EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0235-20160413

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK tat- 12 ta’ April 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/235/2016-04-13

2011D0235 — MT — 13.04.2016 — 005.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

tat-12 ta’ April 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

▼B

(ĠU L 100 14.4.2011, p. 51)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/670/PESK tal-10 ta' Ottubru 2011

  L 267

13

12.10.2011

►M2

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/168/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012

  L 87

85

24.3.2012

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/810/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012

  L 352

49

21.12.2012

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/124/PESK tal-11 ta' Marzu 2013

  L 68

57

12.3.2013

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/205/PESK tal-10 ta' April 2014

  L 109

25

12.4.2014

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/555 tas-7 ta' April 2015

  L 92

91

8.4.2015

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/565 tal-11 ta' April 2016

  L 96

41

12.4.2016


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 347, 15.12.2012, p.  44 (2011/235/PESK)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/235/PESK

tat-12 ta’ April 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

▼B



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill tenna t-tħassib kbir tiegħu rigward id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

(2)

Il-Kunsill enfasizza b’mod partikolari ż-żieda drammatika tal-esekuzzjonijiet fix-xhur reċenti u r-ripressjoni sistematika taċ-ċittadini Iranjani, li qed jiffaċċjaw vessazzjoni u arresti għax ikunu qed jeżerċitaw id-drittijiet leġittimi tagħhom tal-libertà ta’ espressjoni u l-assemblea paċifika. L-UE tenniet il-kundanna qawwija tagħha għall-użu tat-tortura u ta’ trattament ieħor krudili, inuman u degradanti.

(3)

F’dan il-kuntest, il-Kunsill irriafferma d-determinazzjoni tiegħu li jibqa’ jindirizza l-abbużi dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran u ddikjara li huwa lest jintroduċi miżuri restrittivi immirati lejn dawk responsabbli għall-vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.

(4)

Il-miżuri restrittivi għandhom ikunu diretti lejn persuni, entitajiet u kopri kompliċi fi jew responsabbli għall-ordni jew l-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul it-trażżin ta’ dimostraturi paċifiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, studenti jew persuni oħra li jesprimu ruħhom b’difiża għad-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż l-libertà tal-espressjoni, kif ukoll persuni kompliċi fi jew responsabbli għall-ordni jew l-implimentazzjoni ta’ ksur serju tad-dritt għal proċess xieraq, tortura, trattament krudili, inuman u degradanti, u l-applikazzjoni indiskriminata, eċċessiva u li qed tiżdied tal-piena tal-mewt, inklużi l-eżekuzzjonijiet pubbliċi, it-taħġir, it-tagħliq jew l-eżekuzzjonijiet ta’ delinkwenti minorenni bi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Iran rigward id-drittijiet tal-bniedem.

(5)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.

2.  Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti, jew taħt l-awspiċji tagħha;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d) taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.  Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala applikabbli wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.  Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 3 jew 4.

6.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew minħabba attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Iran.

7.  Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fil-jumejn ta’ xogħol wara li tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ madanakollu jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.  Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 2

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, u l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli, b’mod dirett jew indirett, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Anness.

3.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a) meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ miżati jew ħlasijiet għal servizzi fiż-żamma jew manteniment ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrarja mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet żgurati minn tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c) il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità elenkata fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-linji politiċi pubbliċi fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

5.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna,jew entità elenkata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel id-data li fiha tali persuna jew entità tkun ġiet elenkata fl-Anness, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermuna li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1.

6.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew irriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,

dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

▼M2

Artikolu 2a

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir jew software intenzjonati primarjament biex jintuża fil-monitoraġġ jew l-interċettazzjoni mir-Reġim Iranjan, jew għan-nom tiegħu, tal-Internet u tal-komunikazzjoni bit-telefon fuq networks mobbli jew fissi fl-Iran u l-provvediment ta' assistenza għall-installazzjoni, it-tħaddim jew l-aġġornament ta' tali tagħmir jew software għandhom jiġu pprojbiti.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-elementi rilevanti li għandhom ikunu koperti b’dan l-Artikolu.

Artikolu 2b

1.  Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna lill-Iran minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti, kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tagħhom.

2.  Huwa wkoll ipprojbit:

(a) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

(b) il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fl-Iran.

▼M3

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li huwa maħsub biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fl-Iran, jew għall-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra jew ta’ finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir, kif approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

▼B

Artikolu 3

1.  Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, sabiex tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif adatt.

Artikolu 4

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati.

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

▼M2

Artikolu 4a

Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri mesmmija fl-Artikoli 2a u 2b għandha tiġi pprojbita.

▼B

Artikolu 5

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi Stati terzi sabiex jadottaw miżuri restrittivi simili.

▼M2

Artikolu 6

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

▼M7

2.  Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-13 ta' April 2017. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

▼B




ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2



Persuni

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M7

1.

AHMADI- MOQADDAM Esmail

Post tat-twelid: Tehran (Iran) –

Data tat-twelid: 1961

Konsulent Għoli għall-Affarijiet ta' Sigurtà mal-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa kmieni fl-2015. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu wettqu attakki brutali fuq protesti paċifiċi, u attakk vjolenti mal-lejl fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fil-15 ta' Ġunju 2009.

 

2.

ALLAHKARAM Hossein

Post tat-twelid: Najafabad (Iran) –

Data tat-Twelid: 1945

Kap tal-Ansar-e Hezbollah u Kurunell fl-IRGC. Huwa kofundatur tal-Ansar-e Hezbollah. Taħt it-tmexxija tiegħu, din il-forza paramilitari kienet responsabbli għal vjolenza estrema waqt repressjoni kontra studenti u universitajiet fl-1999, l-2002 u l-2009.

 

▼B

3.

ARAGHI (ERAGHI) Abdollah

 

Viċi Kap tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

Huwa kellu responsabblità diretta u personali għar-repressjoni tal-protesti matul is-sajf kollu tal-2009.

 

▼M7

4.

FAZLI Ali

 

Viċi Kmandant tal-Basij, eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta' Tehran (sa Frar 2010). Il-Korp Seyyed al-Shohada huwa inkarigat mis-sigurtà fil-provinċja ta' Tehran u kellu rwol prinċipali taħt ir-responsabbiltà tiegħu fir-repressjoni brutali ta' dimostranti fl-2009.

 

▼M7 —————

▼B

6.

JAFARI Mohammad-Ali

(magħruf ukoll bħala “Aziz Jafari”)

Post tat-twelid: Yazd (Iran) - Data tat-twelid: 01.09.1957

Kmandant Ġeneral tal-IRGC. L-IRGC u l-Bażi ta' Sarollah taħt il-kmand tal-Ġeneral Aziz Jafari kellhom rwol prinċipali fl-indħil illegali tal-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2009, bl-arrest u ż-żamma ta' attivisti politiċi, kif ukoll bil-konfrontazzjonijiet kontra persuni li ħadu sehem fi protesti fit-toroq.

