iranjani fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan matul il-protesti tal-2022/2023.

Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fil- protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

Għalhekk, bħala l-Kap tal-LEF Iranjani fis-Sistan u l-provinċja ta’ Baluchestan, Ahmed Taheri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

▼M17

119.

HOSSEINI Seyed Sadegh

سید صادق حسینی

Data tat-twelid: 1963 jew 1964

Post tat-twelid: Dehloran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Ġeneral

Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja tal-Kurdistan

Il-Ġeneral Seyed Sadegh Hosseini huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja tal-Kurdistan.

Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022. Barra minn hekk, l-IRGC juża l-provinċja tal-Kurdistan bħala bażi biex iwettaq operazzjonijiet militari kontra l-Kurdestan Iraqqin, li wasslu għall-mewt ta’ aktar minn tnax-il persuna mhux kombattenti.

Seyed Sadegh Hosseini huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

120.

RAJABPOUR Sereng Hossein

رجبپور سرنگ حسین

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj

Il-Kurunell Sereng Hossein Rajabpour huwa l-kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.

Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022, speċjalment fil-belt ta’ Sanadaj.

Sereng Hossein Rajabpour huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

121.

ASL Gholamhossein Mohammadi

اصل غلامحسین محمدى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil

Gholamhossein Mohammadi Asl huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.

Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.

Gholamhossein Mohammadi Asl għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

122.

ABDI Shakar

عبدى شکار

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: viċi kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil

Il-Kurunell Shakar Abdi huwa l-viċi kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.

Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.

Shakar Abdi għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

123.

HASSANZADEH Hasan

حسنزاده حسن

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Tehran

Il-Brigadier Ġeneral Hassan Hassanzadeh huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Tehran.

Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Tehran matul il-protesti tal-2022.

Hasan Hassanzadeh għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

124.

AGHAEI Morteza Mir (magħruf ukoll bħala MIRAGHAEI Morteza)

آقایی مرتضا میر

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj

Il-Kurunell Morteza Mir Aghaei huwa l-kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.

Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC u l-Basij tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’Sanandaj matul il-protesti tal-2022.

Morteza Mir Aghaei għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

125.

MOHAMMADIAN Abbas-Ali

محمدیان عباس-علی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Alborz (Karaj)

Abbas-Ali Mohammadian ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Alborz (Karaj) sa mill-2017.

Alborz (Karaj) hija provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija. Il-forzi tas-sigurtà spiss sparaw direttament fuq dimostranti paċifiċi, u dan wassal għal ħafna mwiet, fosthom tfal.

Bħala kap tal-LEF f’Alborz (Karaj), Abbas-Ali Mohammadian huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

126.

JAHANBAKHSH Rahim

جهانبخش رحیم

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent

Il-Brigadier Ġenerali Rahim Jahanbakhsh hu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

L-Ażerbajġan tal-Punent huwa provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

127.

SHEIKHNEJAD Hassan

شیخنژاد حسن

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh (magħrufa wkoll bħala Ouroumieh) fil-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

Il-Kurunell Hassan Sheikhnejad huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh, il-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

F’Urumeh, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

128.

SAADATI Mahmoud

سعادتی محمود

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Kurunell Mahmoud Saadati huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

F’Zahedan, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

Mahmoud Saadati għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

129.

MIRZAI Morteza

میرزاى مرتضا

Post tat-twelid: Khorram Abad, l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Mazandaran.

Il-Brigadier Ġeneral Morteza Mirzai huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Mazandaran.

Fil-provinċja ta’ Mazandaran, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

Morteza Mirzai għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

130.

MALIKI Azizullah

عزیزالله ملکی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Ġeneral

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Gilan

Il-Ġeneral Azizullah Maliki huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Gilan.

Fl-2022, Azizullah Maliki mexxa r-repressjoni vjolenti kontra l-protesti fil-provinċja ta’ Gilan. Huwa semma leħnu fil-mezzi tax-xandir, u ddefenda bil-qawwa r-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà kontra l-protesti f’Settembru u Ottubru 2022.

Bħala kap tal-LEF fil-provinċja ta’ Gilan, Azizullah Maliki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

131.

MORADI Ali-Reza

مرادى علی-رضا

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj

Ali-Reza Moradi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan minn Diċembru 2018.

F’dik il-kariga, Ali-Reza Moradi jirrapporta lill-istat maġġur tal-forzi armati fl-Iran, direttament taħt l-awtorità tal-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

Moradi kien responsabbli għall-arrest tal-massa ta’ dimostranti u ordna l-użu ta’ armi letali kontra dimostranti mhux armati matul il-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019 f’Sanandaj, li rriżultaw fil-mewt ta’ mill-inqas żewġ dimostranti.

Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-pulizija f’Samandaj, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal, ġie ddokumentat minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Moradi ppromwova pubblikament ukoll approċċ aħrax għal persuni li jipparteċipaw fil-protesti. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet tal-2022, il-forzi tal-pulizija ddetenew b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti.

Ali-Reza Moradi għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

132.

RAFIEI Enayatollah

رفیعی عنایاتولله

Data tat-twelid: 1970

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kaptan

Kariga: kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

Il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa l-kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, Rafiei u tliet membri oħra tal-iskwadra tiegħu arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini tal-età ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset il-ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala kmandant tal-iskwadra, il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

133.

KHOSHNAMVAND Ali

خوشناموند علی

Data tat-twelid: 1995

Post tat-twelid: Khoshnamvand, (Khushnamvand) fid-distrett ta Kouhdasht tal-provinċja ta’ Lorestan fl-Iran tal-Punent

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Surġent

Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

Is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa wieħed mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, Khoshnamvand u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

134.

GHORBAN-HOSSEINI Fatemeh

قربان-حسینی فاطمه

Data tat-twelid: 1995

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

Fatemeh Ghorban-Hosseini hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, Ghorban-Hosseini u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Fatemeh Ghorban-Hosseini hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

135.

SAFARI Parastou

سفرى پرستو

Data tat-twelid: 1986

Post tat-twelid: Kermanshah, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

Parastou Safari hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, Safari u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Bħala waħda mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Parastou Safari hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

▼M18

136.

JEBELLI Peyman

پیمان جبلی

Data tat-twelid: 25.1.1967

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Peyman Jebelli huwa d-Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li għandha l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.

L-IRIB tillimita serjament u ċċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB hija involuta attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku. Bħala Direttur tal-IRIB, Jebelli huwa responsabbli mill-azzjonijiet tal-IRIB kif ukoll mill-kontenut tal-aħbarijiet.

12.12.2022

 

 

 

Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Jebelli jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu. Il-ħatra tiegħu bħala direttur tas-sors uffiċjali ewlieni tal-aħbarijiet tal-Iran ġiet awtorizzata mill-Mexxej Suprem Ali Khamenei u tindika prossimità ideoloġika mar-reġim.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

 

▼M22

137.

REZVANI Ali (magħruf wkoll bħala REZWANI Ali)

رضوانی علی |

Data tat-twelid: 1984

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Reporter u preżentatur tal-aħbarijiet rigward affarijiet politiċi u ta’ sigurtà tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Ali Rezvani huwa reporter għall-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) u preżentatur tal-aħbarijiet fuq il-programm tal-aħbarijiet ta’ kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB.

L-IRIB hija organizzazzjoni tal-media Iranjana kkontrollata mill-istat u inkarigata mit-tixrid ta’ informazzjoni mill-gvern. Ix-xandir tal-aħbarijiet ta’ kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB, li jiġi trażmess fuq il-Kanal 2, huwa l-programm ewlieni tal-aħbarijiet u huwa meqjus bħala l-pjattaforma ewlenija tal-IRIB għall-implimentazzjoni tal-aġendi tal-forzi tas-sigurtà, inkluż il-Ministeru għall-Intelligence (MOIS) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Każijiet dokumentati juru li l-aħbarijiet tat-20:30 ixandru ammissjonijiet ta’ ħtija furzati.

Fil-kapaċità tiegħu bħala reporter tal-IRIB, Ali Rezvani jieħu sehem f’interrogazzjonijiet li jwasslu għal ammissjonijiet ta’ ħtija furzati, b’hekk jinvolvi ruħu direttament u jiffaċilita ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala preżentatur tal-aħbarijiet tat-20:30, Rezvani jippromwovi l-aġenda tal-forzi tas-sigurtà Iranjani, li tiġġustifika l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħat-tortura u l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji. Rezvani jippromwovi wkoll b’mod persistenti l-propaganda kontra persuni li jikkritikaw ir-reġim sabiex jintimidahom u biex jiġġustifika u jħeġġeġ it-trattament ħażin tagħhom, u b’hekk jikser il-libertà tal-espressjoni ħielsa tagħhom.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M18

138.

ZABIHPOUR Ameneh Sadat

ذبیح پور آمنه سادات

Data tat-twelid: 7.8.1984

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Reporter tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) u kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB

Nru tal-passaport: 09324611

Ameneh Sadat Zabihpour hija l-kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB, li għandu l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.

L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.

Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Zabihpour tkompli taġixxi fil-pożizzjoni tagħha. Hija interrogat lil persuni li jikkritikaw ir-reġim u pproduċiet videos ta' ammissjonijiet ta' ħtija furzati.

Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

139.

KHATAMI Seyyed Ahmad

خاتمی سید احمد

Data tat-twelid: 8.5.1960

Post tat-twelid: Semnan, l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Imam għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa, membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija

Seyyed Ahmad Khatami huwa membru reliġjuż estremist u imam influwenti għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa f'Tehran. Khatami huwa wkoll membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija, entità Iranjana li hija nnifisha tinsab involuta fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem peress li żammet lura milli tirrispetta d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali.

Bħala membru reliġjuż qrib l-awtoritajiet statali u b'udjenza kbira, huwa juża l-pożizzjoni tiegħu biex jattakka verbalment u jxewwex il-vjolenza kontra d-dimostranti. Huwa mhux biss jiddefendi l-azzjonijiet repressivi tal-forzi tas-sigurtà tal-Iran iżda wkoll, f'diversi okkażjonijiet, ħeġġeġ trattament saħansitra aktar iebes tad-dimostranti, inkluż il-piena tal-mewt.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

140.

MIRAHMADI Seyyed Majid

مجید سید میراحمدى

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran

Il-Brigadier Ġeneral Seyyed Majid Mirahmadi huwa l-Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran, responsabbli mill-monitoraġġ tal-forzi tas-sigurtà u tal-forzi tal-pulizija tal-Iran, atturi li huma involuti fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

Il-forzi tas-sigurtà u l-forzi tal-pulizija tal-Iran qed irażżnu l-protesti b'mod vjolenti, jisparaw direttament fuq id-dimostranti paċifiċi u jarrestaw b'mod arbitrarju lil persuni b'diżrispett totali għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom.

Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, Mirahmadi jirreferi għall-protesti bħala rvellijiet li għandhom jintemmu, jikkriminalizza u jhedded lil dawk li jipparteċipaw fi protesti paċifiċi. Huwa personalment qed jaħbi deliberatament il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi taħt l-awtorità tiegħu, pereżempju, billi jgħid li d-dimostranta ta' 16-il sena Nika Shakrami wettqet suwiċidju. Ir-rapporti jindikaw li huwa ferm probabbli li mietet f’idejn il-forzi tas-sigurtà.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

141.

MOUSAVI Sayyed Abdolrahim

موسوى سید عبدالرحیم

Data tat-twelid: 1959/1960

Post tat-twelid: Qom, l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Maġġur Ġeneral

Kariga: Kap kmandant fl-armata Iranjana

Il-Maġġur Ġeneral Sayyed Abdolrahim Mousavi huwa l-Kap kmandant tal-Armata Iranjana. Fil-kapaċità tiegħu jġorr ir-responsabbiltà għall-involviment tal-Armata Iranjana fir-reazzjoni vjolenti tar-reġim għall-protesti tal-2022.

F'diversi okkażjonijiet, Mousavi ddeskriva l-protesti fl-Iran bħala rvellijiet organizzati u ppjanati mill-għedewwa tal-Iran u b'hekk ppreżenta l-protesti bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali. Huwa uża lingwaġġ ta' theddid dirett lejn il-parteċipanti fil-moviment ta' protesta. Huwa faħħar ukoll ir-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà Iranjani għad-dimostranti u ddeskriviha bħala mezz effettiv biex jiġu newtralizzati l-għedewwa tal-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M22

142.

BORMAHANI Mohsen (magħruf wkoll bħala BARMAHANI Mohsen)

محسن برمهانی

Data tat-twelid: 24.5.1979

Post tat-twelid: Neishabur, l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Nru tal-passaport: A54062245 (Iran), jiskadi fit-12.7.2026

Numru tal-identità nazzjonali: 1063893488 (Iran)

Kariga: Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Mohsen Bormahani huwa l-Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li jaġixxi bħala leħen ir-reġim.

Fil-pożizzjoni tiegħu, Bormahani jġorr ir-responsabbiltà għall-kontenut tal-IRIB. L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lejn il-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta’ intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-”ammissjonijiet ta’ ħtija” ta’ spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.

Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta’ profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022 fl-Iran, Bormahani jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Direttur u f’dikjarazzjonijiet reċenti tiegħu ddefenda r-reġim.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M18

143.

JOKAR Morteza

جوکار مرتضا

(magħruf ukoll bħala JOWKAR Morteza)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Kurunell Morteza Jokar huwa l-viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.

Fil-funzjoni tiegħu, huwa responsabbli li dderieġa r-repressjoni vjolenti tad-dimostranti ċivili fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan wara l-mewt ta' Mahsa Amini f'Settembru 2022. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli li sparaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti waqt il-massakru tat-30 ta' Settembru 2022 f'Zahedan u l-massakru tal-4 ta' Novembru 2022 f'Khash, fejn mietu u ndarbu għexieren ta' persuni. Twettqu wkoll repressjonijiet vjolenti oħra ta' protesti f'bliet provinċjali oħra (Saravan, Chabahar, Iranshahr, Rask, Sarbaz u oħrajn) taħt il-kontroll tiegħu matul il-ħarifa tal-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M27

144.

SOURI Majid

مجید سورﻯ

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: It-Tieni Brigadier Ġeneral

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tar-Rahian-e Noor u tat-Turiżmu; eks Viċi Kmandant tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Lorestan

Majid Souri huwa Tieni Brigadier Ġenerali tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Kien il-Viċi Kmandant tal-Korp tal-(IRGC fil-provinċja ta’ Lorestan. Minn Diċembru 2022 ’l hawn, huwa Kap tal-Organizzazzjoni tar-Rahian-e Noor u tat-Turiżmu, affiljata mal-IRGC u l-Basij.

Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022, speċjalment fil-belt ta’ Khorramabad fejn inġabru l-persuni biex jibku l-mewt ta’ Nika Shakrami, żagħżugħa Iranjana li għebet ftit wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

145.

KARIMI Mohsen

محصن کریمی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Markazi

Il-Brigadier Ġeneral Mohsen Karimi huwa l-Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħruf ukoll bħala l-Korp Ruhollah, fil-provinċja ta’ Markazi. Il-Korp Ruhollah huwa unità militari tal-IRGC bil-kwartieri ġenerali tiegħu jinsabu f’Arak u huwa responsabbli għall-kmand u l-kontroll tal-unitajiet kollha tal-IRGC u l-Basij li jinsabu fil-provinċja ta’ Markazi.

Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022 li wasslet għall-mewt taż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Mehrshad Shahidi f’ċentru ta’ detenzjoni tal-IRGC f’Arak.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

146.

HEYDARNIA Alireza

علیرضا حیدرنیا

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Alborz

Il-Brigadier Ġeneral Alireza Heydarnia huwa Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħruf ukoll bħala l-Korp Imam Hassan Mojtaba, fil-provinċja ta’ Alborz.

L-IRGC huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tad-dimostranti, b’mod partikolari fil-belt ta’ Karaj, f’Alborz fl-2022. F’dik il-belt, il-forzi tas-sigurtà rażżnu d-dimostranti fl-okkażjoni ta’ manifestazzjonijiet f’ġieħ il-vittmi tal-protesti fl-okkażjoni tal-40 jum mill-mewt tagħhom. Fis-17 ta’ Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà f’Karaj ħatfu mill-isptar u stupraw ripetutament lil Armita Abbasi, tfajla ta’ 20 sena.

Għalhekk Alireza Heydearnia jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M18

147.

GARSHASBI Amanollah

گرشاسبی امانالله

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan

Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.Il-korp provinċjali ta' "Salaman" jinsab taħt il-kmand tiegħu.

Il-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan raw xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li sparaw fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn sfaw maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti.

Garshasbi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

148.

REYHANI Bahman

بهمن ریحانی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah.

Il-Brigadier Ġeneral Bahman Reyhani huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah. Il-korp provinċjali ta' "Hazrat Nabi Akram" jinsab taħt il-kmand tiegħu.

Il-provinċja ta' Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Reyhani huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta' Kermanshah.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

149.

SHAHSAVARI Habib

شهسوارى حبیب

Data tat-twelid: 1963/1964

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ “Shohada” tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ►C3  tal-Ażerbajġan tal-Punent ◄

Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari huwa l-kmandant tal-korp tat-truppi tal-art ta’ "Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) għall-provinċja ►C3  tal-Ażerbajġan tal-Punent ◄ .

It-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan ►C3  fl-Ażerbajġan tal-Punent ◄ . It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC fil-bliet ta' Mahabad u Bukan qatlu erba' u tnax-il persuna rispettivament.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

150.

ABDOLLAHPOUR Mohammad

عبدللاهپور محمد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan.

Il-provinċja ta' Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-forzi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Abdollahpour, matul il-protesti tal-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

151.

MOSLEMI Siavash

مسلمی سیاوش

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran

Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran minn Ġunju 2020.

Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti u f'dawk l-operazzjonijiet użaw forza sproporzjonata. Bħala kmandant tat-truppi impenjati, Moslemi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

152.

ZULQADR Ahmad

ذوالقدر احمد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran minn Novembru 2020. Huwa wkoll il-viċi kmandant tal-korp tal-IRGC fil-belt ta' Tehran.

Skont ir-rapporti tal-media, Zulqadr intgħażel għall-kariga tiegħu speċjalment minħabba li huwa espert fir-repressjoni tal-protesti. Fl-2022, ir-repressjoni tad-dimostranti f'Tehran kienet partikularment vjolenti.

Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC impenjati f'din il-vjolenza fuq id-dimostranti, huwa għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

153.

KASHKOULI Morteza

کشکولی مرتضی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan

Il-Brigadier Ġeneral Morteza Kashkouli huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan.

Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta' Khorramabad ta' Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

Bħala kmandant ta' dawk il-forzi tal-IRGC, Kashkouli huwa fost dawk responsabbli għal dik il-vjolenza. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

154.

BAYAT Isa

بیات عیسی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Kurunell

Kariga: Kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja ►C3  tal-Ażerbajġan tal-Punent ◄

Il-Kurunell Isa Bayat ilu kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja ►C3  tal-Ażerbajġan tal-Punent ◄ , minn Ġunju 2022.

Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti f'Mahabad, bl-użu ta' forza sproporzjonata u wasslu għall-qtil ta' erba' persuni.

Bħala kmandant ta' unità tal-IRGC li wettqet dawn l-operazzjonijiet, Bayat huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

155.

ASANLOO Mohammad Taghi

آصانلو محمد تقی

Post tat-twelid: Provinċja ta' Zanjan, l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Kariga: Kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Taghi Asanloo huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran, responsabbli għall-provinċji ta' Kordestan u l-Punent tal-Ażerbajġan.

Il-kwartieri ġenerali ta' “Hamzeh Seyed Al-Shohada” għandhom il-missjoni speċifika li jwaqqfu l-inkwiet fir-reġjuni Kurdi fil-Majjistral tal-Iran. Fl-2022, taħt il-kmand ta' Asanloo, it-truppi tal-IRGC f'din iż-żona wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjun Kurd tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Asanloo wettqu tali operazzjonijiet kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan.

It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi wasslu għall-qtil ta' 42 persuna mill-15 ta' Novembru 2022.

Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC fir-reġjun, Asanloo huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa mit-truppi tiegħu. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M27

156.

SAJJADI Seyed Hamid Hazaveh

سید حمید هزاوه سجادﻯ

Data tat-twelid: 21.3.1969

Post tat-twelid: l-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-Kunsill Superjuri għall-Isport; eks Ministru Iranjan għall-Isport u ż-Żgħażagħ

Hamid Sajjadi ilu membru tal-Kunsill Superjuri għall-Isport mit-22 ta’ Awwissu 2023 ’l hawn. Huwa kien il-Ministru għall-Isport u ż-Żgħażagħ tal-Iran bejn il-15 ta’ Awwissu 2021 u Awwissu 2023.

Huwa responsabbli talli tefa’ pressjoni fuq atleti tal-Iran biex jibqgħu siekta u talli żammhom milli jsemmgħu leħinhom fuq livell internazzjonali kontra r-repressjoni fl-Iran. Huwa kien personalment involut fil-każ ta’ Elnaz Rekabi, atleta Iranjana fit-tixbit li kkompetiet mingħajr il-ħiġab fil-kompetizzjoni f’Seoul tat-tixbit mal-blat fil-Kampjonat Asjatiku fil-ħarifa tal-2022. Wara l-kompetizzjoni tagħha, Rekabi ġiet ingannata biex tidħol fil-bini tal-ambaxxata Iranjana f’Seoul, fejn il-passaport u l-mobile tagħha ġew ikkonfiskati fuq l-ordnijiet tal-awtoritajiet f’Teheran. Mal-wasla tagħha f’Teheran, li x’aktarx kienet furzata, ġiet interrogata minn żewġ istituzzjonijiet politiċi u sportivi tal-Iran u ltaqgħet ma’ Sajjadi. F’dik il-laqgħa ġiet imġiegħla tagħmel dikjarazzjoni li fiha skużat ruħha talli kkompetiet mingħajr ħiġab u ġiet mhedda bil-konfiska tal-art tal-familja. F’Diċembru 2022, kien ċar li d-dar tal-familja ta’ Elnaz Rekabi f’Zanjan kienet twaqqgħet.

Għalhekk, Hamid Sajjadi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

▼M19

157.

GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi

گلپایگانی سید محمد صالح هاشمی

Data tat-twelid: 1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice)

Entitajiet assoċjati: Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice), Pulizija tal-Moralità

Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani ilu l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (magħruf ukoll bħala l-Office/Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice) mill-25 ta’ Awwissu 2021. Il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil huwa istituzzjoni tal-gvern li hija responsabbli biex tiddetermina u tinforza mudelli ta’ mġiba eċċessivament riġidi fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar riġidi għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet riġidi huma infurzati b’mod brutali mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Bħala l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil, Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

158.

ASGARI Hassan

حسن عسگرى

magħruf ukoll bħala ASKARI Hassan

حسن عسکرى

Post tat-twelid: Bijar, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur ta’ Sanandaj, provinċja ta’ Kurdistan

Entitajiet assoċjati: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Hassan Asgari huwa l-gvernatur tal-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u eks Kmandant tal-forzi lokali tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC).

Bħala l-gvernatur ta’ Sanandaj, huwa responsabbli għar-rispons vjolenti u brutali f’dik il-belt għall-protesti li seħħew wara l-mewt taż-żagħżugħa Kurda Mahsa Amini f’Settembru 2022. Meta ġie rrappurtat li dimostrant ta’ 16-il sena inqatlet mill-forzi tas-sigurtà f’Sanandaj, Asgari u uffiċjali oħra ddikjaraw li mietet b’doża eċċessiva ta’ droga, u li probabbilment kien każ ta’ suwiċidju. L-għoti ta’ kawżi alternattivi foloz tal-mewt għal dimostranti maqtula mill-forzi tas-sigurtà hija tattika komuni użata minn uffiċjali Iranjani biex jevitaw milli jerfgħu r-responsabbiltà għall-abbużi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

159.

KHIABANI Hossein Modarres

مدرس حسین خیابانی

Data tat-twelid: Marzu 1968/1969

Post tat-twelid: Teheran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: eks gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Hossein Modarres Khiabani kien il-gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan- u Baluchestan fl-Iran minn Settembru 2021 sa Diċembru 2022 u kien responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja.

Matul it-tmexxija tiegħu bħala gvernatur, il-LEF u forzi oħra tas-sigurtà rażżnu diversi protesti u użaw vjolenza eċċessiva kontra d-dimostranti. Hemm firxa ta’ provi tal-użu ta’ forza sproporzjonata li wasslet għall-qtil ta’ mill-inqas 66 persuna fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan fit-30 ta’ Settembru 2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

160.

KOUSHA Esmaeil Zarei

کوشا اسماعیل زارعی

magħruf ukoll bħala KOSHA Ismail

کشا یسمیل

Data tat-twelid: 1978

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan

Esmaeil Zarei Kousha huwa l-gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rispons brutali u l-użu ta’ vjolenza eċċessiva mil-LEF u l-forzi tas-sigurtà għall-protesti li saru f’Kurdistan wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Settembru 2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

161.

KOWSARI Mohammad Esmail

اسماعیل محمد کوثرى

Data tat-twelid: 3.5.1955

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Esmail Kowsari ilu membru tal-Parlament Iranjan (“MP”) mill-2020. Huwa leġiżlatur estremist u membru tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Qabel ma sar MP, Kowsari kien il-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Sarallah tal-IRGC f’Tehran mill-2017 sal-2020.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa hedded ripetutament lill-forzi tas-sigurtà b’konsegwenzi f’każ li ma jaqdux dmirijiethom u ma jrażżnux il-protesti. Huwa talab ukoll li tittieħed aktar azzjoni militari kontra protesti paċifiċi. Bħala MP, huwa ħeġġeġ lill-ġudikatura Iranjana biex tagħti l-piena tal-mewt lid-dimostranti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

162.

MIRSALIM Mostafa

میرسلیم مستفا

magħruf ukoll bħala MIR-SALIM Mostafa; MIRSALIM Sayyid Mostafa Agha

میر-سالم مستفا

میرسلیم سید مستفا آقا

Data tat-twelid: 9.6.1947

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

nru tal-Passaport: Q5956077 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mostafa Mirsalim huwa membru tal-Parlament Iranjan .

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. Huwa talab li d-dimostranti jingħataw il-mewt f’temp ta’ ftit jiem wara li jiġu arrestati. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa favur ir-restrizzjoni tal-media soċjali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

163.

NAGHDALI Mohammad Taghi

تقی محمد نقدعلی

Data tat-twelid: 6.6.1972

Post tat-twelid: Khomeinishahr- Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

Mohammad Taghi Naghdali huwa membru tal-Parlament Iranjan u membru tal-kummissjoni legali tal-Parlament.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa involut fl-abbozzar ta’ liġijiet biex jiġi ristrett il-fluss ħieles tal-informazzjoni.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

164.

GHAZANFARABADI Mousa

موسا غضنفرآبادى

Data tat-twelid: 1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan; kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament

Mousa Ghazanfarabadi huwa membru tal-Parlament Iranjan u l-kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament. Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rieżami ġudizzjarju u legali ta’ pjanijiet ministerjali proposti fil-Parlament, ir-rieżami u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet relatati mad-dritt kriminali kif ukoll l-investigazzjoni tal-prestazzjoni ta’ uffiċjali u maniġers tal-pajjiż minn perspettiva ġudizzjarja u legali.

Huwa ma kkundannax il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tal-uffiċjali Iranjani matul il-protesti tal-2022/2023. Minflok, iddikjara personalment li n-nisa li jiksru r-regoli marbuta mal-ħiġab għandhom jiċċaħħdu mid-drittijiet soċjali u tkellem favur l-użu tal-forza biex dawn jiġu indirizzati. Qiegħed ukoll jaħbi deliberatament ir-reati mwettqa mill-forzi Iranjani billi jiddefendi l-verżjoni tal-avvenimenti rakkontati mill-gvern b’rabta mal-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

165.

NOROOZI Ahmad

نوروزى احمد

magħruf ukoll bħala NOROUZI Ahmad; NEWROUZI Ahmad; NAWROUZI Ahmad

Data tat-twelid: 1988

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service; Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB); Press TV

Ahmad Noroozi huwa l-kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, il-kanal ewlieni favur il-gvern bl-Ingliż li jissorvelja l-istabbilimenti tal-IRIB b’lingwi barranin.

L-IRIB hija l-korporazzjoni tal-media mmexxija mill-istat Iranjan u xandret mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati minn detenuti Iranjani, b’nazzjonalità doppja, u internazzjonali fl-Iran. L-IRIB u s-sussidjarji tiegħu jaġixxu bħala għodda kritika fil-kampanja massiva ta’ trażżin u ta’ ċensura tal-gvern Iranjan kontra l-poplu tiegħu stess. L-IRIB ipproduċa u reċentement xandar intervisti ta’ individwi li ġew furzati jistqarru li l-qraba tagħhom ma nqatlux mill-awtoritajiet Iranjani matul il-protesti fil-pajjiż kollu iżda li mietu minħabba kawżi aċċidentali u mhux relatati.

Press TV hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati ta’ detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, li jiksru d-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kap tal-IRIB u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, Ahmad Noroozi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

166.

POURANVARI Youssef

یوسف پورانوارى

magħruf ukoll bħala POURANVARI Youssuf

Data tat-twelid: 26.5.1983

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 0492699836 (Iran)

Funzjoni: direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Youssef Pouranvari huwa d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB).

