Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0235-20230123

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat-12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/235/2023-01-23

    02011D0235 — MT — 23.01.2023 — 015.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ▼C1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ▼B

    (ĠU L 100 14.4.2011, p. 51)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/670/PESK tal-10 ta' Ottubru 2011

      L 267

    13

    12.10.2011

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/168/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012

      L 87

    85

    24.3.2012

    ►M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/810/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012

      L 352

    49

    21.12.2012

    ►M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/124/PESK tal-11 ta' Marzu 2013

      L 68

    57

    12.3.2013

     M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/205/PESK tal-10 ta' April 2014

      L 109

    25

    12.4.2014

    ►M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/555 tas-7 ta' April 2015

      L 92

    91

    8.4.2015

    ►M7

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/565 tal-11 ta' April 2016

      L 96

    41

    12.4.2016

     M8

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/689 tal-11 ta' April 2017

      L 99

    21

    12.4.2017

     M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/568 tat-12 ta' April 2018

      L 95

    14

    13.4.2018

     M10

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/562 tat-8 ta' April 2019

      L 98

    17

    9.4.2019

    ►M11

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/512 tas-7 ta’ April 2020

      L 113

    22

    8.4.2020

    ►M12

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/585 tat-12 ta’ April 2021

      L 124I

    7

    12.4.2021

    ►M13

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/595 tat-12 ta’ April 2021

      L 125

    58

    13.4.2021

    ►M14

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/596 tal-11 ta’ April 2022

      L 114

    68

    12.4.2022

    ►M15

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1956 tas-17 ta’ Ottubru 2022

      L 269I

    9

    17.10.2022

    ►M16

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2234 tal-14 ta’ Novembru 2022

      L 293I

    43

    14.11.2022

    ►M17

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2235 tal-14 ta’ Novembru 2022

      L 293I

    46

    14.11.2022

    ►M18

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2433 tat-12 ta’ Diċembru 2022

      L 318I

    36

    12.12.2022

    ►M19

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/153 tat-23 ta’ Jannar 2023

      L 20I

    23

    23.1.2023


    Ikkoreġuta bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 347, 15.12.2012, p.  44 (2011/235/PESK)

     C2

    Rettifika, ĠU L 225I, 14.7.2020, p.  3 (2020/512)




    ▼B

    ▼C1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

    tat-12 ta’ April 2011

    dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

    ▼B



    Artikolu 1

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.
    2.  
    Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  

    Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

    (a) 

    bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) 

    bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha;

    (c) 

    taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

    (d) 

    taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    4.  
    Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala applikabbli wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
    5.  
    Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.
    6.  
    L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Iran.
    7.  
    Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fil-jumejn ta’ xogħol wara li tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ madanakollu jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
    8.  
    Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

    Artikolu 2

    1.  
    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
    2.  
    L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, b’mod dirett jew indirett, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness.
    3.  

    L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

    (a) 

    meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

    (c) 

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    4.  

    Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja mogħtija qabel dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

    (c) 

    il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità elenkata fl-Anness; u

    (d) 

    ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-linji politiċi pubbliċi fl-Istat Membru kkonċernat.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

    5.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna,jew entità elenkata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel id-data li fiha tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata fl-Anness, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermuna li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.
    6.  

    Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew irriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,

    dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

    ▼M2

    Artikolu 2a

    Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonati primarjament biex jintuża fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni mir-Reġim Iranjan, jew għan-nom tiegħu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti.

    L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu.

    Artikolu 2b

    1.  
    Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna lill-Iran minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom.
    2.  

    Huwa wkoll ipprojbit:

    (a) 

    il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

    (b) 

    il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

    ▼M3

    3.  
    Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li huwa maħsub biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Iran, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra jew ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir, kif approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

    ▼B

    Artikolu 3

    1.  
    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.
    2.  
    Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, sabiex tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
    3.  
    Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif adatt.

    Artikolu 4

    1.  
    L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.
    2.  
    L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    ▼M2

    Artikolu 4a

    Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri mesmmija fl-Artikoli 2a u 2b għandha tiġi pprojbita.

    ▼B

    Artikolu 5

    Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi sabiex jadottaw miżuri restrittivi simili.

    ▼M2

    Artikolu 6

    1.  
    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    ▼M14

    2.  
    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2023. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

    ▼B




    ANNESS

    Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2

    ▼M11



    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    ▼M14

    1.

    AHMADI- MOQADDAM Esmail

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1961

    Sess: raġel

    Direttur tal-Università u l-Istitut tar-Riċerka tad-Difiża Nazzjonali Superjuri mill-20 ta' Settembru 2021. Eks Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta' Sigurtà tal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran mill-2005 sa kmieni fl-2015. Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata mill-UE) minn Jannar 2011 sa kmieni fl-2015 ukoll. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fil-15 ta' Ġunju 2009. Eks kap tal-Kwartieri Ġenerali tal-Iran b'appoġġ għall-Poplu Jemenita.

    12.4.2011

    ▼M11

    2.

    ALLAHKARAM Hossein

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

    – Data tat-twelid: 1945

    Sess: raġel

    Kap tal-Kunsill tal-Koordinazzjoni tal-Ansar-e Hezbollah u eks ġeneral fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009.

    Huwa jżomm ir-rwol għoli tiegħu f’organizzazzjoni li lesta twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-pubbliku, fosthom bit-tħeġġiġ tal-aggressjoni fuq in-nisa għall-għażla ta’ ħwejjeġ tagħhom.

    12.4.2011

    3.

    ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Brigadier Ġenerali fl-IRGC. Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC. Huwa kellu responsabbiltà diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

    12.4.2011

    ▼M13

    4.

    FAZLI Ali

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġeneral

    Eks Kap tal-Kulleġġ tal-Kadetti Imam Hossein (2018-Ġunju 2020). Eks viċi Kmandant tal-Basij (2009-2018), Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta’ Tehran u kellu rwol prinċipali fir-repressjoni brutali ta’ dimostranti fl-2009.

    12.4.2011

    ▼M7 —————

    ▼M11

    6.

    JAFARI Mohammad-Ali (magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

    Post tat-twelid: Yazd (Iran)

    – Data tat-twelid: 1.9.1957

    Sess: raġel

    Direttur tal-Bażi Soċjali u Kulturali Hazrat-e Baqiatollah. Eks Kmandant tal-IRGC (Settembru 2007-April 2019). L-IRGC u l-Bażi ta’ Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Mohammad-Ali (Aziz) Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta’ attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

    12.4.2011

    7.

    KHALILI Ali

    Sess: raġel

    Ġeneral tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fi rwol għoli fil-Bażi ta’ Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta’ Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti jew rekords mediċi lil persuni li ndarbu jew li ddaħħlu l-isptar matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    ▼M13

    8.

    MOTLAGH Bahram Hosseini

    Sess: raġel

    Membru tal-persunal tal-għalliema tal-Università Imam Hossein (Gwardjani tar-Rivoluzzjoni). Eks Kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta’ Tehran. Il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti fl-2009.

    12.4.2011

    ▼M11

    9.

    NAQDI Mohammad-Reza

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

    – Data tat-twelid: Madwar 1952

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġenerali

    Viċi Koordinatur tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Eks viċi Kap tal-IRGC għall-affarijiet kulturali u soċjali. Eks Kmandant tal-Basij (2009-2016). Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta’ madwar 15-il persuna u l-arrest ta’ mijiet ta’ persuni li pprotestaw. Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f’Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta’ dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

    12.4.2011

    10.

    RADAN Ahmad-Reza

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    – Data tat-twelid:1963

    Sess: raġel

    Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, korp marbut mal-Pulizija Nazzjonali. Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta’ dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija. Attwalment kmandant tal-IRGC responsabbli mit-taħriġ ta’ forzi Iraqini għal “kontra t-terroriżmu”.

    12.4.2011

    ▼M13

    11.

    RAJABZADEH Azizollah

    Sess: raġel

    Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali tal-Ordni Urbana mill-2014. Eks Kap tal-Organizzazzjoni ta’ Mitigazzjoni tad-Diżastri ta’ Tehran (2010-2013). Bħala Kap tal-Pulizija ta’ Tehran sa Jannar 2010, kien responsabbli mill-attakki vjolenti tal-pulizija fuq dimostranti u studenti. Bħala Kmandant tal-Forzi ta’ Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, kien l-akkużat bl-ogħla kariga fil-każ tal-abbużi fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak f’Diċembru 2009.

    12.4.2011

    ▼M11

    12.

    SAJEDI-NIA Hossein

    Sess: raġel

    Viċi Kmandant tal-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Eks Kap tal-Pulizija ta’ Tehran, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat mill-Ministeru għall-Intern bil-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

    12.4.2011

    13.

    TAEB Hossein

    Post tat-twelid: Tehran (Iran) –

    Data tat-twelid: 1963

    Sess: raġel

    Kap tal-organizzazzjoni tal-intelligence tal-IRGC minn Ottubru 2009. Ir-responsabbiltajiet tiegħu ġew estiżi f’Mejju 2019 bil-fużjoni tal-Uffiċċju tal-Viċi tal-Intelligence Strateġika tal-IRGC u l-Organizzazzjoni tal-Intelligence tal-IRGC. Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta’ persuni li pprotestaw b’mod paċifiku.

    12.4.2011

    14.

    SHARIATI Seyeed Hassan

    Sess: raġel

    Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Kap tal-Ġudikatura ta’ Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta’ pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    ▼M13

    15.

    DORRI-NADJAFABADI Ghorban-Ali

    Post tat-twelid: Najafabad (Iran)

    Data tat-twelid: 3.12.1950

    Sess: raġel

    Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta’ Markazi (Ċentrali) u Kap tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru għall-Intelligence matul il-Presidenza ta’ Khatami. Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b’segwitu għall-ewwel protesti ta’ wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat.

    12.4.2011

    ▼M13 —————

    ▼M11

    17.

    SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad

    Sess: raġel

    Kap tal-Organizzazzjoni għall-Propaganda Iżlamika fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Mashhad sal-2013. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    18.

    HEYDARIFAR Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Eks imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta’ persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-ġudikatura dwar abbużi ta’ Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fl-2009. F’Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta’ detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

    12.4.2011

    ▼M13

    19.

    JAFARI- DOLATABADI Abbas

    Post tat-twelid: Yazd (Iran)

    Data tat-twelid: 1953

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari Suprema tal-Imħallfin sa mid-29 ta’ April 2019. Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta’ Dolatabadi akkuża numru kbir ta’ persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta’ Jum l-Ashura f’Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta’ Karroubi f’Settembru 2009 u l-arrest ta’ diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f’Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bMuharebeh, jew “mibegħda kontra Alla”, li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-media, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika.

    F’Ottubru 2018 huwa ħabbar lill-media li l-erba’ attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bi “trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja”, akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt.

    12.4.2011

    ▼M14

    20.

    MOGHISSEH Mohammad (magħruf ukoll bħala NASSERIAN)

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema minn Novembru 2020. Eks kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Meqjus ukoll responsabbli għall-kundanni ta' membri tal-komunità Bahai. Ittratta wkoll kawżi ta' wara l-elezzjoni. Ta sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti ta’ attivisti u ġurnalisti soċjali u politiċi, u diversi pieni tal-mewt għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

    12.4.2011

    21.

    MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

    Post tat-twelid: Ejiyeh (Iran)

    Data tat-twelid: madwar 1956

    Sess: raġel

    Prim Imħallef minn Lulju 2021. Membru tal-Kunsill ta' Espedjenza. Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 sal-2014. Eks Viċi Kap tal-Ġudikatura (2014 sa Lulju 2021) u kelliem għall-Ġudikatura (2010-2019). Ministru tal-Intelligence mill-2005 sal-2009. Waqt li kien Ministru għall-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura ta’ u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz taħt pressjoni mingħand, mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjoni insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta' membri tal-familja.

    12.4.2011

    22.

    MORTAZAVI Said (magħruf ukoll bħala MORTAZAVI Saeed)

    Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran)

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Kap tas-Sistema ta' Protezzjoni Soċjali mill-2011 sal-2013. Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009. Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010, investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni.

    F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġie rikonoxxut uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani. Ġie liberat minn Qorti Iranjana fid-19 ta' Awwissu 2015, fuq akkużi marbuta mat-tortura u l-imwiet ta' tliet ġuvintur fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Kahrizak fl-2009. Ikkundannat għall-ħabs fl-2017 u rilaxxat f'Settembru 2019. F'Awwissu 2021, il-Qorti Suprema tal-Iran ħarġet sentenza b'appoġġ sħiħ għal Said Mortazavi, fejn qalbet is-sentenza preċedenti tiegħu ta' sentejn ħabs.

    12.4.2011

    ▼M11

    23.

    PIR-ABASSI Abbas

    Sess: raġel

    Maġistrat ta’ Awla kriminali. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat minn każijiet ta’ wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta’ priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

    12.4.2011

    24.

    MORTAZAVI Amir

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta’ Khorasan-Razavi. Viċi Prosekutur ta’ Mashhad sa mill-inqas 2015. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b’mod sommarju u f’sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta’ eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni tal-mewt mingħajr osservanza tajba ta’ proċeduri ta’ smigħ ġust.

    12.4.2011

    ▼M14

    25.

    SALAVATI Abdolghassem

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Speċjali għar-Reati Finanzjarji, fergħa 4 mill-2019. Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta' Tehran. Inkarigat mill-kawżi ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-proċessi spettaklu fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.

    Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust.

    12.4.2011

    ▼M11

    26.

    SHARIFI Malek Adjar (magħruf ukoll bħala: SHARIFI Malek Ajdar)

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-43 taqsima. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta’ Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

    12.4.2011

    ▼M14 —————

    ▼M14

    28.

    YASAGHI Ali-Akbar

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema, kap tat-13-il taqsima. Viċi Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Setad-e Dieh. Prim Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta' Mashhad (2001-2011). Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa (sa 550 bejn is-sajf tal-2009 u s-sajf tal-2011), il-pieni tal-mewt inħarġu mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust.

    12.4.2011

    ▼M11

    29.

    BOZORGNIA Mostafa

    Sess: raġel

    Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta’ Evin. F’diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

    12.4.2011

    ▼M14

    30.

    ESMAILI Gholam-Hossein (magħruf ukoll bħala ESMAILI Gholam Hossein)

    Sess: raġel

    Kap tal-Persunal tal-President Iranjan Raisi minn Awwissu 2021. Kelliem għall-ġudikatura minn April 2019 sa Lulju 2021. Eks Kap tal-Ġudikatura ta' Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F'din il-kariga, huwa kien kompliċi fid-detenzjoni massiva ta' persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għall-ħabi ta' abbużi mwettqa fis-sistema ta' priġunerija.

    12.4.2011

    ▼M11

    31

    SEDAQAT (magħruf ukoll bħala Sedaghat) Farajollah

    Sess: raġel

    Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabs f’Tehran. Kap tal-ħabs ta’ Evin, Tehran sa Ottubru 2010 fejn matul dan iż-żmien wettaq torturi. Huwa kien gwardjan, u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

    12.4.2011

    32.

    ZANJIREI Mohammad-Ali

    Sess: raġel

    Bħala Konsulent għoli għall-Kap, u Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-priġunieri. Amministra sistema li fiha l-priġunieri batew minn abbuż, tortura u trattament inuman/degradanti u tqiegħdu f’kondizzjonijiet ta’ għajxien ħżiena ħafna.

    12.4.2011

    ▼M14

    33.