 

7.

KHALILI Ali

 

Ġeneral tal-IRGC, Kap tat-Taqsima Medika fil-Bażi ta' Sarollah. Huwa ffirma ittra li ntbagħtet lill-Ministeru tas-Saħħa fis-26 ta' Ġunju 2009 li tipprojbixxi l-preżentazzjoni ta' dokumenti jew records mediċi lil persuni li ndarbu jew ġew ospitalizzati matul avvenimenti li seħħew wara l-elezzjonijiet.

 

▼M7

8.

MOTLAGH Bahram Hosseini

 

Kap tal-Kmand tal-Armata u tal-Kulleġġ tal-Persunal Ġenerali (DAFOOS). Eks Kap tal-Korp Seyyed al-Shohada tal-IRGC, Provinċja ta' Tehran. Taħt ir-responsabbiltà tiegħu, il-Korp Seyyed al-Shohada kellu rwol prinċipali fl-organizzazzjoni tar-repressjoni tal-protesti.

 

▼B

9.

NAQDI Mohammad-Reza

Post tat-twelid: Najaf (Iraq) – Data tat-twelid: Madwar 1952

Kmandant tal-Basij. Bħala kmandant tal-Forzi tal-Basij tal-IRGC, Naqdi kien responsabbli għal, jew kompliċi fl-abbużi tal-Basij li seħħew tard fl-2009, inkluż għar-reazzjoni vjolenti għall-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009, li wasslet għall-mewt ta' madwar 15-il persuna u l-arrest ta' mijiet ta' persuni li pprotestaw.

Qabel il-ħatra tiegħu bħala kmandant tal-Basij f'Ottubru 2009, Naqdi kien il-kap tal-Unità tal-Intelligence tal-Basij responsabbli għall-interrogazzjoni ta' dawk li ġew arrestati matul ir-repressjoni li seħħet wara l-elezzjonijiet.

 

▼M7

10.

RADAN Ahmad-Reza

Post tat-twelid: Isfahan (Iran) –

Data tat-twelid: 1963

Inkarigat miċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Forza tal-Infurzar tal-Liġi Iranjana, entità marbuta mal-Pulizija Nazzjonali. Eks Kap taċ-Ċentru għall-Istudji Strateġiċi tal-Pulizija, eks Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran sa Ġunju 2014. Bħala Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali mill-2008, Radan kien responsabbli għal swat, qtil u arresti u detenzjonijiet arbitrarji ta' dimostranti, imwettqa mill-forzi tal-pulizija.

12.4.2011

▼M5

11.

RAJABZADEH Azizollah

 

Kap tal-Organizzazzjoni ta' Mitigazzjoni tad-Diżastri ta' Teħeran (TDMO). Ex Kap tal-Pulizija ta' Teħeran (sa Jannar 2010).

Bħala Kmandant tal-Forzi ta' Infurzar tal-Liġi fi Greater Tehran, Azizollah Rajabzadeh huwa l-akkużat bl-aktar kariga għolja fil-kawża tal-abbużi fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak.

 

▼B

12.

SAJEDI-NIA Hossein

 

Kap tal-Pulizija ta' Teħeran, ex Viċi Kap tal-Pulizija Nazzjonali tal-Iran responsabbli għall-Operazzjonijiet tal-Pulizija. Huwa inkarigat, mill-Ministeru tal-Intern, bil-koordinazzjoni ta' operazzjonijiet ta' repressjoni fil-belt kapitali Iranjana.

 

▼M6

13.

TAEB Hossein

Post tat-twelid: Tehran — Data tat-twelid: 1963

Viċi kmandant tal-IRGC għall-Intelligence. Eks Kmandant tal-Basij sa Ottubru 2009. Forzi taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem fi swat tal-massa, qtil, detenzjonijiet u torturi ta' persuni li pprotestaw b'mod paċifiku.

12.4.2011

▼M7

14.

SHARIATI Seyeed Hassan

 

Konsulent u Membru tat-28 Taqsima tal-Qorti Suprema. Eks Kap tal-Ġudikatura ta' Mashhad sa Settembru 2014. Proċessi taħt is-superviżjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati, u kienu bbażati fuq stqarrijiet li ġew akkwistati bl-użu ta' pressjoni u tortura. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

12.4.2011

▼M6

15.

DORRI- NADJAFABADI Ghorban-Ali

Post tat-twelid: Najafabad (Iran) — Data tat-Twelid: 1945

Membru tal-Assemblea tal-Esperti u rappreżentant tal-Mexxej Suprem fil-Provinċja ta' Markazi (“Ċentrali”). Eks Prosekutur Ġenerali tal-Iran sa Settembru 2009, kif ukoll eks Ministru tal-Intelligence matul il-Presidenza ta' Khatami.

Bħala Prosekutur Ġenerali tal-Iran, huwa ordna u ssorvelja l-proċessi spettaklu b'segwitu għall-ewwel protesti ta' wara l-elezzjonijiet, fejn l-akkużati kienu miċħuda d-drittijiet tagħhom, u avukat. Huwa responsabbli wkoll għall-abbużi ta' Kahrizak.

12.4.2011

▼M7

16.

HADDAD Hassan (psewdonimu Hassan ZAREH DEHNAVI)

 

Viċi Uffiċjal tas-Sikurezza tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 26. Kien inkarigat mill-każijiet ta' detenzjoni relatati mal-kriżijiet ta' wara l-elezzjoni u hedded lill-familji tad-detenuti regolarment biex isikkithom. Kien strumentali fil-ħruġ ta' ordnijiet ta' detenzjoni liċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

12.4.2011

17.

SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad

 

Kap tal-Organizzazzjoni għall-propaganda Iżlamika fil-provinċja ta' Khorasan-Razavi. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Mashhad. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

 

▼M6

18.

HEYDARIFAR Ali-Akbar

 

Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran. Huwa ħa sehem fil-proċessi ta' persuni li pprotestaw. Huwa ġie interrogat mill-Ġudikatura dwar atroċitajiet ta' Kahrizak. Huwa kien strumentali fil-ħruġ ta' ordnijiet ta' detenzjoni biex detenuti jintbagħtu fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti kienet rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

12.4.2011

19.

JAFARI- DOLATABADI Abbas

Post tat-twelid: Yazd (Iran) — Data tat-twelid: 1953

Prosekutur Ġenerali ta' Tehran minn Awwissu 2009. L-uffiċċju ta' Dolatabadi akkuża numru kbir ta' persuni li pprotestaw, inklużi individwi li ħadu sehem fil-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta' Karroubi f' Settembru 2009 u l-arrest ta' diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f'Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw bl-akkuża tal-Muharebeh, jew mibegħda kontra Alla, li ġġorr sentenza kapitali, u ċaħad proċess dovut lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw sentenza kapitali. L-uffiċċju tiegħu fittex u arresta wkoll riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-midja, bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika.