Bħala l-konglomerat tal-media mmexxi mill-istat tal-Iran, l-IRIB għandu monopolju fuq is-servizzi tat-televiżjoni u tar-radju fl-Iran u jaqdi rwol ċentrali biex jirrestrinġi l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u jimpedixxi l-fluss liberu ta’ informazzjoni fl-Iran permezz ta’ attivitajiet ta’ ċensura. L-IRIB jipproduċi, jisponsorja u jxerred propoganda tal-gvern kemm fl-Iran kif ukoll fl-isfera internazzjonali. Barra minn hekk, l-IRIB ixxandar regolarment akkużi foloz u mingħajr bażi kontra ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u barranin, u juża aħbarijiet iffalsifikati biex jagħti informazzjoni ħażina dwar dawk li jitqiesu bħala għedewwa mir-reġim u jinkriminahom b’mod falz. L-IRIB jikkoopera wkoll b’mod estensiv ma’ aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence, fosthom il-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), biex jikseb u jxerred fost il-pubbliku konfessjonijiet furzati minn ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u detenuti barranin. Testimonjanzi u evidenza oħra jippuntaw lejn l-użu tat-tortura, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika; theddid kontra membri tal-familja; u trattament degradanti biex jinkisbu ammissjonijiet ta’ ħtija furzati. Sa mill-2009, il-programmi tal-IRIB xandru mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati kif ukoll kontenut ta’ malafama kontra mijiet aktar. L-IRIB juża ammissjonijiet ta’ ħtija furzati b’mod partikolari biex ipinġi lil persuni b’nazzjonalità doppja u lil barranin bħala spiji, jiddemonizza l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u jilleġittimizza r-repressjoni kontra gruppi ta’ minoranzi reliġjużi bħall-komunità Baha’i.

Fil-kapaċità tiegħu bħala d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-IRIB, Youssef Pouranvari jikkontribwixxi għar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jitkellmu favur id-drittijiet leġittimi tagħhom.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

167.

KADEM Ahmad

کادم احمد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kap tal-kwartieri ġenerali reġjonali ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem huwa l-kap tal-Bażi Operattiva (kwartieri ġenerali reġjonali) ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Matul il-protesti tal-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-bliet ta’ Khorramabad (Lorestan) u Izeh (Khusestan). It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti. Bħala kmandant ġenerali tat-truppi tal-IRGC f’dawn ir-reġjuni, Kadem huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa minn dawn it-truppi.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

168.

AZIMI Mohammad Nazar

نظر محمد عظیمی,

magħruf ukoll bħala AZIMI Mohammadnazar

عظیمی موهاممادنازار

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Funzjoni: kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Kermanshah.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

169.

NILFRUSHAN Abbas Mortaza

نیلفروشان عباس مرتاضا

magħruf ukoll bħala NILFOROUSHAN Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN Abbas; NILFRUSHAN DARDASHTI Abbas Mortaza

نیلفروشان دردشتی عباس

Data tat-twelid: 23.8.1966

Post tat-twelid: Isfahan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Nru tal-passaport: P46631463 (Iran)

Funzjoni: viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Abbas Nilfrushan huwa l-viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u responsabbli għall-Kmand tal-Operazzjonijiet tal-IRGC, waħda mill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà direttament inkarigata mit-trażżin tal-protesti.

F’din il-kapaċità, huwa ddefinixxa l-moviment ta’ protesti ċivili spontanji tal-2022 bħala moviment terroristiku u theddida diretta għas-sigurtà tal-Iran, b’hekk jilleġittimizza r-reazzjoni ħarxa għall-protesti paċifiċi.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

170.

MOEIN Moslem

مسلم معین

Data tat-twelid: 22.9.1985

Post tat-twelid: Eslamabad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: 3341588477 (Iran)

Indirizz: Part 7, Block 25, Ground Floor, 16th Street, Sarvestan Street, Chaghamirza Phase 2 Shahid Mehrabi, Kermanshah, Iran

Funzjoni: kap tal-Basji Resistance Force (Basij) Cyberspace Headquarters

Moslem Moein huwa uffiċjal għoli fil-Basij Resistance Force (Basij), elenkata fil-lista tal-UE li hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

Il-Basij kellha rwol importanti fir-repressjoni fatali tar-reġim fil-protesti li ilhom jinfirxu mal-pajjiż minn Settembru 2022. Bħala kap tal-Basij Cyberspace Headquarters, Moein jissorvelja l-isforzi għall-kontroll u ċ-ċensura tal-attivitajiet online tal-Iranjani. Tkellem pubblikament dwar il-prijorità tal-Basij li timmonitorja l-użu tal-internet tal-Iranjani. Barra minn hekk, Moein kien favur l-iżvilupp tal-intranet nazzjonali tal-Iran, li permezz tiegħu r-reġim jista’ jiskonnettja lill-Iran mill-internet globali. Il-gvern Iranjan ikompli jiffiltra u jimblokka l-fluss liberu tal-informazzjoni fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

171.

KARAMI Mohammad

محمد کرمی

Data tat-twelid: 27.1.1966

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Brigadier Ġeneral

Nru tal-passaport: K50849392 (Iran), jiskadi t-23.9.2024

Funzjoni: Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) headquarters Quds għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami huwa l-kmandant tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) headquarters Quds, li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat uħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu tal-munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, Karami huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari waqt il-”Ġimgħa mdemmija”.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

172.

JAVIDAN Ali Akbar

جاویدان علی اکبر

data tat-twelid: 21.3.1967

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah

Ali Akbar Javidan ilu l-kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah minn Ġunju 2019.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli talli ordna r-reazzjoni vjolenti tal-LEF għall-protesti tal-2022 f’Kermanshah. Huwa responsabbli wkoll li jiżgura l-implimentazzjoni stretta mil-LEF ta’ politiki ta’ moralità li jiksru b’mod sever id-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-repressjoni attiva tan-nisa li ma jikkonformawx mal-kodiċi tal-velu. Huwa responsabbli wkoll għall-arresti mil-LEF tan-nisa matul il-protesti ta’ Lulju 2022. Huwa responsabbli għall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-imġiba kattiva u degradanti, u għad-detenzjoni arbitrarja tan-nisa.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

173.

AZARPENDAR Abbas

آذرپندار عباس

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co; maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Abbaz Azarpendar huwa s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co li hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir ta’ Radis Vira Tejarat Co ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex jiġu mrażżna b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wasslu għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Azarpendar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

▼M20

174.

ESMAEILI Mohammad Mehdi

محمد مهدى اسماعیلی

Data tat-twelid: 1975

Post tat-twelid: Kabudarahang, Hamedan, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika

Entità assoċjata: Ministeru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Mohammad Mehdi Esmaeili huwa l-Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika.

20.2.2023

Taħt l-awtorità tiegħu, il-Ministeru hedded lill-artisti/mużiċisti li ma jsegwux il-linja tal-gvern bi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u x-xogħol. Hu personalment u pubblikament hedded lill-produtturi tal-films li kienu ppubblikaw dikjarazzjoni fejn talbu lill-forzi tas-sigurtà biex iżommu lura kontra manifestanti paċifiċi b’arrest u projbizzjonijiet tax-xogħol. Għadd importanti ta’ artisti u ġurnalisti ġew arrestati fuq akkużi foloz minn meta sar Ministru, filwaqt li hemm indikazzjoni li t-theddid repressiv kien segwit b’atti repressivi. Esmaeili jaħdem ukoll biex tkompli titrażżan saħansitra aktar il-libertà tal-espressjoni billi attwalment qed imexxi abbozz ta’ liġi fil-Parlament li ser tikkriminalizza l-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li titqies li hija kritika għar-reġim jew kwalunkwe rappurtaġġ li jitqies kritiku għar-reġim. Taħt l-awtorità ta’ Mohammad Mehdi Esmaeili u bl-approvazzjoni dikjarata tiegħu, bosta artisti, mużiċisti, produtturi ta’ films u ġurnalisti Iranjani ġew mhedda, arrestati u soġġetti għal proċeduri kriminali fuq akkużi foloz u l-libertà tal-espressjoni tagħhom ġiet ulterjorment imrażżna b’mod sinifikattiv.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

175.

NOURI Yousef

یوسف نورى

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Ilam, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Ministru għall-Edukazzjoni

Entitajiet assoċjati: Ministeru għall-Edukazzjoni tal-Iran; Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Yousef Nouri ilu Ministru għall-Edukazzjoni tal-Iran minn Novembru 2021.

Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, l-edukazzjoni tal-istudenti Iranjani hija kontinwament allinjata mal-opinjonijiet tal-gvern u t-tagħlim tal-Ayatollah Chamenei. F’Settembru u Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà dehru jarrestaw studenti tal-iskola Iranjani għal involviment allegat tagħhom fil-protesti kontra l-ħiġab. Bħala Ministru għall-Edukazzjoni, Nouri huwa responsabbli għad-detenzjoni ta’ studenti f’faċilitajiet korrettivi. Nouri kkonferma li xi studenti tal-iskola diġà kienu ġew arrestati. Qal li ntbagħtu f’“istituzzjoni psikoloġiċi” li jżommu lill-istudenti biex “jirriformaw u jedukawhom mill-ġdid” sabiex tiġi evitata l-imġiba “antisoċjali”. Żied jgħid li l-istudenti setgħu jmorru lura l-iskola biss wara li jiġu “riformati”.

20.2.2023

Minħabba li huwa responsabbli għad-detenzjoni arbitrarja tal-istudenti sabiex ireġġa’ lura l-opinjonijiet kontra l-gvern, Nouri jikser id-dritt bażiku tal-bniedem għall-edukazzjoni li din l-edukazzjoni għandha tiġi diretta għall-iżvilupp sħiħ tal-personalità tal-bniedem u għat-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

176.

KARIMI Farzin

فرزین کریمی مزلقان چاى

(magħruf ukoll bħala KARIMI MAZLGHANCHAY Farzin)

Data tat-twelid: 7.12.1992

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità: 0440273961

Kariga: Membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Farzin Karimi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati.

Għalhekk Farzin Karimi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

177.

MOSTAFAVI Seyed Mojtaba

سید مجتبی مصطفوى

(magħruf ukoll bħala MORTAZAVI, Mojtaba; MOSTAF, Mojtaba)

Data tat-twelid: 2.4.1987

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali: Nru. 0080467741 (Iran)

Funzjoni: membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran; Ko-fundatur tal-Akkademja Ravin

Seyed Mojtaba Mostafavi huwa membru tal-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u ko-fundatur tal-Akkademja Ravin elenkata mill-UE, entità li tħarreġ individwi fiċ-ċibersigurtà u l-hacking, u tirrekluta minn fost dawn it-trainees għall-MOIS.

Il-MOIS huwa involut sewwa fl-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ oppożizzjoni interni, il-monitoraġġ ta’ theddid domestiku u dissidenti espatrijati u l-arrest ta’ spiji u dissidenti allegati.

Għalhekk Seyed Mojtaba Mostafavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

178.

ESMAELI Vali

ولی اسماعیلی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament

Vali Esmaeli huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll kap tal-Kummissjoni Soċjali tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Esmaeli sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Esmaeli appoġġa l-qtil, id-detenzjoni, u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

179.

NADERI Ahmad

احمد نادرى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament tal-Iran

Ahmad Naderi huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament (MP) li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”.

Waqt li kien qed jaqra dikjarazzjoni tal-233 MP fis-seduta pubblika tal-Parlament fit-2 ta’ Ottubru 2022, huwa faħħar u appoġġa l-prestazzjoni tal-forzi tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni tal-manifestanti. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Naderi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

180.

ELAHIAN Zohreh

الهیان زهره

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament tal-Iran

Zohreh Elahian hija leġiżlatur u estremista, kif ukoll membru tal-Kummissjoni tas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija tal-Parlament Iranjan.

Hija waħda mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Elahian appoġġat il-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

181.

FARAHANI Ahmad Amirabadi

احمد امیرآبادى فراهانی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-presidju tal-Parlament Iranjan

Amirabadi Farahani huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-presidju/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan. Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Farahani appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura tan-nies matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

182.

DELKHOSH-ABATARI Seyyed Kazem

سید کاظم دلخوش اباترى

Post tat-twelid: Someh, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan

Seyyed Kazem Delkhosh-Abatari huwa l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa għen fl-iżvilupp ta’ pjan għall-prosekuzzjoni ta’ ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-media li jippubblikaw aħbarijiet mhux konformi man-narrattiva uffiċjali tar-Repubblika Iżlamika. Ir-repressjoni tal-ġurnalisti fl-Iran ġiet intensifikata sa mill-ewwel jiem tal-protesti tal-2022 peress li s’issa ġew arrestati kważi 70 ġurnalist. Bħala l-kelliem tal-Kummissjoni tal-Ġudikatura u Legali tal-Parlament Iranjan, Delkhosh-Abatari kien involut fis-soppressjoni tal-media u l-ġurnalisti mindu faqqgħu l-protesti madwar l-Iran fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

183.

JALALI Hossein

حسین جلالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Membru tal-Parlament

Hossein Jalali huwa leġiżlatur u estremist, kif ukoll membru tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw ittra li tfaħħar lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u tħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa personalment ikkonferma l-eżistenza tal-ittra rispettiva u tenna mill-ġdid ir-rikjesti li hemm fiha. Bħala membru tal-Parlament Iranjan, Jalali personalment appella għall-eżekuzzjoni tal-manifestanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

184.

MOUSAVI Seyyed Nezamoldin

سید نظام الدین موسوى

(magħruf ukoll bħala MOUSAVI Nezam)

Post tat-twelid: Khorramabad, Iran

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan

Seyyed Nezamoldin Mousavi huwa l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, kellu laqgħa mal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-leġiżlaturi bil-għan li titħaffef l-eżekuzzjoni tal-pieni mogħtija lill-manifestanti arrestati. Bħala l-kelliem tal-presidium/bord tad-diretturi tal-Parlament Iranjan, Mousavi ħeġġeġ lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tħaffef l-eżekuzzjonijiet tal-pieni mogħtija lill-manifestanti, u b’hekk kiser id-dritt ta’ proċess ġust tagħhom u għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

Mousavi huwa wkoll wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 fejn faħħru lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil ta’ manifestanti u ħeġġew lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lill-manifestanti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”. Huwa sejjaħ lill-manifestanti “aġenti barranin” u ġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Repubblika Iżlamika tal-Iran. Mousavi appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti fil-pajjiż kollu fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

185.

NESARI Habibollah Jan

حبیب الله جان نثارى

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)

Habibollah Jan Nesari huwa attwalment il-viċi tat-taħriġ u l-edukazzjoni tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) elenkati mill-UE.

Bejn l-2016 u t-30 ta’ Diċembru 2019, huwa serva bħala viċi kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-LEF.

Fil-kapaċità tiegħu ta’ viċi kmandant, huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-forzi fl-użu ta’ armi letali u mhux letali matul il-protesti fil-pajjiż kollu f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ manifestanti. Huwa nstab ħati ta’ delitti kontra l-umanità mit-Tribunal Internazzjonali tal-Poplu dwar l-Atroċitajiet tal-Iran għar-rwol tiegħu fir-repressjoni tal-manifestanti fil-kapaċità tiegħu bħala viċi kmandant. Bħala parti mill-forzi tas-sigurtà, il-forzi tal-pulizija nstabu li fasslu u implimentaw pjan biex iwettqu delitti kontra l-umanità kif ukoll qtil, priġunerija, għajbien furzat, tortura u vjolenza sesswali sabiex irażżnu l-protesti u jaħbu d-delitti mwettqa matul il-protesti f’Novembru 2019.

20.2.2023

Bħala viċi kmandant, Nesari huwa personalment responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mil-LEF. Il-LEF, li attwalment hu qed iħarreġ, huma parti mir-repressjoni vjolenta kontra l-manifestanti matul il-protesti li qamu f’Settembru 2022, inkluż permezz tal-użu letali ta’ forza kontra manifestanti Iranjani.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

186.

BABAEI Hassan

حسن بابایی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet.