    ABBASZADEH- MESHKINI, Mahmoud

    Sess: raġel

    Membru tal-Parlament (minn Frar 2020) u Speaker tal-Kumitat tal-Parlament għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Affarijiet Barranin. Eks Konsulent għall-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Iran (sal-2019). Eks segretarju tal-Kunsill Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. Eks gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Eks Direttur Politiku tal-Ministeru għall-Intern. Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi, huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

    Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi – il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Mill-2009 'l quddiem, irrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostranti paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

    Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

    10.10.2011

    ▼M13

    34.

    AKBARSHAHI Ali-Reza

    Sess: raġel

    Eks Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħruf ukoll bħala: Kwartieri Ġenerali Kontra n-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta’ Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta’ forza extraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-pulizija ta’ Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f’dormitorji universitarji f’Tehran f’Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basiji. Sal-2018, kap tal-pulizija ferrovjarja.

    10.10.2011

    ▼M14

    35.

    AKHARIAN Hassan

    Sess: raġel

    Kap tas-Sala 5 u inkarigat mir-reklużjoni fil-Ħabs ta' Rajaee Shahr elenkat mill-UE mill-2015; kien Gwardjan tas-Sala 1 tal-ħabs ta' Rajaee Shahr, Karadj sa Lulju 2010. Diversi eks-detenuti ddenunzjaw l-użu tiegħu ta' tortura, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Rajaee Shahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri. Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tat-trattament ħażin u l-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian. Beikvand miet f'Settembru 2010. Priġunieri oħra jiddikjaraw b'mod kredibbli li nqatel fuq struzzjonijiet ta' Hassan Akharian.

    10.10.2011

    36.

    AVAEE Seyyed Ali-Reza (magħruf ukoll bħala: AVAEE Seyyed Alireza, AVAIE Alireza)

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 20.5.1956

    Sess: raġel

    Ministru għall-Ġustizzja sal-25 ta' Awwissu 2021. Eks Direttur tal-uffiċċju ta' investigazzjonijiet speċjali. Sa Lulju 2016 Viċi Ministru għall-Intern u l-Kap tar-Reġistru pubbliku. Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran, kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet.

    10.10.2011

    ▼M11

    37.

    BANESHI Jaber

    Sess: raġel

    Kap tal-Fergħa 22 tal-Qorti tal-Appell ta’ Shiraz minn Novembru 2011. Prosekutur ta’ Shiraz sa Ottubru 2011. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta’ Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni oħra bla konnessjoni. Huwa għamel akkużi li jġorru l-piena tal-mewt u pieni severi oħra fuq minoranzi, b’tali mod li jikkostitwixxu, fost l-oħrajn, ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom għal proċess ġust u l-libertà minn detenzjoni arbitrarja.

    10.10.2011

    ▼M14 —————

    ▼M13

    39.

    GANJI Mostafa Barzegar

    Sess: raġel

    Direttur Ġenerali tas-Sorveljanza tal-Ispezzjoni u l-Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Qrati minn Ġunju 2020. Eks Prosekutur Ġenerali ta’ Qom (2008-2017), u eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-ħabsijiet. Huwa kien responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta’ bosta offensuri f’Qom. Huwa kien kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2009/2010.

    10.10.2011

    40.

    HABIBI Mohammad Reza

    Sess: raġel

    Prim Imħallef ta’ Isfahan. Eks Avukat Ġenerali ta’ Isfahan. Eks Kap tal-uffiċċju tal-Ministeru għall-Ġustizzja f’Yazd. Eks Viċi Prosekutur ta’ Isfahan. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust – bħal Abdollah Fathi, li ngħata l-mewt f’Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema’ u kwistjonijiet ta’ saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f’Marzu 2010. Għaldaqstant huwa kien kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għaż-żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet fl-2011.

    10.10.2011

    ▼M14 —————

    ▼M6 —————

    ▼M11

    43.

    JAVANI Yadollah

    Sess: raġel

    Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-espressjoni u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b’appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu għall-arrest ta’ Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta’ tekniki li jiksru d-drittijiet għal proċess ġust fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. Il-provi jindikaw ukoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x’aktarx li kien jaf bl-użu ta’ tekniki ħorox ta’ interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati.

    10.10.2011

    ▼M13

    44.

    JAZAYERI Massoud

    Sess: raġel

    Titlu: Brigadier Ġeneral

    Konsulent kulturali għall-Kap Konġunt tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran minn April 2018. Fi ħdan il-persunal militari konġunt tal-Forzi Armati tal-Iran, il-Brigadier Ġenerali Massaud Jazayeri kien id-Deputat Kap tal-Persunal għall-affarijiet kulturali u tal-media (magħruf wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat). Huwa kkollabora b’mod attiv fir-repressjoni tal-protesti tal-2009 bħala Viċi Kap tal-Persunal. Huwa wissa f’intervista f’Kayhan li ħafna dimostranti ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun.

    Huwa talab pubblikament għat-trażżin ta’ kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma’ sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

    10.10.2011

    45.

    JOKAR Mohammad Saleh

    Post tat-twelid: Yazd (Iran)

    Data tat-twelid: 1957

    Sess: raġel

    Membru tal-Parlament għall-Provinċja ta’ Yazd. Eks Deputat għall-Affarijiet Parlamentari tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni. Mill-2011 sal-2016 deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Yazd u Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Eks Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta’ Basij. F’dan ir-rwol huwa kien involut b’mod attiv fit-trażżin tal-protesti u l-indottrinazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ħsieb li jkompli bit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni u ta’ min ma jaqbilx. Bħala Membru tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija huwa appoġġa pubblikament it-trażżin tal-oppożizzjoni għall-gvern.

    10.10.2011

    ▼M14

    46.

    KAMALIAN Behrouz (magħruf ukoll bħala: Hackers Brain, Behrooz_Ice)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1983

    Sess: raġel

    Kap taċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" b'rabta mar-reġim Iranjan. Is-Sigurtà Diġitali "Ashiyaneh", imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi intensivi kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Il-ħidma tal-organizzazzjoni "Ashiyaneh" ta' Kamalian assistiet lir-reġim fir-repressjoni tal-oppożizzjoni, li kienet tinvolvi ħafna istanzi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-2009. Kemm Kamalian kif ukoll iċ-ċibergrupp "Ashiyaneh" komplew bl-attivitajiet tagħhom mill-inqas sa Diċembru 2021.

    10.10.2011

    47.

    KHALILOLLAHI Moussa (magħruf ukoll bħala: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil)

    Post tat-twelid: Tabriz (Iran)

    Data tat-twelid: 1963

    Sess: raġel

    Prim Imħallef tal-provinċja tal-Azerbajġan tal-Lvant. Eks Prosekutur ta' Tabriz mill-2010 sal-2019. Huwa kien involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

    10.10.2011

    ▼M13

    48.

    MAHSOULI Sadeq (magħruf ukoll bħala: MAHSULI, Sadeq)

    Post tat-twelid: Oroumieh (Iran)

    Data tat-twelid: 1959/1960

    Sess: raġel

    Viċi Segretarju Ġenerali tal-Front Paydari (Front tal-Istabbiltà Iżlamika). Eks Konsulent tal-Eks President Mahmoud Ahmadinejad, eks membru tal-Kunsill ta’ Espedjenza u eks Viċi Kap tal-Front ta’ Perseveranza. Ministru għall-Protezzjoni Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru għall-Intern, Mahsouli kellu awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru għall-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli mill-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta’ Tehran fl-14 ta’ Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta’ taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b’mod sever fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta’ Mahsouli.

    10.10.2011

    ▼M11

    49.

    MALEKI Mojtaba

    Sess: raġel

    Viċi kap tal-Ministeru għall-Ġustizzja fil-provinċja ta’ Razavi Khorasan. Eks prosekutur ta’ Kermanshah. Kellu rwol fl-għadd kbir ta’ pieni tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta’ seba’ priġunieri misjuba ħatja ta’ traffikar ta’ drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta’ Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta’ Kermanshah.

    10.10.2011

    50.

    OMIDI Mehrdad (magħruf ukoll bħala: Reza; OMIDI Reza)

    Sess: raġel

    Kap tat-taqsima VI tal-pulizija, dipartiment tal-investigazzjoni. Eks Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Kien responsabbli għal eluf ta’ investigazzjonijiet u akkużi ta’ riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-internet. Għaldaqstant huwa kien responsabbli għal ksur gravi ta’ drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta’ persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni matul u wara l-Moviment Aħdar tal-2009.

    10.10.2011

    51.

    SALARKIA Mahmoud

    Sess: raġel

    Eks direttur tal-Klabb tal-Futbol ta’ Tehran “Persepolis”

    Eks Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta’ Tehran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009. Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta’ Tehran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li kważi dawk kollha arrestati kienu, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f’iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta’ żmien li jvarja, spiss f’kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma ġewx avżati bl-arrest. Attwalment jaħdem bħala avukat.

    10.10.2011

    52.

    KHODAEI SOURI Hojatollah

    Post tat-twelid: Selseleh (Iran) —

    Data tat-twelid: 1964

    Sess: raġel

    Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta’ Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà. Kap tal-ħabs ta’ Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta’ Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f’oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

    10.10.2011

    ▼M14

    53.

    TALA Hossein (magħruf ukoll bħala: TALA Hosseyn)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1969

    Sess: raġel

    Sindku ta' Eslamshahr sal-2020. Eks MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (Farmandar) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet. F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

    10.10.2011

    ▼M13

    54.

    TAMADDON Morteza (magħruf ukoll bħala: TAMADON Morteza)

    Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan (Iran)

    Data tat-twelid: 1959

    Sess: raġel

    Eks Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta’ Tehran. Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta’ Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta’ repressjoni li saru mill-IRGC fil-Provinċja ta’ Tehran, inkluż ir-repressjoni ta’ protesti politiċi minn Ġunju 2009. Attwalment membru tal-bord fl-Università għat-Teknoloġija f’Khajeh Nasireddin Tusi.

    10.10.2011

    ▼M14

    55.

    ZEBHI Hossein

    Sess: raġel

    L-ewwel Viċi Konsulent għall-Ġudikatura u Mħallef tal-Qorti Suprema (Kap tal-Fergħa 41 tal-Qorti Suprema, li jittratta b'mod partikolari reati ta' sigurtà u drogi). Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran (2007-2015). F'dan ir-rwol, kien responsabbli mill-każijiet ġudizzjarji li tressqu wara l-protesti ta' wara l-elezzjoni fl-2009 li twettqu bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. F'dan ir-rwol ukoll, huwa appoġġa l-kastigi eċċessivi għal reati ta' drogi.

    10.10.2011

    56.

    BAHRAMI Mohammad- Kazem

    Sess: raġel

    Kap tal-qorti tal-ġustizzja amministrattiva sa April 2021. Huwa kien kompliċi fir-repressjoni ta' dimostranti paċifiċi fl-2009 bħala kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

    10.10.2011

    ▼M11

    57.

    HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 1948

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta’ Tehran. Matul il-ħidma tiegħu għall-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f’diversi kawżi ta’ proċess kontra d-dimostranti, b’mod partikolari dik ta’ Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f’Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu.

    10.10.2011

    58.

    BAGHERI Mohammad- Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef fil-Qorti Suprema minn Diċembru 2015. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta’ Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li rrikonoxxa, f’Ġunju 2011, 140 eżekuzzjoni għal reati li jġorru l-piena tal-mewt bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perijodu u fl-istess provinċja ta’ Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu, li jikkontribwixxi għal għadd kbir ta’ pieni tal-mewt.

    10.10.2011

    59.

    BAKHTIARI Seyyed Morteza

    Post tat-twelid: Mashhad (Iran)

    Data tat-twelid: 1952

    Sess: raġel

    President tal-Fondazzjoni għall-Għajnuna Imam Khomeini (minn Lulju 2019). Eks viċi kustodju tas-Santwarju ta’ Imam Reza. Eks Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013. Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta’ priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta’ qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta’ eżekuzzjonijiet fl-Iran, inkluż eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

    10.10.2011

    ▼M14

    60.

    HOSSEINI Dr Mohammad (magħruf ukoll bħala: HOSSEYNI Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

    Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman (Iran)

    Data tat-twelid: 23.7.1961

    Sess: raġel

    Viċi President għall-affarijiet parlamentari taħt il-President Raisi minn Awwissu 2021. Eks konsulent tal-President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti.

    10.10.2011

    ▼M11

    61.

    MOSLEHI Heydar (magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

    Post tat-twelid: Isfahan (Iran)

    Data tat-twelid: 1956

    Sess: raġel

    Rappreżentant tal-Bureau Ideoloġiku-Politiku tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Iran (mill-2018). Eks konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013). Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta’ detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta’ dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta’ Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta’ oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence ssoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali.

    10.10.2011

    ▼M14

    62.

    ZARGHAMI Ezzatollah

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 22.7.1959

    Sess: raġel

    Ministru tal-Kultura, l-Artiġjanat u t-Turiżmu mill-25 ta' Awwissu 2021. Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali mill-2014. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' detenuti u serje ta' proċessi spettaklu f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut.

    23.3.2012

    ▼M13

    63.

    TAGHIPOUR Reza

    Post tat-twelid: Maragheh (Iran)

    Data tat-twelid: 1957

    Sess: raġel

    Membru tal-11-il Parlament Iranjan (kostitwenza ta’ Tehran). Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Eks membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

    Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta’ kull tip ta’ komunikazzjoni (b’mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta’ detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F’diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati u l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità.

    23.3.2012

    ▼M14

    64.

    KAZEMI Toraj

    Sess: raġel

    Kap tad-diviżjoni ta' Greater Tehran tal-Pulizija Ċibernetika ddeżinjata mill-UE sa Ġunju 2020. F'din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti "perikolużi".

    23.3.2012

    65.

    LARIJANI Sadeq

    Post tat-twelid: Najaf (Iraq)

    Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961

    Sess: raġel

    Kap tal-Kunsill ta' Espedjenza mid-29 ta' Diċembru 2018. Eks membru tal-Kunsill tal-Gwardjani (sa Settembru 2021). Eks Kap tal-Ġudikatura (2009-2019). Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (tpattija), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reati kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjoni. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies. Għalhekk, huwa kkontribwixxa għal għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet. Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċidu fl-għajnejn tal-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan fir-rigward tad-dritt għal proċess ġust.

    23.3.2012

    ▼M13

    66.

    MIRHEJAZI Ali

    Sess: raġel

    Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli mit-tfassil tat-trażżin tal-protesti, li ilha tiġi implimentata mill-2009, u assoċjat ma’ dawk responsabbli sabiex joħonqu l-protesti.

    Huwa kien responsabbli wkoll għall-ippjanar tat-trażżin tal-inkwiet pubbliku f’Diċembru 2017/2018 u Novembru 2019.

    23.3.2012

    67.

    SAEEDI Ali

    Sess: raġel

    Kap tal-uffiċċju tal-ideoloġija politika tal-Mexxej Suprem. Eks rappreżentant tal-Mexxej Suprem għall-Pasdaran (1995-2020) wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta’ din il-funzjoni uffiċjali huwa kien ċ-ċinga ta’ trażmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem u l-apparat ta’ repressjoni tal-Pasdaran.

    23.3.2012

    ▼M11

    68.

    RAMIN Mohammad-Ali

    Post tat-twelid: Dezful (Iran)

    Data tat-twelid: 1954

    Sess: raġel

    Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli biex jorganizza f’isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta’ bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti.

    23.3.2012

    ▼M14

    69.

