EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0130-20141201

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1081) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/130/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/130(1)/2014-12-01

2011D0130 — MT — 01.12.2014 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Frar 2011

li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1081)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/130/UE)

(ĠU L 053, 26.2.2011, p.66)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Marzu 2014

  L 80

7

19.3.2014




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Frar 2011

li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta' dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1081)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/130/UE)



IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-fornituri tas-servizzi li s-servizzi tagħhom jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2006/123/KE għandhom jkunu kapaċi jtemmu, permezz tal-Punti ta' Kuntatt Waħdieni u permezz ta' mezzi elettroniċi, il-proċeduri u l-formalitajiet meħtieġa għall-aċċess għal u l-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom. Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2006/123/KE, xorta jista' jkun hemm każijiet fejn il-fornituri tas-servizzi jkollhom jissottmettu dokumenti oriġinali, kopji awtentikati jew traduzzjonijiet awtentikati meta jtemmu dawn il-proċeduri u formalitajiet. F'dawk il-każijiet, il-fornituri tas-servizzi jistgħu jkunu meħtieġa li jissottmettu dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti.

(2)

L-użu transkonfinali ta' firem elettroniċi avvanzati sostnuti minn ċertifikat ikkwalifikat huwa ffaċilitat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta' proċeduri b'mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta' kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern ( 2 ) li, inter alia, timponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju qabel ma jeħtieġu dawn il-firem elettroniċi mill-fornituri tas-servizzi u tistabbilixxi regoli għall-aċċettazzjoni mill-Istati Membri ta' firem elettroniċi avvanzati bbażati fuq ċertifikati kwalifikati, maħluqa kemm bl-użu ta' tagħmir għall-ħolqien tal-firem siguri kif ukoll mingħajru. Madankollu, id-Deċiżjoni 2009/767/KE ma tittrattax il-formati ta' firem elettroniċi f'dokumenti maħruġa minn awtoritajiet kompetenti, li jeħtieġ li jiġu sottomessi mill-fornituri tas-servizz meta jtemmu l-proċeduri u l-formalitajiet rilevanti.

(3)

Minħabba li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri attwalment jużaw formati differenti ta' firem elettroniċi avvanzati sabiex jiffirmaw id-dokumenti tagħhom elettronikament, l-Istati Membru riċevituri li jkollhom jipproċessaw dawn id-dokumenti jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet tekniċi minħabba l-varjetà ta' formati ta' firem użati. Sabiex jippermettu lill-fornituri tas-servizzi jtemmu l-proċeduri tagħhom u l-formalitajiet bejn il-fruntieri permezz ta' mezzi elettroniċi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li mill-inqas numru ta' formati ta' firem elettroniċi avvanzati jkunu jistgħu jiġu appoġġjati teknikament mill-Istati Membri meta jirċievu d-dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. Id-definizzjoni ta' għadd ta' formati ta' firem elettroniċi avvanzati li jeħtieġ li jkunu appoġġjati teknikament mill-Istat Membru riċevituri tippermetti awtomizzazzjoni akbar u ttejjeb l-interoperabbiltà transfruntiera tal-proċeduri elettroniċi.

(4)

L-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jużaw formati ta' firem elettroniċi li huma differenti minn dawk sostnuti b'mod komuni, jistgħu jkunu implimentaw metodi ta' validazzjoni li jippermettu li l-firem tagħhom li jiġu vverifikati wkoll bejn il-fruntieri. Meta dan ikun il-każ u sabiex l-Istati Membri riċevituri jkunu jistgħu jiddependu fuq dawn l-għodod ta' validazzjoni, huwa meħtieġ li l-informazzjoni dwar dawn l-għodod tkun disponibbli b'mod aċċessibbli faċilment sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx inkluża direttament fid-dokumenti elettroniċi, fil-firem elettroniċi jew fil-mezzi portabbli tad-dokumenti elettroniċi.

(5)

Din id-Deċiżjoni ma taffettwax id-determinazzjoni mill-Istati Membri ta' x'jikkostitwixxi dokument oriġinali, kopja awtentikata jew traduzzjoni awtentikata. L-għan tagħha huwa limitat biex tiffaċilita l-verifika ta' firem elettroniċi jekk dawn ikunu użati fid-dokumenti oriġinali, kopji awtentikati jew traduzzjonijiet awtentikati li l-fornituri tas-servizzi jistgħu jeħtieġu li jissottomettu permezz tal-Punti ta' Kuntatt Waħdieni.

(6)

Sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati jimplimentaw l-għodod tekniċi meħtieġa, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Awwissu 2011.

(7)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tad-Direttiva tas-Servizzi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Format ta' referenza għall-firem elettroniċi

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-mezzi tekniċi meħtieġa li jippermettulhom jipproċessaw id-dokumenti ffirmati elettronikament li l-fornituri tas-servizzi jissottomettu fil-kuntest tat-twettiq tal-proċeduri u l-formalitajiet permezz tal-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni kif stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/123/KE, u li huma ffirmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra b’firma elettronika avvanzata tal-XML, CMS jew PDF f’kull livell ta’ konformità jew bl-użu ta’ kontenitur assoċjat tal-firem fil-livell bażiku sakemm dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness.

▼B

2.  L-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiffirmaw id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 li jużaw formati oħra ta' firem elettroniċi minn dawk imsemmija fl-istess paragrafu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni rigward possibbiltajiet eżistenti ta' validazzjoni li jippermettu lil Stati Membri oħra jivvalidaw il-firem elettroniċi irċevuti onlajn, mingħajr ħlas u b'mod li jinftiehem minn kelliema mhux nattivi sakemm l-informazzjoni meħtieġa ma tkunx diġà inkluża fid-dokument, fil-firma elettronika jew fit-trasportatur tad-dokument elettroniku. Il-Kummissjoni sejra tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha.

Artikolu 2

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2011.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

▼M1




ANNESS

LISTA TA’ SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-FIREM ELETTRONIĊI AVVANZATI XML, CMS JEW PDF U L-KONTENITUR TAL-FIREM ASSOĊJATI

Il-firem elettroniċi avvanzati msemmija fl-Artikolu 1 paragrafu 1 tad-Deċiżjoni għandhom jikkonformaw ma’ waħda minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ETSI:



Profil bażiku XAdES

ETSI TS 103171 v.2.1.1 (1)

Profil bażiku CAdES

ETSI TS 103173 v.2.2.1 (2)

Profil bażiku PAdES

ETSI TS 103172 v.2.2.2 (3)

(1)   http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103171/02.01.01_60/ts_103171v020101p.pdf

(2)   http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103173/02.02.01_60/ts_103173v020201p.pdf

(3)   http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103172/02.02.02_60/ts_103172v020202p.pdf

Il-kontenitur tal-firem assoċjati msemmi fl-Artikolu 1 paragrafu 1 tad-Deċiżjoni għandu jikkonforma ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ETSI li ġejjin:



Profil Bażi tal-Kontenitur tal-Firem Assoċjati

ETSI TS 103174 v.2.2.1 (1)

(1)   http://www.etsi.org/deliver/etsi_ts/103100_103199/103174/02.02.01_60/ts_103174v020201p.pdf



( 1 ) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

( 2 ) ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36.

Top