Hassan Babaei huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni tal-Istat għar-Reġistrazzjoni tal-Atti u l-Proprjetajiet u uffiċjal għoli fil-ġudikatura Iranjana..

F’din il-kariga, Hassan Babaei huwa responsabbli għal bosta każijiet ta’ ksur tad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023 fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

187.

GHANNAD Qazi

قاض قناد

(magħruf ukoll bħala QANAD Qazi)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja

Qazi Ghannad huwa prosekutur u mħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kiser id-dritt ta’ proċess ġust u kkundanna manifestanti għall-mewt li mbagħad inqatlu mir-reġim Iranjan. Bħala prosekutur, hu ta l-piena tal-mewt fil-kawża ta’ Majid Rahnavard fl-2022.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

188.

MANSOURI Seyed Hadi

منصورى هادى سید

Post tat-twelid: Mashhad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad

Seyed Hadi Mansouri ilu mħallef u kap tar-raba’ fergħa tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sa minn Diċembru 2017.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fil-kampanja ta’ pieni tal-mewt li ngħataw kontra manifestanti, u b’hekk kiser ukoll id-dritt tagħhom ta’ proċess ġust.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

189.

HOSSEINI Hojjat al-Eslam Hossein

حسینی الاسلام حسین حجت

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Ġudikatura għall-provinċja tal-Kurdistan

Hojjat al-Eslam Hossein Hosseini huwa l-Kap tal-Ġudikatura fir-reġjun tal-Kurdistan.

Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa pparteċipa fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet u huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-repressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Huwa kompliċi fl-implimentazzjoni ta’ dak il-ksur, inkluż it-tortura, it-trattament krudili u inuman u degradanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

190.

JABARI Mohammad

محمد جبارى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja tal-Kurdistan

Mohammad Jabari huwa l-prosekutur għall-provinċja tal-Kurdistan.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem sa mill-protesti tal-2019, inkluż għall-pieni tal-mewt u r-repressjoni ta’ manifestanti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

191.

MOSTAFAVINIA Hojjat al-Eslam Ali

نیا مصطفوى علی الاسلام هجت

(magħruf ukoll bħala MOSTAFAVI (Hojjatoleslam) Ali)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: reliġjuż; Prosekutur Ġenerali tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Indirizz: Zahedan

Hojjat-al-Eslam Ali Mostafavinia huwa reliġjuż u l-Kap Prosekutur għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Preċedentement huwa serva bħala prosekutur f’Sistan u Baluchestan, kif ukoll fin-Nofsinhar ta’ Khorasan.

Fil-kapaċità tiegħu, hu kien responsabbli għall-prosekuzzjoni ta’ manifestanti li ġew arrestati b’mod arbitrarju matul il-protesti f’Zahedan, li seħħew f’Ottubru 2022 u ġew repressi fid-demm mill-forzi tal-pulizija u wasslu għal imwiet u korrimenti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

192.

SHAMSABAD Mehdi

آباد شمس مهدى

(magħruf ukoll bħala SHAMSABAD Mahdi)

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Prosekutur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

Mehdi Shamsabad huwa l-prosekutur ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022/2023, inkluż pieni tal-mewt u r-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, u l-għoti ta’ pieni degradanti inkluż il-piena tal-mewt permezz ta’ swat bil-frosta.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

193.

HARIKANDI Hossein Fazeli

هریکندى فاضلی حسین

Post tat-twelid: Babol, Mazandaran province

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz

Hossein Fazeli Harikandi huwa l-prosekutur ġenerali tal-provinċja ta’ Alborz.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għall-kundanna ta’ diversi mijiet ta’ dimostranti għad-delitt ta’ “korruzzjoni fid-dinja” matul il-protesti tal-2022/2023, li qegħdithom f’riskju tal-piena tal-mewt.

Huwa kkorrobora wkoll it-teżi tal-gvern tal-mewt tas-Sa Sarina Ismailzadeh fl-2022. Hija mietet minħabba vjolenza tal-pulizija. Madankollu, l-istat ħareġ dikjarazzjoni li tgħid li hi kkommettiet suwiċidju u għalhekk ma mititx minħabba r-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet fil-provinċja ta’ Alborz.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

194.

MADADI Hassan

حسن مددى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz

Hassan Madadi ilu aġent prosekutur fil-provinċja ta’ Alborz sa mill-inqas l-2020.

F’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal diversi każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari dak taċ-ċaħda għad-dritt ta’ proċess ġust matul il-protesti tal-2022/2023.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

195.

TAGHANAKI Soghra Khodadadi

صغرى خدادادى

Data tat-twelid: 27.3.1971

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: mara

Kariga: Direttur tal-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak

Numru tal-passaport: B50799950 (Iran) (individwali)

Indirizz: Varamin, Tehran, Iran

Soghra Khodadadi Taghanaki hija d-direttur/gwardjana fil-Ħabs tan-Nisa ta’ Qarchak.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, nuqqas ta’ ikel, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri, tortura, attentati vjolenti għall-pudur u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji.

Il-ħabs ta’ Qarchak huwa wieħed mill-postijiet prinċipali fejn qed jinżammu n-nisa arrestati matul il-protesti paċifiċi tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Soghra Khodadadi Taghanaki ġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

196.

PASANDIDEH Heidar

حیدر پسندیده

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-ħabs ta’ Sanandaj

Heidar Pasandideh ilu l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan fl-Iran sa mill-2020.

Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-priġunieri nqatlu b’mod arbitrarju fil-Ħabs Ċentrali ta’ Sanandaj. Bħala gwardjan, hu ssorvelja u għalhekk iġorr responsabbiltà għad-detenzjoni u t-tortura tal-priġunieri arrestati matul il-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk huwa jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

197.

PIRI Morteza

مرتضی پیرى

Data tat-twelid: 5.7.1977

Post tat-twelid: Zabol, Sistan and Baluchestan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 4072307122

Indirizz: Zahedan, Iran

Morteza Piri huwa l-gwardjan tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sisan u Baluchestan.

Il-ħabs hu magħruf għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-Ħabs ta’ Zahedan wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran. Fil-kapaċità tiegħu, huwa involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mortez Piri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

198.

AZIZI Allah-Karam

اللهکرم عزیزى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: kap tal-Ħabs ta’ Rajai Shahr

Indirizz: Moazzen Blvd, Gohardasht, Karaj City, Alborz Province, Iran

Entitajiet assoċjati: Ħabs ta’ Rajai Shahr

Allah-Karam Azizi huwa l-kap tal-ħabs elenkat mill-UE ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala il-Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, il-Ħabs ta’ Gorhardasht, il-Ħabs ta’ Gohar Dasht) fl-Iran.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll it-trattament ħażin u t-tortura tal-priġunieri.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

199.

KHOSRAVI Mohammad Hossein

محمد حسین خسروى

Data tat-twelid: 23.9.1974

Post tat-twelid: Birjand, South Khorasan province, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Eks Gwardja tal-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan

Numru tal-identità: 0653027761

Indirizz: Sistan and Baluchestan Province, Iran

Bħala Direttur Ġenerali tal-Ħabsijiet tal-Provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Mohammad Hossein Khosravi jissorvelja l-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-ħabsijiet fil-provinċja, inkluż il-Ħabs Ċentrali ta’ Zahedan, huma magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani, inkluż kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa u tal-iġjene, ir-rifjut ta’ kura tas-saħħa, l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-priġunieri u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji. Taħt l-amministrazzjoni tiegħu, il-ħabs ta’ Zahedan waħdu wettaq bosta eżekuzzjonijiet b’għadd sproporzjonat minnhom immirati kontra l-minoranza Baluchi tal-Iran u kien involut fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fil-kustodja tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran.

Għalhekk Mohammad Hossein Khosravi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

200.

CHEHARMAHALI Ali

علی چهارمحالی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: direttur ġenerali tal-ħabsijiet ta’ Alborz

Indirizz: Alvand Building, Below Mader Square, Karaj, Mehravila, Iran

Ali Cheharmahali huwa d-direttur ġenerali tal-ħabsijiet fil-provinċja ta’ Alborz u eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin elenkat mill-UE.

Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli għat-twettiq ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż it-tortura jew it-trattament krudili, inuman jew degradanti matul il-protesti tal-2022/2023.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

201.

FADAVI Ali

علی فدوى

Data tat-twelid: 1961

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ali Fadavi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Fadavi qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ali Fadavi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

202.

SHARIF Ramezan

شریف رمظان

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Ramezan Sharif huwa kelliem tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Sharif qed jostor u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Ramezan Sharif iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

203.

JOMEIRI Fathollah

فتح الله جمیرى

Post tat-twelid: Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Unità tas-Sigurtà tal-IRGC

Fathollah Jomeiri huwa l-kap tal-Organizzazzjoni tal-Protezzjoni tal-Intelligence tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), magħrufa wkoll bħala l-Unità tas-Sigurtà tal-IRGC.

Din l-unità hija responsabbli għall-protezzjoni tal-infrastruttura vitali u żoni ewlenin tal-pajjiż, individwi importanti, bħall-VIPs tar-reġim, iżda fuq kollox għall-protezzjoni tar-reġim.

L-IRGC kien involut sew fis-soppressjoni attiva u vjolenti tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran u għalhekk iġorr responsabbiltà għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Fir-rwol tiegħu, Jomeiri qed imexxi, jiffaċilita u jiskuża ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-IRGC.

Għalhekk, Fathollah Jomeiri jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

204.

KAAMFAR Behdad

کامفر بهداد

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj

Behdad Kaamfar huwa prosekutur fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Rivoluzzjonarju ta’ Karaj li jressaq kawżi fil-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Karaj.

F’dik il-kariga, huwa responsabbli għall-eżerċizzju tar-repressjoni tal-manifestanti permezz ta’ pieni severi, inkluż il-piena tal-mewt. L-awtoritajiet ġudizzjarji Iranjani b’mod partikolari jużaw l-akkuża kriminali ta’ “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla” li tippermetti l-piena tal-mewt għall-oppożizzjoni kontra l-organi tal-istat u li spiss tintuża għar-repressjoni kontra l-manifestanti.

B’mod partikolari, Kaamfar irrappreżenta l-prosekuzzjoni f’kawża f’Novembru/Diċembru 2022, li fiha għadd ta’ manifestanti milli jidher ġew ikkundannati minħabba attakki kontra l-Basij. F’dak il-proċess, Kaamfar mexxa l-prosekuzzjoni għal għadd ta’ pieni tal-mewt għal “Muharebeh”, b’mod partikolari kontra Mohammad Mehdi Karimi, Amid Mehdi Shokrollahi, Reza Aria Farzaneh Gharehassanlou, Hamid Gharehassanlou, Ali Moazzami Goudarzi u Hossein Mehdi Mohammadi.

20.2.2023

Billi mexxa dawn il-prosekuzzjonijiet u għamel użu minn tali reati kriminali li huma kontra l-prinċipji tal-ġustizzja, u b’hekk ikkawża l-mewt ta’ individwi li jopponu l-istat Iranjan, Behdad Kaamfar iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

205.

FATHI Murad

مراد فتحی

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Kariga: Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent

Murad Fathi ilu Direttur tal-ħabsijiet għall-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent sa mit-22 ta’ Novembru 2022.

Preċedentement kellu l-istess pożizzjoni fil-provinċja ta’ Kordestan. Fil-ħabsijiet taħt il-kontroll tiegħu, twettqu każijiet ta’ tortura tal-priġunieri matul il-protesti tal-2022/2023, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tad-detenuti mit-tortura u/jew nuqqas ta’ kura tas-saħħa. Dawk detenuti u torturati jinkludu manifestanti arrestati f’dawk iż-żewġ provinċji.

Bil-parteċipazzjoni fir-repressjoni tal-manifestanti u s-sorveljanza tat-tortura fil-faċilitajiet tal-ħabsijiet taħt il-kmand tiegħu, li f’xi każijiet wasslu għall-mewt tal-priġunieri, Murad Fathi jġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

▼M21

206.

KHOSROU PANAH Abdol Hossein

عبدالحسین خسرو پناه

magħruf ukoll bħala KHOSROW PANAH Abdul Hossein; KHOSROPANAH Abdolhossein

Data tat-twelid: 21.3.1966

Post tat-twelid: Dezful, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: president u segretarju tas-Supreme Council of Cultural Revolution

Entità assoċjata: Supreme Council of Cultural Revolution

Abdol Hossein Khosrou Panah huwa membru konservattiv tal-kleru u ilu l-president u s-segretarju tas-Supreme Council of Cultural Revolution (il-Kunsill Suprem tar-Revoluzzjoni Kulturali) minn Jannar 2023.

Is-Supreme Council of Cultural Revolution ippromwova diversi proġetti li jdgħajfu l-libertà tal-bniet u n-nisa, filwaqt li stabbilixxa limiti fuq il-ħwejjeġ li jilbsu u l-edukazzjoni tagħhom. Il-liġijiet tiegħu ddiskriminaw ukoll kontra minoranzi, bħall-Baha’i. Huwa mezz ta’ promozzjoni tal-politiki tar-reġim attwali u ta’ opinjonijiet Iżlamisti.

Bħala president u segretarju tas-Supreme Council of Cultural Revolution, Khosrou Panah għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

207.

ALAM-AL HODA Ahmad

احمد علم الهدى

Data tat-twelid: 31.8.1944

Post tat-twelid: Mashhad, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: L-imam ta’ nhar ta’ Ġimgħa ta’ Mashhad u r-rappreżentant tal-provinċja Khorasan Razavi fl-Assembly of Experts

Ahmad Alam-Al Hoda huwa l-imam ta’ nhar ta’ Ġimgħa ta’ Mashhad u r-rappreżentant tal-provinċja Khorasan Razavi fl-Assembly of Experts (l-Assemblea tal-Esperti).

Fid-diskorsi tiegħu u fil-media, huwa jipparteċipa fit-tixrid tal-mibegħda kontra n-nisa, id-dimostranti u l-minoranzi reliġjużi.

Alam-Al Hoda għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

208.

RASTINEH Ahmad

احمد راستینه

Data tat-twelid: 1980

Post tat-twelid: province of Bakhtiari, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Membru tal-Parlament u kelliem għall-kummissjoni kulturali tal-Parlament.

Ahmad Rastineh huwa Membru tal-Parlament Iranjan (Madjles) u l-kelliem tiegħu għall-kummissjoni kulturali. Il-kummissjoni kulturali għandha pożizzjoni superviżorja li tikkontrolla u tissorvelja l-istituzzjonijiet responsabbli mit-“tixrid tal-kultura tal-kastità u l-ħiġab”.

Rastineh jippromwovi verżjoni stretta tal-prinċipji kulturali tar-revoluzzjoni Iżlamika, partikolarment b’rabta man-nisa, u l-ilbies tal-velu/il-ħiġab. Matul il-protesti tal-2022 u l-2023 fl-Iran, appella għal affermazzjoni tal-liġi li timponi l-velu fuq in-nisa Iranjani. Appoġġa wkoll il-kontroll tal-gvern fuq l-Internet u l-qtugħ tal-Internet.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

209.