    MORTAZAVI Seyyed Solat

    Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) - (Iran)

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Mill-5 ta' Settembru 2021, Viċi President għall-Affarijiet Eżekuttivi tal-Iran u Kap tal-Uffiċċju Presidenzjali. Kap tal-fergħa tal-proprjetà immobbli tal-Fondazzjoni Mostazafan, li kienet immexxija direttament mill-Mexxej Suprem Khamenei mis-16 ta' Settembru 2019 sa Settembru 2021. Sa Novembru 2019, Direttur tal-fergħa ta' Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment jitwettqu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F'dik il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi r-repressjoni ta' persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

    23.3.2012

    ▼M6 —————

    ▼M7 —————

    ▼M6 —————

    ▼M13

    73.

    FARHADI Ali

    Sess: raġel

    Viċi Kap tal-Ispettorat tal-Affarijiet Legali u l-Ispezzjoni Pubblika tal-Ministeru għall-Ġustizzja ta’ Tehran. Eks prosekutur ta’ Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn ingħatat il-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta’ eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta’ Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur.

    23.3.2012

    ▼M14

    74.

    REZVANMA-NESH Ali

    Sess: raġel

    Viċi Prosekutur fil-provinċja ta' Karaj, reġjun ta' Alborz fil-perjodu 2010-2016. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni.

    23.3.2012

    ▼M11

    75.

    RAMEZANI Gholamhossein

    Sess: raġel

    Mill-2011 Kap tal-Intelligence tal-Ministeru għad-Difiża; minn Novembru 2009 sa Marzu 2011: Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn Marzu 2008 sa Novembru 2009: Viċi Kmandant tal-Intelligence tal-Pasdaran; minn April 2006 sa Marzu 2008: Kap tal-Protezzjoni u l-Intelligence tal-Pasdaran. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż bl-assoċjazzjoni ma’ dawk responsabbli għall-arresti ta’ bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta’ protesti ta’ wara l-elezzjoni fl-2009.

    23.3.2012

    76.

    SADEGHI Mohamed

    Sess: raġel

    Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC u responsabbli għaċ-ċentru ta’ analiżi u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fi ħdan il-Pasdaran. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta’ bloggers/ġurnalisti.

    23.3.2012

    77.

    JAFARI Reza

    Data tat-twelid: 1967

    Sess: raġel

    Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2012. Membru tal-“Kumitat għad-Determinazzjoni tal-Kontenut Kriminali fuq il-Web”, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta’ espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta’ ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.

    23.3.2012

    78.

    RESHTE-AHMADI Bahram

    Sess: raġel

    Imħallef ta’ qorti ordinarja tat-Tramuntana ta’ Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f’Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta’ Tehran. Eks Viċi Prosekutur f’Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta’ Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta’ drittijiet, inkluż drittijiet ta’ żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

    23.3.2012

    ▼M14

    79.

    RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

    Sess: raġel

    Viċi Direttur tas-Saħħa, Korrezzjoni u Edukazzjoni tal-Ħabsijiet ta' Tehran. Eks kap tal-Ħabs ta' Evin (2012-2015). Matul il-kariga tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu riferiment għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

    12.3.2013

    80.

    KIASATI Morteza

    Sess: raġel

    Imħallef tal-fergħa 54 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran u tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, Fergħa 4; ikkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tlett aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Sar riferiment għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13 ta' Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta' Awwissu 2012.

    12.3.2013

    ▼M11

    81.

    MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha’bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta’ Marzu 2012 għal “attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali” u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta’ Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

    12.3.2013

    ▼M13

    82.

    SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (magħruf ukoll bħala: Haj-agha Sarafraz)

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: madwar 1963

    Post ta’ residenza: Tehran

    Sess: raġel

    Eks membru tal-Kunsill Suprem taċ-Ċiberspazju. Eks President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) (2014-2016). Eks Kap ta’ IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta’ programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu, Press TV, flimkien ma’ IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inkluż dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta’ kull ġimgħa Iran Today. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta’ Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz huwa għalhekk assoċjat mal-ksur tad-dritt ta’ proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    ▼M14

    83.

    JAFARI Asadollah

    Sess: raġel

    Bħalissa Avukat Ġenerali f'Isfahan. F'din il-pożizzjoni, ordna reazzjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti li ħarġu fit-toroq f'Novembru 2021 biex jipprotestaw kontra l-iskarsezzi tal-ilma. Skont xi rapporti, Jafari ħabbar il-formazzjoni ta' uffiċċju speċjali biex jinvestiga d-dimostranti arrestati.

    Bħala l-eks Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran, Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f'kawżi mmexxija minnu, li rriżulta f'ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi, u f'ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i mill-arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence.

    12.3.2013

    ▼M13

    84.

    EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

    Post tat-twelid: Hamedan (Iran)

    Data tat-twelid: madwar 1973

    Post tar-residenza: Tehran

    Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran

    Sess: raġel

    Direttur ta’ Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta’ Press TV.

    Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta’ drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta’ GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta’ konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

    12.3.2013

    ▼M11

    85.

    HAMLBAR Rahim

    Sess: raġel

    Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta’ Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta’ għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f’Awwissu 2012) li tahom kundanni ta’ ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f’assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.”

    12.3.2013

    ▼M13

    86.

    MUSAVI-TABAR, Seyyed Reza

    Post tat-twelid: Jahrom (Iran)

    Data tat-twelid: 1964

    Sess: raġel

    Eks kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta’ Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta’ attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha’i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta’ Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha’i Raha Sabet għal tliet snin f’iżolament.

    12.3.2013

    87.

    KHORAMABADI Abdolsamad

    Sess: raġel

    Viċi Direttur għas-Sorveljanza Ġudizzjarja (mit-13 ta’ Ottubru 2018). Eks Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta’ għadd ta’ kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta’ kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Kien responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta’ diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta’ NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f’detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f’Novembru 2012. B’hekk il-Kummissjoni li kien qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

    12.3.2013;

    ▼M12

    88.

    SOLEIMANI Gholamreza

    Post tat-twelid: Farsan (Iran)

    Data tat-twelid: 1343 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1964 jew 1965 (kalendarju Gregorjan)

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kap tal-Organizzazzjoni Basij tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    Gholamreza Soleimani huwa l-Kap tal-Organizzazzjoni Basij. L-Organizzazzjoni Basij użat forza letali biex trażżan il-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżat imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap tal-Organizzazzjoni Basij, Gholamreza Soleimani jġorr ir-responsabbiltà għat-trażżin vjolenti tal-protesti u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    89.

    SALAMI Hossein (magħruf ukoll bħala: SALAMI Hussain)

    Post tat-twelid: Vaneshan, Golpayegan (Iran)

    Data tat-twelid: 1339 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1960 jew 1961 (kalendarju Gregorjan)

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni

    Iżlamika (IRGC)

    Grad: Maġġur Ġeneral

    Hossein Salami ilu l-Kap Kmandant tal-IRGC minn April 2019, li jinkludi l-milizzja Basij, u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forzi regolari tal-IRGC u l-milizzja Basij użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Hossein Salami ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Hossein Salami għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    90.

    KARAMI Hassan

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana

    Hassan Karami huwa l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali tal-forza tal-pulizija Iranjana. L-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala l-Kmandant tal-Unitajiet Speċjali li kkawżaw imwiet u korrimenti lil dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Hassan Karami jġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    91.

    PAKPOUR Mohammad (magħruf ukoll bħala: PAKPUR Mohammad)

    Post tat-twelid: Arak (Iran)

    Data tat-twelid: 1340 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1961 (kalendarju Gregorjan)

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Mohammad Pakpour ilu Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC minn Marzu 2010. Il-Forzi tal-Art tal-IRGC użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala Kap Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC, li użaw forza letali kontra dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra, Mohammad Pakpour iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    92.

    ASHTARI Hossein

    Post tat-twelid: Isfahan (magħruf ukoll bħala: Esfahan, Ispahan)

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana

    Hossein Ashtari ilu l-Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana minn Marzu 2015 u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forza tal-pulizija tinkludi l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali. Il-forza tal-pulizija ordinarja tal-Iran, l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta’ dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f’ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Hossein Ashtari ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta’ Novembru 2019. Hossein Ashtari għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    93.

    ZIAEI Gholamreza

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: eks Direttur tal-Ħabs ta’ Evin; eks Direttur ta’ ċentri ta’ detenzjoni oħrajn

    Bejn Lulju 2019 u Ġunju 2020, Gholamreza Ziaei kien id-Direttur tal-Ħabs ta’ Evin fejn il-kundizzjonijiet diġà ħorox għad-detenuti komplew jiddeterjoraw matul il-mandat tiegħu. Priġunieri nisa kienu mċaħħda mill-kuntatt telefoniku ma’ wliedhom. Il-priġunieri politiċi kienu mċaħħda miż-żjarat ta’ kull ġimgħa minn qraba, li kienu permessi biss kull xahrejn. Matul il-protesti tal-2009, Ziaei kien responsabbli għaċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Kahrizak fejn mill-inqas ħames detenuti, li kienu ġew arrestati b’konnessjoni mal-protesti tal-massa fit-toroq ta’ Tehran tal-2009, mietu wara li ġew ittorturati. Mill-2017 sal-2019, qabel ma ħa l-inkarigu tal-Ħabs ta’ Evin f’Tehran, Ziaei kien id-direttur tal-Ħabs Rajaee Shahr f’Karaj, fil-Punent ta’ Tehran, fejn kien hemm bosta protesti minn priġunieri politiċi kontra l-abbuż u l-kundizzjonijiet tal-għajxien inumani.

    12.4.2021

    94.

    SHAHVARPOUR Hassan

    Post tat-twelid: Safi Abad, fin-nofsinhar ta’ Dezful, Khuzestan (Iran)

    Sess: raġel

    Numru tal-passaport: 2001624001 (numru tal-ID nazzjonali)

    Pożizzjoni: Kmandant tal-Korpi Vali Asr

    tal-Provinċja ta’ Khuzestan tal-Korpi tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Bħala l-Kmandant tal-IRGC f’Khuzestan mill-2009, Hassan Shahvarpour huwa responsabbli għall-kmand tal-forzi, li użaw mitraljatriċijiet kontra dimostranti u persuni ċivili oħra fil-belt ta’ Mahshahr matul il-protesti ta’ Novembru 2019. Taħt il-kmand tiegħu, 148 persuna nqatlu mill-IRGC permezz ta’ mitraljatriċijiet tqal minn vetturi blindati li dawwru dimostranti li kienu qed jaħarbu, mistoħbija fi bwar fil-qrib.

    12.4.2021

    ▼M14

    95.

    VASEGHI Leyla (magħrufa wkoll bħala VASEQI Layla, VASEGHI Leila, VASEGHI Layla)

    Post tat-twelid: Sari, Provinċja ta' Mazandaran (Iran)

    Data tat-twelid: 1352 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1972 jew 1973 (kalendarju Gregorjan)

    Sess: mara

    Pożizzjoni: Eks gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt

    Bħala gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt minn Settembru 2019 sa Novembru 2021, Leyla Vaseghi ordnat lill-pulizija u lil forzi armati oħra biex jużaw forza letali matul il-protesti ta' Novembru 2019, li kkawżat imwiet u korrimenti ta' dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra. Bħala l-gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt, Leyla Vaseghi ġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.4.2021

    ▼M15

    96.

    ROSTAMI CHESHMEH GACHI Mohammed (magħruf ukoll bħala ROSTAMI, Mohammad)

    محمد گچی چشمه رستمی

    (magħruf ukoll bħala محمد رستمی)

    Post tat-twelid: Kermanshah (Iran)

    Data tat-twelid: 1976 jew 1977

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tal-identità nazzjonali: 111936 (Iran)

    Nru ta’ identifikazzjoni: 13821 (Iran)

    Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran

    Mohammad Rostami Cheshmeh Gachi huwa l-kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran. Kien il-kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika ta’ Kermanshah mill-bidu tal-2014 sal-bidu tal-2019 u okkupa pożizzjonijiet għolja fil-pulizija tal-intelligence Iranjana.

    Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran, Rostami huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    97.

    RAHIMI Hossein

    حسین رحیمی

    Post tat-twelid: Dodhak village, Mahalat, Central province (Iran)

    Data tat-twelid: 1964

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran

    Il-Brigadier Ġeneral Hossein Rahimi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Tehran mis-7 ta’ Awwissu 2017.

    Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Tehran kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

    Bħala kap tal-LEF f’Tehran, Rahimi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    98.

    ABDI Abbas

    عبدى عباس

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Divandarreh

    Il-Kurunell Abbas Abdi huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fid-distrett ta’ Divandarreh.

    Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Divandarreh kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu lil dawk il-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

    Bħala kap tal-LEF f’Divandarreh, Abdi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    99.

    MIRZAEI Haj Ahmad (magħruf ukoll bħala MIRZAEI Hajahmad; MIRZAYI Hajj Ahmad)

    حاج احمد میرزایی

    Post tat-twelid: Tehran (Iran)

    Data tat-twelid: 9 ta’ Frar 1957

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Nru ta’ identifikazzjoni: 4268935215 (Iran)

    Grad: Kurunell

    Pożizzjoni: Kap tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran f’Tehran

    Il-Kurunell Haj Ahmed Mirzaei ilu l-kap tal-fergħa ta’ Tehran tal-Pulizija tal-Moralità tal-Iran mill-2018.

    Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala kap tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, Mirzaei huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Moralità f’Tehran, inkluż fil-kwartieri ġenerali tagħha fejn Amini ġiet imsawta u ttrattata ħażin. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    100.

    ZAREPOUR Issa

    عیسی زارع پور

    Post tat-twelid: Eslamabad-e Gharb, Kermanshah Province (Iran)

    Data tat-twelid: 1980

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

    Issa Zarepour ilu l-Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Iran mill-25 ta’ Awwissu 2021.

    Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa kellu rwol ewlieni fid-deċiżjoni tal-gvern Iranjan li jikser b’mod sistematiku l-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni tal-persuni Iranjani billi jimponi restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-Internet matul il-protesti li segwew il-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fis-16 ta’ Settembru 2022.

    Dik l-azzjoni kompliet tnaqqas l-ispazju diġà limitat ħafna għall-atturi tas-soċjetà ċivili fl-Iran, fosthom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, biex jiġbru informazzjoni oġġettiva u jikkomunikaw kemm bejniethom kif ukoll mad-dinja esterna.

    Il-blackout tal-Internet kellu konsegwenzi negattivi fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, kemm direttament (jiġifieri l-impatt fuq il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni oġġettiva), kif ukoll indirettament (jiġifieri ċ-ċans akbar li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġix iddokumentat u b’hekk ikun hemm impatt negattiv fuq l-irfigħ tar-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem).

    Bħala Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, Zarepour huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    101.

    SEPEHR Mohammad-Hossein

    محمدحسین سپهر

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali Iranjana tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati

    Mohammad-Hossein Sepehr huwa l-Kmandant tal-Bażi ta’ Taħriġ Ċentrali tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati f’Tehran. Huwa membru tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij (organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran).

    Sepehr jissorvelja t-taħriġ kontra l-protesti għall-forzi tas-sigurtà Iranjani u jappoġġa linja repressiva lejn id-dimostranti.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    102.

    SAFARI Sayd Ali

    صفرى سید علی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Pożizzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez

    Il-Kurunell Sayd Ali Safari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Saqqez.

    Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Saqqez kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni.

    Bħala kap tal-LEF f’Saqqez, Safari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    103.