 

20.

MOGHISSEH Mohammad (psewdonimu NASSERIAN)

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 28. Kien responsabbli għal każijiet wara l-elezzjoni. Huwa ħareġ sentenzi ta' priġunierija fit-tul matul proċessi inġusti għal attivisti u ġurnalisti soċjali, politiċi, u diversi sentenzi kapitali għal persuni li pprotestaw u attivisti soċjali u politiċi.

12.4.2011

21.

MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein

Post tat-twelid: Ejiyeh — Data tat-twelid: madwar 1956

Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 u kelliem għall-Ġudikatura, u eks Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjonijiet tal-2009. Waqt li kien Ministru tal-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni, tortura u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz bl-użu ta' pressjoni mingħand mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u riformisti politiċi. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjonijiet insupportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatti, u t-theddid ta' membri tal-familja.

12.4.2011

22.

MORTAZAVI Said

Post tat-twelid: Meybod, Yazd (Iran) — Data tat-twelid: 1967

Eks Prosekutur Ġenerali ta' Tehran sa Awwissu 2009.

Bħala Prosekutur Ġenerali ta' Tehran, huwa kien ħareġ ordni ġenerali għad-detenzjoni ta' mijiet ta' attivisti, ġurnalisti u studenti. F'Jannar 2010 investigazzjoni parlamentari sabitu direttament responsabbli għad-detenzjoni ta' tliet ħabsin li sussegwentement mietu fil-ħabs. Huwa ġie sospiż mill-kariga f'Awwissu 2010 wara investigazzjoni mill-ġudikatura Iranjana dwar ir-rwol tiegħu fl-imwiet tat-tliet irġiel miżmuma fuq l-ordnijiet tiegħu wara l-elezzjoni. F'Novembru 2014, ir-rwol tiegħu fl-imwiet ta' detenuti kienet rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet Iranjani.

12.4.2011

▼M7

23.

PIR-ABASSI Abbas

 

Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 26. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Kien inkarigat minn każijiet ta' wara l-elezzjoni, ħareġ sentenzi ta' priġunerija fit-tul matul proċessi inġusti kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u diversi sentenzi kapitali lil dimostranti.

12.4.2011

24.

MORTAZAVI Amir

 

Viċi Kap tal-Unità għall-Affarijiet Soċjali u l-Prevenzjoni tal-Kriminalità fil-ġudikatura fil-provinċja ta' Khorasan-Razavi. Eks Viċi Prosekutur ta' Mashhad. Proċessi taħt il-prosekuzzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li nħarġu sentenzi ta' eżekuzzjoni bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

 

▼B

25.

SALAVATI Abdolghassem

 

Imħallef, Kap tal-Qorti Revoluzzjonarja ta' Teħeran, fergħa 15. Inkarigat bil-każijiet ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-“proċessi spettaklu” fis-sajf 2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.

 

▼M7

26.

SHARIFI Malek Adjar

 

Imħallef fil-Qorti Suprema. Eks Kap tal-Ġudikatura tal-Lvant tal-Ażerbajġan. Kien responsabbli għall-proċess ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani.

 

▼M5

27.

ZARGAR Ahmad

 

Kap tal-“Organizzazzjoni għall-Preservazzjoni tal-Moralità”. Ex Imħallef, Qorti ta' Appell ta' Teħeran, fergħa 36.

Huwa kkonferma mandati ta' priġunerija fit-tul u mandati kapitali kontra persuni li pprotestaw.

 

▼M6

28.

YASAGHI Ali-Akbar

 

Imħallef tal-Qorti Suprema. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarja ta' Mashhad. Proċessi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li sentenzi ta' eżekuzzjoni nħarġu bil-massa, inħarġu pieni kapitali mingħajr osservanza tajba ta' proċeduri ta' smigħ ġust.

12.4.2011

▼B

29.

BOZORGNIA Mostafa

 

Kap tas-Sala 350 fil-Ħabs ta' Evin. F'diversi okkażjonijiet uża vjolenza sproporzjonata fuq il-priġunieri.

 

▼M6

30.

ESMAILI Gholam-Hossein

 

Kap tal-Ġudikatura ta' Tehran. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran. F'din il-kariga, huwa kien kompliċi għad-detenzjoni massiva ta' persuni li pprotestaw għal raġunijiet politiċi u għal ħabi ta' abbużi mwettqa fis-sistema ta' priġunerija.

12.4.2011

▼B

31.

SEDAQAT Farajollah

 

Assistent Segretarju tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Ħabsijiet f'Teħeran - Ex Kap tal-ħabs ta' Evin, Teħeran sa Ottubru 2010, perijodu li matulu twettqet it-tortura. Huwa kien gwardjan u hedded u għamel pressjoni fuq il-priġunieri bosta drabi.

 

32.

ZANJIREI Mohammad-Ali

 

Bħala Viċi Kap tal-Organizzazzjoni tal-Ħabsijiet tal-Iran, responsabbli għall-abbużi u ċ-ċaħda tad-drittijiet fiċ-ċentru ta' detenzjoni. Huwa ordna t-trasferiment ta' ħafna ħabsin għal detenzjoni solitarja.

 

▼M5

33.

ABBASZADEH-MESHKINI, Mahmoud

 

Gvernatur tal-Provinċja ta' Ilam. Ex Direttur politiku tal-Ministeru tal-Intern.

Bħala Kap tal-Kumitat tal-Artikolu 10 tal-Liġi dwar Attivitajiet ta' Partiti u Gruppi Politiċi huwa kien jieħu ħsieb l-awtorizzazzjoni ta' dimostrazzjonijiet u avvenimenti pubbliċi oħra u r-reġistrazzjoni ta' partiti politiċi.

Fl-2010, huwa ssospenda l-attivitajiet ta' żewġ partiti politiċi riformisti marbuta ma' Mousavi — il-Front Iżlamiku għall-Parteċipazzjoni tal-Iran u l-Organizzazzjoni ta' Mujahedeen għar-Rivoluzzjoni Iżlamika.

Mill-2009 'l quddiem huwa rrifjuta b'mod konsistenti u kontinwu l-laqgħat kollha mhux governattivi, u b'hekk ċaħħad dritt kostituzzjonali għall-protesta u wassal għal ħafna arresti ta' dimostraturi paċifiċi bi ksur tad-dritt għal-libertà ta' assemblea.

Fl-2009 huwa ċaħħad ukoll l-oppożizzjoni minn permess għal ċerimonja biex tibki t-telfa tan-nies maqtula fi protesti matul l-elezzjonijiet Presidenzjali.

10.10.2011

▼M7

34.