KHAN MOHAMMADI Hodjatoleslam Ali

حجت الاسلام علی خان محمدﻯ

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kelliem tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

Hodjatoleslam Ali Khan Mohammadi huwa l-kelliem tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (il-Kwartieri Ġenerali għall-Impożizzjoni tas-Sewwa u l-Projbizzjoni tal-Ħażen), elenkata mill-UE.

Fl-2022 u l-2023, fil-pożizzjoni tiegħu bħala kelliem tal-Kwartieri Ġenerali għall-Impożizzjoni tas-Sewwa u l-Projbizzjoni tal-Ħażen, ikkwalifika n-nuqqas tal-ilbies tal-ħiġab bħala att kriminali u ppromwova verżjoni stretta tal-prinċipji kulturali tar-revoluzzjoni Iżlamika, partikolarment b’rabta man-nisa, u l-ilbies tal-velu/il-ħiġab. Fil-kariga tiegħu, huwa esprima l-appoġġ tiegħu għal-leġittimazzjoni tar-repressjoni tal-attivisti kontra l-ħiġab u kkontribwixxa għaliha, filwaqt li dgħajjef id-drittijiet u l-libertajiet tan-nisa u l-bniet.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

210.

AKBARI Mohammad Sadegh

محمد صادق اکبرى

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: prim imħallef tal-provinċja ta’ Mazandaran

Mohammad Sadegh Akbari huwa l-prim imħallef tal-provinċja ta’ Mazandaran.

F’din il-kariga, huwa responsabbli għall-għoti ta’ sentenzi ta’ mewt fi proċessi inġusti (bin-nuqqas ta’ avukati, konfessjonijiet furzati) u għat-tortura ta’ persuni misjuba ħatja. Matul il-protesti tal-2022 u l-2023, kien responsabbli għall-għeluq ta’ ħwienet li ma rrispettawx il-liġijiet dwar il-ħiġab u għall-għoti ta’ sentenza ta’ mewt lil dimostrant ta’ 35 sena li kien marid mentalment li allegatament ħaraq il-Koran.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

211.

BARATI Morteza

مرتضی براتی

magħruf ukoll bħala BARATI Qazi

Data tat-twelid: 30.11.1962

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: imħallef li jippresiedi l-ewwel fergħa tal-Qrati Rivoluzzjonarji ta’ Isfahan

Morteza Barati huwa l-imħallef li jippresiedi l-ewwel fergħa tal-Qrati Rivoluzzjonarji ta’ Isfahan.

F’Jannar 2023, ta sentenzi ta’ mewt b’tgħalliq lil mill-inqas tliet dimostranti, filwaqt li ċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

212.

AL HOSSEINI Musa Asif

موسی آصف الحسینی

magħruf ukoll bħala AL-HOSSEINI Asef

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kap imħallef tal-ewwel fergħa tal-Qrati Rivoluzzjonarji ta’ Karaj, provinċja ta’ Alborz

Musa Asif Al Hosseini huwa l-kap imħallef tal-ewwel fergħa tal-Qrati Rivoluzzjonarji ta’ Karaj, provinċja ta’ Alborz.

Il-proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu saru bil-għaġla, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati u kienu bbażati fuq konfessjonijiet li nkisbu bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Matul il-protesti tal-2022 u l-2023, huwa ppresieda l-proċessi ta’ dimostranti u ta għadd ta’ sentenzi ta’ mewt, li tnejn minnhom ġew eżegwiti kontra Mohammed Karami u Mohammed Hosseini.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

213.

JALILI Vahid

وحید جلیلی

Data tat-twelid: 1973

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: kap għall-affarijiet kulturali u l-evoluzzjoni tal-politika fl-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

Vahid Jalili huwa l-kap għall-affarijiet kulturali u l-evoluzzjoni tal-politika fl-Islamic Republic of Iran Broadcasting (Xandir tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, IRIB), elenkata mill-UE.

Matul il-protesti tal-2022 u l-2023, l-IRIB xandret konfessjonijiet furzati minn ostaġġi barranin. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fl-IRIB, Jalili huwa direttament involut fid-dgħajfien tad-drittijiet tal-bniedem ta’ ostaġġi barranin u t-trattament inuman tagħhom. Huwa responsabbli wkoll għat-tixrid ta’ konfessjonijiet ta’ propaganda li jappoġġaw lir-reġim.

Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

▼M23

214.

NOBAVEHVATAN Bijan

بیژن نوباوه وطن

Data tat-twelid: 1959/1960

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Membru tal-Parlament Iranjan; l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni għall-Kultura tal-Parlament Iranjan

Bijan Nobaveh Vatan huwa leġiżlatur u estremist Iranjan kif ukoll l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni għall-Kultura tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 li faħħret lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil tad-dimostranti u ħeġġet lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lid-dimostranti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”.

Barra minn hekk, huwa forza li tixpruna l-leġiżlazzjoni li tinforza r-regoli restrittivi tal-ilbies fuq in-nisa billi tippromulga penali għall-istituzzjonijiet, in-negozji u l-individwi li jinteraġixxu ma’ nisa li ma jikkonformawx, u b’hekk jinħoloq bojkott kontrihom.

Bħala Membru tal-Parlament Iranjan, Nobaveh Vatan appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti tal-2022/2023 fil-pajjiż kollu fl-Iran. Huwa jappoġġa wkoll il-leġiżlazzjoni li tirrevoka sostanzjalment id-drittijiet soċjali u ekonomiċi tan-nisa fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

215.

YAZDIKHAH Ali

علی یزدى خواه

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Funzjoni: Membru tal-Parlament Iranjan; Membru tal-Kummissjoni għall-Kultura tal-Parlament Iranjan

Ali Yazdikhah huwa leġiżlatur u estremist Iranjan kif ukoll Membru tal-Kummissjoni għall-Kultura tal-Parlament Iranjan.

Huwa wieħed mill-227 membru tal-Parlament li ffirmaw dikjarazzjoni fis-6 ta’ Novembru 2022 li faħħret lill-forzi tas-sigurtà għall-qtil tad-dimostranti u ħeġġet lill-ġudikatura biex tħaffef il-proċessi u tikkundanna lid-dimostranti għall-mewt billi tiddikjarahom “Muharebeh”, jew “mibegħda kontra Alla”.

Barra minn hekk, huwa forza li tixpruna l-leġiżlazzjoni li tinforza r-regoli restrittivi tal-ilbies fuq in-nisa billi tippromulga penali għall-istituzzjonijiet, in-negozji u l-individwi li jinteraġixxu ma’ nisa li ma jikkonformawx, u b’hekk jinħoloq bojkott kontrihom.

Bħala Membru tal-Parlament Iranjan, Yazdikhah appoġġa l-qtil, id-detenzjoni u t-tortura ta’ persuni matul il-protesti tal-2022/2023 fil-pajjiż kollu fl-Iran. Huwa jappoġġa wkoll il-leġiżlazzjoni li tirrevoka sostanzjalment id-drittijiet soċjali u ekonomiċi tan-nisa fl-Iran.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

216.

ALIBABAEI Mehdi

محدى علی بابایی

(magħruf ukoll bħala ALI BABAEI Mehdi, BABAEI Ali Mehdi)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Grad: Maġġur

Funzjoni: deputat provinċjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) f’Qom

Il-Maġġur Mehdi Alibabaei huwa d-deputat provinċjali tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) f’Qom. Huwa jidderieġi l-forzi tal-IRGC u tal-Basij fil-belt ta’ Qom.

Wara l-mewt ta’ Mahsa Amini f’Settembru 2022, kien hemm uħud mill-aktar protesti intensi fil-belt ta’ Qom. Il-forzi tas-sigurtà, inkluż l-IRGC u l-milizzja tal-Basij ġew skjerati biex irażżnu b’mod vjolenti dawn il-protesti. Minn Marzu 2023, il-milizzja tal-IRGC u tal-Basij ingħataw struzzjonijiet ukoll biex jinfurzaw il-liġi obbligatorja tal-ħiġab permezz ta’ metodi ġodda ta’ oppressjoni.

Alibabaei żvela skema ġdida biex jiġu skjerati membri tal-milizzja tal-Basij f’kull viċinat ta’ Qom biex tiġi infurzata l-liġi tal-ħiġab. L-iskema l-ġdida tinkludi l-installazzjoni ta’ programmi bħal “Kun mexxej famuż fil-viċinat tagħna”, li jordnaw lill-forzi tal-IRGC/tal-Basij biex iwettqu pattulji tal-viċinat, l-użu ta’ intelligence, intimidazzjoni, u jinfurzaw ir-responsabbiltà ta’ ċittadini regolari (pereżempju bl-appell għar-responsabbiltà tal-maniġers ta’ bini u residenzi għal residenti “bil-velu milbus ħażin”). Din l-iskema tirrappreżenta livell ġdid ta’ denunzja u ġbir ta’ informazzjoni mill-popolazzjoni ġenerali biex jiġu oppressi n-nisa.

Taħt il-kmand ta’ Alibabaei, il-forzi lokali tal-IRGC u tal-Basij f’Qom huma ordnati jinfurzaw ċerti liġijiet magħżula, b’mezzi u metodi li jintimidaw liċ-ċittadini u jiksru d-drittijiet fundamentali tagħhom.

Bħala deputat provinċjali tal-IRGC f’Qom, il-Maġġur Mehdi Alibabaei huwa responsabbli mill-atti ta’ oppressjoni mwettqa mill-forzi lokali tal-IRGC u tal-Basij u l-ksur min-naħa tagħhom tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u l-privatezza.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

217.

NOUROUZI Ali Asghar

(magħruf ukoll bħala NOROUZI Ali Asghar)

Data tat-twelid: 11.11.1962

Post tat-twelid: Dashtestan, Bushehr province, Iran

Indirizz: Unit 29, 5th Floor, Talaieh Block- B1, Elahiyeh Complex 1, Number 0, Alley 2-Shahid Sajjad Rushanai, Rabbaninejad Street, Zein Aldin Municipality, Qom 3739144673, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-passaport: Y53914915 (Iran) li jiskadi fil-11.5.2026

Numru tal-identità nazzjonali Iranjan: 4591967573

Funzjoni: president tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Individwi assoċjati: Seyyed Aminollah; Emami Tabatabai; Yahya Alaoddini; Jamal Babamoradi; Ahmad Karimi

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Bonyad Taavon Sepah

IRGC

Ali Asghar Nourouzi huwa l-president tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkata mill-UE.

L-IRGC kien minn ta’ quddiem fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran li raw aktar minn 520 persuna maqtula, li aktar minn 70 minnhom kienu minorenni, u aktar minn 22 000 arrest/priġunerija.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u f’dak il-qafas hija responsabbli li għaddiet il-flus għar-repressjoni brutali tar-reġim.

Bħala president tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC, Ali Asghar Nourouzi huwa għalhekk responsabbli li pprovda volontarjament u konxjament l-istrumenti li bihom twettqet u għada ssir ir-repressjoni brutali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

218.

TABATABAI Seyyed Amin Ala Emami

(magħruf ukoll bħala TABATBAYI Aminallah Imami)

Data tat-twelid: 26.8.1963

Post tat-twelid: Meybod, Iran

Indirizz: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali Iranjan: 4489260229

Funzjoni: viċi president tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC); direttur maniġerjali tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC

Individwi assoċjati: Ali Asghar Nourouzi; Yahya Alaoddini; Jamal Babamoradi; Ahmad Karimi

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Bonyad Taavon Sepah

IRGC

Seyyed Amin Ala Emami Tabatabai huwa l-viċi president tal-bord tad-diretturi kif ukoll id-direttur maniġerjali tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkata mill-UE.

L-IRGC kien minn ta’ quddiem fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran li raw aktar minn 520 persuna maqtula, li aktar minn 70 minnhom kienu minorenni, u aktar minn 22 000 arrest/priġunerija.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u f’dak il-qafas hija responsabbli li għaddiet il-flus għar-repressjoni brutali tar-reġim.

Bħala viċi president tal-bord tad-diretturi u direttur maniġerjali tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC, Seyyed Amin Ala Emami Tabatabai huwa għalhekk responsabbli li pprovda volontarjament u konxjament l-istrumenti li bihom twettqet u għada ssir ir-repressjoni brutali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

219.

ALAODDINI Yahya

(magħruf ukoll bħala ALA’ODDINI Yahya; ALAEDDINI Yahya)

Data tat-twelid: 21.5.1965

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-passaport: K47201906 (Iran), jiskadi fid-19.10.2023

Numru tal-identità nazzjonali Iranjan: 0036732958

Funzjoni: membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Individwi assoċjati: Ali Asghar Nourouzi; Jamal Babamoradi; Ahmad Karimi; Seyyed Amin Ala Emami Tabatabai

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Bonyad Taavon Sepah

IRGC

Yahya Alaoddini huwa membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkata mill-UE.

L-IRGC kien minn ta’ quddiem fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran li raw aktar minn 520 persuna maqtula, li aktar minn 70 minnhom kienu minorenni, u aktar minn 22 000 arrest/priġunerija.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u f’dak il-qafas hija responsabbli li għaddiet il-flus għar-repressjoni brutali tar-reġim.

Bħala membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC, Yahya Alaoddini huwa għalhekk responsabbli li pprovda volontarjament u konxjament l-istrumenti li bihom twettqet u għada ssir ir-repressjoni brutali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

220.

BABAMORADI Jamal Ali

Data tat-twelid: 24.5.1960

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Indirizz: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali Iranjana: 0036824240

Funzjoni: membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Individwi assoċjati: Ali Asghar Nourouzi; Ahmad Karimi; Yahya Alaoddini; Seyyed Amin Ala Emami Tabatabai

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Bonyad Taavon Sepah

IRGC

Jamal Ali Babamoradi huwa membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkata mill-UE.

L-IRGC kien minn ta’ quddiem fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran li raw aktar minn 520 persuna maqtula, li aktar minn 70 minnhom kienu minorenni, u aktar minn 22 000 arrest/priġunerija.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u f’dak il-qafas hija responsabbli li għaddiet il-flus għar-repressjoni brutali tar-reġim.

Bħala membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC, Jamal Ali Babamoradi huwa għalhekk responsabbli li pprovda volontarjament u konxjament l-istrumenti li bihom twettqet u għada ssir ir-repressjoni brutali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

221.

KARIMI Ahmad Hasan

Data tat-twelid: 11.12.1962

Post tat-twelid: Qom, Iran

Indirizz: Tehran, Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Numru tal-identità nazzjonali Iranjan: 0382947983

Funzjoni: membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Individwi assoċjati: Ali Asghar Nourouzi; Yahya Alaoddini; Seyyed Amin Ala Emami Tabatabai; Jamal Ali Babamoradi

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)/Bonyad Taavon Sepah

IRGC

Ahmad Hasan Karimi huwa membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) elenkata mill-UE.

L-IRGC kien minn ta’ quddiem fir-repressjoni tal-protesti tal-2022/2023 fl-Iran li raw aktar minn 520 persuna maqtula, li aktar minn 70 minnhom kienu minorenni, u aktar minn 22 000 arrest/priġunerija.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u f’dak il-qafas responsabbli li għaddiet il-flus għar-repressjoni brutali tar-reġim.

Bħala membru tal-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC, Ahmad Hasan Karimi huwa għalhekk responsabbli li pprovda volontarjament u konxjament l-istrumenti li bihom twettqet u għada ssir ir-repressjoni brutali.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

▼M24

222.