    ADYANI Seyed Alireza (magħruf ukoll bħala ADIANI Hojjat al-Islam Seyyed Alireza)

    ادیانی سید علیرضا

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran

    Seyed Alireza Adyani huwa l-kap tal-uffiċċju ideoloġiku-politiku tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran.

    Adyani huwa responsabbli għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-ingaġġ għall-forzi tal-pulizija. Huwa ddikjara li l-LEF jeħtieġ li jkunu “prattiċi” u “effettivi” meta jittrattaw l-avversarji u feraħ lill-Pulizija tal-Moralità talli għamlet xogħolha “b’mod intensiv”.

    Il-LEF użaw brutalità enormi kontra d-dimostranti, inkluż dawk li pprotestaw wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    104.

    AZADI Ali

    آزادى علی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: It-Tieni Brigadier Ġeneral

    Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan

    It-Tieni Brigadier Ġenerali Ali Azadi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-Kurdistan mill-2019.

    Matul ir-repressjoni tal-protesti ta’ Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu fil-Kurdistan sparaw fuq id-dimostranti u qatlu u darbu diversi persuni.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    105.

    SHALIKAR Mohammed Zaman

    شالیکار محمد زمان

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran

    Il-Kurunell Mohammed Zaman Shalikar ilu l-Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Babol, Mazandaran mill-2021.

    Waqt dimostrazzjonijiet wara l-mewt ta’ Mahsa Amini f’Settembru 2022, il-forzi taħt il-kmand tiegħu sparaw fuq, darbu u qatlu dimostranti f’Babol, Mazandaran.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    106.

    HEIDARI Salman

    حیدرى سلمان

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Funzjoni: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan

    Il-Kurunell Salman Heidari huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Bukan.

    Ir-rispons tal-LEF għall-protesti ta’ Settembru 2022 f’Bukan kien partikolarment iebes. L-użu eċċessiv ta’ vjolenza mil-LEF biex irażżnu l-protesti rriżulta fil-mewt ta’ mill-inqas persuna minorenni waħda u fid-drib ta’ diversi persuni.

    Bħala kap tal-LEF f’Bukan, Heidari huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    ▼M16

    107.

    VAHIDI Ahmad

    وحیدى احمد

    POB: Shiraz (Iran)

    Data tat-twelid: 27 ta’ Lulju 1958

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Pożizzjoni: Ministru għall-Intern

    Ahmad Vahidi ilu l-Ministru għall-Intern Iranjan mill-25 ta’ Awwissu 2021. Bħali tali, huwa responsabbli għall-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi Iranjani (LEF).

    Minn meta beda l-mandat tiegħu, numru bla preċedent ta’ uffiċjali militari u ta’ sigurtà nħatru gvernaturi provinċjali li għandhom rwoli ewlenin fil-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kontroll tal-folol mill-forzi speċjali tal-pulizija, il-milizzja Basij u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC).

    Ksur sfaċċat u serju tad-drittijiet tal-bniedem mil-LEF, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi, inkluż tfal, ġie ddokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti dwar il-mewt ta’ Mahsa Amini f’nofs Settembru 2022. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet sfaw midruba serjament, inkluż tfal. Mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, il-forzi tal-pulizija żammew ukoll b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti. Vahidi ppromwova wkoll pubblikament approċċ aħrax lejn persuni li jipparteċipaw fid-dimostrazzjonijiet.

    Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fi Iran.

    14.11.2022

    ▼M17

    108.

    ABNOUSH Salar

    سالار آبنوش

    Data tat-twelid: 2.5.1962

    Post tat-twelid: Hamedan, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij

    Salar Abnoush huwa l-Viċi Kmandant tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata fl-UE).

    Il-Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-IRGC b’fergħat madwar l-Iran. Hija inkarigata milli tidderieġi l-appoġġ popolari għar-reġim Iranjan.

    Il-Basij hija magħrufa għar-reklutaġġ ta’ voluntiera, ħafna minnhom tfal adolexxenti u għal attakki b’mewġ uman matul il-gwerra bejn l-Iran u l-Iraq. Wara l-elezzjonijiet presidenzjali Iranjani kkontestati tal-2009, il-Basij waqqfet brutalment il-protesti u attakkat dormitorji tal-istudenti. Il-Basij għandha żewġ missjonijiet: li tipprovdi taħriġ militari difensiv biex tipproteġi r-reġim minn invażjoni barranija, u li trażżan l-attività domestika kontra r-reġim permezz tal-vjolenza fit-toroq u l-intimidazzjoni.

    Il-Basij hija waħda mill-forzi li ngħatat ordni mill-gvern biex twaqqaf il-protesti ta’ Settembru/Ottubru 2022. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti. Sorsi jindikaw li membri tal-Basij taħt il-kmand ta’ Salar Abnoush wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    109.

    REZAEI Qasem (magħruf ukoll bħala REZAEI Ghasem)

    رضایی قاسم

    Data tat-twelid: 27.9.1961

    Post tat-twelid: Abhar, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tal-identità nazzjonali: D10005996 (Iran)

    Kariga: Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF)

    Qasem Rezaei huwa l-Viċi Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF).

    Huwa ssorvelja direttament atti ta’ vjolenza kontra detenuti, inkluż tortura u swat. Huwa ġġustifika l-azzjonijiet tal-forzi tas-sigurtà wara l-użu letali ta’ forza kontra dimostranti Iranjani u ħeġġeġ biex titkompla l-vjolenza kontra d-dimostranti f’Mejju 2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    110.

    AMANOLLAHI Manouchehr (magħruf ukoll bħala AMANOLLAHI BAHARVAND Manouchehr)

    منوچهر امن اللهي

    Data tat-twelid: Marzu 1965 jew 1966

    Post tat-twelid: Khorramabad, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari

    Manouchehr Amanollahi huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi elenkati mill-UE tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Chaharmahal u Bakhtiari.

    Matul il-mandat tiegħu, il-LEF rażżan protesti fl-2021 minħabba nuqqas ta’ ilma fil-provinċja, u fl-2022 minħabba r-razzjonar tal-ikel. L-unitajiet tal-LEF taħt il-kmand ta’ Amanollahi użaw munizzjon attiv kontra d-dimostranti meta rażżnu l-protesti, li rriżultaw f’diversi mwiet. Bħala konsulent għat-tmexxija tal-LEF, Amanollahi kien involut ukoll fir-rispons tal-LEF għall-protesti nazzjonali f’Novembru 2019, li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    111.

    HEIDARI Kiyumars (magħruf ukoll bħala HEYDARI Kioumars, HEYDARI Amir Kyomarth)

    حیدرى کیومرث

    Data tat-twelid: 1964

    Post tat-twelid: Kermanshah, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana

    Il-Brigadier Ġeneral Kiyumars Heidari huwa l-Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-Armata Iranjana u jirrapporta direttament lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

    Huwa ammetta pubblikament l-involviment tiegħu u tal-forza tiegħu fir-rispons vjolenti għall-protesti ta’ Novembru 2019, li wasslu għall-mewt ta’ mijiet ta’ dimostranti. Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal – ġie dokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament. Il-Forzi tal-Art tal-Armata, li huma taħt il-kontroll ta’ Heidari, kienu involuti fit-trażżin tal-protesti u qatlu mill-inqas persuna waħda. Heidari stess iddikjara li l-forzi tiegħu ntużaw biex jaffrontaw il-protesti tal-2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    112.

    MAJID Vahid Mohammad Naser

    وحید مجید

    Data tat-twelid: 15.8.1964

    Post tat-twelid: Isfahan, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tal-identità nazzjonali: 3874409929 (Iran)

    Kariga: Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana

    Vahid Mohammad Naser Majid huwa l-kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana (elenkata fl-UE).

    Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana tinfluwenza u tirrestrinġi l-aċċess għall-Internet fl-Iran u tarresta b’mod arbitrarju lin-nies talli jesprimu kritika online kontra r-reġim Iranjan. Il-Pulizija Ċibernetika hija involuta f’sensiela ta’ arresti u prosekuzzjonijiet fil-pajjiż kollu. Tagħti appoġġ lir-reġim Iranjan fir-rispons vjolenti tiegħu għall-protesti fil-pajjiż kollu kontra persuni li jsemmgħu leħinhom biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom.

    Fil-kariga tiegħu ta’ Kap tal-Pulizija Ċibernetika Iranjana, Vahid Mohammad Naser Majid huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    113.

    NEJAT Hossein (magħruf ukoll bħala ZIBAYINEJAD Mohammad-Hossein)

    حسین نجات

    Data tat-twelid: 1955

    Post tat-twelid: Shiraz, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Viċi Kmandant ta’ Sarallah (magħruf ukoll bħala Tharullah, Thar-Allah, Tharallah, Tharallollah)

    Il-Brigadier Ġeneral Hossein Nejat ilu l-Viċi Kmandant ta’ Sarallah, apparat tas-sigurtà ddedikat ibbażat f’Tehran, konness mal-IRGC, tal-istat Iranjan sa mill-21 ta’ Ġunju 2020.

    Sarallah huwa essenzjali għas-sigurtà ta’ Tehran, peress li l-kwartieri ġenerali huma responsabbli għall-protezzjoni tal-kapitali u l-istituzzjonijiet governattivi kontra kull theddida bħal kolpi ta’ stat jew protesti kontra l-gvern.

    It-truppi ta’ Sarallah taħt il-kmand dirett ta’ Nejat huma inkarigati milli jwaqqfu protesti kontra l-gvern, fosthom it-trażżin vjolenti tal-protesti paċifiċi fl-2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    114.

    MAROUFI Hossein

    حسین معروفی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Ġeneral

    Kariga: Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Ġeneral Sardar Hossein Maroufi huwa l-Viċi Kap tal-Mobilizzazzjoni tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. Bħala tali, huwa membru ewlieni tal-IRGC f’din il-provinċja.

    Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż il-forzi tal-IRGC, matul il-mewġa ta’ protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li ġie sparat fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn ġew maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar ’il quddiem.

    Sardar Hossein Maroufi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari madwar “il-Ġimgħa mdemmija”.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    115.

    ABSALAN Parviz

    آبسالان پرویز

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Ġeneral

    Kariga: Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Ġeneral Parviz Absalan huwa l-Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.

    Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

    Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Parviz Absalan huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    116.

    SHAFAHI Ahmad (magħruf ukoll bħala SHAFAI Ahmad)

    احمد شفاهی

    Data tat-twelid: 21.5.1968

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: kmandant u uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Shafahi huwa kmandant tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, u huwa responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi. L-IRGC huwa element ċentrali tal-forzi tas-sigurtà Iranjani f’dik il-provinċja, fejn jissejjaħ ukoll l-“Armata ta’ Salman”.

    Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

    Bħala Viċi Kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, Sardar Ahmed Shafahi huwa għaldaqstant responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    117.

    KOCHZAEI Ebrahim (magħruf ukoll bħala KOCHZAI Ebrahim, KOUCHAKZAEI Ebrahim)

    کوچزایی ابراهیم

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Kurunell Ebrahim Kochzaei huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-belt ta’ Chabahar fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

    Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, inkluż f’Chabahar, ilhom jużaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

    Kochzaei huwa wkoll imsemmi bħala l-awtur tal-istupru ta’ tifla ta’ 15-il sena f’Settembru 2022, li nżammet taħt detenzjoni mill-pulizija f’Chabahar.

    Ebrahim Kochzaei għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    118.

    TAHERI Ahmad

    طاهرى احمد

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmed Taheri huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan tal-Iran.

    Il-forzi tas-sigurtà fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan użaw vjolenza brutali kontra dimostranti paċifiċi fiċ-ċiklu ta’ protesti fil-ħarifa tal-2022, inkluż kontra t-tfal.

    Bħala l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fis-Sistan u l-provinċja ta’ Baluchestan, Ahmed Taheri huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    119.

    HOSSEINI Seyed Sadegh

    سید صادق حسینی

    Data tat-twelid: 1963 jew 1964

    Post tat-twelid: Dehloran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Ġeneral

    Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja tal-Kurdistan

    Il-Ġeneral Seyed Sadegh Hosseini huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja tal-Kurdistan.

    Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022. Barra minn hekk, l-IRGC juża l-provinċja tal-Kurdistan bħala bażi biex iwettaq operazzjonijiet militari kontra l-Kurdestan Iraqqin, li wasslu għall-mewt ta’ aktar minn tnax-il persuna mhux kombattenti.

    Seyed Sadegh Hosseini huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    120.

    RAJABPOUR Sereng Hossein

    رجبپور سرنگ حسین

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj

    Il-Kurunell Sereng Hossein Rajabpour huwa l-kmandant tal-forza Beit al-Maqdis (l-IRGC fil-Kurdistan) fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.

    Il-provinċja tal-Kurdistan rat vjolenza ħarxa mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, kontra l-mewġa ta’ protesti tal-2022, speċjalment fil-belt ta’ Sanadaj.

    Sereng Hossein Rajabpour huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti fil-provinċja tal-Kurdistan. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    121.

    ASL Gholamhossein Mohammadi

    اصل غلامحسین محمدى

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil

    Gholamhossein Mohammadi Asl huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.

    Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.

    Gholamhossein Mohammadi Asl għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    122.

    ABDI Shakar

    عبدى شکار

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: viċi kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Ardabil

    Il-Kurunell Shakar Abdi huwa l-viċi kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Ardabil – provinċja b’minoranza etnika Azeri.

    Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Ardabil matul il-protesti tal-2022. Ir-rapporti juru li tifla tal-iskola Iranjana bl-isem ta’ Asra Panahi ġiet imsawta għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà talli rrifjutat li tkanta l-innu favur ir-reġim.

    Shakar Abdi għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    123.

    HASSANZADEH Hasan

    حسنزاده حسن

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: kap tal-IRGC fil-provinċja ta’ Tehran

    Il-Brigadier Ġeneral Hassan Hassanzadeh huwa l-kap tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Tehran.

    Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-provinċja ta’ Tehran matul il-protesti tal-2022.

    Hasan Hassanzadeh għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    124.

    AGHAEI Morteza Mir (magħruf ukoll bħala MIRAGHAEI Morteza)

    آقایی مرتضا میر

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj

    Il-Kurunell Morteza Mir Aghaei huwa l-kap tal-Basij fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan.

    Il-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż l-IRGC u l-Basij tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f’Sanandaj matul il-protesti tal-2022.

    Morteza Mir Aghaei għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    125.

    MOHAMMADIAN Abbas-Ali

    محمدیان عباس-علی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Alborz (Karaj)

    Abbas-Ali Mohammadian ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Alborz (Karaj) sa mill-2017.

    Alborz (Karaj) hija provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija. Il-forzi tas-sigurtà spiss sparaw direttament fuq dimostranti paċifiċi, u dan wassal għal ħafna mwiet, fosthom tfal.

    Bħala kap tal-LEF f’Alborz (Karaj), Abbas-Ali Mohammadian huwa għalhekk responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    126.

    JAHANBAKHSH Rahim

    جهانبخش رحیم

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent

    Il-Brigadier Ġenerali Rahim Jahanbakhsh hu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

    L-Ażerbajġan tal-Punent huwa provinċja fejn ilhom iseħħu dimostrazzjonijiet kbar minn Settembru 2022 li ntlaqgħu bi vjolenza eċċessiva mill-pulizija.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    127.

    SHEIKHNEJAD Hassan

    شیخنژاد حسن

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh (magħrufa wkoll bħala Ouroumieh) fil-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

    Il-Kurunell Hassan Sheikhnejad huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran f’Urumeh, il-kapitali tal-provinċja tal-Ażerbajġan tal-Punent.