AKBARSHAHI Ali-Reza

 

Direttur Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali għall-Kontroll tad-Drogi tal-Iran (magħrufa wkoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Anti-Narkotiċi). Eks Kmandant tal-Pulizija ta' Tehran. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-forza tal-pulizija kienet responsabbli għall-użu ta' forza ekstraġudizzjarja fuq persuni suspettati waqt l-arrest u d-detenzjoni ta' qabel il-proċess. Il-pulizija ta' Tehran kienet implikata wkoll fi tfittxijiet f'dormitorji universitarji f'Tehran f'Ġunju 2009, meta skont kummissjoni Majlis Iranjana, aktar minn 100 student indarbu mill-pulizija u l-Basij.

10.10.2011

▼M1

35.

AKHARIAN Hassan

 

Gwardjan ta' Sala 1 tal-ħabs ta' Radjaishahr, Karadj.

Diversi ex-detenuti ddenunzjaw l-użu ta' tortura minnu, kif ukoll ordnijiet li ta biex il-priġunieri ma jirċevux għajnuna medika. Skont traskrizzjoni ta' detenut irrappurtat fil-ħabs ta' Radjaishahr, il-gwardjani sawtuh bil-qawwa, u Akharian kien jaf b'dak kollu li kien qed jiġri.

Hemm ukoll mill-inqas każ wieħed irrappurtat tal-mewt ta' detenut, Mohsen Beikvand, taħt il-gwardja ta' Akharian.

10.10.2011

▼M6

36.

AVAEE Seyyed Ali-Reza (psewdonimu: AVAEE Seyyed Alireza)

 

Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2014. Eks President tal-Ġudikatura ta' Tehran. Bħala President tal-Ġudikatura ta' Tehran huwa kien responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, arresti arbitrarji, ċaħdiet tad-drittijiet tal-priġunieri u żieda fl-eżekuzzjonijiet.

10.10.2011

37.

BANESHI Jaber

 

Konsulent għall-Ġudikatura fl-Iran. Eks Prosekutur ta' Shiraz sal-2012. Huwa kien responsabbli għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt bl-għoti ta' tużżani ta' sentenzi għall-mewt. Prosekutur matul il-każ tal-ibbumbardjar ta' Shiraz fl-2008, li ntuża mir-reġim biex jagħtu l-piena tal-mewt lil diversi opponenti tar-reġim.

10.10.2011

▼M5

38.

FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan (Magħruf ukoll bħala: FIRUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyyed Hasan; FIROUZABADI Maj-Gen Dr Seyed Hassan)

Post tat-twelid: Mashad

Data tat-twelid: 3.2.1951

Bħala Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati tal-Iran, huwa l-ogħla kmand militari responsabbli mit-tmexxija tad-diviżjonijiet u l-politiki kollha militari, fosthom il-Korpi tal-Gwardji tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u l-pulizija. Il-forzi taħt il-katina ta' kmand formali tiegħu wettqu repressjoni brutali tad-dimostraturi paċifiċi kif ukoll detenzjonijiet tal-massa.

Membru wkoll tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSC) u l-Kunsill ta' Espedjenza.

10.10.2011

▼M1

39.

GANJI Mostafa Barzegar

 

Prosekutur Ġenerali ta' Qom.

Huwa responsabbli għad-detenzjoni u l-maltrattament arbitrarji ta' bosta offensuri f'Qom. Huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u li wassal għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet mill-bidu tas-sena 'l hawn.

10.10.2011

▼M7

40.

HABIBI Mohammad Reza

 

Eks Viċi Prosekutur ta' Isfahan. X'aktarx li bħalissa jinsab fi proċess ta' riassenjazzjoni għal funzjoni oħra. Kompliċi fi proċedimenti li jċaħħdu l-imputati minn proċess ġust — bħal Abdollah Fathi li ngħata l-mewt f'Mejju 2011 wara li d-dritt li jinstema' u kwistjonijiet ta' saħħa mentali tiegħu ġew injorati minn Habibi matul il-proċess tiegħu f'Marzu 2010. Huwa għalhekk kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut, u kkontribwixxa għal użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt u għal żieda qawwija fl-eżekuzzjonijiet sa mill-bidu tal-2011.

10.10.2011

▼M6

41.

HEJAZI Mohammad

Post tat-twelid: Ispahan Data tat-Twelid: 1956

Viċi Kap tal-Forzi Armati, kellu rwol ċentrali fl-intimidazzjoni u theddid tal-'għedewwa' tal-Iran, u l-ibbumbardjar ta' villaġġi Kurdi Iraqini. Eks Kap tal-Korpi ta' Sarollah tal-IRGC f'Tehran, u dak li qabel kien il-Kap tal-Forzi ta' Basij, kellu rwol ċentrali fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni fuq persuni li pprotestaw.

10.10.2011

▼M6 —————

▼M7

43.

JAVANI Yadollah

Post tat-twelid: Isfahan –

Data tat-Twelid: 1956

Konsulent tar-rappreżentant tal-Mexxej Suprem fl-IRGC. Jitkellem regolarment fil-midja bħala rappreżentant tal-fergħa riġida tar-reġim. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li talbu għall-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa ripetutament l-użu ta' vjolenza u tattiki ħorox ta' interrogazzjoni kontra dimostranti wara l-elezzjoni (iġġustifika stqarrijiet irrekordjati fuq it-televiżjoni), inkluż ordnijiet ta' maltrattament ekstraġudizzjarju ta' dissidenti permezz ta' pubblikazzjonijiet iċċirkolati lill-IRGC u l-Basij.

10.10.2011

▼M1

44.

JAZAYERI Massoud

 

Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Konġunti tal-Iran, responsabbli għall-affarijiet kulturali (magħrufin ukoll bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-Pubbliċità tad-Difiża tal-Istat).

Huwa kkollabora b'mod attiv fir-ripressjoni bħala viċi kap tal-persunal. Huwa wissa f'intervista f'Kayhan li ħafna dimostraturi ġewwa u barra l-Iran ġew identifikati u ser jiġu trattati fil-mument opportun. Huwa talab pubblikament għar-ripressjoni ta' kanali tal-mezzi tax-xandir barranin u tal-oppożizzjoni Iranjana. Fl-2010, huwa talab lill-gvern jgħaddi liġijiet aktar iebsin kontra l-Iranjani li jikkooperaw ma' sorsi tal-mezzi tax-xandir barranin.

10.10.2011

▼M5

45.

JOKAR Mohammad Saleh

 

Mill-2011 deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Yazd. Ex Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij.

Fil-kapaċità tiegħu ta' Kmandant tal-Forzi tal-Istudenti ta' Basij huwa kien involut b'mod attiv fit-trażżin ta' protesti fl-iskejjel u l-universitajiet u d-detenzjoni extraġudizzjarja ta' attivisti u ġurnalisti.

10.10.2011

▼M1

46.

KAMALIAN Behrouz

Post tat-Twelid: Teħeran

Data tat-Twelid: 1983

Kap tal-grupp ċibernetiku marbut mal-IRGC “Ashiyaneh”.