ADINEHVAND Salman

سلمان آدینه وند

Funzjoni: Kmandant tat-Tehran Police Relief Unit tal-Law Enforcement Forces (LEF) tal-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Data tat-twelid: 20 ta’ Mejju 1980

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Sess: raġel

Salman Adinehvand ilu l-Kmandant tal-Unità ta’ Appoġġ għall-Pulizija ta’ Tehran (Tehran Police Relief Unit) tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF), l-organizzazzjoni ewlenija tas-sigurtà inkarigata mill-kontroll tal-folol u t-trażżin tal-protesti, minn Jannar 2021. L-unità ta’ Adinehvand kienet direttament responsabbli għat-trażżin vjolenti tal-protesti f’Tehran f’Settembru u Ottubru 2022, li matulhom għexieren ta’ dimostranti nqatlu mill-forzi tas-sigurtà bl-użu ta’ munizzjon attiv.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

223.

AGHAMIRI Seyyed Mohammad Amin

سید محمد امین آقامیرى

Funzjoni: segretarju tas-Supreme Council of Cyberspace (SCC) tal-Iran

Nazzjonalità: Iranjana

Data tat-twelid: 21 ta’ Settembru 1986

Post tat-twelid: Iran

Sess: raġel

Seyyed Mohammad Amin Aghamiri huwa s-segretarju tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju tal-Iran (Supreme Council of Cyberspace (SCC)), l-awtorità ċentralizzata għat-tfassil tal-politika fil-qasam taċ-ċiberspazju. L-SCC huwa responsabbli għall-imblukkar ta’ pjattaformi popolari online tal-aħbarijiet u ta’ komunikazzjoni fl-Iran u uża wkoll it-teknoloġija diġitali biex jispija l-ġurnalisti u d-dissidenti tar-reġim u jintimidahom.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

▼M27

224.

NIKVARZ Mohsen

محسن نیک ورز

Post tat-twelid: l-Iran

Sess: raġel

Nazzjonalità: Iranjana

Kariga: Prosekutur Pubbliku ta’ Sirjan

Bħala l-Prosekutur Pubbliku ta’ Sirjan, Mohsen Nikvarz kien responsabbli għal diversi arresti arbitrarji ta’ avukati u pieni tal-mewt f’Sirjan matul il-protesti tal-2019. Fl-2023, ġie promoss għal Kap taċ-Ċentru għall-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Ġudikatura tal-provinċja ta’ Kerman.

Fil-kuntest tal-protesti li faqqgħu f’Settembru 2022, Nikvarz kien involut ukoll mal-każ ta’ Maryam Arvin, fejn ħarrikha għall-attivitajiet tagħha bħala avukat tad-difiża għad-dimostranti. Wara l-arrest tagħha, li Nikvarz iġorr responsabbiltà personali għalih, Maryam Arvin ġiet ittorturata brutalment fil-ħabs.

Għalhekk, Mohsen Nikvarz iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023.

▼M24

225.

MORADI Nader

نادر مرادى

Funzjoni: Viċi Superviżur tal-Ispazji Pubbliċi tal-Public Security Police

Grad militari: Kurunell

Nazzjonalità: Iranjana

Post tat-twelid: Iran

Sess: raġel

Fil-funzjoni attwali tiegħu bħala Viċi Superviżur tal-Ispazji Pubbliċi tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika (Public Security Police), il-Kurunell Nader Moradi huwa responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet dwar il-ħiġab. Dawk il-liġijiet intużaw mill-awtoritajiet Iranjani biex irażżnu d-dimostranti paċifiċi.

Moradi huwa responsabbli għall-persekuzzjoni u l-arrest ta’ nisa għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-hiġab. Huwa responsabbli wkoll għall-għeluq ta’ negozji, ristoranti u spazji pubbliċi oħra b’rabta man-nuqqas ta’ infurzar tar-regoli dwar il-ħiġab, filwaqt li ffirma l-ittri li infurmawhom dwar l-għeluq tagħhom.

Matul il-protesti li bdew f’Settembru tal-2022 u li ssoktaw għal diversi xhur, Moradi kien responsabbli wkoll għall-persekuzzjoni u l-arrest ta’ sidien ta’ ħwienet li għalqu n-negozji tagħhom u li kienu qed jippjanaw li jistrajkjaw bi protesta għall-mewt ta’ Mahsa Amini.

Moradi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

226.

MONTAZER AL-MAHDI Saeed

(magħruf ukoll bħala MONTAZER AL-MAHDI Said)

Funzjoni: kelliem tal-pulizija

Grad militari: Brigadier Ġeneral -

Nazzjonalità: Iranjana

Data tat-twelid: 8 ta’ Novembru 1971

Post tat-twelid: Tehran, Iran

Sess: raġel

Saeed Montazer Al-Mahdi huwa l-kelliem tal-pulizija Iranjana (Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran elenkati mill-UE).

F’April 2023, huwa ħabbar l-infurzar strett attwali tal-liġijiet dwar l-hiġab, li ntużaw mill-awtoritajiet Iranjani biex irażżnu lid-dimostranti paċifiċi. Fil-funzjoni tiegħu, huwa jiddefendi u jippromwovi l-azzjonijiet repressivi tal-pulizija.

Id-dikjarazzjonijiet intimidanti tiegħu dwar il-monitoraġġ, l-għeluq tan-negozji u spazji pubbliċi oħra u l-messaġġi ta’ twissija li qed jintbagħtu mill-awtoritajiet għandhom impatt repressiv sinifikanti ħafna. Barra minn hekk, fir-rwol tiegħu bħala kelliem tal-pulizija, huwa ripetutament imminimizza s-serjetà tal-avvelenamenti ta’ bniet tal-iskola, li ġew irrappurtati b’mod estensiv, billi stqarr li “l-biċċa l-kbira” tagħhom “ma kinux veri” u b’hekk ċaħħad il-protezzjoni tal-vittmi permezz tal-pulizija u dgħajjef d-dritt tagħhom għas-sikurezza.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

▼M25

227.

Seyyed Mohammad MOUSVIAN

magħruf ukoll bħala Seyed Mohammad MOUSAVIYAN

سید محمد موسویان

Funzjoni: Prosekutur Pubbliku u Rivoluzzjonarju, Isfahan (Isfahan Province)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: Raġel

Mousvian huwa l-Prosekutur Pubbliku u Rivoluzzjonarju tal-Provinċja ta’ Isfahan, l-Iran. Bħala tali huwa responsabbli għall-proċessi kontra d-dimostranti Saleh Mirhashmi, Majid Kazemi u Saeid Yaqoubi, li minn dak iż-żmien ‘l hawn ġew ikkundannati għall-mewt u wara ġew iġġustizzjati f’Mejju 2023.

Mousvian ħareġ ukoll l-akkuża kontra l-artist mużikali Iranjan Toomaj Salehi fuq akkużi ta’ “korruzzjoni fid-dinja” għall-parteċipazzjoni tiegħu fi protesti kontra l-gvern u attiviżmu pubbliku kontra l-gvern Iranjan f’Ottubru 2022, u li minn dak iż-żmien inżamm fil-Ħabs ta’ Dastgerd f’kundizzjonijiet krudili waqt li jistenna l-proċess tiegħu. F’Novembru 2022, il-media tal-Istat ippubblikat filmat li juri lil Salehi b’għajnejh mgħammdin fejn kien qed jammetti d-delitti allegati tiegħu u jiskuża ruħu għal kliemu.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

228.

Ali Zare NOURI

سید علی زارع نورﻯ

Funzjoni: Viċi Mħallef u konsulent tal-Qorti Kriminali Provinċjali ta’ Isfahan

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: Raġel

Nouri huwa l-Viċi Mħallef u l-konsulent tal-Qorti Kriminali Provinċjali tal-Provinċja ta’ Isfahan, l-Iran. Bħala tali huwa responsabbli għall-proċessi kontra d-dimostranti Saleh Mirhashmi, Majid Kazemi u Saeid Yaqoubi, li minn dak iż-żmien ‘l hawn ġew ikkundannati għall-mewt u wara ġew iġġustizzjati f’Mejju 2023. F’filmat ippubblikat mill-media tal-Istat Iranjana, Nouri jidher li qed jinterroga lit-tliet konvenuti fil-qorti.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

229.

Seyyed Nader SAFAVI MIRMAHALLEH

magħruf ukoll bħala Seyed Nader SAFAVI MIRMAHALLEH

magħruf ukoll bħala Nader SAFAVI

سید نادر صفوﻯ میرمحله

Funzjoni: Gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà ta’ Rezvanshahr f’Gilan Province

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: Raġel

Indirizz: Rezvanshahr, Gilan Province

Seyyed Nader Safavi Mirmahalleh huwa l-gvernatur u l-kap tal-Kunsill tas-Sigurtà ta’ Rezvanshahr fil-Provinċja ta’ Gilan. Bħala tali huwa responsabbli li ordna lill-uffiċjali jiftħu n-nar fuq id-dimostranti matul il-protesti li kienu qed isiru fl-Iran kollu bejn l-2022 u l-2023, li rriżulta f’għadd kbir ta’ persuni mejta u midruba, inkluż tfal.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

230.

Seyyed Khalil SAFAVI

magħruf ukoll bħala Seyed Khalil SAFAVI

سید خلیل صفوﻯ

Funzjoni: Kmandant tal-Pulizija ta’ Rezvanshahr, Gilan Province

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: Raġel

Indirizz: Rezvanshahr, Gilan Province

Seyyed Khalil Safavi huwa l-Kmandant tal-Pulizija ta’ Rezvanshahr fil-Provinċja ta’ Gilan u kellu din il-pożizzjoni ukoll fi żmien il-protesta. Bħala tali huwa responsabbli għall-fatt li uffiċjali tal-pulizija f’Rezvanshahr fetħu n-nar fuq id-dimostranti matul il-protesti fil-belt li saru fi tmiem Settembru 2022, li rriżulta f’għadd kbir ta’ persuni mejta u midruba, inkluż tfal.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

231.

Seyyed Abbas HOSSEINI

سید عباس حسینی

Funzjoni: Gvernatur, Amol (Mazandaran Province)

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: Raġel

F’Jannar 2022, Hosseini nħatar gvernatur tal-belt ta’ Amol, Provinċja ta’ Mazandaran. Bħala tali huwa responsabbli għall-qtil ta’ mill-inqas żewġ dimostranti Iranjani żgħażagħ, Ghazaleh Chalabi u Erfan Rezaei, li t-tnejn inqatlu f’Settembru 2022 mill-forzi tal-gvern fil-belt ta’ Amol. Barra minn hekk, il-forzi tas-sigurtà f’Amol komplew jagħtu fastidju lid-dimostranti paċifiċi u lill-familji tal-mejta.

F’Ġunju 2023, Hosseini ġie sostitwit bħala Gvernatur ta’ Amol, iżda nħatar bħala Gvernatur Speċjali tal-belt ta’ Amol. Fil-pożizzjoni l-ġdida tiegħu, Hosseini għad għandu rwol attiv bħala rappreżentant tal-gvern.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

232.

Mojtaba FADA

مجتبی فدا

Funzjoni: Kmandant tal-IRGC f’Isfahan Province (it-Tieni Brigadier Ġenerali) u membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Provinċjali

Nazzjonalità: Iranjana

Data tat-twelid: 21 ta’ Marzu 1963

Post tat-twelid: Harsin, Iran

Sess: Raġel

Numru tal-passaport: F49973222 li jiskadi fis-27 ta’ Awwissu 2024 (maħruġ mill-Iran)

Fada huwa l-kmandant tal-forzi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Isfahan u attwalment iservi bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Provinċjali. Bħala tali ssorvelja l-azzjonijiet tat-truppi tal-IRGC u ta’ forzi tas-sigurtà oħra b’reazzjoni għall-protesti kontra l-gvern fil-ħarifa tal-2022, li rriżultaw fil-mewt ta’ diversi dimostranti, inkluż il-mewt ta’ Mahsa Mougouyi li kellha 18-il sena.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

233.

Rashid KABOUDVANDI

رشید کبودوند

magħruf ukoll bħala Rashid KABUDONDI

رشید کبودوندﻯ

Funzjoni: Kmandant tal-Imam Hossein Guards Corps ta’ Karaj, Alborz Province

Sess: Raġel

Kaboudvandi ilu minn Mejju 2022 il-kmandant tal-Korp tal-Gwardjani Imam Hossein ta’ Karaj, il-Provinċja ta’ Alborz. Bħala tali huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-qtil ta’ Mohammad Reza Ghorbani u għad-detenzjoni u l-istupru ta’ Amrita Abbassi mill-forzi tas-sigurtà ta’ Karaj.

Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-pulizija ġie dokumentat b’mod mifrux minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

26.6.2023

▼M26

234.

PARVAR Gholamhossein Gheib

Funzjoni: Deputat għall-Kap Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) fl-Imam Ali Central Security Headquarters

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Gholamhossein Gheib Parvar huwa d-Deputat għall-Kap Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) fl-Imam Ali Central Security Headquarters. F’din il-kapaċità fl-Imam Ali Central Security Headquarters, li ġiet iffurmata bil-għan li jitrażżnu l-protesti popolari, huwa kien responsabbli għall-qtil u t-trażżin ta’ protestanti waqt il-protesti li saru mal-pajjiż kollu f’Novembru 2019. Fil-funzjoni li kellu qabel, bħala l-kap tal-Basij Organisation, huwa kien responsabbli mill-qtil u mit-trażżin brutali tal-protestanti minn forzi taħt il-kmand tiegħu waqt il-protesti li saru mal-pajjiż kollu fl-Iran minn Diċembru 2017sa Jannar 2018.

Għaldaqstant, Gholamhossein Gheib Parvar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

235.

SHAHRESTANI Hassan Mofakhami

حسن مفخمی شهرستانی

(magħruf ukoll bħala: MOFAKHAMI-SHAHRESTANI Hassan; MOFAKHAMISHAHRESRANI Hassan)

Funzjoni: Kmandant tal-Pulizija fil-Provinċja ta’ Mazandaran

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Hassan Mofakhami Shahrestani huwa l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Mazandaran. Il-passat tiegħu jmur lura għal żmien twil b’funzjonijiet marbuta mat-trażżin vjolenti ta’ protesti paċifiċi. F’Ġunju 2023, huwa ta ordni espliċita lil persuni biex lil dawk li jippruvaw jisfidaw ir-regoli tal-ħiġab jiksrulhom għonqhom.

Għaldaqstant, Hassan Mofakhami Shahrestani huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

236.

HABIBI Roham Bakhsh

رهام بخش حبیبی

(magħruf ukoll bħala: HABIBI Roham-Bakhsh; HABIBI Rohambakhsh)

Funzjoni: Kmandant tal-Pulizija fil-Provinċja ta’ Fars

Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Roham Bakhsh Habibi huwa l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Fars u fil-passat kellu episodji marbuta mat-trażżin vjolenti ta’ protesti paċifiċi. Bħala l-kmandant tal-pulizija fil-Provinċja ta’ Fars, huwa responsabbli għall-arrest tal-massa tal-protestanti u għall-ordni li jintużaw armi letali kontra protestanti mhux armati f’din il-provinċja waqt il-protesti mal-pajjiż kollu ta’ Novembru 2019. Huwa rrappurtat li l-forzi taħt il-kmand tiegħu fil-Provinċja ta’ Fars rażżnu bi vjolenza il-protesti f’Novembru 2019 u qatlu lin-nies.