    F’Urumeh, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    128.

    SAADATI Mahmoud

    سعادتی محمود

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Kurunell Mahmoud Saadati huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

    F’Zahedan, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

    Mahmoud Saadati għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    129.

    MIRZAI Morteza

    میرزاى مرتضا

    Post tat-twelid: Khorram Abad, l-Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Mazandaran.

    Il-Brigadier Ġeneral Morteza Mirzai huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Mazandaran.

    Fil-provinċja ta’ Mazandaran, il-forzi tas-sigurtà Iranjani wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-protesti tal-2022.

    Morteza Mirzai għalhekk huwa responsabbli minn ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    130.

    MALIKI Azizullah

    عزیزالله ملکی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Ġeneral

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja ta’ Gilan

    Il-Ġeneral Azizullah Maliki huwa l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja ta’ Gilan.

    Fl-2022, Azizullah Maliki mexxa r-repressjoni vjolenti kontra l-protesti fil-provinċja ta’ Gilan. Huwa semma leħnu fil-mezzi tax-xandir, u ddefenda bil-qawwa r-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà kontra l-protesti f’Settembru u Ottubru 2022.

    Bħala kap tal-LEF fil-provinċja ta’ Gilan, Azizullah Maliki huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    131.

    MORADI Ali-Reza

    مرادى علی-رضا

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj

    Ali-Reza Moradi ilu l-kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja tal-Kurdistan minn Diċembru 2018.

    F’dik il-kariga, Ali-Reza Moradi jirrapporta lill-istat maġġur tal-forzi armati fl-Iran, direttament taħt l-awtorità tal-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

    Moradi kien responsabbli għall-arrest tal-massa ta’ dimostranti u ordna l-użu ta’ armi letali kontra dimostranti mhux armati matul il-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019 f’Sanandaj, li rriżultaw fil-mewt ta’ mill-inqas żewġ dimostranti.

    Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-pulizija f’Samandaj, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi – fosthom tfal, ġie ddokumentat minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini.

    Moradi ppromwova pubblikament ukoll approċċ aħrax għal persuni li jipparteċipaw fil-protesti. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet tal-2022, il-forzi tal-pulizija ddetenew b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti.

    Ali-Reza Moradi għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    132.

    RAFIEI Enayatollah

    رفیعی عنایاتولله

    Data tat-twelid: 1970

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kaptan

    Kariga: kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

    Il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa l-kmandant tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, Rafiei u tliet membri oħra tal-iskwadra tiegħu arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini tal-età ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset il-ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala kmandant tal-iskwadra, il-Kaptan Enayatollah Rafiei huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    133.

    KHOSHNAMVAND Ali

    خوشناموند علی

    Data tat-twelid: 1995

    Post tat-twelid: Khoshnamvand, (Khushnamvand) fid-distrett ta Kouhdasht tal-provinċja ta’ Lorestan fl-Iran tal-Punent

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Surġent

    Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

    Is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Huwa wieħed mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, Khoshnamvand u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, is-Surġent Ali Khoshnamvand huwa responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    134.

    GHORBAN-HOSSEINI Fatemeh

    قربان-حسینی فاطمه

    Data tat-twelid: 1995

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: mara

    Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

    Fatemeh Ghorban-Hosseini hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, Ghorban-Hosseini u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala wieħed mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Fatemeh Ghorban-Hosseini hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    135.

    SAFARI Parastou

    سفرى پرستو

    Data tat-twelid: 1986

    Post tat-twelid: Kermanshah, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: mara

    Kariga: Membru tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini

    Parastou Safari hija membru tal-Pulizija tal-Moralità (elenkata mill-UE), pulizija reliġjuża Iżlamika li hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran. Hija waħda mill-uffiċjali tal-iskwadra li arrestat lil Mahsa Amini.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, Safari u tliet membri oħra tal-iskwadra arrestaw arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għal mewtha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Bħala waħda mill-uffiċjali li arrestaw lil Amini, Parastou Safari hija responsabbli għall-mewt ta’ Amini u għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    ▼M18

    136.

    JEBELLI Peyman

    پیمان جبلی

    Data tat-twelid: 25.1.1967

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    Peyman Jebelli huwa d-Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li għandha l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.

    L-IRIB tillimita serjament u ċċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB hija involuta attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku. Bħala Direttur tal-IRIB, Jebelli huwa responsabbli mill-azzjonijiet tal-IRIB kif ukoll mill-kontenut tal-aħbarijiet.

    12.12.2022

     

     

     

    Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Jebelli jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu. Il-ħatra tiegħu bħala direttur tas-sors uffiċjali ewlieni tal-aħbarijiet tal-Iran ġiet awtorizzata mill-Mexxej Suprem Ali Khamenei u tindika prossimità ideoloġika mar-reġim.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

     

    137.

    REZVANI Ali

    رضوانی علی

    Data tat-twelid: 1984

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: Reporter u preżentatur tal-aħbarijiet rigward affarijiet politiċi u ta' sigurtà tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    Ali Rezvani huwa reporter għall-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) preżentatur tal-aħbarijiet fuq il-programm tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB.

    L-IRIB hija organizzazzjoni tal-media Iranjana kkontrollata mill-istat u inkarigata mit-tixrid ta' informazzjoni mill-gvern. Ix-xandir tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB, li jiġi trażmess fuq il-Kanal 2, huwa l-programm ewlieni tal-aħbarijiet u huwa meqjus bħala l-pjattaforma ewlenija tal-IRIB għall-implimentazzjoni tal-aġendi tal-forzi tas-sigurtà, inkluż il-Ministeru għall-Intelligence (MOIS) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Każijiet dokumentati juru li l-aħbarijiet tat-20:30 ixandru ammissjonijiet ta' ħtija furzati.

    12.12.2022

     

     

     

    Fil-kapaċità tiegħu bħala reporter tal-IRIB, Ali Rezvani jieħu sehem f'interrogazzjonijiet li jwasslu għal ammissjonijiet ta' ħtija furzati, b'hekk jinvolvi ruħu direttament u jiffaċilita ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala preżentatur tal-aħbarijiet tat-20:30, Rezvani jippromwovi l-aġenda tal-forzi tas-sigurtà Iranjani, li tiġġustifika l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħat-tortura u l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji. Rezvani jippromwovi wkoll b'mod persistenti l-propaganda kontra persuni li jikkritikaw ir-reġim sabiex jintimidahom u biex jiġġustifika u jħeġġeġ it-trattament ħażin tagħhom, u b'hekk jikser il-libertà tal-espressjoni ħielsa tagħhom.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

     

    138.

    ZABIHPOUR Ameneh Sadat

    ذبیح پور آمنه سادات

    Data tat-twelid: 7.8.1984

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: mara

    Kariga: Reporter tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) u kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB

    Nru tal-passaport: 09324611

    Ameneh Sadat Zabihpour hija l-kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB, li għandu l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.

    L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.

    Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Zabihpour tkompli taġixxi fil-pożizzjoni tagħha. Hija interrogat lil persuni li jikkritikaw ir-reġim u pproduċiet videos ta' ammissjonijiet ta' ħtija furzati.

    Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    139.

    KHATAMI Seyyed Ahmad

    خاتمی سید احمد

    Data tat-twelid: 8.5.1960

    Post tat-twelid: Semnan, l-Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Kariga: Imam għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa, membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija

    Seyyed Ahmad Khatami huwa membru reliġjuż estremist u imam influwenti għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa f'Tehran. Khatami huwa wkoll membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija, entità Iranjana li hija nnifisha tinsab involuta fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem peress li żammet lura milli tirrispetta d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali.

    Bħala membru reliġjuż qrib l-awtoritajiet statali u b'udjenza kbira, huwa juża l-pożizzjoni tiegħu biex jattakka verbalment u jxewwex il-vjolenza kontra d-dimostranti. Huwa mhux biss jiddefendi l-azzjonijiet repressivi tal-forzi tas-sigurtà tal-Iran iżda wkoll, f'diversi okkażjonijiet, ħeġġeġ trattament saħansitra aktar iebes tad-dimostranti, inkluż il-piena tal-mewt.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    140.

    MIRAHMADI Seyyed Majid

    مجید سید میراحمدى

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran

    Il-Brigadier Ġeneral Seyyed Majid Mirahmadi huwa l-Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran, responsabbli mill-monitoraġġ tal-forzi tas-sigurtà u tal-forzi tal-pulizija tal-Iran, atturi li huma involuti fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    Il-forzi tas-sigurtà u l-forzi tal-pulizija tal-Iran qed irażżnu l-protesti b'mod vjolenti, jisparaw direttament fuq id-dimostranti paċifiċi u jarrestaw b'mod arbitrarju lil persuni b'diżrispett totali għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom.

    Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, Mirahmadi jirreferi għall-protesti bħala rvellijiet li għandhom jintemmu, jikkriminalizza u jhedded lil dawk li jipparteċipaw fi protesti paċifiċi. Huwa personalment qed jaħbi deliberatament il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi taħt l-awtorità tiegħu, pereżempju, billi jgħid li d-dimostranta ta' 16-il sena Nika Shakrami wettqet suwiċidju. Ir-rapporti jindikaw li huwa ferm probabbli li mietet f’idejn il-forzi tas-sigurtà.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    141.

    MOUSAVI Sayyed Abdolrahim

    موسوى سید عبدالرحیم

    Data tat-twelid: 1959/1960

    Post tat-twelid: Qom, l-Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Maġġur Ġeneral

    Kariga: Kap kmandant fl-armata Iranjana

    Il-Maġġur Ġeneral Sayyed Abdolrahim Mousavi huwa l-Kap kmandant tal-Armata Iranjana. Fil-kapaċità tiegħu jġorr ir-responsabbiltà għall-involviment tal-Armata Iranjana fir-reazzjoni vjolenti tar-reġim għall-protesti tal-2022.

    F'diversi okkażjonijiet, Mousavi ddeskriva l-protesti fl-Iran bħala rvellijiet organizzati u ppjanati mill-għedewwa tal-Iran u b'hekk ppreżenta l-protesti bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali. Huwa uża lingwaġġ ta' theddid dirett lejn il-parteċipanti fil-moviment ta' protesta. Huwa faħħar ukoll ir-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà Iranjani għad-dimostranti u ddeskriviha bħala mezz effettiv biex jiġu newtralizzati l-għedewwa tal-Iran.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    142.

    BORMAHANI Mohsen

    محسن برمهانی

    Data tat-twelid: 24.5.1979

    Post tat-twelid: Neishabur, l-Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Nru tal-passaport: A54062245 (Iran), jiskadi fit-12.7.2026

    Numru tal-identità nazzjonali: 1063893488 (Iran)

    Kariga: Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    Mohsen Bormahani huwa l-Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li jaġixxi bħala leħen ir-reġim.

    Fil-pożizzjoni tiegħu, Bormahani jġorr ir-responsabbiltà għall-kontenut tal-IRIB. L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lejn il-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.

    Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022 fl-Iran, Bormahani jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Direttur u f’dikjarazzjonijiet reċenti tiegħu ddefenda r-reġim.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    143.

    JOKAR Morteza

    جوکار مرتضا

    (magħruf ukoll bħala JOWKAR Morteza)

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Kurunell Morteza Jokar huwa l-viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.

    Fil-funzjoni tiegħu, huwa responsabbli li dderieġa r-repressjoni vjolenti tad-dimostranti ċivili fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan wara l-mewt ta' Mahsa Amini f'Settembru 2022. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli li sparaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti waqt il-massakru tat-30 ta' Settembru 2022 f'Zahedan u l-massakru tal-4 ta' Novembru 2022 f'Khash, fejn mietu u ndarbu għexieren ta' persuni. Twettqu wkoll repressjonijiet vjolenti oħra ta' protesti f'bliet provinċjali oħra (Saravan, Chabahar, Iranshahr, Rask, Sarbaz u oħrajn) taħt il-kontroll tiegħu matul il-ħarifa tal-2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    144.

    SOURI Majid

    سورى مجید

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan

    Il-Kurunell Majid Souri huwa l-Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan.

    Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022, speċjalment fil-belt ta' Khorramabad fejn inġabru l-persuni biex jibku l-mewt ta' Nika Shakrami, żagħżugħa Iranjana li għebet ftit wara l-mewt ta' Mahsa Amini.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    145.

    KARIMI Mohsen

    کریمی محصن

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Markazi

    Il-Brigadier Ġeneral Mohsen Karimi huwa l-kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Markazi.

    Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022 li wasslet ukoll għall-mewt taż-żagħżugħ ta' 19-il sena Mehrshad Shahidi f'ċentru ta' detenzjoni tal-IRGC f'Arak.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    146.

    HEYDARNIA Alireza

    حیدرنیا علیرضا

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Alborz

    Il-Brigadier Ġeneral Alireza Heydarnia huwa l-Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Alborz.

    L-IRGC huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tad-dimostranti, b'mod partikolari fil-belt ta' Karaj, f'Alborz fl-2022. F'dik il-belt, il-forzi tas-sigurtà rażżnu d-dimostranti fl-okkażjoni ta' manifestazzjonijiet f'ġieh il-vittmi tal-protesti fl-okkażjoni tal-40 jum mill-mewt tagħhom. Fis-17 ta' Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà f'Karaj ħatfu mill-isptar u stupraw ripetutament lil Armita Abbasi, tfajla ta' 20 sena.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    147.

    GARSHASBI Amanollah

    گرشاسبی امانالله

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan

    Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.Il-korp provinċjali ta' "Salaman" jinsab taħt il-kmand tiegħu.

    Il-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan raw xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li sparaw fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn sfaw maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti.

    Garshasbi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    148.

    REYHANI Bahman

    بهمن ریحانی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah.

    Il-Brigadier Ġeneral Bahman Reyhani huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah. Il-korp provinċjali ta' "Hazrat Nabi Akram" jinsab taħt il-kmand tiegħu.

    Il-provinċja ta' Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Reyhani huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta' Kermanshah.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    149.

    SHAHSAVARI Habib

    شهسوارى حبیب

    Data tat-twelid: 1963/1964

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ “Shohada” tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan

    Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari huwa l-kmandant tal-korp tat-truppi tal-art ta’ "Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) għall-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.

    It-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC fil-bliet ta' Mahabad u Bukan qatlu erba' u tnax-il persuna rispettivament.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    150.

    ABDOLLAHPOUR Mohammad

    عبدللاهپور محمد

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan.

    Il-provinċja ta' Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-forzi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Abdollahpour, matul il-protesti tal-2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    151.

    MOSLEMI Siavash

    مسلمی سیاوش

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran

    Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran minn Ġunju 2020.

    Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti u f'dawk l-operazzjonijiet użaw forza sproporzjonata. Bħala kmandant tat-truppi impenjati, Moslemi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    152.

    ZULQADR Ahmad

    ذوالقدر احمد

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran minn Novembru 2020. Huwa wkoll il-viċi kmandant tal-korp tal-IRGC fil-belt ta' Tehran.

    Skont ir-rapporti tal-media, Zulqadr intgħażel għall-kariga tiegħu speċjalment minħabba li huwa espert fir-repressjoni tal-protesti. Fl-2022, ir-repressjoni tad-dimostranti f'Tehran kienet partikularment vjolenti.

    Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC impenjati f'din il-vjolenza fuq id-dimostranti, huwa għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    153.

    KASHKOULI Morteza

    کشکولی مرتضی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan

    Il-Brigadier Ġeneral Morteza Kashkouli huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan.

    Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta' Khorramabad ta' Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

    Bħala kmandant ta' dawk il-forzi tal-IRGC, Kashkouli huwa fost dawk responsabbli għal dik il-vjolenza. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    154.

    BAYAT Isa

    بیات عیسی

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Kurunell

    Kariga: Kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan

    Il-Kurunell Isa Bayat ilu kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan, minn Ġunju 2022.

    Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti f'Mahabad, bl-użu ta' forza sproporzjonata u wasslu għall-qtil ta' erba' persuni.

    Bħala kmandant ta' unità tal-IRGC li wettqet dawn l-operazzjonijiet, Bayat huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    155.

    ASANLOO Mohammad Taghi

    آصانلو محمد تقی

    Post tat-twelid: Provinċja ta' Zanjan, l-Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Kariga: Kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Taghi Asanloo huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran, responsabbli għall-provinċji ta' Kordestan u l-Punent tal-Ażerbajġan.

    Il-kwartieri ġenerali ta' “Hamzeh Seyed Al-Shohada” għandhom il-missjoni speċifika li jwaqqfu l-inkwiet fir-reġjuni Kurdi fil-Majjistral tal-Iran. Fl-2022, taħt il-kmand ta' Asanloo, it-truppi tal-IRGC f'din iż-żona wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjun Kurd tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Asanloo wettqu tali operazzjonijiet kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan.

    It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi wasslu għall-qtil ta' 42 persuna mill-15 ta' Novembru 2022.

    Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC fir-reġjun, Asanloo huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa mit-truppi tiegħu. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    ▼M19

    156.

    SAJJADI Seyed Hamid Hazaveh

    هزاوه حمید سید سجادى

    Data tat-twelid: 21.3.1969

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: Ministru Iranjan għall-Isport u ż-Żgħażagħ

    Hamid Sajjadi huwa l-Ministru għall-Isport u ż-Żgħażagħ tal-Iran.

    Huwa responsabbli talli tefa’ pressjoni fuq atleti tal-Iran biex jibqgħu siekta u talli żammhom milli jsemmgħu leħinhom fuq livell internazzjonali kontra r-repressjoni fl-Iran. Huwa kien personalment involut fil-każ ta’ Elnaz Rekabi, atleta Iranjana fit-tixbit li kkompetiet mingħajr il-ħiġab fil-kompetizzjoni f’Seoul tat-tixbit mal-blat fil-Kampjonat Asjatiku fil-ħarifa tal-2022. Wara l-kompetizzjoni tagħha, Rekabi ġiet ingannata biex tidħol fil-bini tal-ambaxxata Iranjana f’Seoul, fejn il-passaport u l-mobile tagħha ġew ikkonfiskati fuq l-ordnijiet tal-awtoritajiet f’Teheran. Mal-wasla tagħha f’Teheran, li x’aktarx kienet furzata, ġiet interrogata minn żewġ istituzzjonijiet politiċi u sportivi tal-Iran u ltaqgħet ma’ Sajjadi. F’din il-laqgħa ġiet imġiegħla tagħmel dikjarazzjoni li fiha skużat ruħha talli kkompetiet mingħajr ħiġab u ġiet mhedda bil-konfiska tal-art tal-familja. F’Diċembru 2022, kien ċar li d-dar tal-familja ta’ Elnaz Rekabi f’Zanjan kienet twaqqgħet.

    Hamid Sajjadi huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    157.

    GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi

    گلپایگانی سید محمد صالح هاشمی

    Data tat-twelid: 1967

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: Kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice)

    Entitajiet assoċjati: Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice), Pulizija tal-Moralità

    Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani ilu l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil (magħruf ukoll bħala l-Office/Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice) mill-25 ta’ Awwissu 2021. Il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil huwa istituzzjoni tal-gvern li hija responsabbli biex tiddetermina u tinforza mudelli ta’ mġiba eċċessivament riġidi fis-soċjetà.

    Fl-2022, il-Headquarters For Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar riġidi għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet riġidi huma infurzati b’mod brutali mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

    Bħala l-kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil, Seyyed Mohammed Saleh Hashemi Golpayegani huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    158.

    ASGARI Hassan

    حسن عسگرى

    magħruf ukoll bħala ASKARI Hassan

    حسن عسکرى

    Post tat-twelid: Bijar, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: gvernatur ta’ Sanandaj, provinċja ta’ Kurdistan

    Entitajiet assoċjati: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Hassan Asgari huwa l-gvernatur tal-belt ta’ Sanandaj fil-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u eks Kmandant tal-forzi lokali tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC).

    Bħala l-gvernatur ta’ Sanandaj, huwa responsabbli għar-rispons vjolenti u brutali f’dik il-belt għall-protesti li seħħew wara l-mewt taż-żagħżugħa Kurda Mahsa Amini f’Settembru 2022. Meta ġie rrappurtat li dimostrant ta’ 16-il sena inqatlet mill-forzi tas-sigurtà f’Sanandaj, Asgari u uffiċjali oħra ddikjaraw li mietet b’doża eċċessiva ta’ droga, u li probabbilment kien każ ta’ suwiċidju. L-għoti ta’ kawżi alternattivi foloz tal-mewt għal dimostranti maqtula mill-forzi tas-sigurtà hija tattika komuni użata minn uffiċjali Iranjani biex jevitaw milli jerfgħu r-responsabbiltà għall-abbużi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    159.

    KHIABANI Hossein Modarres

    مدرس حسین خیابانی

    Data tat-twelid: Marzu 1968/1969

    Post tat-twelid: Teheran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: eks gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan

    Hossein Modarres Khiabani kien il-gvernatur tal-provinċja ta’ Sistan- u Baluchestan fl-Iran minn Settembru 2021 sa Diċembru 2022 u kien responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċja.

    Matul it-tmexxija tiegħu bħala gvernatur, il-LEF u forzi oħra tas-sigurtà rażżnu diversi protesti u użaw vjolenza eċċessiva kontra d-dimostranti. Hemm firxa ta’ provi tal-użu ta’ forza sproporzjonata li wasslet għall-qtil ta’ mill-inqas 66 persuna fil-belt ta’ Zahedan fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan fit-30 ta’ Settembru 2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    160.

    KOUSHA Esmaeil Zarei

    کوشا اسماعیل زارعی

    magħruf ukoll bħala KOSHA Ismail

    کشا یسمیل

    Data tat-twelid: 1978

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan

    Esmaeil Zarei Kousha huwa l-gvernatur tal-provinċja ta’ Kurdistan fl-Iran u responsabbli għas-sorveljanza tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) fil-provinċja.

    Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rispons brutali u l-użu ta’ vjolenza eċċessiva mil-LEF u l-forzi tas-sigurtà għall-protesti li saru f’Kurdistan wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Settembru 2022.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    161.

    KOWSARI Mohammad Esmail

    اسماعیل محمد کوثرى

    Data tat-twelid: 3.5.1955

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

    Mohammad Esmail Kowsari ilu membru tal-Parlament Iranjan (“MP”) mill-2020. Huwa leġiżlatur estremist u membru tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Qabel ma sar MP, Kowsari kien il-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Sarallah tal-IRGC f’Tehran mill-2017 sal-2020.

    Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa hedded ripetutament lill-forzi tas-sigurtà b’konsegwenzi f’każ li ma jaqdux dmirijiethom u ma jrażżnux il-protesti. Huwa talab ukoll li tittieħed aktar azzjoni militari kontra protesti paċifiċi. Bħala MP, huwa ħeġġeġ lill-ġudikatura Iranjana biex tagħti l-piena tal-mewt lid-dimostranti.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    162.

    MIRSALIM Mostafa

    میرسلیم مستفا

    magħruf ukoll bħala MIR-SALIM Mostafa; MIRSALIM Sayyid Mostafa Agha

    میر-سالم مستفا

    میرسلیم سید مستفا آقا

    Data tat-twelid: 9.6.1947

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    nru tal-Passaport: Q5956077 (Iran)

    Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

    Mostafa Mirsalim huwa membru tal-Parlament Iranjan .

    Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. Huwa talab li d-dimostranti jingħataw il-mewt f’temp ta’ ftit jiem wara li jiġu arrestati. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa favur ir-restrizzjoni tal-media soċjali.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    163.

    NAGHDALI Mohammad Taghi

    تقی محمد نقدعلی

    Data tat-twelid: 6.6.1972

    Post tat-twelid: Khomeinishahr- Isfahan, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan

    Mohammad Taghi Naghdali huwa membru tal-Parlament Iranjan u membru tal-kummissjoni legali tal-Parlament.

    Matul il-protesti tal-2022/2023, huwa kien partikolarment voċiferu fl-appoġġ tiegħu favur il-piena tal-mewt għad-dimostranti arrestati, fejn uża l-parlament bħala pjattaforma biex jippromwovi u jitlob b’mod qawwi l-eżekuzzjonijiet tagħhom. B’mod frekwenti jattakka wkoll l-istampa ħielsa u huwa involut fl-abbozzar ta’ liġijiet biex jiġi ristrett il-fluss ħieles tal-informazzjoni.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    164.

    GHAZANFARABADI Mousa

    موسا غضنفرآبادى

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: membru tal-Parlament Iranjan; kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament

    Mousa Ghazanfarabadi huwa membru tal-Parlament Iranjan u l-kap tal-kummissjoni legali u ġudizzjarja tal-Parlament. Għaldaqstant, huwa responsabbli għar-rieżami ġudizzjarju u legali ta’ pjanijiet ministerjali proposti fil-Parlament, ir-rieżami u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet relatati mad-dritt kriminali kif ukoll l-investigazzjoni tal-prestazzjoni ta’ uffiċjali u maniġers tal-pajjiż minn perspettiva ġudizzjarja u legali.

    Huwa ma kkundannax il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tal-uffiċjali Iranjani matul il-protesti tal-2022/2023. Minflok, iddikjara personalment li n-nisa li jiksru r-regoli marbuta mal-ħiġab għandhom jiċċaħħdu mid-drittijiet soċjali u tkellem favur l-użu tal-forza biex dawn jiġu indirizzati. Qiegħed ukoll jaħbi deliberatament ir-reati mwettqa mill-forzi Iranjani billi jiddefendi l-verżjoni tal-avvenimenti rakkontati mill-gvern b’rabta mal-mewt ta’ Mahsa Amini.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    165.

    NOROOZI Ahmad

    نوروزى احمد

    magħruf ukoll bħala NOROUZI Ahmad; NEWROUZI Ahmad; NAWROUZI Ahmad

    Data tat-twelid: 1988

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service; Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV

    Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB); Press TV

    Ahmad Noroozi huwa l-kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) World Service u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, il-kanal ewlieni favur il-gvern bl-Ingliż li jissorvelja l-istabbilimenti tal-IRIB b’lingwi barranin.

    L-IRIB hija l-korporazzjoni tal-media mmexxija mill-istat Iranjan u xandret mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati minn detenuti Iranjani, b’nazzjonalità doppja, u internazzjonali fl-Iran. L-IRIB u s-sussidjarji tiegħu jaġixxu bħala għodda kritika fil-kampanja massiva ta’ trażżin u ta’ ċensura tal-gvern Iranjan kontra l-poplu tiegħu stess. L-IRIB ipproduċa u reċentement xandar intervisti ta’ individwi li ġew furzati jistqarru li l-qraba tagħhom ma nqatlux mill-awtoritajiet Iranjani matul il-protesti fil-pajjiż kollu iżda li mietu minħabba kawżi aċċidentali u mhux relatati.

    Press TV hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati ta’ detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, li jiksru d-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala l-kap tal-IRIB u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Press TV, Ahmad Noroozi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    166.

    POURANVARI Youssef

    یوسف پورانوارى

    magħruf ukoll bħala POURANVARI Youssuf

    Data tat-twelid: 26.5.1983

    Post tat-twelid: Tehran, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tal-identità nazzjonali: 0492699836 (Iran)

    Funzjoni: direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    Entitajiet assoċjati: Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    Youssef Pouranvari huwa d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB).

    Bħala l-konglomerat tal-media mmexxi mill-istat tal-Iran, l-IRIB għandu monopolju fuq is-servizzi tat-televiżjoni u tar-radju fl-Iran u jaqdi rwol ċentrali biex jirrestrinġi l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u jimpedixxi l-fluss liberu ta’ informazzjoni fl-Iran permezz ta’ attivitajiet ta’ ċensura. L-IRIB jipproduċi, jisponsorja u jxerred propoganda tal-gvern kemm fl-Iran kif ukoll fl-isfera internazzjonali. Barra minn hekk, l-IRIB ixxandar regolarment akkużi foloz u mingħajr bażi kontra ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u barranin, u juża aħbarijiet iffalsifikati biex jagħti informazzjoni ħażina dwar dawk li jitqiesu bħala għedewwa mir-reġim u jinkriminahom b’mod falz. L-IRIB jikkoopera wkoll b’mod estensiv ma’ aġenziji tas-sigurtà u tal-intelligence, fosthom il-Ministeru għall-Intelligence u s-Sigurtà (MOIS) tal-Iran u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), biex jikseb u jxerred fost il-pubbliku konfessjonijiet furzati minn ċittadini Iranjani, persuni b’nazzjonalità doppja u detenuti barranin. Testimonjanzi u evidenza oħra jippuntaw lejn l-użu tat-tortura, kemm fiżika kif ukoll psikoloġika; theddid kontra membri tal-familja; u trattament degradanti biex jinkisbu ammissjonijiet ta’ ħtija furzati. Sa mill-2009, il-programmi tal-IRIB xandru mijiet ta’ ammissjonijiet ta’ ħtija furzati kif ukoll kontenut ta’ malafama kontra mijiet aktar. L-IRIB juża ammissjonijiet ta’ ħtija furzati b’mod partikolari biex ipinġi lil persuni b’nazzjonalità doppja u lil barranin bħala spiji, jiddemonizza l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u jilleġittimizza r-repressjoni kontra gruppi ta’ minoranzi reliġjużi bħall-komunità Baha’i.

    Fil-kapaċità tiegħu bħala d-direttur tal-Programs and Scheduling Department fil-kanal ewlieni b’lingwa barranija tal-IRIB, Youssef Pouranvari jikkontribwixxi għar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jitkellmu favur id-drittijiet leġittimi tagħhom.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    167.

    KADEM Ahmad

    کادم احمد

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Funzjoni: kap tal-kwartieri ġenerali reġjonali ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem huwa l-kap tal-Bażi Operattiva (kwartieri ġenerali reġjonali) ta’ Karbala tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

    Matul il-protesti tal-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fir-reġjuni ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-bliet ta’ Khorramabad (Lorestan) u Izeh (Khusestan). It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti. Bħala kmandant ġenerali tat-truppi tal-IRGC f’dawn ir-reġjuni, Kadem huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa minn dawn it-truppi.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    168.

    AZIMI Mohammad Nazar

    نظر محمد عظیمی,

    magħruf ukoll bħala AZIMI Mohammadnazar

    عظیمی موهاممادنازار

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Funzjoni: kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC)

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali ta’ Najaf Al-Ashraf tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC), li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

    Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Kermanshah.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    169.

    NILFRUSHAN Abbas Mortaza

    نیلفروشان عباس مرتاضا

    magħruf ukoll bħala NILFOROUSHAN Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN DARDASHTI Abbas; NILFOROUSHAN Abbas; NILFRUSHAN DARDASHTI Abbas Mortaza

    نیلفروشان دردشتی عباس

    Data tat-twelid: 23.8.1966

    Post tat-twelid: Isfahan, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Nru tal-passaport: P46631463 (Iran)

    Funzjoni: viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Abbas Nilfrushan huwa l-viċi kmandant għall-operazzjonijiet tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u responsabbli għall-Kmand tal-Operazzjonijiet tal-IRGC, waħda mill-organizzazzjonijiet tas-sigurtà direttament inkarigata mit-trażżin tal-protesti.