Is-Sigurtà Diġitali “Ashiyaneh”, imwaqqfa minn Behrouz Kamalian hija responsabbli għal ripressjoni ċibernetika intensiva kemm fuq opponenti u riformisti domestiċi kif ukoll istituzzjonijiet barranin. Fil-21 ta' Ġunju 2009, is-sit elettroniku tal-Kmand tad-Difiża Ċibernetika 32 tal-Gwardjan Rivoluzzjonarju ppubblika ritratti tal-uċuh ta' 26 persuna, li allegatament ittieħdu matul id-dimostrazzjonijiet ta' wara l-elezzjoni. Mehmuż kien hemm appell lill-Iranjani biex “jidentifikaw lil dawk li ħadu sehem fl-irvellijiet”.

10.10.2011

▼M6

47.

KHALILOLLAHI Moussa (psewdonimu: KHALILOLLAHI Mousa, ELAHI Mousa Khalil)

 

Prosekutur ta' Tabriz. Huwa kien involut fil-każ ta' Sakineh Mohammadi-Ashtani u huwa kompliċi fi ksur serju tad-dritt għal proċess dovut.

10.10.2011

48.

MAHSOULI Sadeq (psewdonimu: MAHSULI, Sadeq)

Post tat-twelid: Mashad (Iran) Data tat-Twelid: 1959/60

Konsulent tal-President preċedenti u membru attwali tal-Kunsill ta' Espedjenza Mahmoud Ahmadinejad u Membru tal-Front ta' Perseveranza. Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Sigurtà Soċjali bejn l-2009 u l-2011. Ministru għall-Intern sa Awwissu 2009. Bħala Ministru tal-Intern, Mahsouli kelli awtorità fuq il-forzi tal-pulizija, l-aġenti tas-sigurtà tal-ministeru tal-intern, u l-aġenti pajżana kollha. Il-forzi taħt it-tmexxija tiegħu kienu responsabbli għall-attakki fuq id-dormitorji tal-Università ta' Tehran fl-14 ta' Ġunju 2009 u t-tortura tal-istudenti fil-kantina tal-Ministeru (il-livell ta' taħt l-art magħruf nru 4). Dimostranti oħrajn ġew abbużati b'mod sever fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Kahrizak, li kien operat mill-pulizija taħt il-kontroll ta' Mahsouli.

10.10.2011

49.

MALEKI Mojtaba

 

Prosekutur ta' Kermanshah. Kellu rwol fiż-żieda drammatika tas-sentenzi tal-mewt li qed jingħataw fl-Iran, inkluż il-prosekuzzjoni tal-każijiet ta' seba' priġunieri misjuba ħatja ta' traffikar ta' drogi li kienu mgħallqa fl-istess ġurnata fit-3 ta' Jannar 2010 fil-ħabs ċentrali ta' Kermanshah.

10.10.2011

▼M7

50.

OMIDI Mehrdad

 

Kap tas-Servizzi tal-Intelligence fi ħdan il-Pulizija Iranjana. Eks Kap tat-Taqsima Kriminalità bil-Kompjuter tal-Pulizija Iranjana. Responsabbli għal eluf ta' investigazzjonijiet u akkużi ta' riformisti u avversarji politiċi li jużaw l-Internet. Għaldaqstant huwa responsabbli għal ksur gravi ta' drittijiet tal-bniedem bir-repressjoni ta' persuni li jitkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni.

10.10.2011

▼M5

51.

SALARKIA Mahmoud

Direttur tal-Klabb tal-Futbol ta' Teħeran “Persepolis”

Kap tal-Kummissjoni tal-Petrol u tat-Trasport tal-Belt ta' Teħeran. Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs matul ir-repressjoni tal-2009.

Bħala Viċi Prosekutur Ġenerali ta' Teħeran għall-Affarijiet tal-Ħabs huwa kien direttament responsabbli għal ħafna mill-mandati għall-arrest kontra dimostranti u attivisti innoċenti u paċifiċi. Ħafna rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem juru li virtwalment dawk kollha arrestati huma, fuq struzzjonijiet tiegħu, miżmuma f'iżolament mingħajr aċċess għall-avukat jew il-familji tagħhom, u mingħajr akkuża, għal tul ta' żmien li jvarja, spiss f'kondizzjonijiet li jammontaw għal għajbien sfurzat. Il-familji tagħhom ħafna drabi ma jiġux notifikati bl-arrest.

10.10.2011

▼M6

52.

KHODAEI SOURI Hojatollah

Post tat-twelid: Tehran (Iran) — Data tat-twelid: 1964

Membru tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Politika Barranija. Deputat parlamentari għall-Provinċja ta' Lorestan. Membru tal-Kummissjoni Parlamentari għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà. Eks Kap tal-Ħabs ta' Evin sal-2012. It-tortura kienet prattika komuni fil-ħabs ta' Evin meta Souri kien il-kap tiegħu. Fis-Sala 209, inżammu bosta attivisti għall-attivitajiet paċifiċi tagħhom f'oppożizzjoni għall-partit fil-gvern.

10.10.2011

53.

TALA Hossein (Psewdonimu: TALA Hosseyn)

 

MP Iranjan. Eks Gvernatur Ġenerali (“Farmandar”) tal-Provinċja ta' Tehran sa Settembru 2010, kien responsabbli għall-intervent tal-forzi tal-pulizija u għalhekk għar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

F'Diċembru 2010 huwa rċieva premju għar-rwol tiegħu fir-repressjoni ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

54.

TAMADDON Morteza (Psewdonimu: TAMADON Morteza)

Post tat-twelid: Shahr Kord-Isfahan Data tat-Twelid: 1959

Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Tehran. Eks Gvernatur Ġenerali tal-IRGC tal-Provinċja ta' Tehran.

Fil-kapaċità tiegħu bħala gvernatur u kap tal-Kunsill tas-Sigurtà Pubblika provinċjali ta' Tehran, kellu r-responsabbiltà ġenerali għall-attivitajiet kollha ta' repressjoni li saru mill-IRGC fil-provinċja ta' Tehran, inkluż ir-repressjoni ta' protesti politiċi minn Ġunju 2009.

10.10.2011

▼M1

55.

ZEBHI Hossein

 

Deputat għall-Prosekutur Ġenerali tal-Iran.

Huwa għandu f'idejh diversi każi ġudizzjarji marbutin mal-protesti ta' wara l-elezzjoni.

10.10.2011

56.

BAHRAMI Mohammad-Kazem

 

Kap tal-fergħa ġudizzjarja tal-forzi armati.

Huwa kompliċi fir-ripressjoni ta' dimostranti paċifiċi.

10.10.2011

▼M6

57.