Għaldaqstant, Roham Bakhsh Habibi huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

237.

TAHAMI Seyyed Javad

سید جواد تهامی

(magħruf ukoll bħala: TAHAMI Seyed Javad

(magħruf ukoll bħala سید جوادتهامی)

Funzjoni: Uffiċjal tal-ħabs f’Fardis Prison/Kachui Prison

(Nazzjonalità: Iranjana

Sess: raġel

Seyyed Javad Tahami huwa l-kap ta’ Kachui Prison magħruf ukoll bħala Fardis Prison u, f’dik il-kapaċità, huwa jissorvelja l-attivitajiet kollha fil-ħabs. Kachui Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary u li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru eżekuzzjonijiet.

Għaldaqstant, Seyyed Javad Tahami huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

▼M4



Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M13

1.

Pulizija Ċibernetika

Post: Tehran (Iran)

Sit web:http://www. cyberpolice.ir

Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f’Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, immexxija minn Vahid Majid. Mill-mument tal-bidu tagħha sal-bidu tal-2015 kienet immexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta’ protesta li użaw in-networks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F’Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeżiġu li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b’ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

F’Ġunju 2012, il-mezzi ta’ komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta’ Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook”. Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta’ Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika. Il-Pulizija Ċibernetika hija responsabbli għal ħafna arresti ta’ Telegram Group Administrators b’rabta mal-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019.

12.3.2013

▼M22

2.

Il-Ħabs ta’ Evin

Indirizz: Tehran Province, Tehran, District 2, Dasht-e Behesht (Iran)

Il-Ħabs ta’ Evin huwa ċentru ta’ detenzjoni fejn inżammu priġunieri politiċi u fejn fl-aħħar snin u deċennji saru ripetutament abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura.

Id-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu, u għall-inqas sa ċertu punt għadhom, detenuti fil-Ħabs ta’ Evin bħala priġunieri politiċi. Il-priġunieri fil-Ħabs ta’ Evin qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet proċedurali bażiċi, xi drabi miżmuma f’iżolament jew f’ċelloli ffullati żżejjed b’kundizzjonijiet iġjeniċi ħżiena. Hemm rapporti dettaljati dwar tortura fiżika u psikoloġika. Id-detenuti huma mċaħħda mill-kuntatt mal-familja u l-avukati kif ukoll minn trattament tas-saħħa adegwat.

Fil-kuntest tal-protesti tal-2022 u l-2023, għadhom qed jiġu rrappurtati każijiet ta’ tortura. Il-kawża tan-nirien li wasslu għal diversi mwiet u korrimenti f’Ottubru 2022 ma saritx pubblika u l-ħabs jirrifjuta kwalunkwe inkjesta internazzjonali. Fil-kuntest tan-nirien, deher ċar ukoll li l-ħabs juża mini tal-art ikkundannati internazzjonalment biex jipprevjeni ħarbiet mill-ħabs. Diversi ċittadini ta’ stati terzi ġew detenuti arbitrarjament fil-Ħabs ta’ Evin.

12.4.2021

3.

Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh (magħruf ukoll bħala: il-Penitenzjarju Ċentrali ta’ Greater Tehran, il-Ħabs ta’ Hasanabad-e Qom, il-Ħabs ta’ Greater Tehran)

Indirizz: Tehran Province, Hasanabad, Bijin Industrial Zone, Tehran, Qom Old Road (Iran)

Telefown: +98 21 5625 8050

Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh huwa ċentru ta’ detenzjoni magħżul oriġinarjament biex jinżammu trasgressuri ta’ reati relatati mad-droga u dan l-aħħar żamm ukoll priġunieri politiċi u, f’xi każijiet, ġiegħluhom jaqsmu ċ-ċella ma’ persuni dipendenti fuq id-droga. Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-iġjene huma ħżiena ħafna, neqsin minn ħtiġijiet bażiċi bħall-ilma tax-xorb nadif.

Matul il-protesti ta’ Novembru 2019, diversi dimostranti inżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, inkluż minorenni. Ir-rapporti jindikaw li d-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu soġġetti għal tortura u trattament inuman fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, pereżempju billi korrewhom deliberatament bl-ilma jagħli u billi ċaħduhom minn trattament mediku. Skont rapport ta’ Amnesty International dwar it-trażżin tal-protesti ta’ Novembru 2019, tfal sa 15-il sena ġew detenuti flimkien ma’ adulti fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh. Tliet dimostranti ta’ Novembru 2019, li bħalissa qed jinżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, ġew ikkundannati għall-mewt minn qorti f’Tehran.

Mill-bidu tal-protesti tal-2022 u l-2023, ġie rrappurtat li 3 000 persuna ġew trasferiti fil-ħabs ta’ Fashafouyeh u li bħalissa 835 għadhom hemm. Ġew irrapportati diversi każijiet ta’ tortura u konfessjonijiet furzati.

12.4.2021

4.

Il-Ħabs ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala: il-Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, il-Ħabs ta’ Gorhardasht, il-Ħabs ta’ Gohar Dasht)

Indirizz: Alborz Province, Karaj, Gohardasht, Moazzen Blvd (Iran)

Telefown: +98 26 3448 9826

Il-ħabs ta’ Rajaee Shahr ilu, sa mir-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-1979, magħruf għaċ-ċaħda tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura fiżika u psikoloġika severa ta’ priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin kif ukoll eżekuzzjonijiet tal-massa mingħajr proċess ġust.

Mijiet ta’ detenuti, inkluż tfal, ġew maltrattati severament fil-Ħabs ta’ Rajaee Shahr wara l-protesti ta’ Novembru 2019. Hemm rapporti kredibbli dwar bosta każijiet ta’ tortura u forom oħra ta’ kastig krudili, inkluż każijiet li jinvolvu minorenni.

Sa mill-bidu tal-protesti tal-2022 u l-2023, bosta avversarji ġew mibgħuta l-ħabs hemmhekk b’mod arbitrarju f’kondizzjonijiet li xi ġurnalisti ħabsin ddeskrivew bħala perikolużi u kważi intollerabbli.

12.4.2021

▼M15

5.

Pulizija tal-Moralità tal-Iran

(magħrufa wkoll bħala Gasht-e-Ershad;Islamic Guidance Patrol;Guidance Patrols)

غشتى إرشاد

Indirizz: Vozara Street, corner of 25th Street, District 6, Tehran (Iran)

Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

Il-Pulizija tal-Moralità għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

6.

Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij

(magħrufa wkoll bħala Basij-e Mostazafan)

بسیج مستضعفین

 

Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

Ir-rispons tal-forzi tas-sigurtà għall-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran kien partikolarment iebes, u rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija waħda mill-forzi ordnati mill-gvern biex twaqqaf dawk il-protesti. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti.

Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij għalhekk iġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

7.

Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC)

قرارگاه دفاع سایبرى

Indirizz: Tehran (Iran)

Telefon: + 98 26 3448 9826

Il-Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC) jissorvelja s-siti web, il-posta elettronika u l-attivitajiet online ta’ individwi meqjusa bħala avversarji politiċi.

Matul il-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran, is-CDC ħa rwol attiv fil-politiki repressivi tal-gvern Iranjan, inkluż bl-identifikazzjoni u l-arrest tad-dimostranti.

Is-CDC hija għaldaqstant direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

8.

Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA)

فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران

Indirizz: Tehran (Iran)

Il-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) huma forza tal-pulizija bl-uniformi.

Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mil-LEF, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi, fosthom tfal, ġie ddokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament, fosthom tfal. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, il-forzi tal-pulizija ddetenew ukoll b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti.

Il-LEF għalhekk huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

17.10.2022

▼M17

9.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Basij (magħrufa wkoll bħala Bonyad-eh Ta’avon-eh Basij)

بنیاد تعاون بسیج

Indirizz: Tehran, Iran

Tip ta’ entità: Fondazzjoni/Network ta’ Korporazzjonijiet

Entitajiet assoċjati oħra: IRGC, Forza ta’ Reżistenza tal-Basij

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Basij (BCF) hija waħda mill-affiljati tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata mill-UE).

Il-BCF twaqqfet fl-1996 u l-missjoni tagħha tinkludi l-promozzjoni u l-appoġġ tal-Basij. L-attivitajiet tal-BCF jinkludu l-finanzjament tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata mill-UE).

Għalhekk, il-BCF hija assoċjata mal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij, entità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

10.

Press TV

پرس تو

Indirizz: 4 East 2nd St., Farhang Blvd., Saadat Abad, 19977-66411 Tehran, Iran

Numru tat-telefown: Tel. +98 21 230 66 660

Indirizz elettroniku: Presstv@presstv.ir

Tip ta’ entità: Xandar tat-Televiżjoni tal-Istat

Press TV hu responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż ġurnalisti, attivisti politiċi, persuni minn minoranzi Kurdi u Għarab, u jikser drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal proċess ġust u proċess korrett tal-liġi.

Għalhekk, Press TV huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

14.11.2022

▼M27 —————

▼M18

12.

Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

سازمان صدا و سيماى جمهورى اسلامی ايران

Indirizz: Jamejam Street, Valiasr Avenue, 19395-3333 Tehran, Iran

Tip ta' entità: kumpannija tax-xandir ta' proprjetà tal-istat

Entitajiet assoċjati oħra: Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) hija kumpannija tax-xandir ta' proprjetà tal-istat li għandha l-fama ta' leħen ir-reġim.

L-IRIB hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, b'hekk tikser id-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

L-IRIB għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

12.12.2022

▼M19

13.

Ravin Academy

آکادمی راوین

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2019

Numru ta’ reġistrazzjoni: 49135

Post prinċipali ta’ negozju: Second Floor, No. 36, Naqdi Street, North Sohrevardi Street, Shahid Ghandi-Niloufar Neighborhood, Tehran, Iran

Ravin Academy hija kumpannija taċ-ċibersigurtà bbażata fl-Iran, li tipprovdi edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tad-difiża u f’dak tal-offiża, kif ukoll taħriġ dwar il-hacking.

Barra minn hekk, ir-Ravin Academy topera f’isem il-Ministeru Iranjan tal-Intelligence (MOIS) u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u tappoġġahom fir-reklutaġġ tal-hackers.

Il-hackers imħarrġa fir-Ravin Academy kienu involuti fit-tfixkil dirett tal-komunikazzjoni ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim Iranjan, u b’hekk il-hackers kienu qed irażżnu l-protesti.

Għalhekk, ir-Ravin Academy hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

14.

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company

شرکت سامان گستر سحاب پرداز با مسئولیت محدود

magħruf bħala Sahab Pardaz

سحاب پرداز

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Post prinċipali ta’ negozju:

Tehran, No. 22, Khorramshahr Street

Tehran, North Shohvardi Street, Korramshahr Street, Number 24, Floor 1

Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija kumpannija bbażata fl-Iran li tipprovdi servizzi għall-iffiltrar tal-media soċjali.

Hija involuta fl-attivitajiet ta’ ċensura u sorveljanza għall-Gvern tal-Iran, inkluż matul il-protesti tal-2022, li jipprojbixxu, jillimitaw jew jippenalizzaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni jew tat-tlaqqigħ taċ-ċittadini tal-Iran, jew li jillimitaw l-aċċess għall-istampar jew il-media tax-xandir.

Għalhekk, Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

15.

Communications Regulatory Authority (CRA)

ارتباطات و مقررات تنظیم سازمان رادیویی

magħrufa wkoll bħala Communication Regulation Authority (CRA)

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Entità assoċjata: Iranian Ministry for Information and Communications Technology (ICT)

Il-Communications Regulatory Authority (CRA) taqa’ taħt l-awtorità tal-Ministeru Iranjan għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT). Is-CRA tinforza r-rekwiżiti tal-gvern Iranjan għall-iffiltrar tal-kontenut tal-internet permezz ta’ spjunaġġ imsejjaħ SIAM.

Matul il-protesti tal-2022, is-CRA użat il-kontroll tagħha tal-aċċess tal-internet u tal-mowbajls biex issegwi lid-dimostranti u toħloq stampa ddettaljata tal-attivitajiet tad-dissidenti u tad-dimostranti għall-awtoritajiet biex jużawha kif jixtiequ. Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għall-appoġġ tar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħrajn li jitkellmu favur id-difiża tad-drittijiet leġittimi tagħhom.

Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

16.

Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

ستاد امر به معروف و نهی از منکر

magħrufa wkoll bħala Office for Enjoining Right And Forbidding Evil; Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice; Setad-PV

ستاد پو

Tip ta’ entità: istituzzjoni tal-gvern

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi, kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

Il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma istituzzjoni tal-gvern, responsabbli għad-determinazzjoni u l-infurzar ta’ mudelli ta’ mġiba eċċessivament stretti fis-soċjetà.

Fl-2022, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar stretti għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet stretti huma infurzati b’mod brutali mil-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

Għalhekk, il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

17.

Imen Sanat Zaman Fara Company

شرکت ایمن صنعت زمان فرا

Indirizz: Shahrak-e-Jafar Abad-e-Jangal Rd, Naseriyeh, Tehran, Iran;

Number 16, Kolezar alley, Farsian Street, Shahid Rezaiee Street, Azadegan Autobahn, Tehran, Iran;

Number 16, Gholshan 14, Golestan Boulevard, Negarestan Boulevard, Sham Abad, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: kumpannija privata

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2010

Nru tal-identità nazzjonali: 103201991293 (Iran)

Nru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju: 369541 (Iran)

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Mohammad Zandi Aliabadi, president tal-bord tad-diretturi;

Mohammad Zandi Aliabadi, Viċi president tal-bord tad-diretturi;

Fatemeh Haghshenas, CEO

Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

Imen Sanat Zaman Fara Company hija kumpannija Iranjana li timmanifattura u timporta t-tagħmir tas-sigurtà għall-forzi tas-sigurtà Iranjani.

It-tagħmir tagħha jintuża mill-forzi tas-sigurtà Iranjani biex irażżnu protesti paċifiċi, inkluż il-protesti li seħħew fl-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fl-2022, u dan wassal għat-tortura u l-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas ta’ 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Imen Sanat Zaman Fara Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

18.

Iranian Special Police Forces

نیروى ویژه پاد وحشت

Magħrufin ukoll bħala NOPO; Iran’s Counter-Terror Special Forces; Niroo-ye Vizhe Pasdar-e Velayat; Supreme Leader’s Guardian Special Forces; Provincial Special Forces; Special Counter-Terrorism Force

Indirizz: Iran

Tip ta’ entità: police force

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Individwi assoċjati: Mohsen Ebrahimi (Kmandant)

Entitajiet assoċjati oħra: L-iSpecial Unit Forces tal-Iran, Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

L-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma subdiviżjoni tal-iSpecial Unit Forces tal-Iran u tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF). In-NOPO huma unità mħarrġa ħafna u speċjalizzata li ħafna drabi tiġi msejħa biex itemm il-protesti.

Matul il-protesti tal-2022, wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena, in-NOPO użaw vjolenza eċċessiva u forza letali kontra d-dimostranti li ma kinux armati, inkluż in-nisa u t-tfal, eż billi sparaw b’armi awtomatiċi lejn id-dimostranti.

