Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0173-20220319

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/173/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/173/2022-03-19

    02011D0173 — MT — 19.03.2022 — 011.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/173/PESK

    tal-21 ta' Marzu 2011

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina

    (ĠU L 076 22.3.2011, p. 68)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/158/PESK tad-19 ta' Marzu 2012

      L 80

    17

    20.3.2012

     M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/134/PESK tat-18 ta’ Marzu 2013

      L 75

    33

    19.3.2013

     M3

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/157/PESK tal-20 ta’ Marzu 2014

      L 87

    95

    22.3.2014

     M4

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/487 tal-20 ta' Marzu 2015

      L 77

    17

    21.3.2015

     M5

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/477 tal-31 ta' Marzu 2016

      L 85

    47

    1.4.2016

     M6

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/607 tad-29 ta' Marzu 2017

      L 84

    6

    30.3.2017

     M7

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/459 tad-19 ta' Marzu 2018

      L 77

    17

    20.3.2018

     M8

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/467 tal-21 ta' Marzu 2019

      L 80

    39

    22.3.2019

     M9

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2020/435 tat-23 ta’ Marzu 2020

      L 89

    4

    24.3.2020

     M10

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/543 tat-26 ta' Marzu 2021

      L 108

    59

    29.3.2021

    ►M11

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/450 tat-18 ta’ Marzu 2022

      L 91

    22

    18.3.2022




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/173/PESK

    tal-21 ta' Marzu 2011

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina



    Artikolu 1

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul, jew it-transitu, fit-territorji tagħhom tal-persuni li l-attivitajiet tagħhom:

    (a) 

    jheddu s-sovranità, l-integrità territorjali, l-ordni kostituzzjonali u l-personalità internazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina;

    (b) 

    jheddu serjament is-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-Bosnja-Ħerzegovina; jew

    (c) 

    jheddu l-Ftehim ta' Qafas Ġenerali għall-Paċi Dayton/Paris u l-Annessi tiegħu, inklużi l-miżuri stabbiliti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim imsemmi,

    u l-persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness.

    2.  
    Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru biex jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.
    3.  

    Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu taħt il-liġi internazzjonali, jiġifieri:

    (a) 

    bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

    (b) 

    bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċi tagħha;

    (c) 

    taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

    (d) 

    taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

    4.  
    Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
    5.  
    Il-Kunsill għandu jkun infurmat debitament fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
    6.  
    L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat abbażi ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew abbażi tal-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Bosnja-Ħerzegovina.
    7.  
    Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija sakemm Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma joġġezzjonax bil-miktub fil-jumejn ta' xogħol wara li tiġi rċevuta l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
    8.  
    Fil-każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għaliha tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

    Artikolu 2

    1.  

    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’, miżmumin jew ikkontrollati minn persuni li l-attivitajiet tagħhom:

    (a) 

    jheddu s-sovranità, l-integrità territorjali, l-ordni kostituzzjonali u l-personalità internazzjonali tal-Bosnja-Ħerzegovina;

    (b) 

    jheddu serjament is-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-Bosnja-Ħerzegovina;

    (c) 

    jheddu l-Ftehim ta' Qafas Ġenerali għall-Paċi Dayton/Paris u l-Annessi tiegħu, inklużi l-miżuri stabbiliti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim imsemmi;

    u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenakti fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

    2.  
    L-ebda fond jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.
    3.  

    L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

    (a) 

    meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsubin esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali;

    (c) 

    maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ta' rutina ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

    (d) 

    meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

    Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

    4.  

    B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-paragrafu 1 ġiet inkluża fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fi ħdan il-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

    (c) 

    il-garanzija jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika elenkata fl-Anness; u

    (d) 

    ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

    Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

    5.  
    Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li daħal fis-seħħ qabel l-elenkar ta' tali persuna, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermuna li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna imsemmija fil-paragrafu 1.
    6.  

    Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b) 

    il-ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru soġġetti għal din id-Deċiżjoni,

    dment li kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

    Artikolu 3

    ▼M11

    1.  
    Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

    ▼B

    2.  
    Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna kkonċernata, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar tagħha fil-lista, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, li tipprovdi lil tali persuna bil-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet.
    3.  
    Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna ikkonċernata skont il-każ.

    Artikolu 4

    1.  
    L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni kkonċernati.
    2.  
    L-Anness għandu jkun fih ukoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

    Artikolu 5

    Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri restrittivi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    ▼M11

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2024.

    ▼B

    Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.




    ANNESS

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 1 u 2

    Top