HAJMOHAM- MADI Aziz

 

Imħallef fil-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta' Tehran. Eks Imħallef fl-ewwel awla tal-qorti ta' Evin. Huwa mexxa diversi kawżi ta' proċess kontra d-dimostranti, b'mod partikolari dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu. It-tribunal tal-prim istanza ta' Evin ġie stabbilit fil-ħabs ta' Evin u dan ġie ġustifikat minn Jafari Dolatabadi f'Marzu 2010. F'dan il-ħabs, ċerti akkużati ġew iżolati, maltrattati u kostretti li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.

10.10.2011

▼M1

58.

BAGHERI Mohammad-Bagher

 

Viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

Barra mir-rikonoxximent minn dan tal-aħħar, f'Ġunju 2011, ta' 140 eżekuzzjoni kapitali bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, madwar mitt eżekuzzjoni oħra setgħu seħħew bil-moħbi matul l-istess perijodu u fl-istess provinċja tan-Nofsinhar ta' Khorasan, mingħajr ma ġew notifikati l-familji u l-avukati tagħhom.

Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess debitu li jikkontribwixxi għall-użu eċċessiv u dejjem jiżdied tal-piena tal-mewt.

10.10.2011

▼M7

59.

BAKHTIARI Seyyed Morteza

Post tat-twelid: Mashad (Iran) –

Data tat-Twelid: 1952

Uffiċjal tat-Tribunal Klerikali Speċjali. Eks Ministru għall-Ġustizzja mill-2009 sal-2013.

Matul il-mandat tiegħu bħala Ministru għall-Ġustizzja, il-kondizzjonijiet fil-ħabsijiet fl-Iran waqgħu sew taħt l-istandards internazzjonali aċċettati, u kien hemm trattament ħażin estensiv ta' priġunieri. Barra minn hekk, kellu rwol ewlieni fit-theddid u l-intimidazzjoni tad-dijaspora Iranjana billi ħabbar l-istabbiliment ta' qorti speċjali biex tittratta speċifikament Iranjani li jgħixu barra l-pajjiż. Issorvelja wkoll żieda qawwija fin-numru ta' eżekuzzjonijiet fl-Iran, inklużi eżekuzzjonijiet sigrieti mhux imħabbra mill-gvern, u eżekuzzjonijiet għal reati marbuta mad-drogi.

10.10.2011

▼M6

60.

HOSSEINI Dr Mohammad (psewdonimu: HOSSEYNI, Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)

Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman Data tat-Twelid: 1961

Konsulent tal-President preċedenti u membru attwali tal-Kunsill ta' Espedjenza Mahmoud Ahmadinejad. Eks Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Ex-IRGC, kompliċi fir-repressjoni tal-ġurnalisti.

10.10.2011

▼M7

61.

MOSLEHI Heydar

(Magħruf ukoll bħala: MOSLEHI Heidar; MOSLEHI Haidar)

Post tat-twelid: Isfahan (Iran) –

Data tat-Twelid: 1956

Konsulent tal-Ġurisprudenza Suprema tal-IRGC. Kap tal-organizzazzjoni għal pubblikazzjonijiet dwar ir-rwol tal-kleru fi gwerra. Eks Ministru tal-Intelligence (2009-2013).

Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Ministeru għall-Intelligence kompla l-prassi ta' detenzjoni arbitrarja u persekuzzjoni estensiva ta' dimostranti u dissidenti. Il-Ministeru għall-Intelligence jmexxi s-Sala 209 tal-Ħabs ta' Evin, fejn ħafna attivisti qed jinżammu minħabba l-attivitajiet paċifiċi tagħhom ta' oppożizzjoni għall-gvern. Interrogaturi mill-Ministeru għall-Intelligence issoġġettaw lill-priġunieri fis-Sala 209 għal swat u abbużi mentali u sesswali.

10.10.2011

62.

ZARGHAMI Ezzatollah

Post tat-twelid: Dezful (Iran) –

Data tat-Twelid: 22 ta' Lulju 1959

Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju u tal-Kunsill għar-Rivoluzzjoni Kulturali. Eks Kap tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) sa Novembru 2014. Taħt it-tmexxija tiegħu fl-IRIB, kien responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. L-IRIB xandar konfessjonijiet furzati ta' detenuti u serje ta' “proċessi finta” f'Awwissu 2009 u f'Diċembru 2011. Dawn jikkostitwixxu ksur ċar tad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar proċess legali ġust u d-dritt għal proċess dovut.

23.3.2012

63.

TAGHIPOUR Reza

Post tat-twelid: Maragheh (Iran) –

Data tat-Twelid: 1957

Membru tal-Kunsill Suprem għaċ-Ċiberspazju. Membru tal-Kunsill Muniċipali ta' Tehran. Eks Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (2009-2012).

Bħala Ministru għall-Informazzjoni, kien wieħed mill-ogħla uffiċjali inkarigati miċ-ċensura u l-kontroll tal-attivitajiet fuq l-Internet u kif ukoll ta' kull tip ta' komunikazzjoni (b'mod partikolari telefowns ċellulari). Matul l-interrogazzjonijiet ta' detenuti politiċi, l-interrogaturi jużaw id-data, l-emails u l-komunikazzjonijiet personali tad-detenuti. F'diversi okkażjonijiet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2009 u matul id-dimostrazzjonijiet fit-toroq, il-linji tat-telefowns ċellulari u s-servizzi tal-sms ġew imblukkati, il-kanali tat-TV bis-satellita ġew iġġammjati l-Internet ġie sospiż lokalment jew mill-inqas tnaqqsitlu r-rapidità.

23.3.2012

64.

KAZEMI Toraj

 

Kap taċ-Ċentru għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata, deżinjat mill-UE (magħruf ukoll bħala: Uffiċċju taċ-Ċiberkriminalità jew tal-Pulizija Ċibernetika) F'din il-kapaċità, nieda kampanja għar-reklutaġġ ta' hackers tal-gvern sabiex jikkontrolla aħjar l-informazzjoni fuq l-Internet u jattakka siti “perikolużi”.

23.3.2012

▼M6

65.

LARIJANI Sadeq

Post tat-twelid: Najaf (Iraq) Data tat-twelid: 1960 jew Awwissu 1961

Kap tal-Ġudikatura. Il-Kap tal-Ġudikatura huwa mitlub li jagħti l-kunsens tiegħu għal u jirreġistra kull kastig għal qisas (retribut), hodoud (reat kontra Alla) u ta'zirat (reat kontra l-istat). Dan jinkludi sentenzi li jġibu magħhom il-piena tal-mewt, is-swat u l-amputazzjonijiet. F'dan ir-rigward, hu personalment awtorizza bosta sentenzi ta' piena tal-mewt, bi ksur tal-istandards internazzjonali, inkluż bi tħaġġir, eżekuzzjonijiet bit-tgħalliq, eżekuzzjonijiet ta' minuri, u eżekuzzjonijiet pubbliċi bħal dawk fejn il-priġunieri kienu mgħallqa mill-pontijiet quddiem folol ta' eluf ta' nies.