    F’din il-kapaċità, huwa ddefinixxa l-moviment ta’ protesti ċivili spontanji tal-2022 bħala moviment terroristiku u theddida diretta għas-sigurtà tal-Iran, b’hekk jilleġittimizza r-reazzjoni ħarxa għall-protesti paċifiċi.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    170.

    MOEIN Moslem

    مسلم معین

    Data tat-twelid: 22.9.1985

    Post tat-twelid: Eslamabad, Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Numru tal-identità nazzjonali: 3341588477 (Iran)

    Indirizz: Part 7, Block 25, Ground Floor, 16th Street, Sarvestan Street, Chaghamirza Phase 2 Shahid Mehrabi, Kermanshah, Iran

    Funzjoni: kap tal-Basji Resistance Force (Basij) Cyberspace Headquarters

    Moslem Moein huwa uffiċjal għoli fil-Basij Resistance Force (Basij), elenkata fil-lista tal-UE li hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

    Il-Basij kellha rwol importanti fir-repressjoni fatali tar-reġim fil-protesti li ilhom jinfirxu mal-pajjiż minn Settembru 2022. Bħala kap tal-Basij Cyberspace Headquarters, Moein jissorvelja l-isforzi għall-kontroll u ċ-ċensura tal-attivitajiet online tal-Iranjani. Tkellem pubblikament dwar il-prijorità tal-Basij li timmonitorja l-użu tal-internet tal-Iranjani. Barra minn hekk, Moein kien favur l-iżvilupp tal-intranet nazzjonali tal-Iran, li permezz tiegħu r-reġim jista’ jiskonnettja lill-Iran mill-internet globali. Il-gvern Iranjan ikompli jiffiltra u jimblokka l-fluss liberu tal-informazzjoni fl-Iran.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    171.

    KARAMI Mohammad

    محمد کرمی

    Data tat-twelid: 27.1.1966

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Grad: Brigadier Ġeneral

    Nru tal-passaport: K50849392 (Iran), jiskadi t-23.9.2024

    Funzjoni: Kmandant tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) headquarters Quds għall-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami huwa l-kmandant tal-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) headquarters Quds, li jikkmanda lit-truppi tal-IRGC fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan u l-provinċja ta’ Kerman.

    Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat uħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu tal-munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard. Bħala kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC għat-truppi tal-IRGC involuti f’dan ir-reġjun, Karami huwa responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan, b’mod partikolari waqt il-”Ġimgħa mdemmija”.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    172.

    JAVIDAN Ali Akbar

    جاویدان علی اکبر

    data tat-twelid: 21.3.1967

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah

    Ali Akbar Javidan ilu l-kmandant tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) fil-provinċja ta’ Kermanshah minn Ġunju 2019.

    F’din il-kapaċità, huwa responsabbli talli ordna r-reazzjoni vjolenti tal-LEF għall-protesti tal-2022 f’Kermanshah. Huwa responsabbli wkoll li jiżgura l-implimentazzjoni stretta mil-LEF ta’ politiki ta’ moralità li jiksru b’mod sever id-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tar-repressjoni attiva tan-nisa li ma jikkonformawx mal-kodiċi tal-velu. Huwa responsabbli wkoll għall-arresti mil-LEF tan-nisa matul il-protesti ta’ Lulju 2022. Huwa responsabbli għall-vjolenza, id-diskriminazzjoni, l-imġiba kattiva u degradanti, u għad-detenzjoni arbitrarja tan-nisa.

    Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    173.

    AZARPENDAR Abbas

    آذرپندار عباس

    Post tat-twelid: Iran

    Nazzjonalità: Iranjana

    Sess: raġel

    Funzjoni: CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co; maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

    Abbaz Azarpendar huwa s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co li hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

    Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir ta’ Radis Vira Tejarat Co ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex jiġu mrażżna b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wasslu għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

    Għalhekk, Azarpendar huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    ▼M4



    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    ▼M13

    1.

    Pulizija Ċibernetika

    Post: Tehran (Iran)

    Sit web:http://www. cyberpolice.ir

    Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f’Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, immexxija minn Vahid Majid. Mill-mument tal-bidu tagħha sal-bidu tal-2015 kienet immexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta’ protesta li użaw in-networks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F’Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeżiġu li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b’ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur. Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali.

    F’Ġunju 2012, il-mezzi ta’ komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta’ Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook”. Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta’ Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika. Il-Pulizija Ċibernetika hija responsabbli għal ħafna arresti ta’ Telegram Group Administrators b’rabta mal-protesti nazzjonali ta’ Novembru 2019.

    12.3.2013

    ▼M12

    2.

    Il-Ħabs ta’ Evin

    Indirizz: Tehran Province, Tehran, District 2, Dasht-e Behesht (Iran)

    Il-Ħabs ta’ Evin huwa ċentru ta’ detenzjoni fejn inżammu priġunieri politiċi u fejn fl-aħħar snin u deċennji saru ripetutament abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura. Id-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu, u għall-inqas sa ċertu punt għadhom, detenuti fil-Ħabs ta’ Evin bħala priġunieri politiċi. Il-priġunieri fil-Ħabs ta’ Evin qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet proċedurali bażiċi, xi drabi miżmuma f’iżolament jew f’ċelloli ffullati żżejjed b’kundizzjonijiet iġjeniċi ħżiena. Hemm rapporti dettaljati dwar tortura fiżika u psikoloġika. Id-detenuti huma mċaħħda mill-kuntatt mal-familja u l-avukati kif ukoll minn trattament tas-saħħa adegwat.

    12.4.2021

    3.

    Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh (magħruf ukoll bħala: Penitenzjarju Ċentrali ta’ Greater Tehran, Ħabs ta’ Hasanabad-e Qom, Ħabs ta’ Greater Tehran)

    Indirizz: Tehran Province, Hasanabad, Bijin Industrial Zone, Tehran, Qom Old Road (Iran)

    Telefon: +98 21 5625 8050

    Il-Ħabs ta’ Fashafouyeh huwa ċentru ta’ detenzjoni magħżul oriġinarjament biex iżomm trasgressuri ta’ reati relatati mad-droga u dan l-aħħar żamm ukoll priġunieri politiċi u, f’xi każijiet, ġiegħluhom jaqsmu ċ-ċella ma’ persuni dipendenti fuq id-droga. Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tal-iġjene huma ħżiena ħafna, neqsin minn ħtiġijiet bażiċi bħall-ilma tax-xorb nadif. Matul il-protesti ta’ Novembru 2019, diversi dimostranti inżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, inkluż minorenni. Ir-rapporti jindikaw li d-dimostranti ta’ Novembru 2019 kienu soġġetti għal tortura u trattament inuman fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, eż. billi korrewhom deliberatament bl-ilma jagħli u billi ċaħduhom minn trattament mediku. Skont rapport ta’ Amnesty International dwar it-trażżin tal-protesti ta’ Novembru 2019, tfal sa 15-il sena ġew detenuti flimkien ma’ adulti fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh. Tliet dimostranti ta’ Novembru 2019, li bħalissa qed jinżammu fil-Ħabs ta’ Fashafouyeh, ġew ikkundannati għall-mewt minn qorti f’Tehran.

    12.4.2021

    4.

    Il-Ħabs ta’ Rajaee Shahr (magħruf ukoll bħala: Ħabs ta’ Rajai Shahr, Rajaishahr, Raja’i Shahr, Reja’i Shahr, Rajayi Shahr, Ħabs ta’ Gorhardasht, Ħabs ta’ Gohar Dasht)

    Indirizz: Alborz Province, Karaj, Gohardasht, Moazzen Blvd (Iran)

    Telefon: +98 26 3448 9826

    Il-ħabs ta’ Rajaee Shahr ilu, sa mir-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-1979, magħruf għaċ-ċaħda tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-tortura fiżika u psikoloġika severa ta’ priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin kif ukoll eżekuzzjonijiet tal-massa mingħajr proċess ġust. Mijiet ta’ detenuti, inkluż tfal, ġew maltrattati severament fil-Ħabs ta’ Rajaee Shahr wara l-protesti ta’ Novembru 2019. Hemm rapporti kredibbli dwar bosta każijiet ta’ tortura u forom oħra ta’ kastig krudili, inkluż każijiet li jinvolvu minorenni.

    12.4.2021

    ▼M15

    5.

    Pulizija tal-Moralità tal-Iran

    (magħrufa wkoll bħala Gasht-e-Ershad;Islamic Guidance Patrol;Guidance Patrols)

    غشتى إرشاد

    Indirizz: Vozara Street, corner of 25th Street, District 6, Tehran (Iran)

    Il-Pulizija tal-Moralità hija parti mill-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran u hija unità tal-pulizija speċjali li tinforza regoli stretti dwar l-ilbies għan-nisa, inkluż l-ilbies obbligatorju ta’ velu. Il-Pulizija tal-Moralità użat forza illegali kontra n-nisa talli ma kkonformawx mal-liġijiet Iranjani dwar il-ħiġab, vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, wettqet arresti u detenzjonijiet arbitrarji, u użat vjolenza eċċessiva u tortura.

    Fit-13 ta’ Settembru 2022, il-Pulizija tal-Moralità arrestat arbitrarjament lil Mahsa Amini ta’ 22 sena f’Tehran, allegatament talli libset ħiġab b’mod mhux xieraq. Sussegwentement ittieħdet fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija tal-Moralità għal “lezzjoni edukattiva u ta’ orjentazzjoni”. Skont rapporti u xhieda affidabbli, hija ġiet imsawta brutalment u ġiet ittrattata ħażin waqt li kienet detenuta, li wassal għad-dħul tagħha fl-isptar u għall-mewt tagħha fis-16 ta’ Settembru 2022. L-imġiba abbużiva tal-Pulizija tal-Moralità mhijiex limitata għal dak l-inċident u ġiet iddokumentata b’mod wiesa’.

    Il-Pulizija tal-Moralità għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    6.

    Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij

    (magħrufa wkoll bħala Basij-e Mostazafan)

    بسیج مستضعفین

     

    Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija organizzazzjoni paramilitari volontarja li topera taħt il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) b’fergħat madwar l-Iran.

    Ir-rispons tal-forzi tas-sigurtà għall-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran kien partikolarment iebes, u rriżulta fl-imwiet ta’ diversi persuni. Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij hija waħda mill-forzi ordnati mill-gvern biex twaqqaf dawk il-protesti. Hija darbet u qatlet diversi dimostranti.

    Il-Forza ta’ Reżistenza ta’ Basij għalhekk iġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    7.

    Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC)

    قرارگاه دفاع سایبرى

    Indirizz: Tehran (Iran)

    Telefon: + 98 26 3448 9826

    Il-Kmand taċ-Ċiberdifiża tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (CDC) jissorvelja s-siti web, il-posta elettronika u l-attivitajiet online ta’ individwi meqjusa bħala avversarji politiċi.

    Matul il-protesti ta’ Settembru 2022 fl-Iran, is-CDC ħa rwol attiv fil-politiki repressivi tal-gvern Iranjan, inkluż bl-identifikazzjoni u l-arrest tad-dimostranti.

    Is-CDC hija għaldaqstant direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    8.

    Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) (magħrufa wkoll bħala NAJA; FARAJA)

    فرماندهی انتظامی جمهورى اسلامی ایران

    Indirizz: Tehran (Iran)

    Il-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (LEF) huma forza tal-pulizija bl-uniformi.

    Il-ksur sfaċċat u gravi tad-drittijiet tal-bniedem mil-LEF, bħall-isparar indiskriminat b’munizzjon attiv fuq dimostranti paċifiċi, fosthom tfal, ġie ddokumentat b’mod wiesa’ minn mindu bdew il-protesti f’nofs Settembru 2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini. Aktar minn 70 dimostrant mietu u mijiet indarbu serjament, fosthom tfal. Sa mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet, il-forzi tal-pulizija ddetenew ukoll b’mod arbitrarju bosta difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti.

    Il-LEF għalhekk huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    17.10.2022

    ▼M17

    9.

    Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Basij (magħrufa wkoll bħala Bonyad-eh Ta’avon-eh Basij)

    بنیاد تعاون بسیج

    Indirizz: Tehran, Iran

    Tip ta’ entità: Fondazzjoni/Network ta’ Korporazzjonijiet

    Entitajiet assoċjati oħra: IRGC, Forza ta’ Reżistenza tal-Basij

    Il-Fondazzjoni Kooperattiva tal-Basij (BCF) hija waħda mill-affiljati tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata mill-UE).

    Il-BCF twaqqfet fl-1996 u l-missjoni tagħha tinkludi l-promozzjoni u l-appoġġ tal-Basij. L-attivitajiet tal-BCF jinkludu l-finanzjament tal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij (elenkata mill-UE).

    Għalhekk, il-BCF hija assoċjata mal-Forza ta’ Reżistenza tal-Basij, entità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    10.

    Press TV

    پرس تو

    Indirizz: 4 East 2nd St., Farhang Blvd., Saadat Abad, 19977-66411 Tehran, Iran

    Numru tat-telefown: Tel. +98 21 230 66 660

    Indirizz elettroniku: Presstv@presstv.ir

    Tip ta’ entità: Xandar tat-Televiżjoni tal-Istat

    Press TV hu responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inkluż ġurnalisti, attivisti politiċi, persuni minn minoranzi Kurdi u Għarab, u jikser drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal proċess ġust u proċess korrett tal-liġi.

    Għalhekk, Press TV huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    14.11.2022

    11.

    Arvan Cloud (magħruf ukoll bħala Abr Arvan; Noyan Abr Arvan Co.; Arwan Company; Arvancloud)

    آرون کلود

    Indirizz: Zafar St. Africa Blvd., Tehran, Iran

    Tip ta’ entità: Kumpanija Privata

    Entitajiet assoċjati oħra: l-IRGC, il-Ministru għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Iran

    Arvan Cloud hija kumpanija Iranjana tal-IT li tappoġġa l-isforzi tal-gvern Iranjan biex jikkontrolla l-aċċess għall-intranet Iranjan. Sa mill-2020, hija sieħeb prinċipali fil-proġett tal-Gvern Iranjan, b’mod ġenerali, u tal-Ministru Iranjan għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, b’mod partikolari, biex tinħoloq verżjoni separata u Iranjana tal-Internet. Intranet nazzjonali bħal dan b’punti ta’ konnessjoni mal-Internet globali jgħin biex jikkontrolla l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-intranet Iranjan u l-Internet globali.

    Bħala tali, Arvan Cloud hija involuta fiċ-ċensura u l-isforzi tal-gvern Iranjan biex jagħlaq l-Internet b’reazzjoni għall-protesti reċenti fl-Iran. Arvan Cloud hija assoċjata wkoll ma’ persuni responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, notevolment il-Ministru Iranjan għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni elenkat mill-UE.

    14.11.2022

    ▼M18

    12.

    Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)

    سازمان صدا و سيماى جمهورى اسلامی ايران

    Indirizz: Jamejam Street, Valiasr Avenue, 19395-3333 Tehran, Iran

    Tip ta' entità: kumpannija tax-xandir ta' proprjetà tal-istat

    Entitajiet assoċjati oħra: Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) hija kumpannija tax-xandir ta' proprjetà tal-istat li għandha l-fama ta' leħen ir-reġim.