Għalhekk, l-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

19.

Radis Vira Tejarat Co

شرکت رادیس ویرا تجارت

Indirizz: Tehran, Pasdaran St., West Gilan St., No. 5, Unit 1, Corner of Mohed Dou Alley

Tip ta’ entità: fornitur tas-sigurtà fiżika, intrapriża privata

Post prinċipali ta’ negozju: Iran

Individwi assoċjati: Abbas Azarpendar, CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co u maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (klijenti), Pars Ertebat Afzar Co (distributur)

Radis Vira Tejarat Co hija r-rappreżentant Iranjan tal-kumpannija Tiandy Technologies. Ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanniji huma sottolinjati mill-fatt li s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co, Abbas Azarpendar, huwa wkoll il-maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies. Radis Vira Tejarat Co hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir tagħha ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps(IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex irażżnu b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wassal għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

Għalhekk, Radis Vira Tejarat Co hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

20.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Shohada (Korp Reġjonali Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’West-Azerbaijan

شهداء

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: West-Azerbaijan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: West Azerbaijan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Shohada jopera fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.

Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-IRGC Regional Corps Shohada wettaq operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC fl-ibliet ta’ Mahabad u Bukan ħallew mill-inqas erba’ persuni u 12-il persuna mejta rispettivament.

L-IRGC Regional Corps Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

21.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram (Korp Reġjonali Hazrat Nabi Akram tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kermanshah

حضرت نبی اکرم

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kermanshah, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Kermanshah, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram jopera fil-provinċja ta’ Kermanshah.

Il-Brigadier Ġeneral Bahman Rahan, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Nabi Akram għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

22.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Quds (Korp Reġjonali Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Gilan

قدس

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Gilan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Gilan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds jopera fil-provinċja ta’ Gilan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

23.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Karbala (Korp Reġjonali Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Mazandaran

کربلاى

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Mazandaran, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Mazandaran, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Karbala jopera fil-provinċja ta’ Mazandaran.

Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fil-provinċja ta’ Mazandaran. F’dawk l-operazzjonijiet, użat forza u vjolenza sproporzjonati kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Karbala għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

24.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada (Korp Reġjonali Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) fil-provinċja ta’ Tehran

الشهداء سید

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Tehran, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada jopera fil-provinċja ta’ Tehran.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, ir-repressjoni vjolenti tal-protesti fil-provinċja ta’ Tehran mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, kienet partikolarment qawwija u eċċessiva.

L-IRGC Regional Corps Seyyed al-Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

25.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Karbala (Bażi Operattiva Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

کربلا

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Southwest-Iran (provinces of Khusestan, Lorestan and Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad)

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Karbala jopera fil-Lbiċ tal-Iran u jkopri il-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-belt ta’ Khorramabad f’Lorestan. Matul dawk l-operazzjonijiet, it-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata, bl-użu ta’ munizzjon attiv kontra dimostranti.

L-IRGC Operational Base Karbala għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

26.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds (Bażi Operattiva Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

قدس

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds huwa l-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC fix-Xlokk tal-Iran li jikkontrollaw il-provinċja ta’ Kerman u l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard.

L-IRGC Operational Base Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

27.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Najaf-e-Ashraf (Bażi Operattiva Najaf-e-Ashraf tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

الاشرف نجف

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Najaf-e-Ashraf jikkontrolla l-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

L-IRGC Operational Base Najaf-e-Ashraf għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

28.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr (Korp Reġjonali Valiasr tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Khuzestan

عصر ولی

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Khuzestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Khuzestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr jopera fil-provinċja ta’ Khuzestan.

Il-Brigadier Ġeneral Hassan Shahvarpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

L-IRGC Regional Corps Valiasr huwa responsabbli għal massakri ta’ dimostranti f’Khuzestan f’Novembru 2020. Barra minn hekk, matul il-protesti tal-2022 fl-Iran, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti b’mod partikolari fil-belt ta’ Izeh. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawk l-operazzjonijiet, li wasslu għall-qtil ta’ dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Valiasr għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

29.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl (Korp Reġjonali Hazrat Abufazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Lorestan

حضرت ابوالفضل

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Lorestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Lorestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl jopera fil-provinċja ta’ Lorestan.

Matul il-protesti tal-2022, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta’ Khorramabad ta’ Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Hazrat Abufazl għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

30.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas (Korp Reġjonali Beit-al-Moqadas tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kurdistan

المقدس بيت

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Kurdistan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Kurdistan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas jopera fil-provinċja ta’ Kurdistan.

Il-Brigadier Ġeneral Sadegh Hosseini, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Matul il-protesti tal-2022, din l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Sanandaj, Kamyaran u Saqqez fil-Kurdistanu fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC ħallew mill-inqas seba’ persuni mejta fil-belt ta’ Sanandaj u mill-inqas żewġ persuni oħra mejta kemm f’Kamyaran, kif ukoll f’Saqqez, rispettivament.

L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

31.

Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman (Korp Reġjonali Salaman tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Sistan u Baluchestan

سلمان

سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

Indirizz: Sistan u Baluchestan, Iran

Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Sistan u Baluchestan, Iran

Post prinċipali ta’ attività: Iran

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman jikkontrolla l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra d-dimostranti.

L-IRGC Regional Corps Salaman għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

23.1.2023

▼M20

32.

Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) Cooperation Foundation

بنیاد تعاون فراجا

بنیاد تعاون ناجا

(magħruf ukoll bħala NAJA Cooperation Foundation)

Indirizz: Marzdaran Blvd, Teheran, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA)

فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران

Il-Fondazzjoni Kooperattiva assoċjata mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) hija kooperattiva ekonomika kkontrollati mil-LEF (magħrufa ukoll bħala NAJA) elenkata mill-UE u hija attiva fl-enerġija, il-kostruzzjoni, is-servizzi, it-teknoloġija, u l-industriji bankarji tal-Iran.

Il-Fondazzjoni ta’ Kooperazzjoni LEF hija fergħa importanti ta’ finanzjament tal-LEF, tikkonsisti de facto minn holding finanzjarja li tipprovdi u twassal fondi u hija użata għaċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni Kooperazzjoni bis-sussidjarji tagħha hija waħda mill-ftit fornituri esklużivament involuti fil-manifattura u l-importazzjoni ta’ tagħmir li jintuża għas-soppressjoni tal-protesti fl-Iran.

20.2.2023

Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF tipprovdi riżorsi finanzjarji u tagħmir għar-repressjoni lil-LEF li tuża l-appoġġ biex twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk il-Fondazzjoni Kooperattiva LEF iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

33.

Police Science and Social Studies Institute

پژوهشگاه علوم انتظامی و مطالعات اجتماعی فراجا

Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

Indirizz: QCC3+HPP District 3, Tehran, Tehran Province, Iran

Tip ta’ entità: Istitut assoċjat mal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika (LEF)

Entitajiet assoċjati: Fondazzjoni Kooperattiva tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA)

L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija, affiljat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA) elenkati mill-UE jipproduċi “droni kontra l-irvellijiet” li huma użati mill-forzi tal-infurzar tal-liġi fis-soppressjoni ta’ manifestanti paċifiċi. Barra minn hekk, l-istitut jippromwovi u jwettaq riċerka dwar l-użu ta’ droni għall-forzi tal-pulizija.

L-Istitut tax-Xjenza u l-Istudji Soċjali tal-Pulizija huwa assoċjat mal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran u jipprovdi tagħmir li jintuża biex jitwettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.2.2023

▼M21

34.

Supreme Council of Cultural Revolution

Individwu assoċjat: KHOSROU PANAH Abdol Hossein (president u segretarju)

Is-Supreme Council of Cultural Revolution (il-Kunsill Suprem tar-Revoluzzjoni Kulturali) huwa korp ta’ politika tar-reġim responsabbli għat-tħejjija u l-formulazzjoni ta’ politiki u pjanijiet strateġiċi fl-oqsma tax-xjenza, l-edukazzjoni, ir-reliġjon u r-riċerka.

Ippromwova diversi proġetti li jdgħajfu l-libertà tal-bniet u n-nisa, filwaqt li stabbilixxa limiti fuq il-ħwejjeġ li jilbsu u l-edukazzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet tiegħu ddiskriminaw ukoll kontra minoranzi, bħall-Baha’i. Huwa mezz ta’ promozzjoni tal-politiki tar-reġim attwali.

Is-Supreme Council of Cultural Revolution għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

20.3.2023

▼M23

35.

Ariantel

Indirizz: Ariantel Head Office, No. 15, 15th alley, South Gandhi Street, Tehran, Iran

Sit web: http://www.ariantel.ir

Tip ta’ entità: kumpanija privata

Ariantel hija fornitur tas-servizzi mobbli Iranjan, li kien minn ta’ quddiem nett fit-tnedija tal-arkitettura komprensiva tas-sorveljanza tat-telekomunikazzjoni mmappjata mill-Gvern Iranjan biex trażżan id-dissens u l-ilħna kritiċi fl-Iran.

Ariantel fittxet u tagħmel użu b’mod attiv minn prodotti ta’ cyberware użati għall-monitoraġġ, il-ġeolokalizzazzjoni u l-interċettazzjoni ta’ telefonati u attivitajiet ta’ komunikazzjoni mobbli oħra tal-utenti tagħha fuq talba tal-Gvern Iranjan. Sussegwentement, din l-informazzjoni ntużat biex jiġu mrażżna u sfrattati l-protesti u biex jiġu identifikati, immirati u arrestati dimostranti u attivisti paċifiċi.

Għalhekk, Ariantel hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

24.4.2023

▼M24

36.

Student Basij Organisation (SBO)

image

(magħrufa ukoll bħala Student and Talabeh Basij)

Tip ta’ entità: fergħa tal-Basij Organisation of the Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: Novembru 1989

Individwi assoċjati: Issa Zarepour

Entitajiet assoċjati oħra: IRGC; IRGC Basij Organisation

L-iStudent Basij Organisation (SBO) hija fergħa fi ħdan il-Basij Organisation li taġixxi bħal l-infurzatriċi vjolenti tal-IRGC fuq il-kampusijiet universitarji. L-SBO hija magħmula mill-iżgħar u l-aktar membri radikali tal-Basij li kienu partikolarment attivi biex il-kampusijiet universitarji fejn l-istudenti pprotestaw isiru t-teatri ewlenin tar-repressjoni fil-ħarifa tal-2022. Matul tfittxijiet fuq għadd ta’ kampusijiet universitarji, – inkluż fl-Università ta’ Sharif, l-Università ta’ Shahid Beheshti u l-Università ta’ Amirkabir – il-forzi tas-sigurtà, inkluż l-SBO, użaw munizzjon attiv u fetħu n-nar fuq l-istudenti.

Dan, flimkien ma’ diversi rapporti ta’ ħtif u tortura ta’ studenti marbuta ma’ dawn it-tfittxijiet, jikkonferma li l-SBO hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

37.

IRGC Cooperative Foundation

image

(magħrufa wkoll bħala IRGC Cooperation Bonyad; Bonyad Taavon Sepah; Bonyad-e Ta’avon-e; Sepah Cooperative Foundation)

Indirizz: Niayes Highway, Seoul Street, Tehran, Iran

Tip ta’ entità: fondazzjoni

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 1989

Individwi assoċjati: Ali Asghar Nourouzi;

Seyyed Amin Ala; Emami Tabatabai;

Ahmad Hasan Karimi;

Yahya Alaoddini

Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

L-IRGC ilu fuq quddiem nett fir-repressjoni tal-protesti fl-Iran minn Settembru 2022, li skont sorsi indipendenti rriżulta fil-mewt ta’ aktar minn 520 persuna, inkluż il-mewt ta’ aktar minn 70 minorenni u aktar minn 22 000 arrest/detenzjoni.

Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-IRGC (IRGC Cooperative Foundation) hija l-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-investimenti tal-IRGC u għaldaqstant hija responsabbli għall-finanzjament tar-repressjoni brutali tar-reġim. Hija għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

22.5.2023

▼M26

38.

Tasnim Cultural Institution Organization

(magħruf ukoll bħala: Tasnim News Agency)

خبرگزارى تسنیم

Tip ta’ entità: Entità tal-media

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 30 ta’ Ġunju 2012

Tasnim News agency hija l-akbar entità tal-media affiljata mal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u sservi ta’ magna tal-propaganda tar-reġim Iranjan li x-xandiriet tagħha sikwit jirriflettu fehmiet Iranjani estremi.L-entità tal-media hija responsabbli għall-pubblikazzjoni ta’ konfessjonijiet foloz ta’ protestanti fuq is-sit web tagħha u fuq il-kontijiet tal-media soċjali kif ukoll għall-pubblikazzjoni ta’ ritratti tal-protestanti fuq il-media soċjali b’talbiet għall-qarrejja biex jgħinu jidentifkawhom.

Għaldaqstant, Tasmin News hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

39.

Supreme Council of Cyberspace (SCC)

Tip ta’ entità: Entità tal-Gvern

Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

Data ta’ reġistrazzjoni: 2012

Is-Supreme Council of Cyberspace (SCC) huwa responsabbli għar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet tal-poplu Iranjan sabiex jiġu prevenuti jew imrażżna l-protesti u jiġi limitat l-aċċess għal informazzjoni miftuħa u ħielsa, u b’hekk bi ksur tal-libertà li persuna jkollha opinjonijiet mingħajr indħil u li tfittex, tirċievi u taqsam informazzjoni u idejat bi kwalunkwe mezz u irrispettivament mill-fruntieri.

Għaldaqstant, l-SCC huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

40.

Sanandaj Central Prison

زندان مرکزى سنندج

Tip ta’ entità: Ħabs

Post ta’ reġistrazzjoni: Kordestan, majjistral tal-Iran

Sanandaj Central Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet.

Għaldaqstant, Sanandaj Central Prison huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

41.

Zahedan Prison

زندان مرکزى زاهدان

Tip ta’ entità: Ħabs

Post ta’ reġistrazzjoni: Zahedan, Iran

Zahedan Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kondizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet tal-massa.

Għaldaqstant, Zahedan Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

42.

Isfahan Central Prison

(magħruf ukoll bħala: Dastgerd Prison; Prison of Isfahan; Esfahan Prison; Isfahan Prison

Tip ta’ entità: Ħabs

Post ta’ reġistrazzjoni: Isfahan, Iran

Isfahan Central Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru għadd ta’ eżekuzzjonijiet.

Għaldaqstant, Isfahan Central Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

43.

Kachui Prison

(magħruf ukoll bħala: Kachouii Prison; Kechoui Prison; Kachuyi Prison; Fardis Prison

Tip ta’ entità: Ħabs

Post ta’ reġistrazzjoni: Karaj, Provinċja ta’ Alborz, Iran

Kachui Prison huwa istituzzjoni kkontrollata mill-Prison Division of the Judiciary, li sikwit jintuża biex fih jinżammu priġunieri politiċi u fejn il-kundizzjonijiet ta’ fejn jitqiegħdu huma inadegwati tant li jiksru d-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, l-evidenza tikkonferma li f’dan il-ħabs saru eżekuzzjonijiet.

Għaldaqstant, Kachui Prison huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

15.9.2023

Top