Huwa ppermetta wkoll sentenzi ta' kastigi korporali bħal amputazzjonijiet u t-taqtir tal-aċtu f'għajnejn l-ikkundannati. Minn meta Sadeq Larijani ħa l-kariga, l-arresti arbitrarji ta' priġunieri politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoranzi żdiedu konsiderevolment. L-eżekuzzjonijiet żdiedu ferm mill-2009. Sadeq Larijani huwa responsabbli wkoll mill-fallimenti sistemiċi fil-proċess ġudizzjarju Iranjan għar-rispett tad-dritt għal proċess ġust.

23.3.2012

66.

MIRHEJAZI Ali

 

Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli mit-tfassil tas-soppressjoni tal-protesti li ilha tkun implimentata mill-2009, u assoċjat ma' dawk responsabbli sabiex joħonqu l-protesti.

23.3.2012

▼M2

67.

SAEEDI Ali

 

Rappreżentant tal-Mexxej fost il-Pasdaran mill-1995 wara li żvolġa l-karriera kollha tiegħu fl-istituzzjoni militari, eżattament fis-Servizzi tal-Informazzjoni tal-Pasdaran. Permezz ta' din il-funzjoni uffiċjali huwa ċ-ċinga ta' trasmissjoni indispensabbli bejn l-ordnijiet ġejjin mill-Uffiċċju tal-Mexxej u l-apparat ta' repressjoni tal-Pasdaran.

23.3.2012

▼M6

68.

RAMIN Mohammad-Ali

Post tat-twelid: Dezful (Iran) Data tat-Twelid: 1954

Segretarju Ġenerali tad-dinja tal-World Holocaust Foundation, stabbilita fil-Konferenza Internazzjonali biex Tirrevedi l-Viżjoni Globali tal-Olokawst fl-2006, li Ramin kien responsabbli mill-organizzazzjoni f'isem il-Gvern Iranjan. Responsabbli ewlieni miċ-ċensura bħala Viċi Ministru responsabbli mill-Istampa sa Diċembru 2013, direttament responsabbli mill-għeluq ta' bosta fergħat tal-istampa riformaturi (Etemad, Etemad-e Melli, Shargh, eċċ), mill-għeluq tal-Union Indipendenti tal-Istampa, u mill-intimidazzjoni jew l-arrest tal-ġurnalisti.

23.3.2012

▼M7

69.

MORTAZAVI Seyyed Solat

Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (Nofsinhar) — (Iran) –

Data tat-twelid: 1967

Sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashad, fejn regolarment iseħħu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi. Kien responsabbli biex imexxi repressjoni ta' persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluża l-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.

23.3.2012

▼M6 —————

▼M7 —————

▼M6 —————

▼M7

73.

FAHRADI Ali

 

Prosekutur ta' Karaj. Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż prosekuzzjonijiet fejn tingħata l-piena tal-mewt. Kien hemm għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet fir-reġjun ta' Karaj matul il-mandat tiegħu bħala prosekutur li huwa responsabbli għalihom.

23.3.2012

▼M6

74.

REZVANMA- NESH Ali

 

Prosekutur. Responsabbli mill-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-involviment fl-eżekuzzjoni ta' persuna minorenni.

23.3.2012

75.

RAMEZANI Gholamhosein

 

Kap tas-Sigurtà fil-Ministeru għad-Difiża. Eks Kap tal-Protezzjoni u s-Sigurtà fi ħdan l-IRGC sa Marzu 2012. Eks Kmandant tal-intelligence tal-IRGC sa Ottubru 2009. Involut fit-trażżin tal-libertà tal-espressjoni, inkluż billi jiġi assoċjat ma' dawk responsabbli għall-arresti ta' bloggers/ġurnalisti fl-2004, u rrappurtat li kellu rwol fit-trażżin ta' protesti ta' wara l-elezzjoni fl-2009.

23.3.2012

▼M2

76.

SADEGHI Mohamed

 

Kurunell u Deputat tal-intelligence teknika u ċibernetika tal-IRGC. Responsabbli għall-arresti u t-tortura ta' bloggers/ġurnalisti.

23.3.2012

▼M6

77.

JAFARI Reza

Data tat-Twelid: 1967

Konsulent għall-Qorti Dixxiplinari għall-Imħallfin sa minn April 2012. Membru tal-“Kumitat għad-Determinazzjoni tal-Kontenut Kriminali fuq il-Web”, korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta' espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta' ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.

23.3.2012

78.

RESHTE- AHMADI Bahram

 

Imħallef ta' qorti ordinarja tat-Tramuntana ta' Tehran. Eks Superviżur tal-Uffiċċju għall-Prosekuzzjoni Pubblika f'Tehran. Viċi Kap tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Ħabs tal-Provinċja ta' Tehran. Eks Viċi Prosekutur f'Tehran sal-2013. Huwa mexxa ċ-ċentru tal-prosekuzzjoni ta' Ran Evin. Kien responsabbli miċ-ċaħda ta' drittijiet, inklużi drittijiet ta' żjara u drittijiet oħrajn tal-priġunieri, ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u priġunieri politiċi oħrajn.

23.3.2012

79.

RASHIDI AGHDAM, Ali Ashraf

 

Kap tal-Ħabs ta' Evin, maħtur f'nofs l-2012. Sa mill-ħatra tiegħu, il-kundizzjonijiet fil-ħabs iddeterjoraw u r-rapporti għamlu referenza għal trattament ħażin intensifikat tal-priġunieri. F'Ottubru 2012, disa' priġunieri nisa għamlu strajk tal-ġuħ bi protesta kontra l-ksur tad-drittijiet tagħhom u t-trattament vjolenti mill-gwardjani tal-ħabs.

12.3.2013

80.

KIASATI Morteza

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 4, li kkundanna għall-mewt erba' priġunieri politiċi Għarab, Taha Heidarian, Abbas Heidarian, Abd al-Rahman Heidarian (tliet aħwa) u Ali Sharifi. Dawn ġew arrestati, ittorturati u mgħallqa mingħajr proċess korrett. Saret referenza għal dawn il-każijiet u n-nuqqas ta' proċess korrett f'rapport tat-13 ta' Settembru 2012 mir-Relatur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Iran tat-22 ta' Awwissu 2012.

12.3.2013

81.

MOUSSAVI, Seyed Mohammad Bagher

 

Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, il-Fergħa 2, li impona l-kundanna tal-mewt fuq ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha'bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta' Marzu 2012 għal “attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali” u “mibegħda kontra Alla”. Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta' Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett.

12.3.2013

82.