    L-IRIB hija responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-ammissjonijiet ta’ ħtija furzati tad-detenuti, inkluż il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, b'hekk tikser id-drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett.

    L-IRIB għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    12.12.2022

    ▼M19

    13.

    Ravin Academy

    آکادمی راوین

    Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

    Data ta’ reġistrazzjoni: 2019

    Numru ta’ reġistrazzjoni: 49135

    Post prinċipali ta’ negozju: Second Floor, No. 36, Naqdi Street, North Sohrevardi Street, Shahid Ghandi-Niloufar Neighborhood, Tehran, Iran

    Ravin Academy hija kumpannija taċ-ċibersigurtà bbażata fl-Iran, li tipprovdi edukazzjoni u taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tad-difiża u f’dak tal-offiża, kif ukoll taħriġ dwar il-hacking.

    Barra minn hekk, ir-Ravin Academy topera f’isem il-Ministeru Iranjan tal-Intelligence (MOIS) u l-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u tappoġġahom fir-reklutaġġ tal-hackers.

    Il-hackers imħarrġa fir-Ravin Academy kienu involuti fit-tfixkil dirett tal-komunikazzjoni ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw kontra r-reġim Iranjan, u b’hekk il-hackers kienu qed irażżnu l-protesti.

    Għalhekk, ir-Ravin Academy hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    14.

    Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company

    شرکت سامان گستر سحاب پرداز با مسئولیت محدود

    magħruf bħala Sahab Pardaz

    سحاب پرداز

    Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

    Post prinċipali ta’ negozju:

    Tehran, No. 22, Khorramshahr Street

    Tehran, North Shohvardi Street, Korramshahr Street, Number 24, Floor 1

    Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija kumpannija bbażata fl-Iran li tipprovdi servizzi għall-iffiltrar tal-media soċjali.

    Hija involuta fl-attivitajiet ta’ ċensura u sorveljanza għall-Gvern tal-Iran, inkluż matul il-protesti tal-2022, li jipprojbixxu, jillimitaw jew jippenalizzaw l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni jew tat-tlaqqigħ taċ-ċittadini tal-Iran, jew li jillimitaw l-aċċess għall-istampar jew il-media tax-xandir.

    Għalhekk, Samane Gostar Sahab Pardaz Private Limited Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    15.

    Communications Regulatory Authority (CRA)

    ارتباطات و مقررات تنظیم سازمان رادیویی

    magħrufa wkoll bħala Communication Regulation Authority (CRA)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

    Entità assoċjata: Iranian Ministry for Information and Communications Technology (ICT)

    Il-Communications Regulatory Authority (CRA) taqa’ taħt l-awtorità tal-Ministeru Iranjan għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT). Is-CRA tinforza r-rekwiżiti tal-gvern Iranjan għall-iffiltrar tal-kontenut tal-internet permezz ta’ spjunaġġ imsejjaħ SIAM.

    Matul il-protesti tal-2022, is-CRA użat il-kontroll tagħha tal-aċċess tal-internet u tal-mowbajls biex issegwi lid-dimostranti u toħloq stampa ddettaljata tal-attivitajiet tad-dissidenti u tad-dimostranti għall-awtoritajiet biex jużawha kif jixtiequ. Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għall-appoġġ tar-repressjoni ta’ dimostranti paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħrajn li jitkellmu favur id-difiża tad-drittijiet leġittimi tagħhom.

    Għalhekk, is-CRA hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    16.

    Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

    ستاد امر به معروف و نهی از منکر

    magħrufa wkoll bħala Office for Enjoining Right And Forbidding Evil; Headquarters for the Promotion of Virtue and Prevention of Vice; Setad-PV

    ستاد پو

    Tip ta’ entità: istituzzjoni tal-gvern

    Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

    Post prinċipali ta’ negozju: Iran

    Individwi assoċjati: GOLPAYEGANI Seyyed Mohammed Saleh Hashemi, kap tal-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil

    Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

    Il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma istituzzjoni tal-gvern, responsabbli għad-determinazzjoni u l-infurzar ta’ mudelli ta’ mġiba eċċessivament stretti fis-soċjetà.

    Fl-2022, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil kienu strumentali fl-istabbiliment ta’ kodiċijiet ta’ moralità ġodda u aktar stretti għan-nisa li jiksru b’mod ċar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom. Barra minn hekk, il-Headquarters for Enjoining Right and Forbidding Evil għandhom rwol ċentrali fl-istabbiliment ta’ sorveljanza ta’ nisa u rġiel li ma jirrispettawx dawn il-kodiċijiet u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet spiss brutali fil-konfront tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kodiċijiet stretti huma infurzati b’mod brutali mil-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (u speċifikament il-Pulizija tal-Moralità tagħhom).

    Għalhekk, il-Headquarters for Enjoining Right And Forbidding Evil huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    17.

    Imen Sanat Zaman Fara Company

    شرکت ایمن صنعت زمان فرا

    Indirizz: Shahrak-e-Jafar Abad-e-Jangal Rd, Naseriyeh, Tehran, Iran;

    Number 16, Kolezar alley, Farsian Street, Shahid Rezaiee Street, Azadegan Autobahn, Tehran, Iran;

    Number 16, Gholshan 14, Golestan Boulevard, Negarestan Boulevard, Sham Abad, Tehran, Iran

    Tip ta’ entità: kumpannija privata

    Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

    Data ta’ reġistrazzjoni: 2010

    Nru tal-identità nazzjonali: 103201991293 (Iran)

    Nru ta’ reġistrazzjoni tan-negozju: 369541 (Iran)

    Post prinċipali ta’ negozju: Iran

    Individwi assoċjati: Mohammad Zandi Aliabadi, president tal-bord tad-diretturi;

    Mohammad Zandi Aliabadi, Viċi president tal-bord tad-diretturi;

    Fatemeh Haghshenas, CEO

    Entitajiet assoċjati oħra: Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

    Imen Sanat Zaman Fara Company hija kumpannija Iranjana li timmanifattura u timporta t-tagħmir tas-sigurtà għall-forzi tas-sigurtà Iranjani.

    It-tagħmir tagħha jintuża mill-forzi tas-sigurtà Iranjani biex irażżnu protesti paċifiċi, inkluż il-protesti li seħħew fl-2022 wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena fl-2022, u dan wassal għat-tortura u l-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas ta’ 70 tifel jew tifla.

    Għalhekk, Imen Sanat Zaman Fara Company hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    18.

    Iranian Special Police Forces

    نیروى ویژه پاد وحشت

    Magħrufin ukoll bħala NOPO; Iran’s Counter-Terror Special Forces; Niroo-ye Vizhe Pasdar-e Velayat; Supreme Leader’s Guardian Special Forces; Provincial Special Forces; Special Counter-Terrorism Force

    Indirizz: Iran

    Tip ta’ entità: police force

    Post ta’ reġistrazzjoni: Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Individwi assoċjati: Mohsen Ebrahimi (Kmandant)

    Entitajiet assoċjati oħra: L-iSpecial Unit Forces tal-Iran, Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF)

    L-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma subdiviżjoni tal-iSpecial Unit Forces tal-Iran u tal-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF). In-NOPO huma unità mħarrġa ħafna u speċjalizzata li ħafna drabi tiġi msejħa biex itemm il-protesti.

    Matul il-protesti tal-2022, wara l-mewt ta’ Mahsa Amini ta’ 22 sena, in-NOPO użaw vjolenza eċċessiva u forza letali kontra d-dimostranti li ma kinux armati, inkluż in-nisa u t-tfal, eż billi sparaw b’armi awtomatiċi lejn id-dimostranti.

    Għalhekk, l-Iranian Special Police Forces (NOPO) huma responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    19.

    Radis Vira Tejarat Co

    شرکت رادیس ویرا تجارت

    Indirizz: Tehran, Pasdaran St., West Gilan St., No. 5, Unit 1, Corner of Mohed Dou Alley

    Tip ta’ entità: fornitur tas-sigurtà fiżika, intrapriża privata

    Post prinċipali ta’ negozju: Iran

    Individwi assoċjati: Abbas Azarpendar, CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co u maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) u Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) (klijenti), Pars Ertebat Afzar Co (distributur)

    Radis Vira Tejarat Co hija r-rappreżentant Iranjan tal-kumpannija Tiandy Technologies. Ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kumpanniji huma sottolinjati mill-fatt li s-CEO ta’ Radis Vira Tejarat Co, Abbas Azarpendar, huwa wkoll il-maniġer reġjonali fl-Iran għal Tiandy Technologies. Radis Vira Tejarat Co hija intermedjarja ewlenija fl-Iran li tipprovdi xi wħud mill-aktar tagħmir avvanzat ta’ sorveljanza lill-gvern Iranjan.

    Matul il-protesti li seħħew wara l-mewt ta’ Mahsa Amini fil-kustodja tal-pulizija f’nofs Settembru 2022, it-tagħmir tagħha ntuża mill-forzi ta’ sigurtà Iranjani, inkluż l-Islamic Revolutionary Guard Corps(IRGC), il-Basij tiegħu u l-Law Enforcement Forces of the Islamic Republic of Iran (LEF) biex irażżnu b’mod brutali l-protesti madwar in-nazzjon, li wassal għat-tortura jew għall-mewt ta’ mill-inqas 516-il dimostrant, inkluż mill-inqas 70 tifel jew tifla.

    Għalhekk, Radis Vira Tejarat Co hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    20.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Shohada (Korp Reġjonali Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’West-Azerbaijan

    شهداء

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: West-Azerbaijan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: West Azerbaijan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Shohada jopera fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.

    Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, l-IRGC Regional Corps Shohada wettaq operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC fl-ibliet ta’ Mahabad u Bukan ħallew mill-inqas erba’ persuni u 12-il persuna mejta rispettivament.

    L-IRGC Regional Corps Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    21.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram (Korp Reġjonali Hazrat Nabi Akram tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kermanshah

    حضرت نبی اکرم

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Kermanshah, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Kermanshah, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Nabi Akram jopera fil-provinċja ta’ Kermanshah.

    Il-Brigadier Ġeneral Bahman Rahan, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

    L-IRGC Regional Corps Hazrat Nabi Akram għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    22.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Quds (Korp Reġjonali Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Gilan

    قدس

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Gilan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Gilan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds jopera fil-provinċja ta’ Gilan.

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    23.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Karbala (Korp Reġjonali Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Mazandaran

    کربلاى

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Mazandaran, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Mazandaran, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Karbala jopera fil-provinċja ta’ Mazandaran.

    Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fil-provinċja ta’ Mazandaran. F’dawk l-operazzjonijiet, użat forza u vjolenza sproporzjonati kontra d-dimostranti.

    L-IRGC Regional Corps Karbala għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    24.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada (Korp Reġjonali Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) fil-provinċja ta’ Tehran

    الشهداء سید

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Tehran, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Tehran, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Seyyed al-Shohada jopera fil-provinċja ta’ Tehran.

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, ir-repressjoni vjolenti tal-protesti fil-provinċja ta’ Tehran mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, kienet partikolarment qawwija u eċċessiva.

    L-IRGC Regional Corps Seyyed al-Shohada għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    25.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Karbala (Bażi Operattiva Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

    کربلا

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Southwest-Iran (provinces of Khusestan, Lorestan and Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad)

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Karbala jopera fil-Lbiċ tal-Iran u jkopri il-provinċji ta’ Khusestan, Lorestan u Kohgiluyeh u Boyer-Ahmad.

    Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Kadem, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti, b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Khusestan u Lorestan, inkluż fil-belt ta’ Khorramabad f’Lorestan. Matul dawk l-operazzjonijiet, it-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata, bl-użu ta’ munizzjon attiv kontra dimostranti.

    L-IRGC Operational Base Karbala għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    26.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds (Bażi Operattiva Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

    قدس

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Quds huwa l-kwartieri ġenerali reġjonali tal-IRGC fix-Xlokk tal-Iran li jikkontrollaw il-provinċja ta’ Kerman u l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Karami, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Il-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti li seħħew aktar tard.

    L-IRGC Operational Base Quds għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    27.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base Najaf-e-Ashraf (Bażi Operattiva Najaf-e-Ashraf tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC))

    الاشرف نجف

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Operational Base (regional headquarters) Najaf-e-Ashraf jikkontrolla l-provinċji ta’ Kermanshah, Hamedan u Ilam.

    Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Nazar Azimi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, il-provinċja ta’ Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC.

    L-IRGC Operational Base Najaf-e-Ashraf għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    28.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr (Korp Reġjonali Valiasr tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Khuzestan

    عصر ولی

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Khuzestan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Khuzestan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Valiasr jopera fil-provinċja ta’ Khuzestan.

    Il-Brigadier Ġeneral Hassan Shahvarpour, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    L-IRGC Regional Corps Valiasr huwa responsabbli għal massakri ta’ dimostranti f’Khuzestan f’Novembru 2020. Barra minn hekk, matul il-protesti tal-2022 fl-Iran, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti b’mod partikolari fil-belt ta’ Izeh. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawk l-operazzjonijiet, li wasslu għall-qtil ta’ dimostranti.

    L-IRGC Regional Corps Valiasr għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    29.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl (Korp Reġjonali Hazrat Abufazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Lorestan

    حضرت ابوالفضل

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Lorestan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Lorestan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Hazrat Abufazl jopera fil-provinċja ta’ Lorestan.

    Matul il-protesti tal-2022, wettaq operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta’ Khorramabad ta’ Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.

    L-IRGC Regional Corps Hazrat Abufazl għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    30.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas (Korp Reġjonali Beit-al-Moqadas tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Kurdistan

    المقدس بيت

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Kurdistan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Kurdistan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas jopera fil-provinċja ta’ Kurdistan.

    Il-Brigadier Ġeneral Sadegh Hosseini, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Matul il-protesti tal-2022, din l-entità wettqet operazzjonijiet kontra dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B’mod partikolari, sa mill-15 ta’ Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fl-ibliet ta’ Sanandaj, Kamyaran u Saqqez fil-Kurdistanu fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f’dawn l-operazzjonijiet. Mill-15 ta’ Novembru 2022, l-operazzjonijiet tal-IRGC ħallew mill-inqas seba’ persuni mejta fil-belt ta’ Sanandaj u mill-inqas żewġ persuni oħra mejta kemm f’Kamyaran, kif ukoll f’Saqqez, rispettivament.

    L-Islamic Revolutionary Guards Corps (IRGC) Regional Corps Beit-al-Moqadas għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    31.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman (Korp Reġjonali Salaman tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)) f’Sistan u Baluchestan

    سلمان

    سپاه پاسداران انقلاب اسلامی

    Indirizz: Sistan u Baluchestan, Iran

    Tip ta’ entità: Unità militari tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Post ta’ reġistrazzjoni: Sistan u Baluchestan, Iran

    Post prinċipali ta’ attività: Iran

    Entitajiet assoċjati oħra: Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    L-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Regional Corps Salaman jikkontrolla l-provinċja ta’ Sistan u Baluchestan.

    Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi, elenkat mill-UE, huwa il-kmandant ta’ din l-entità.

    Sistan u Baluchestan rat xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali provinċjali Zahedan għexet “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat mat-talb tal-Ġimgħa, bl-użu ta’ munizzjon attiv. Mill-inqas 70 dimostrant intlaqtu minn tiri u sfaw maqtula. Minn dakinhar ‘l hawn, kompliet il-vjolenza kontra d-dimostranti.

    L-IRGC Regional Corps Salaman għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

    23.1.2023

    Top