SARAFRAZ, Mohammad (Dr.) (psewdonimu: Haj-agha Sarafraz)

Data tat-Twelid: madwar 1963 Post tat-Twelid: Post tar-Residenza f'Tehran: Post tax-xogħol f'Tehran: IRIB u PressTV HQ, Tehran

President tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks Kap ta' IRIB World Service u Press TV, responsabbli mid-deċiżjonijiet kollha ta' programmazzjoni. Assoċjat mill-qrib mal-amministrazzjoni tas-sigurtà tal-istat. Taħt it-tmexxija tiegħu Press TV, flimkien ma' IRIB, ħadem mas-servizzi tas-sigurtà u l-prosekuturi Iranjani biex ixandar konfessjonijiet furzati mid-detenuti, inklużi dawk tal-ġurnalist u l-produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari, fil-programm ta' kull ġimgħa “Iran Today”. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni ta' Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. Sarafraz għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt ta' proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

83.

JAFARI, Asadollah

 

Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran, responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i minn arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence. Sitt eżempji konkreti ta' każijiet fejn ġie dokumentat il-ksur tal-proċess ġust. Jafari mexxa l-prosekuzzjoni ta' każijiet li rriżultaw f'għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet, inklużi eżekuzzjonijiet pubbliċi.

12.3.2013

▼M5

84.

EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)

Data tat-Twelid: madwar 1973

Post tat-Twelid: Hamedan

Post tar-residenza: Teħeran

Post tax-xogħol: Press TV HQ, Teħeran

Direttur ta' Press TV Newsroom. Ex Produttur Għoli ta' Press TV.

Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, inklużi l-ġurnalisti, l-attivisti politiċi, persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi Kurdi u Għarab, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM immulta lil Press TV GBP 100 000 fir-Renju Unit talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar eżempji ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett u smigħ ġust.

12.3.2013

▼M6

85.

HAMLBAR, Rahim

 

Imħallef tal-Fergħa 1 tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tabriz. Responsabbli mill-kundanni serji kontra ġurnalisti u minoranzi etniċi Azeri u attivisti tad-drittijiet tal-ħaddiema, li akkużahom bi spjunaġġ, atti kontra s-sigurtà nazzjonali, propaganda kontra r-reġim Iranjan u insulti kontra l-mexxej tal-Iran. Is-sentenzi tiegħu ma segwewx proċess korrett f'diversi okkażjonijiet u d-detenuti ġew furzati jagħmlu konfessjonijiet foloz. Każ bi profil għoli kien jinvolvi 20 ħaddiem voluntier ta' għajnuna wara terremot (wara terremot fl-Iran f'Awwissu 2012) li tahom kundanni ta' ħabs għat-tentattivi tagħhom li jassistu lill-vittmi tat-terremot. Il-qorti sabet lill-ħaddiema ħatja minn “kollaborazzjoni f'assemblea u kollużjoni biex isiru reati kontra s-sigurtà nazzjonali.”

12.3.2013

86.

MUSAVI- TABAR, Seyyed Reza

 

Kap tal-Prosekuzzjoni Rivoluzzjonarja ta' Shiraz. Responsabbli mill-arresti illegali u t-trattament ħażin ta' attivisti politiċi, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, persuni Baha'i u priġunieri tat-twemmin, li ġew molestati, ittorturati, interrogati u rrifjutati aċċess għal avukati u proċess korrett. Musavi-Tabar iffirma ordnijiet ġudizzjarji fil-famuż Ċentru ta' Detenzjoni Nru 100 (ħabs għall-irġiel), inkluża ordni biex tinżamm priġuniera mara Baha'i Raha Sabet għal tliet snin f'iżolament.

12.3.2013

▼M4

87.

KHORAMABADI, Abdolsamad

Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”.

Abdolsamad Khoramabadi huwa Kap tal-“Kummissjoni għad-Determinazzjoni tal-Istanzi tal-Kontenut Kriminali”, organizzazzjoni governattiva inkarigata miċ-ċensura online u l-kriminalità ċibernetika. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Kummissjoni ddefiniet il-“kriminalità ċibernetika” permezz ta' għadd ta' kategoriji vagi li jikkriminalizzaw il-ħolqien u l-pubblikazzjoni ta' kontenut meqjus bħala mhux adatt mir-reġim. Huwa responsabbli mir-repressjoni u l-ibblukkar ta' diversi siti elettroniċi tal-oppożizzjoni, gazzetti elettroniċi, blogs, siti elettroniċi ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem u ta' Google u Gmail minn Settembru 2012. Hu u l-Kummissjoni kkontribwew attivament għall-mewt f'detenzjoni tal-blogger Sattar Beheshti f'Novembru 2012. B'hekk il-Kummissjoni li qed imexxi hija direttament responsabbli għall-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari bil-projbizzjoni u l-iffiltrar tas-siti elettroniċi għall-pubbliku ġenerali, u okkażjonalment bid-diżattivazzjoni għalkollox tal-aċċess għall-Internet.

12.3.2013



Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

▼M6

1.

Ċentru għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata (magħruf ukoll bħala: Uffiċċju tal-Kriminalità Ċibernetika jew Pulizija Ċibernetika)

Post: Tehran, Sit web Iranjan: http://www.cyberpolice.ir

Il-Pulizija Ċibernetika Iranjana, imwaqqfa f'Jannar 2011, hija taqsima tal-Pulizija tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, li hija mmexxija minn Esmail Ahmadi-Moqaddam (elenkat). Ahmadi-Moqaddam enfasizza li l-Pulizija Ċibernetika ser tfittex lill-gruppi anti-rivoluzzjonarji u ta' protesta li użaw in-netwerks soċjali bbażati fuq l-Internet fl-2009 biex jinħolqu protesti kontra l-elezzjoni mill-ġdid tal-President Mahmoud Ahmadinejad. F'Jannar 2012, il-Pulizija Ċibernetika ħarġet linji gwida ġodda għall-Internet cafés, li jeħtieġu lill-utenti jipprovdu informazzjoni personali li tinżamm mis-sidien tal-café għal sitt xhur, kif ukoll rekord tas-siti elettroniċi li żaru. Ir-regoli jeħtieġu wkoll lis-sidien tal-café biex jinstallaw kameras tat-televixin b'ċirkwit magħluq u jżommu r-reġistrazzjonijiet għal sitt xhur.

Dawn ir-regoli ġodda jistgħu joħolqu logbook li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jintraċċaw attivisti jew kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali. F'Ġunju 2012, il-mezzi ta' komunikazzjoni Iranjani rrappurtaw li l-Pulizija Ċibernetika kienet ser tniedi repressjoni fuq in-netwerks privati virtwali (VPNs). Fit-30 ta' Ottubru 2012, il-Pulizija Ċibernetika arrestat lill-blogger Sattar Beheshti mingħajr mandat għal “azzjonijiet kontra s-sigurtà nazzjonali fuq netwerks soċjali u Facebook.” Beheshti kien ikkritika l-gvern Iranjan fil-blog tiegħu. Beheshti nstab mejjet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu fit-3 ta' Novembru 2012, u huwa mifhum li dan ġie ttorturat għall-mewt mill-awtoritajiet tal-Pulizija Ċibernetika.

 

Top